|
26.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/140 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )
|
1. |
It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 320, |
minflok:
“Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006”,
aqra:
“Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006”;
|
2. |
Fil-paġna 320, il-premessa 2, l-ewwel sentenza, |
minflok:
“Sabiex itejbu l-koordinazzjoni u jarmonizzaw l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdu appoġġ taħt il-politika tal-koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni, mal-Fond għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur marittimu u tas-sajd, jiġifieri l-miżuri ffinanzjati taħt il-ġestjoni konġunta fit-Titolu V tal-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd (FEMS), għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn il-Fondi kollha (‘Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej’ — ‘il-Fondi ESI’)”,
aqra:
“Sabiex itejbu l-koordinazzjoni u jarmonizzaw l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdu appoġġ taħt il-politika tal-koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni, mal-Fond għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur marittimu u tas-sajd, jiġifieri l-miżuri ffinanzjati taħt il-ġestjoni konġunta fit-Titolu V tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn il-Fondi kollha (‘Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej’ — ‘il-Fondi ESI’)”;
|
3. |
Fil-paġna 320, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3, |
minflok:
|
“(3) |
ĠU C 47, 17.2.2011, p. 1, …”, |
aqra::
|
“(3) |
ĠU C 47, 17.2.2012, p. 1, …”; |
|
4. |
Fil-paġna 323, in-nota ta' qiegħ il-paġna 1, |
minflok:
|
“(1) |
Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 …”, |
aqra:
|
“(1) |
Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 …”; |
|
5. |
Fil-paġna 327, il-premessa 46, |
minflok:
“… u li jiġu stabbiliti regoli oħrajn dwar l-użu tar-riżorsi wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà.”,
aqra:
“… u li jiġu stabbiliti regoli oħrajn dwar l-użu mill-ġdid tar-riżorsi wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà.”;
|
6. |
Fil-paġna 328, in-nota ta' qiegħ il-paġna 1, |
minflok:
|
“(1) |
Regolament (UE) Nru 1301/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 …”, |
aqra:
|
“(1) |
Regolament (UE) Nru 1301/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 …”; |
|
7. |
Fil-paġna 328, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3, |
minflok:
|
“(3) |
Regolament (UE) Nru 1299/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-mira kooperazzjoni territorjali Ewropea …”, |
aqra:
|
“(3) |
Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea …”; |
|
8. |
Fil-paġna 328, in-nota ta' qiegħ il-paġna 4, |
minflok:
|
“(4) |
Regolament (UE) Nru 1305/2013, tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 …”, |
aqra:
|
“(4) |
Regolament (UE) Nru 1305/2013, tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 …”; |
|
9. |
Fil-paġna 329, il-premessa 69, |
minflok:
“… jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għal prefinanzjament, talbiet interim għal pagamenti u l-bilanċ aħħari …”,
aqra:
“…jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għal prefinanzjament, applikazzjonijiet għal pagament interim u l-bilanċ aħħari …”;
|
10. |
Fil-paġna 329, il-premessa 71, l-ewwel sentenza, |
minflok:
“… fejn ikun hemm … evidenza ta' irregolaritjiet marbuta ma' talba għal ħlas, jew nuqqas ta' preżentazzjoni …”,
aqra:
“… fejn ikun hemm … evidenza ta' irregolaritajiet marbuta ma' applikazzjoni għal pagament, jew nuqqas ta' preżentazzjoni …”;
|
11. |
Fil-paġna 330, il-premessa 73, |
minflok:
“…, li jkunu anormali jew imprevedibbli u li l-konsegwenzi tagħhom ma jistgħux jiġu evitati minkejja d-diliġenza murija kif ukoll f'sitwazzjoni li fiha tkun saret talba għal pagament iżda li għalih l-iskadenza għall-pagament ġiet interrotta jew il-pagament ġie sospiż.”,
aqra:
