Brussell, 30.6.2021

COM(2021) 347 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-krediti għall-konsumatur











{SEC(2021) 281 final} - {SWD(2021) 170 final} - {SWD(2021) 171 final}


ANNESS II

INFORMAZZJONI STANDARD EWROPEA DWAR IL-KREDITU GĦALL-KONSUMATUR

1.   L-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kreditur, tal-intermedjarju tal-kreditu jew tal-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding

Fejn applikabbli

Kreditur

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefown (*) 

Indirizz tal-posta elettronika (*) 

Numru tal-fax  (*)

Indirizz web  (*)

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Fejn applikabbli

 

Intermedjarju tal-kreditu

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefown (*) 

Indirizz tal-posta elettronika (*)

Numru tal-fax  (*)

Indirizz web  (*)

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Fejn applikabbli

Fornitur ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefown (*) 

Indirizz tal-posta elettronika (*)

Numru tal-fax  (*)

Indirizz web (*) 

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

(*)   Din l-informazzjoni hija fakultattiva.

Kull fejn ikun indikat “fejn applikabbli”, il-kreditur jew il-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding irid jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kreditu, jew iħassar l-informazzjoni jew ir-ringiela kollha fejn l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għat-tip ta’ kreditu kkonċernat.

L-indikazzjonijiet bejn parentesi kwadri jipprovdu spjegazzjonijiet għall-kreditur jew il-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding u jridu jiġu sostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

2.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta’ kreditu

It-tip ta’ kreditu

 

L-ammont totali ta’ kreditu

Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali magħmula disponibbli f’konformità mal-ftehim ta’ kreditu jew mal-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding.

 

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid tal-kreditu

Dan ifisser kif u meta inti tkun tista’ tikseb il-flus.

 

Id-durata tal-kuntratt ta’ kreditu jew tal-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding 

 

Pagamenti rateali u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-pagamenti rateali se jkunu allokati

Int se jkollok tħallas dan li ġej:

[L-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu isiru mill-konsumatur]

L-imgħax u/jew l-imposti se jitħallsu bil-mod li ġej:

L-ammont totali li int se jkollok tħallas

Dan ifisser l-ammont tal-kapital meħud b’self flimkien mal-imgħax u l-kostijiet possibbli relatati mal-kreditu tiegħek.

[Is-somma tal-ammont totali tal-kreditu u l-kost totali tal-kreditu]

Fejn applikabbli

Il-kreditu huwa mogħti fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizz jew huwa marbut mal-provvista ta’ oġġett speċifiku jew l-għoti ta’ servizz

Isem tal-oġġett/tas-servizz

Prezz fi flus kontanti

 

Fejn applikabbli

Garanziji meħtieġa

Din hija deskrizzjoni tal-garanzija li inti għandek tagħti rigward il-ftehim ta’ kreditu.

 

[Tipi ta’ garanziji]

 

Fejn applikabbli

Il-ħlasijiet lura ma jagħtux lok għal amortizzazzjoni immedjata tal-kapital.

 

Fejn applikabbli

Il-prezz kien personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat.

3.    Kostijiet tal-kreditu

Ir-rata tal-imgħax tas-self jew, fejn applikabbli, rati tal-imgħax tas-self differenti li japplikaw għall-kuntratt ta’ kreditu jew għall-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding.

[ %

— fissa, jew

— varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali),

— perjodi]

Rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI)

Din hija l-kost totali espress bħala perċentwal annwali tal-ammont totali tal-kreditu.

Ir-RPAI qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

[ % Għandu jiġi ppreżentat hawn eżempju rappreżentattiv li jsemmi s-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti]

Huwa obbligatorju biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu fuq it-termini jew il-kundizzjonijiet ikkummerċjalizzati, li tieħu

— polza tal-assigurazzjoni li tassigura l-kreditu, jew

— kuntratt ta’ servizz anċillari ieħor?

Jekk l-ispejjeż ta’ dawn is-servizzi ma jkunux magħrufa mill-kreditur, mill-intermedjarju tal-kreditu jew mill-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding, dawn ma jkunux inklużi fl-APR.

