22.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1692

tal-21 ta’ Settembru 2021

li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Botswana fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, u japplika mill-21 ta’ April 2021. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali hu li dawk il-konsenji jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, żona jew kompartiment tiegħu, kif elenkat f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, kif elenkat għall-ispeċijiet partikolari tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati f’dak ir-Regolament Delegat.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, jew kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali u ta’ dawk il-kategoriji tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Fis-6 ta’ Settembru 2021, il-Botswana nnotifikat tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Dik it-tifqigħa tinsab fid-distrett ta’ Kgatleng ta’ dak il-pajjiż terz, u ġiet ikkonfermata fis-27 ta’ Awwissu 2021 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom stabbiliti fil-Partijiet 1 tal-Annessi V u XIV u fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jispeċifikaw li d-dħul fl-Unjoni mill-Botswana ta’ konsenji tat-tjur, tal-prodotti ġerminali tat-tjur, u tal-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa huwa awtorizzat. Barra minn hekk, it-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 bħalissa ma teħtieġ l-ebda trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tar-ratiti minn dak il-pajjiż terz.

(7)

Minħabba r-riskju tal-introduzzjoni tal-HPAI fl-Unjoni marbuta mad-dħul ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk u prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa mill-Botswana, u fin-nuqqas ta’ garanziji li jippermettu r-reġjonalizzazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz, jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni ta’ dawn il-konsenji ma jibqax awtorizzat. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-trattament D għall-mitigazzjoni tar-riskju, f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, ikun meħtieġ għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-prodotti tal-laħam tar-ratiti minn dak il-pajjiż terz.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-entrati għall-Botswana fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom stabbiliti fit-tabelli fil-Parti 1 tal-Annessi V u XIV u fit-tabella fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

(10)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Botswana b’rabta mal-HPAI, l-emendi li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tat-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness V, fil-Parti 1, l-entrata għall-Botswana hija sostitwita b’dan li ġej:

“BW

Il-Botswana

BW-0

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

P1

C

27.8.2021

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

P1

C

27.8.2021

 

Bajd speċifikat li ħieles mill-patoġeni

SPF

 

 

 

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

P1

C

27.8.2021”

 

(2)

Fl-Anness XIV, fil-Parti 1, l-entrata għall-Botswana hija sostitwita b’dan li ġej:

“BW

Il-Botswana

BW-0

Laħam frisk tar-ratiti

RAT

P1

C

27.8.2021”

 

(3)

Fl-Anness XV, fil-Parti 1, it-Taqsima A, l-entrata għall-Botswana hija sostitwita b’dan li ġej:

“BW

Il-Botswana

BW-0

B

B

B

B

B

B

B

Mhux awtorizzat

D

Mhux awtorizzat

MPST”