“…, li jkunu anormali jew imprevedibbli u li l-konsegwenzi tagħhom ma jistgħux jiġu evitati minkejja d-diliġenza murija, kif ukoll f'sitwazzjoni li fiha tkun saret applikazzjoni għal pagament iżda li għalih l-iskadenza għall-pagament ġiet interrotta jew il-pagament ġie sospiż.”;
|
12. |
Fil-paġna 331, il-premessa 88, ir-raba' sentenza, |
minflok:
“Bħala prinċipju ġenerali, assi prioritarju għandu jkopri objettiv tematiku wieħed, Fond wieħed u kategorija ta' reġjun waħda.”,
aqra:
“Bħala prinċipju ġenerali, assi ta' prijorità għandu jkopri objettiv tematiku wieħed, Fond wieħed u kategorija ta' reġjun waħda.”;
|
13. |
Fil-paġna 332, il-premessa 96, it-tieni u t-tielet sentenzi, |
minflok:
“Sabiex tiġi ssimplifikata u msaħħa l-orjentazzjoni tar-riżultati tal-Fondi, il-ġestjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunta għandha tkun ibbażata esklussivament fuq miri, produzzjoni u riżultati maqbula b'mod konġunt kif definit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-pjan ta' azzjoni konġunta. Il-kontroll u l-awditjar ta' pjan ta' azzjoni konġunta għandhom ikunu limitati wkoll għal jekk jinkisbux il-miri, eżiti u riżultati tiegħu.”,
aqra:
“Sabiex tiġi ssimplifikata u msaħħa l-orjentazzjoni tar-riżultati tal-Fondi, il-ġestjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunta għandha tkun ibbażata esklussivament fuq miri, outputs u riżultati maqbula b'mod konġunt kif definit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-pjan ta' azzjoni konġunta. Il-kontroll u l-awditjar ta' pjan ta' azzjoni konġunta għandhom ikunu limitati wkoll għal jekk jinkisbux il-miri, outputs u riżultati tiegħu.”;
|
14. |
Fil-paġna 339, l-Artikolu 2, il-punt 22, |
minflok:
|
“(22) |
‘talba għal ħlas’ tfisser applikazzjoni għal pagament jew dikjarazzjoni tan-nefqa sottomessa mill-Istat Membru lill-Kummissjoni;”, |
aqra:
|
“(22) |
‘applikazzjoni għal pagament’ tfisser applikazzjoni għal pagament jew dikjarazzjoni tan-nefqa sottomessa mill-Istat Membru lill-Kummissjoni;”; |
|
15. |
Fil-paġna 339, l-Artikolu 2, il-punt 26, |
minflok:
|
“(26) |
‘escrow account’ tfisser … ftehim bil-miktub bejn benefiċjarju ta' korp pubbliku u l-imsieħeb privat approvat mill-awtorità ta' ġestjoni, jew korp intermedjarju, stabbilit speċifikament biex iżomm fondi li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà, esklussivament …”, |
aqra:
|
“(26) |
‘escrow account’ tfisser … ftehim bil-miktub bejn il-korp pubbliku benefiċjarju u l-imsieħeb privat approvat mill-awtorità ta' ġestjoni, jew korp intermedjarju, stabbilit speċifikament biex iżomm fondi li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà fil-każ ta' strument finanzjarju, jew matul il-perjodu ta' eliġibbiltà u/jew wara l-perjodu ta' eliġibbiltà fil-każ ta' operazzjoni PPP, esklussivament …”; |
|
16. |
Fil-paġna 340, l-Artikolu 3, |
minflok:
“Meta skont l-Artikoli 16(2) u (3), 29(3), 30(2) u (3) …”,
aqra:
“Meta skont l-Artikoli 16(2) u (4), 29(4), 30(2) u (3) …”;
|
17. |
Fil-paġna 348, l-Artikolu 22(6), |
minflok:
“Fejn ikun hemm evidenza li tirriżulta minn rieżami tal-prestazzjoni rigward prijorità, li kien hemm nuqqas serju fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet ta' dik il-prijorità relatati biss mal-indikaturi finanzjarji u tal-produzzjoni u l-passi tal-implimentazzjoni ewlenin … …”,
aqra:
“Fejn ikun hemm evidenza li tirriżulta minn rieżami tal-prestazzjoni rigward prijorità, li kien hemm nuqqas serju fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet ta' dik il-prijorità relatati biss mal-indikaturi finanzjarji u tal-output u l-passi tal-implimentazzjoni ewlenin …”;
|
18. |
Fil-paġna 349, l-Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, |
minflok:
“Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, kull waħda minn dawk il-kundizzjonijiet għandha titqies li ġiet issodisfata meta …”,
aqra:
“Għall-finijiet tal-punt (c) tat-tieni subparagrafu, kull waħda minn dawk il-kundizzjonijiet għandha titqies li ġiet issodisfata meta …”;