 

Iva/le [jekk iva, indika t-tip ta’ assigurazzjoni]

Iva/le; [jekk iva, indika t-tip ta’ servizz anċillari]

 

Iva/le [jekk iva, indika t-tip ta’ assigurazzjoni]

Iva/le; [jekk iva, indika t-tip ta’ servizz anċillari]

 

Kostijiet relatati

Fejn applikabbli

Iż-żamma ta’ kont wieħed jew ta’ diversi kontijiet hija meħtieġa biex jiġu rreġistrati kemm it-tranżazzjonijiet tal-ħlas kif ukoll il-ġbid tal-kreditu

 

Fejn applikabbli

L-ammont ta’ kostijiet għall-użu ta’ mezz ta’ ħlas speċifiku (pereżempju, karta ta’ kreditu)

 

Fejn applikabbli

Kwalunkwe spiża oħra li tirriżulta mill-kuntratt ta’ kreditu jew mill-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding

 

Fejn applikabbli

Kundizzjonijiet li skonthom l-ispejjeż imsemmija hawn fuq relatati mal-kuntratt ta’ kreditu jew mal-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu kollettiv jistgħu jinbidlu

 

Fejn applikabbli

Obbligu tal-ħlas ta’ onorarji notarili

 

Kostijiet ta’ ħlas tard

Il-ħlasijiet nieqsa jista’ jkollhom konsegwenzi serji għalik (pereżempju bejgħ sfurzat) u jagħmluha aktar diffiċli għalik biex tikseb kreditu fil-futur.

Inti jkollok tħallas [… (rata ta’ imgħax u arranġamenti għall-aġġustament tar-rata u, fejn applikabbli, imposti minħabba inadempjenza)] għal ħlasijiet tard.

4.   Aspetti legali importanti oħra

Dritt ta’ rtirar

Għandek id-dritt li tirtira mill-ftehim ta’ kreditu jew mill-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu kollettiv fi żmien perjodu ta’ 14-il jum kalendarju .

 

Ħlas lura antiċipat

Għandek id-dritt li tantiċipa l-ħlas lura tal-kreditu kollu jew ta’ parti minnu fi kwalunkwe ħin.

 

Fejn applikabbli

Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat

 

[Determinazzjoni tal-kumpens (metodu ta’ kalkolu) f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 29 tad-Direttiva  …]

Konsultazzjoni ta’ bażi tad-data

Il-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu jew il-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding jeħtieġlu jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat ta’ konsultazzjoni ta’ bażi tad-data, jekk applikazzjoni għal kreditu tkun irrifjutata abbażi ta’ tali konsultazzjoni. Dan ma japplikax meta l-għoti ta’ tali informazzjoni jkun ipprojbit bid-dritt tal-Unjoni jew ikun kontra objettivi tal-politika pubblika jew tas-sigurtà pubblika.

 

Dritt għal abbozz ta’ kuntratt ta’ kreditu jew abbozz ta’ ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding

Għandek id-dritt, fuq talba, li tikseb kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta’ kreditu jew l-abbozz ta’ ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu kollettiv mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk il-kreditur jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding, fil-mument tat-talba tiegħek, ma jkunx lest li jipproċedi għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu jew ta’ ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ crowdfunding miegħek.

 

Fejn applikabbli

Il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur jew il-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding huwa marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali

 

Din l-informazzjoni hija valida minn … sa ...

Rigward rimedju

Għandek id-dritt li jkollok aċċess għal mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti

[Il-mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti għall-konsumatur u kif għandu jiġi aċċessat]

Fejn applikabbli

5.   Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji

(a) Dwar il-kreditur jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding

 

Fejn applikabbli

Rappreżentant tal-kreditur jew tal-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħek

Indirizz

Numru tat-telefown Indirizz tal-posta elettronika 

Numru tal-fax  (*)

Indirizz web  (*)

 

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

 

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

 

Fejn applikabbli

Reġistrazzjoni

 

[Ir-reġistru kummerċjali li fih huwa mdaħħal il-kreditur jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu jew mezz ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru]

Fejn applikabbli

L-awtorità superviżorja

 

(b)  Dwar il-ftehim ta’ kreditu jew il-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding

 

Fejn applikabbli

Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar

 

[Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċitar tad-dritt ta’ rtirar li jindikaw, inter alia, il-perjodu għall-eżerċitar tad-dritt, l-indirizz li fih għandha tintbagħat in-notifika tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżerċitar tad-dritt ta’ rtirar]

Fejn applikabbli

Id-dritt meħud mill-kreditur jew mill-fornitur ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding bħala bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu

 

Fejn applikabbli

Klawżola li tistabbilixxi l-liġi regolatorja applikabbli għall-ftehim ta’ kreditu jew għas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding u/jew il-qorti kompetenti

 

[Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

Fejn applikabbli

Reġim lingwistiku

 

L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali se jiġu fornuti bil-[lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, aħna bi ħsiebna nikkomunikaw bil-[lingwa speċifika/lingwi speċifiċi] sakemm idum il-ftehim ta’ kreditu jew is-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding.

