|
25.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Jannar 2009
li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-Latvja għal medda medja ta’ żmien
(2009/290/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal medda medja ta’ żmien għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, li saret wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2009/289/KE (2), il-Kunsill iddecieda li għandha tingħata għajnuna reċiproka lil-Latvja. |
|
(2) |
Fl-isfond ta’ ħtiġijiet kbar ħafna ta’ finanzjament estern, is-swieq kapitali u finanzjarji Latvjani kienu riċentement taħt pressjoni, li tirrifletti deterjorament ġenerali fl-atmosfera tas-suq, u tħassib dejjem akbar dwar is-saħħa tal-ekonomija Latvjana minħabba l-iżbilanċi kbar f’termini ta’ defiċit estern wiesa’, finanzi pubbliċi dgħajfa u rati għolja ta’ spejjeż u inflazzjoni tal-prezzijiet. Is-settur bankarju Latvjan għadda minn problemi serji ta’ likwidità u fiduċja. Il-livell tar-riservi f’munita barranija naqas hekk kif il-bank ċentrali intervjena biex iżomm il-livell attribwit lill-munita. |
|
(3) |
Il-finanzjamenti esterni totali li l-Latvja għandha bżonn sal-aħħar tal-ewwel tliet xhur tal-2011 huma stmati li jlaħħqu madwar EUR 7,5 biljun. |
|
(4) |
Jixraq li tingħata għajnuna Komunitarja lil-Latvja ta’ massimu ta’ EUR 3,1 biljun permezz tal-Faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal medda medja ta’ żmien għall-bilanċ tal-pagamenti tal-Istati Membri stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 332/2002. Dik l-għajnuna għandha tingħata flimkien ma’ self mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ta’ SDR 1,5 biljun (1 200 % tal-kwota tal-Latvja mill-FMI, madwar EUR 1,7 biljun) taħt arranġament Stand-by tal-FMI approvat fit-23 ta’ Diċembru 2008. Il-pajjiżi Nordiċi (Iżvezja, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Estonja u n-Norveġja) għandhom jikkontribwixxu EUR 1,9 biljun flimkien, il-Bank Dinji - EUR 0,4 biljun, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja - total ta’ EUR 0,4 biljun, għal total ta’ EUR 7,5 biljun matul il-perjodu sal-aħħar tal-ewwel tliet xhur tal-2011. |
|
(5) |
L-għajnuna Komunitarja għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika miftiehma mal-awtoritajiet tal-Latvja wara konsultazzjoni mal-KEF għadhom ikunu stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim. Dawn għandhom fost oħrajn jinkludu miżuri biex jittaffu l-pressjonijijet għal-likwidità immedjata, biex terġa tiddaħħal stabbiltà fuq medda twila ta’ żmien permezz tat-tisħiħ tas-settur bankarju, biex jiġu korretti l-iżbilanċi fiskali u biex tiġi adottata politika domestika li tinvoli l-kompetittività. Il-miżuri għandhom jinkludu konsolidazzjoni immedjata u sostnuta, strateġija għal riżoluzzjoni bankarja komprensiva, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet regolatorji fl-amministrazzjoni tal-kriżi, riformi strutturali komprensivi, kif ukoll miżuri importanti oħra. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Ftehim dwar is-Self. |
|
(6) |
L-għajnuna għandha tkun provduta bil-għan li jittaffu l-pressjonijijet għal-likwidità immedjata u għandha tkun marbuta ma’ politika biex tinġieb mill-ġdid l-istabbiltà fuq medda twila ta’ żmien bit-tisħiħ tas-settur bankarju, bil-korrezzjoni ta’ żbilanċi fiskali u bl-adozzjoni ta’ politika domestika li ssaħħaħ il-kompetittività filwaqt li żżomm il-limiti stretti tar-rata ta’ skambju fir-rata ċentrali eżistenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli self għal medda medja ta’ żmien lil-Latvja li jammonta għal massimu ta’ EUR 3,1 biljun, b’maturità medja massima ta’ seba’ snin.
2. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli matul perijodu ta’ tliet snin, li jibdew mill-ewwel jum wara d-daħla fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. L-assistenza għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mar-responsabbiltajiet tal-Latvja u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Ftehim dwar is-Self.
2. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari, f’kollaborazzjoni mal-KEF, li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijijet ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-KEF infurmat dwar il-possibbiltà ta’ rifinanzjament tas-self jew tar-ristrutturazzjoni tal-kundizzjonijiet finanzjarji.
3. Il-Latvja għandha tkun lesta tadotta u timplimenta miżuri addizzjonali ta’ konsolidament biex l-ekonomija tkun aktar stabbli, jekk ikun il-każ li dawn il-miżuri jkunu neċessarji matul il-programm ta’ assistenza. L-awtoritajiet Latvjani għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni qabel jadottaw xi miżura addizzjonali bħal dawn.
Artikolu 3
1. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lil-Latvja f’mhux iktar minn sitt ħlasijiet, li d-daqs tagħhom għandu jiġi stipulat fil-Memorandum ta’ Ftehim.
2. L-ewwel ħlas għandu jiġi rilaxxat suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Self u l-Memorandum ta’ Ftehim.