|
19. |
Fil-paġna 350, l-Artikolu 23(5), |
minflok:
“…mhux aktar tard minn tliet xhur wara s-sottomissjoni tagħhom mill-Istat Membru skont il-paragrafu 3.”,
aqra:
“…mhux aktar tard minn tliet xhur wara s-sottomissjoni tagħhom mill-Istat Membru skont il-paragrafu 4.”;
|
20. |
Fil-paġna 350, l-Artikolu 23(6), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza, |
minflok:
“Dak l-att ta' implimentazzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta' talbiet għal pagament sottomessi wara d-data tal-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.”,
aqra:
“Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu japplika biss fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament sottomessi wara d-data tal-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.”;
|
21. |
Fil-paġna 351, l-Artikolu 23(9), it-tielet subparagrafu, it-tieni sentenza, |
minflok:
“Is-sospensjoni tal-pagamenti għandha tapplika għal talbiet ta' pagament sottomessi għall-programmi konċernati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.”,
aqra:
“Is-sospensjoni tal-pagamenti għandha tapplika għal applikazzjonijiet għal pagament sottomessi għall-programmi konċernati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.”;
|
22. |
Fil-paġna 352, l-Artikolu 24(1), it-tieni sentenza, |
minflok:
“Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin wara 21 ta' Diċembru 2013, ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għat-talbiet tiegħu għal pagamenti tiegħu għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2016:”,
aqra:
“Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin wara l-21 ta' Diċembru 2013, ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal pagament tiegħu għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2016:”;
|
23. |
Fil-paġna 352, l-Artikolu 24(2), |
minflok:
“(2) … l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla mill-appoġġ pubbliku jew l-ammont massimu ta' appoġġ mill-Fondi ESI għal kull prijorità għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, jew għal kull waħda mill-miżuri tal-FAEŻR u l-FEMS, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm.”,
aqra:
“(2) … l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla minn:
|
(a) |
in-nefqa pubblika; jew |
|
(b) |
l-ammont massimu ta' appoġġ mill-Fondi ESI għal kull prijorità għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, jew għal kull waħda mill-miżuri għall-FAEŻR u l-FEMS, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm, |
skont liema ammont ikun l-inqas.”;
|
24. |
Fil-paġna 353, l-Artikolu 25(1), |
minflok:
“… parti mir-riżorsi provduti taħt l-Artikolu 59 u programmati bi qbil mar-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' miżuri fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-punt (k) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1) …”,
aqra:
“… parti mir-riżorsi provduti taħt l-Artikolu 59 u programmati bi qbil mar-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' miżuri fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-punt (l) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1) …”;
|
25. |
Fil-paġna 354, l-Artikolu 27(4), il-punt (b), |
minflok:
“indikaturi tal-produzzjoni relatati mal-operazzjonijiet appoġġati;”,
aqra:
“indikaturi tal-output relatati mal-operazzjonijiet appoġġati;”;
|
26. |
Fil-paġna 356, l-Artikolu 33(1), il-punt (c), |
minflok:
“deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tagħha, deskrizzjoni tal-karattesristiċi integrati u innovattivi tal-istrateġija u ġerarkija tal-prijoritajiet, inklużi miri li jistgħu jitkejlu għall-produzzjoni jew riżultati….”,
aqra:
“deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tagħha, deskrizzjoni tal-karatteristiċi integrati u innovattivi tal-istrateġija u ġerarkija tal-prijoritajiet, inklużi miri li jistgħu jitkejlu għall-outputs jew riżultati …”;
|
27. |
Fil-paġna 356, l-Artikolu 33(6), it-tieni sentenza, |