(c) Rigward rimedju

 

L-aċċess għal mekkaniżmu ta’ lmenti u ta’ rimedju barra mill-qorti

[Il-mekkaniżmu ta’ lmenti u ta’ rimedju barra mill-qorti għall-konsumatur li huwa parti għall-kuntratt b’distanza u kif jista’ jiġi aċċessat]

(*) Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur jew il-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding.



ANNESS II

ĦARSA ĠENERALI STANDARD EWROPEA LEJN IL-KREDITU GĦALL-KONSUMATUR

L-ammont totali ta’ kreditu

Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali magħmula disponibbli f’konformità mal-ftehim ta’ kreditu jew mal-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding.

 

Id-durata tal-kuntratt ta’ kreditu jew tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding

 

Ir-rata tal-imgħax tas-self jew, fejn applikabbli, rati tal-imgħax tas-self differenti li japplikaw għall-kuntratt ta’ kreditu jew għas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding

[ %

— fissa, jew

— varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali),

— perjodi]

Rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI)

Din hija l-kost totali espress bħala perċentwal annwali tal-ammont totali tal-kreditu.

Ir-RPAI qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

[ % Għandu jiġi ppreżentat hawn eżempju rappreżentattiv li jsemmi s-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti]

Fejn applikabbli

Il-kreditu huwa mogħti fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizz jew huwa marbut mal-provvista ta’ oġġett speċifiku jew l-għoti ta’ servizz

Isem tal-oġġett/tas-servizz

Prezz fi flus kontanti

 

Kostijiet ta’ ħlas tard

Ħlasijiet nieqsa jista’ jkollhom konsegwenzi serji għalik (pereżempju, bejgħ sfurzat) u jagħmluha aktar diffiċli għalik biex tikseb kreditu fil-futur.

Inti jkollok tħallas [… (rata ta’ imgħax applikabbli u arranġamenti għall-aġġustament tar-rata u, fejn applikabbli, imposti minħabba inadempjenza)] għal ħlasijiet tard.

Kull fejn ikun indikat “fejn applikabbli”, il-kreditur jew il-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding irid jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni tkun rilevanti għall-prodott ta’ kreditu, jew iħassar l-informazzjoni jew ir-ringiela kollha fejn l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għat-tip ta’ kreditu kkonċernat.

L-indikazzjonijiet bejn parentesi kwadri jipprovdu spjegazzjonijiet għall-kreditur jew il-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding u jridu jiġu sostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

Il-Ħarsa Ġenerali Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur għandha tintwera fuq paġna waħda fuq nett fil-formola ta’ Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu lill-Konsumatur, tkun tista’ tinqara b’mod ċar u tiġi adattata biex tieħu kont tar-restrizzjonijiet tekniċi tal-midja li fuqha tintwera.



ANNESS III

INFORMAZZJONI EWROPEA DWAR IL-KREDITU GĦALL-KONSUMATUR

Kreditu għall-konsumatur offrut minn ċerti organizzazzjonijiet ta’ kreditu (Artikolu 2(5) tad-Direttiva …)

Konverżjoni ta’ dejn

1.   L-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kreditur jew tal-intermedjarju tal-kreditu

Kreditur

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefown 

Indirizz tal-posta elettronika 

Numru tal-fax  (*)

Indirizz web  (*)

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Fejn applikabbli

 

Intermedjarju tal-kreditu

[Identità]

Indirizz

Numru tat-telefown 

Indirizz tal-posta elettronika 

Numru tal-fax  (*)

Indirizz web  (*)

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

(*)   Din l-informazzjoni hija fakultattiva.

Kull fejn hemm indikat “fejn applikabbli”, il-kreditur għandu jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni tkun rilevanti għall-prodott ta’ kreditu jew iħassar l-informazzjoni jew ir-ringiela kollha jekk l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għat-tip ta’ kreditu kkonċernat.

L-indikazzjonijiet bejn il-parentesi kwadri jagħtu spjegazzjoni lill-kreditur u jridu jiġu ssostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

2.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta’ kreditu

It-tip ta’ kreditu

 

L-ammont totali ta’ kreditu

Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli f’konformità mal-ftehim ta’ kreditu.