3. Jekk ikun meħtieġ sabiex jiġi ffinanzjat is-self, għandu jkun permess l-użu prudenti ta’ skambji tar-rata tal-interessi ma’ kontropartijiet tal-ogħla kwalità ta’ kreditu.
4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx ta’ iktar ħlasijiet wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-KEF.
5. Ir-rilaxx ta’ kull ħlas sussegwenti għandu jsir fuq il-bażi tal-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm ekonomiku l-ġdid (Programm ta’ Fejqan għall-Istabbiltà u t-Tkabbir Ekonomiku) tal-Gvern Latvjan, inkluż fil-programm ta’ konverġenza, u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta’ Ftehim. Dawn għandhom jinkludu, fost affarijiet oħra:
|
(a) |
l-adozzjoni ta’ programm fiskali ppjanat b’mod ċar fuq medda medja ta’ żmien maħsub biex inaqqas sal-2011 id-defiċit ġenerali tal-gvern għal wieħed mhux akbar mill-livell ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD; |
|
(b) |
l-eżekuzzjoni tal-baġit għall-2009 kif emendata mill-baġit supplimentari adottat fit-12 ta’ Diċembru 2008 (u li għandu jkun preżentat fid-dettall sal-aħħar ta’ Marzu 2009), li jindirizza defiċit ġenerali tal-gvern, ta’ flus kontanti, ta’ mhux aktar minn 5 % tal-PGD jew 5,3 % f’termini ta’ ESA 95; |
|
(ċ) |
it-tnaqqis fir-remunerazzjoni medja tas-settur pubbliku f’termini nominali fl-2009 tal-anqas bi 15 % relattivament għall-baġit oriġinali tal-14 ta’ Novembru 2008 u bi 2 % oħra fl-2010-2011; |
|
(d) |
it-tkomplija ta’ miżuri mibdija fl-2008 sabiex jitnaqqsu l-impjiegi mal-gvern ċentrali b’mill-anqas 5 % sal-aħħar tal-2008 u bit-tnaqqis totali ta’ 10 % sat-30 ta’ Ġunju 2009; |
|
(e) |
it-tisħiħ tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proċeduri baġitarji permezz tal-adozzjoni ta’ liġi dwar il-qafas fiskali u r-riforma baġitarja permezz ta’ emenda fil-liġi kurrenti dwar il-Baġit u l-Amministrazzjoni Finanzjarja; |
|
(f) |
l-introduzzjoni ta’ sistema ċara u trasparenti tal-pagi għall-impjegati diretti tal-amministrazzjoni pubblika u t-twaqqif ta’ sistema unika għall-ippjanar u l-amministrazzjoni tar-riżorsi umani għall-istituzzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika; |
|
(g) |
mekkaniżmi li jiżguraw stabbiltà aktar wiesgħa fis-settur bankarju fil-medda medja sa twila ta’ żmien, inkluża firxa wiesgħa ta miżuri ta’ politika ta’ superviżjoni, prudenti u monetarja. Dawn għandhom jillimitaw it-tkabbir tal-kreditu għal-livelli sotenibbli u jħaffu d-dipendenza fuq finanzjament barrani. Se jsiru wkoll studji fis-sistema bankarja intiżi biex jiżguraw li l-banek kollha għandhom il-likwidità u l-kapital neċessarju; |
|
(h) |
miżuri xierqa dwar ir-ristrutturazzjoni tad-dejn tas-settur privat. Il-bażi legali xierqa għar-ristrutturazzjoni tal-maturità u tal-munita tad-dejn eżistenti għandha tkun imsaħħa. Il-faċilitazzjoni tal-proċeduri ta’ likwidazzjoni u l-implimentazzjoni rapida tal-pjanijiet ta’ rijabilitazzjoni għandhom isiru prijoritajiet ukoll; |
|
(i) |
l-iżgurar li s-sidien minoritarji ta’ Parex Bank ma jibbenefikawx mir-riżoluzzjoni tal-bank u minn miżuri biex titjieb l-istabbiltà finanzjarja tal-bank, permezz ta’ nazzjonalizzazzjoni sħiħa ta’ Parex Bank; |
|
(j) |
miżuri ta’ riforma strutturali appoġġati fil-kuntest tal-Istrateġija ta’ Liżbona u implimentati fil-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tal-Latvja, inklużi politika attiva tas-suq tax-xogħol u tat-tagħlim matul il-ħajja, l-involviment akbar tal-atturi tas-settur privat fir-R&Ż u fl-attivitajiet ta’ innovazzjoni, miżuri għall-promozzjoni tal-esportazzjoni u t-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi żejda għan-negozji; |
|
(k) |
l-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE fil-livell ippjanat sabiex jgħinu fit-titjib tal-kontribuzzjoni tas-setturi kummerċjali għat-tkabbir ekonomiku; |
|
(l) |
miżuri li jsaħħu l-aċċess għall-finanzi għall-kumpaniji u intraprendituri, li l-applikazzjonijiet tagħhom għal Fondi Strutturali kienu approvati, jew li qed jippjanaw biex japplikaw għal Fondi Strutturali. |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK
(2) Ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal uffiċjali.