|
10.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 428/42 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10918 – PETRONAS / DURIO / ORIM HOLDING)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 428/09)
1.
Fit-28 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PETRONAS Trading Corporation SDN BHD (“PETRONAS”, il-Malasja), ikkontrollata minn Petroliam Nasional Berhad (il-Malasja), |
|
— |
Durio Invest BV (“Durio”, in-Netherlands), |
|
— |
Orim Holding Ltd (“Orim”, Malta), bħalissa kkontrollata esklużivament minn Durio. |
PETRONAS u Durio se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Orim.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
PETRONAS hija attiva fil-bejgħ u l-ipproċessar ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi fil-Lvant Nofsani, l-Asja-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed. Dan jinkludi l-provvista ta’ żejt mhux maħdum li huwa adattat għall-produzzjoni ta’ fuels tal-baħar. PETRONAS hija attiva wkoll fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ fuels tal-baħar permezz ta’ provvisti minn fuq ix-xatt lil kumpaniji tal-bunkering u lil fornituri oħra tal-fuel tal-baħar mit-tankijiet tal-ħżin tagħha fil-Malasja u f’Singapore, |
|
— |
Durio hija l-kumpanija azzjonista tal-fundaturi u s-sidien indiretti attwali ta’ Orim. Durio ma għandha l-ebda attività diretta jew indiretta ħlief permezz ta’ Orim. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Orim huma l-provvista ta’ fuels tal-baħar u l-forniment ta’ riforniment ta’ bastimenti prinċipalment fir-reġjun ta’ Amsterdam - Rotterdam - Antwerp, u f’Malta.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10918 – PETRONAS / DURIO / ORIM HOLDING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).