 

Id-durata tal-ftehim ta’ kreditu

 

Fejn applikabbli

Inti tista’ tintalab tħallas lura l-ammont sħiħ ta’ kreditu fi kwalunkwe ħin.

 

Fejn applikabbli

Il-prezz kien personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat.

3.   Kostijiet tal-kreditu

Ir-rata tas-self jew, fejn applikabbli, ir-rati tas-self differenti li japplikaw għall-ftehim ta’ kreditu

[ %

— fissa jew,

— varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali)],

Fejn applikabbli

Ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI) 

Din hija l-kost totali ta’ kreditu espress bħala perċentwal annwali tal-ammont totali ta’ kreditu. Ir-RPAI qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

 

[ % Għandu jiġi ppreżentat hawn eżempju rappreżentattiv li jsemmi s-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti]

Fejn applikabbli

Kostijiet

Fejn applikabbli

Il-kundizzjonijiet taħt liema dawk il-kostijiet jistgħu jinbidlu

 

[Il-kostijiet applikabbli mill-ħin meta l-ftehim ta’ kreditu jiġi konkluż]

Kostijiet ta’ ħlas tard

Inti jkollok tħallas […… (rata tal-imgħax applikabbli u arranġamenti għall-aġġustament tar-rata u, fejn applikabbli, imposti minħabba inadempjenza] għal ħlasijiet tard.

4.   Aspetti legali importanti oħra

Terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu

[Il-kundizzjonijiet u l-proċedura għat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu]

Konsultazzjoni ta’ bażi tad-data

Il-kreditur jeħtieġlu jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat tal-konsultazzjoni ta’ bażi tad-data, jekk applikazzjoni għal kreditu tkun irrifjutata abbażi ta’ tali konsultazzjoni. Dan ma japplikax meta l-għoti ta’ tali informazzjoni jkun ipprojbit bid-dritt tal-UE jew ikun kontra objettivi tal-politika pubblika jew tas-sigurtà.

 

Fejn applikabbli

 

Il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur huwa marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali

Din l-informazzjoni hija valida minn … sa…

Fejn applikabbli

5.   Informazzjoni addizzjonali

Pagamenti rateali u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-pagamenti rateali se jkunu allokati

Se jkollok tħallas dan li ġej:

[Eżempju rappreżentattiv ta’ tabella ta’ pagamenti rateali li tinkludi l-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur]

L-ammont totali li se jkollok tħallas

 

Ħlas lura antiċipat

Għandek id-dritt li tantiċipa l-ħlas lura tal-kreditu kollu jew ta’ parti minnu fi kwalunkwe ħin.

Fejn applikabbli

Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat

 

[Determinazzjoni tal-kumpens (metodu ta’ kalkolu) f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/48/KE]

Rigward rimedju

Għandek id-dritt li jkollok aċċess għal mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti

[Il-mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti għall-konsumatur u kif għandu jiġi aċċessat]

Fejn applikabbli

6.   Informazzjoni addizzjonali li għandha tingħata fil-każ ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji

(a) Dwar il-kreditur

 

Fejn applikabbli

Rappreżentant tal-kreditur fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħek

Indirizz

Numru tat-telefown 

Indirizz tal-posta elettronika 

Numru tal-fax  (*)

Indirizz web  (*)

 

[Identità]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

[Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

Fejn applikabbli

Reġistrazzjoni

 

[Ir-reġistru kummerċjali li fih huwa mdaħħal il-kreditur u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu jew mezz ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru]

Fejn applikabbli

L-awtorità superviżorja

 

(b) Rigward il-ftehim ta’ kreditu

 

Dritt ta’ rtirar

Inti għandek id-dritt li tirtira mill-ftehim ta’ kreditu fi żmien 14-il jum kalendarji.

Fejn applikabbli

Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar

 [Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar li jindikaw, fost oħrajn, l-indirizz li fih għandha tintbagħat in-notifika tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar; u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżerċitar ta’ dan id-dritt]

Fejn applikabbli

Id-dritt meħud mill-kreditur bħala bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu

 

Fejn applikabbli

Klawżola li tistabbilixxi l-liġi applikabbli għall-ftehim ta’ kreditu u/jew il-qorti kompetenti

 

[Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

Fejn applikabbli

Reġim lingwistiku

 

L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali se jiġu fornuti bil-[lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, aħna bi ħsiebna nikkomunikaw bil-[lingwa speċifika/lingwi speċifiċi] sakemm idum il-ftehim ta’ kreditu.