minflok:
“… fuq il-bażi ta' proposta minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tadotta jew temenda dawk il-limiti tal-popolazzjoni fid-deċiżjoni tagħha taħt l-Artikolu 15(2) jew (3) biex tapprova jew temenda …”,
aqra:
“…fuq il-bażi ta' proposta minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tadotta jew temenda dawk il-limiti tal-popolazzjoni fid-deċiżjoni tagħha taħt l-Artikolu 16(2) jew (4) biex tapprova jew temenda …”;
|
28. |
Fil-paġna 358, l-Artikolu 36(4), |
minflok:
“4. L-Istat Membru jew l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti għandhom jiżguraw li s-sistema ta' monitoraġġ għall-programm jew programmi tipprovdi għall-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u l-produzzjonijiet ta' assi ta' prijorità jew prijorità li jikkontribbwixxu għal ITI”,
aqra:
“4. L-Istat Membru jew l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti għandhom jiżguraw li s-sistema ta' monitoraġġ għall-programm jew programmi tipprovdi għall-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u l-outputs ta' prijorità li jikkontribwixxu għal ITI”;
|
29. |
Fil-paġna 360, l-Artikolu 38(5), l-ewwel sentenza, |
minflok:
“5. Il-korpi … jistgħu wkoll jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm tali entitajiet jiżguraw …”,
aqra:
“5. Il-korpi … jistgħu wkoll jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm tali korpi jiżguraw …”;
|
30. |
Fil-paġna 360, l-Artikolu 38(7), il-parti introduttorja, |
minflok:
“… it-termini u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet minn programmi għal strumenti finanzjari għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet ta' finanzjament skont l-Anness III fil-livelli li ġejjin:”,
aqra:
“…it-termini u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrument finanzjarju għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet ta' finanzjament skont l-Anness IV fil-livelli li ġejjin:”;
|
31. |
Fil-paġna 363, l-Artikolu 39(7), l-ewwel u t-tieni sentenzi, |
minflok:
“…, it-talba tal-Istat Membri għal pagament lill-Kummissjoni għandha ssir …. Tali talbiet għal pagament għandhom ikunu bbażati fuq …”,
aqra:
“…, l-applikazzjoni tal-Istat Membru għal pagament lill-Kummissjoni għandha ssir …. Tali applikazzjonijiet għal pagament għandhom ikunu bbażati fuq …”;
|
32. |
Fil-paġna 363, l-Artikolu 39(8), il-punt (a), |
minflok:
|
“(a) |
… għar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 42(3);”, |
aqra:
|
“(a) |
… għar-riżorsi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1);”; |
|
33. |
Fil-paġna 364, l-Artikolu 41, it-titolu, |
minflok:
“Talbiet għall-pagament inkluża n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji”,
aqra:
“Applikazzjonijiet għal pagament inkluża n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji”;
|
34. |
Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(1), il-punt (c)(i), |
minflok:
|
“(i) |
… meta mill-inqas 60 % tal-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagamenti interim intefaq bħala nefqa eliġibbli …”, |
aqra:
|
“(i) |
… meta mill-inqas 60 % tal-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament interim intefaq bħala nefqa eliġibbli …”; |
|
35. |
Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(1), il-punt (c)(ii), |
minflok:
|
“(ii) |
… meta mill-inqas 85 % tal-ammonti inkluż fl-applikazzjoni preċedenti għal pagamenti interim intefaq bħala nefqa eliġibbli …”, |
aqra:
|
“(ii) |
… meta mill-inqas 85 % tal-ammonti inkluż fl-applikazzjoni preċedenti għal pagament interim intefaq bħala nefqa eliġibbli …”; |
|
36. |
Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(1), il-punt (d), |
minflok:
|
“(d) |
kull applikazzjoni għal pagament interim, …, għandha tiżvela separatament l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallas lill-istrument finanzjarju u l-ammonti mħallsa bħala nefqa eliġibbli …”, |
aqra:
|
“(d) |
