|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/6 |
Artikolu 2
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Komunità għandha, bi qbil mad-disposizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Trattat:
|
(a) |
tiżviluppa r-riċerka u tassigura it-tixrid tat-tagħrif tekniku; |
|
(b) |
tistabbilixxi, u tassigura l-applikazzjoni ta' normi uniformi ta' sigurtà biex tħares is-saħħa tal-ħaddiem u l-pubbliku in ġenerali; |
|
(ċ) |
tiffaċilita l-investiment u tassigura, partikolarment billi tinkoraġixxi l-impriża kummerċjali, il-kostruzzjoni ta' faċilitajiet bażiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta' l-enerġija nukleari fil-Komunità; |
|
(d) |
tassigura d-distribuzzjoni regolari u ġusta ta' karburanti nukleari lill-utenti kollha fil-Komunità; |
|
(e) |
tiggarantixxi, b'miżuri xierqa ta' kontroll, li l-materjali nukleari ma jkunux żvijati għall-iskopijiet diversi minn dawk li għalihom ikunu intenzjonati; |
|
(f) |
teżerċita d-drittijiet ta' proprjetà mogħtija lilha f'dak li għandu x'jaqsam ma' materjali fissili; |
|
(g) |
tassigura swieq estensivi u aċċess għall-aħjar mezzi tekniċi bil-ħolqien ta' suq komuni għal materjali u apparati speċjaliżżati, bil-moviment liberu ta' kapital għall-investiment nukleari, u għall- libertà ta' l-impjieg għal speċjalisti fil-Komunità; |
|
(h) |
tistabbilixxi ma' pajjiżi oħra u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kull kuntatt li aktarx li jinkoraġġixxi l-progress fl-użu paċifiku ta' l enerġija nukleari. |