(c) Rigward rimedju

L-aċċess għal mekkaniżmu ta’ lmenti u ta’ rimedju barra mill-qorti

 

[Il-mekkaniżmu ta’ lmenti u ta’ rimedju barra mill-qorti għall-konsumatur li huwa parti għall-kuntratt b’distanza u kif jista’ jiġi aċċessat]

(*) Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur.



ANNESS IV

I.   L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza ta’ ġbid ta’ kreditu minn naħa waħda u l-ħlas lura u l-imposti min-naħa l-oħra.

L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI), fuq bażi annwali, tammonta għall-valur totali preżenti ta’ ġbid ta’ kreditu min-naħa l-waħda u t-total tal-valur preżenti ta’ ħlasijiet lura u tal-ħlasijiet ta’ imposti min-naħa l-oħra, jiġifieri:

fejn:

— X

hija r-RPAI,

— m

hija n-numru tal-aħħar ġbid ta’ kreditu,

— k

hija n-numru ta’ ġbid ta’ kreditu, għalhekk 1 ≤ k ≤ m,

— Ck

hija l-ammont ta’ ġbid ta’ kreditu k,

— k

hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel ġbid ta’ kreditu u d-data ta’ kull ġbid ta’ kreditu sussegwenti, għalhekk t1 = 0,

— m’

hija n-numru tal-aħħar ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

— l

hija n-numru ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

— Dl

hija l-ammont ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

— sl

hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel ġbid ta’ kreditu u d-data ta’ kull ħlas lura jew ħlas ta’ imposti.

Kummenti

(a)L-ammonti mħallsa miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti mhux neċessarjament ikunu ndaqs u mhux neċessarjament jitħallsu f’intervalli ugwali.

(b)Id-data tal-bidu għandha tkun dik tal-ewwel ġbid ta’ kreditu.

(c)L-intervalli bejn id-dati użati fil-kalkoli għandhom jiġu espressi fi snin jew fi frazzjonijiet ta’ sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar huwa preżunt li fih 30,41666 jum (jiġifieri 365/12) irrispettivament minn jekk tkunx sena biżestili jew le.

Fejn l-intervalli bejn id-dati użati fil-kalkoli ma jkunux jistgħu jiġu espressi f’numru sħiħ ta’ ġimgħat, xhur jew snin, l-intervalli għandhom jiġu espressi bħala numru sħiħ ta’ wieħed minn dawk il-perjodi flimkien ma’ numru ta’ jiem. Meta jintużaw il-jiem:

(i) kull jum għandu jingħadd, inkluż tmiem il-ġimgħa u l-btajjel;

(ii) perjodi ugwali u mbagħad il-jiem għandhom jingħaddu b’lura sad-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali;

(iii) it-tul tal-perjodu ta’ jiem għandu jinkiseb billi jiġi eskluż l-ewwel jum u inkluż l-aħħar jum u għandu jiġi espress fi snin billi dan il-perjodu jiġi diviż bin-numru ta’ jiem (365 jew 366) tas-sena sħiħa magħduda b’lura mill-aħħar jum sal-istess jum tas-sena preċedenti.

(d)Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress bi preċiżjoni ta’ mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-post deċimali segwenti tkun 5 jew aktar, iċ-ċifra f’dan il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b’wieħed.

(e)L-ekwazzjoni tista’ tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta’ somma waħda u l-kunċett ta’ flussi (Ak), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor imħallsa jew riċevuta matul il-perjodi 1 sa n, espressi fi snin, jiġifieri

,

fejn S hija l-bilanċ preżenti tal-flussi. Jekk l-għan ikun li tinżamm l-ekwivalenza tal-flussi, il-valur se jkun żero.

II. Is-suppożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-RPAI għandhom ikunu kif ġej.

(a)Meta kuntratt ta’ kreditu jew ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding jagħti lill-konsumatur il-libertà ta’ ġbid ta’ kreditu, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li ġie prelevat immedjatament u b’mod sħiħ.