kull applikazzjoni għal pagament interim, …, għandha tiżvela separatament l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallas lill-istrumenti finanzjarji u l-ammonti mħallsa bħala nefqa eliġibbli …”; |
|
37. |
Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(3), |
minflok:
“(3) … li jistipula r-regoli għall-irtirar ta' pagamenti lill-istrumenti finanzjarji u l-aġġustamenti konsegwenti fir-rigward tat-talbiet għal applikazzjonijiet għal pagamenti.”,
aqra:
“(3) … li jistipula r-regoli għall-irtirar ta' pagamenti lill-istrumenti finanzjarji u l-aġġustamenti konsegwenti fir-rigward tat-talbiet għal applikazzjonijiet għal pagament.”;
|
38. |
Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(4), l-ewwel sentenza, |
minflok:
“(4) Il-Kummissjoni għandha … tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-mudelli li għandhom jintużaw meta tiġi ppreżentata informazzjoni addizzjonali rigward l-istrumenti finanzjarji bl-applikazzjonijiet għal pagamenti lill-Kummissjoni.”,
aqra:
“(4) Il-Kummissjoni għandha … tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-mudelli li għandhom jintużaw meta tiġi ppreżentata informazzjoni addizzjonali rigward l-istrumenti finanzjarji bl-applikazzjonijiet għal pagament lill-Kummissjoni.”;
|
39. |
Fil-paġna 365, l-Artikolu 42(4), il-parti introduttorja, |
minflok:
“(4) In-nefqa eliġibbli żvelata skont il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex taqbeż …”,
aqra:
“(4) In-nefqa eliġibbli żvelata skont il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhiex taqbeż …”;
|
40. |
Fil-paġna 365, l-Artikolu 42(4), il-punt (a), |
minflok:
|
“(a) |
l-ammont totali tal-appoġġ mill-Fondi ESI imħallas għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2; …”, |
aqra:
|
“(a) |
l-ammont totali tal-appoġġ mill-Fondi ESI imħallas għall-iskopijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3; …”; |
|
41. |
Fil-paġna 365, l-Artikolu 42(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, |
minflok:
“(5) L-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni … jistgħu jiġu imposti mill-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi jew mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikol 38(4), u ma għandhomx jaqbżu l-livelli ta' limitu …”,
aqra:
“(5) Fejn l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni … huma imposti mill-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi jew mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 38(4), ma għandhomx jaqbżu l-livelli ta' limitu …”;
|
42. |
Fil-paġna 365, l-Artikolu 43(2), |
minflok:
“(2) … inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż ta' ġestjoni mġarrba jew il-pagament ta' miżati ta' ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1), u n-nefqa mħallsa skont l-Artikolu 42(2), bħal l-appoġġ oriġinali mill-Fondi ESI jew fl-istess strument finanzjarju, jew wara l-istralċ tal-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji jew forom ta' appoġġ oħra …”,
aqra:
“(2) … inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż ta' ġestjoni mġarrba jew il-pagament ta' tariffi ta' ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) u skont l-Artikolu 42(2) u (3), bħal l-appoġġ oriġinali mill-Fondi ESI, fl-istess strument finanzjarju jew, wara l-istralċ tal-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji jew forom ta' appoġġ oħra …”;
|
43. |
Fil-paġna 366, l-Artikolu 44(2), |
minflok:
“(2) L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1.”,
aqra:
“(2) L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu mill-ġdid tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1.”;
|
44. |
Fil-paġna 366, l-Artikolu 45, it-titolu u l-Artikolu, |
minflok:
“L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li r-riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji … huma użati f'konformità mal-għanijiet tal-programm jew programmi …”,
aqra:
“L-użu mill-ġdid ta' riżorsi wara t-tmiem tal-perjodu ta' eleġibilità