(b)Meta kuntratt ta’ kreditu jew ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding jagħti lill-konsumatur libertà ta’ ġbid ta’ kreditu b’mod ġenerali iżda jimponi, fost il-modi differenti ta’ prelevament, limitazzjoni fir-rigward tal-ammont ta’ kreditu u l-perjodu ta’ żmien, l-ammont ta’ kreditu għandu jitqies bħala prelevat fl-eqreb data stabbilita fil-kuntratt ta’ kreditu jew fil-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding u f’konformità ma’ dawk il-limiti ta’ ġbid ta’ kreditu.

(c)Fejn kuntratt ta’ kreditu jew ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding jipprovdi modi differenti ta’ ġbid ta’ flus b’imposti jew rati ta’ self differenti, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li ġie prelevat bl-ogħla imposta u rata ta’ self applikata għall-mekkaniżmu ta’ ġbid ta’ kreditu l-aktar komuni għal dak it-tip ta’ kuntratt ta’ kreditu jew kuntratt għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding.

(d)Fil-każ ta’ faċilità ta’ overdraft, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jiġi meqjus li huwa miġbud kompletament u għad-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu. Jekk id-durata tal-faċilità ta’ overdraft ma tkunx magħrufa, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li d-durata tal-kreditu hija ta’ tliet xhur.

(e)Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa jew ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding, għajr faċilità ta’ overdraft, għandu jiġi preżunt li:

(i) il-kreditu huwa pprovdut għall-perjodu ta’ sena li jibda mid-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali, u li l-ħlas finali magħmul mill-konsumatur iħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm;

(ii) il-kapital huwa mħallas lura mill-konsumatur fi ħlasijiet indaqs kull xahar, li jibdew xahar wara d-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali. Madankollu, f’każijiet fejn il-kapital irid jitħallas lura biss kollu, fi ħlas uniku, f’kull perjodu ta’ ħlas, il-ġbid ta’ kreditu suċċessiv u l-ħlasijiet lura tal-kapital kollu mill-konsumatur għandhom jitqiesu li jsiru fuq perjodu ta’ sena. L-imgħax u imposti oħra għandhom jiġu applikati f’konformità ma’ dawk il-ġbid ta’ kreditu u r-ripagamenti ta’ kapital u kif stabbilit fil-ftehim ta’ kreditu jew fil-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa jew ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding huwa ftehim ta’ kreditu jew ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding mingħajr durata fissa u jinkludi krediti li jridu jitħallsu lura bis-sħiħ fi żmien jew wara perjodu iżda, ladarba jitħallsu lura, isiru disponibbli biex jerġgħu jiġu prelevati.

(f)Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu jew ta’ ftehimiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding għajr self kurrenti u kuntratti ta’ kreditu bla skadenza fissa jew ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding kif imsemmi fis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (d) u (e):

(i) meta d-data jew l-ammont ta’ ripagament ta’ kapital li għandu jsir mill-konsumatur ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, għandu jiġi preżunt li r-ripagament isir fl-eqreb data prevista fil-ftehim ta’ kreditu jew fil-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding u huwa għall-ammont l-aktar baxx li għalih jipprovdu l-kuntratt ta’ kreditu jew il-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding;

(ii) fejn l-intervall bejn id-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali u d-data tal-ewwel ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistax jiġi aċċertat, għandu jiġi preżunt li huwa l-intervall l-aktar qasir;

(g)Meta d-data jew l-ammont ta’ pagament li għandu jsir mill-konsumatur ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati abbażi tal-kuntratt ta’ kreditu jew tal-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding jew is-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (d), (e) jew (f), għandu jiġi preżunt li l-pagament isir skont id-dati u l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-kreditur jew mill-fornitur tas-servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding u, meta dawk id-dati u l-kundizzjonijiet ma jkunux magħrufa:

(i) l-imposti tal-imgħax jitħallsu flimkien mal-ħlas lura tal-kapital;

(ii) imposta mingħajr imgħax espressa bħala somma waħda titħallas fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu jew tal-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding;

(iii) imposti bla imgħax espressi bħala diversi ħlasijiet jitħallsu f’intervalli regolari, li jibdew mad-data tal-ewwel ħlas lura tal-kapital, u fejn l-ammont ta’ tali ħlasijiet ma jkunx magħruf għandhom jiġu preżunti bħala ammonti ndaqs;

(iv) il-ħlas finali jħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm.

(h)Fejn il-limitu massimu applikabbli għall-kreditu jkun għadu ma ġiex miftiehem, ikun preżunt li huwa EUR 1 500.

(i)Meta jiġu offruti rati tas-self u imposti differenti għal perjodu jew ammont limitat, ir-rata tal-imgħax tas-self u l-imposti għandhom jitqiesu bħala l-ogħla rata għad-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu jew tal-ftehim għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding.

(j)Għal ftehimiet jew ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur għall-forniment ta’ servizzi ta’ kreditu ta’ crowdfunding li għalihom tiġi miftiehma rata tal-imgħax tas-self fissa għall-perjodu inizjali, li fi tmiemu tiġi ddeterminata rata tal-imgħax tas-self ġdida u sussegwentement aġġustata perjodikament skont indikatur maqbul, il-kalkolu tar-RPAI għandu jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perjodu tar-rata tal-imgħax tas-self fissa, ir-rata tal-imgħax tas-self tkun l-istess bħal fil-mument tal-kalkolu tal-APR, abbażi tal-valur tal-indikatur maqbul f’dak iż-żmien.


(k)

ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 2008/48/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu

—

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(2), il-punti (a), (b), (c)

Artikolu 2(2), il-punti (a), (b), (c)

Artikolu 2(2), il-punti (d), (e), (f)

—

Artikolu 2(2), il-punti (g), (h), (i), (j), (k), (l)

Artikolu 2(2), il-punti (d), (e), (f), (g), (h), (i)

Artikolu 2(2a)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

—

Artikolu 2(4), 2(5), 2(6)

Artikolu 2(4), 2(5), 2(6)

Artikolu 3, il-punti (a), (b), (c)

Artikolu 3, il-punti 1, 2, 3

—

Artikolu 3, il-punti 4, 5

Artikolu 3, il-punti (d), (e), (f)

Artikolu 3, il-punti 13, 20, 21

Artikolu 3, il-punti (g), (h), (i), (j), (k), (l), (m)

Artikolu 3, il-punti 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12

Artikolu 3, il-punti (n)

Artikolu 3, il-punt 22

—

Artikolu 3, il-punti 14, 15, 16, 17, 18, 19, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29

—

Artikolu 5

—

Artikolu 6

—

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 8

---

Artikolu 9

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu

—

Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f)

Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti a, b, c, d, e, f

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, il-punt g, l-ewwel sentenza u t-tielet sentenza

Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti g u h

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, il-punt g, it-tieni sentenza

Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (h), (i), (j), (k), (l), (m), (n), (o), (p), (q), (r), (s)

Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (i), (j), (k), (l), (m), (n), (o), (p), (q), (r), (s), (u)

—

Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (t), (v)

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 10(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 10(6)

Artikolu 5(3)

Artikolu 10(7)

Artikolu 5(4)

Artikolu 10(8)

Artikolu 5(5)

Artikolu 10(9)

Artikolu 5(6)

(parzjalment l-Artikolu 12)

Artikolu 6

-

-

Artikolu 11

Artikolu 7

Artikolu 10(10)

—

Artikolu 12

—

Artikolu 13

Artikolu 8

Artikolu 18

—

Artikolu 14

—

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 9

Artikolu 19

Artikolu 10(1)

Artikolu 20

Artikolu 10(2), 10(3), 10(4)

Artikolu 21

Artikolu 10(5)

-

-

Artikolu 22

Artikolu 11

Artikolu 23

Artikolu 12

Artikolu 24

Artikolu 13

Artikolu 28

Artikolu 14

Artikolu 26

Artikolu 15

Artikolu 27

Artikolu 16

Artikolu 29

Artikolu 17

Artikolu 39

Artikolu 18

Artikolu 25

Artikolu 19

Artikolu 30

—

Artikolu 31

—

Artikolu 32

—

Artikolu 33

—

Artikolu 34

—

Artikolu 35

—

Artikolu 36

Artikolu 20

Artikolu 37

Artikolu 21

Artikolu 38

—

Artikolu 41

Artikolu 22

Artikolu 42, 43

Artikolu 23

Artikolu 44

Artikolu 24

Artikolu 40

Artikolu 24a

Artikolu 45

Artikolu 26

Artikolu 42(2)

Artikolu 27(1)

Artikolu 48

Artikolu 27(2)

Artikolu 46

Artikolu 28

Artikolu 4

Artikolu 29

Artikolu 47

Artikolu 30

Artikolu 47

Artikolu 31

Artikolu 49

Artikolu 32

Artikolu 50

Anness I

Anness IV

Anness II

Anness I

Anness III

Anness III

-

Anness II

-

Anness V