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li r-riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji … jiġu użati mill-ġdid f'konformità mal-għanijiet tal-programm jew programmi …”;
|
45. |
Fil-paġna 367, l-Artikolu 49(2), |
minflok:
“2. … inklużi l-konklużjonijiet tar-reviżjonijiet tal-prestazzjoni.”,
aqra:
“2. … inklużi l-konklużjonijiet tar-reviżjoni tal-prestazzjoni.”;
|
46. |
Fil-paġna 368, l-Artikolu 50(5), |
minflok:
“5. Ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali li għandu jiġi ppreżentat fl-2019 u r-rapport tal-implimentazzjoni finali għall-Fondi ESI għandhom, flimkien mal-informazzjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, jinkludu informazzjoni tal-progress …”,
aqra:
“5. Ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali li għandu jiġi ppreżentat fl-2019 u r-rapport tal-implimentazzjoni finali għall-Fondi ESI għandhom, flimkien mal-informazzjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4, jinkludu informazzjoni tal-progress …”;
|
47. |
Fil-paġna 370, l-Artikolu 55(3), il-punt (f), |
minflok:
“kif il-produzzjoni mistennija se tikkontribbwixxi għar-riżultati;”,
aqra:
“kif l-outputs mistennija se jikkontribwixxu għar-riżultati;”;
|
48. |
Fil-paġna 373, l-Artikolu 61(4), |
minflok:
“4. Il-metodu li permezz tiegħu d-dħul nett jitnaqqas min-nefqa tal-operazzjoni inkluża fit-talba għall-pagament sottomessa lill-Kummissjoni għandu jkun …”,
aqra:
“4. Il-metodu li permezz tiegħu d-dħul nett jitnaqqas min-nefqa tal-operazzjoni inkluża fl-applikazzjoni għal pagament sottomessa lill-Kummissjoni għandu jkun …”;
|
49. |
Fil-paġna 374, l-Artikolu 64(1), il-parti introduttorja, |
minflok:
“1. Fil-każ ta' operazzjoni PPP fejn il-benefiċjarju huwa korp tad-dritt pubbliku, in-nefqa għal operazzjoni PPP li ġiet magħmula u mħallsa mis-sieħeb privat tista', permezz ta' deroga mill- Artikolu 65(2), titqies li ġiet magħmula u mħallsa minn benefiċjarju u inkluża f'talba għal pagament lill-Kummissjoni …”,
aqra:
“1. Fil-każ ta' operazzjoni PPP fejn il-benefiċjarju huwa korp tad-dritt pubbliku, in-nefqa taħt operazzjoni PPP li ġiet imġarrba u mħallsa mis-sieħeb privat tista', b'deroga mill- Artikolu 65(2), titqies li ġiet imġarrba u mħallsa minn benefiċjarju u inkluża f'applikazzjoni għal pagament lill-Kummissjoni …”;
|
50. |
Fil-paġna 374, l-Artikolu 64(2), |
minflok:
“2. Pagamenti lil benefiċjarji magħmula fir-rigward tan-nefqa inklużi f'talba għal pagament f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jitħallsu …”,
aqra:
“2. Pagamenti lil benefiċjarji magħmula fir-rigward tan-nefqa inklużi f'applikazzjoni għal pagament f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jitħallsu …”;
|
51. |
Fil-paġna 375, l-Artikolu 65(11), |
minflok:
“11. … dment li l-partita tan-nefqa inkluża fit-talba għall-pagament ta' rimborż minn wieħed mill- Fondi ESI ma tirċevix l-appoġġ minn Fond jew strument tal- Unjoni ieħor …”,
aqra:
“11. … dment li l-partita tan-nefqa inkluża f'applikazzjoni għal pagament għar-rimborż minn wieħed mill- Fondi ESI ma tirċevix l-appoġġ minn Fond jew strument tal- Unjoni ieħor …”;
|
52. |
Fil-paġna 379, l-Artikolu 76, it-tieni paragrafu, |
minflok:
“Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm għandha tikkostitwixxi d-deċiżjoni ta' finanzjar fis-sens tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju …”,
aqra:
“Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament fis-sens tal-Artikolu 84(2) tar-Regolament Finanzjarju …”;
|
53. |
Fil-paġna 379, l-Artikolu 79, it-titolu, |
minflok:
“Talbiet għal pagament”,
aqra:
“Applikazzjonijiet għal pagament”;
|
54. |
Fil-paġna 379, l-Artikolu 79(1), |
minflok:
“1. Il-proċedura speċifika u l-informazzjoni li għandhom jiġu mressqa għat-talbiet għal pagament f'relazzjoni ma' kull Fond ESI …”,
aqra:
“1. Il-proċedura speċifika u l-informazzjoni li għandhom jiġu mressqa għal applikazzjonijiet għal pagament f'relazzjoni ma' kull Fond ESI …”;
|
55. |
Fil-paġna 380, l-Artikolu 79(2), |
minflok:
“2. It-talba għal pagament li għandha titressaq lill-Kummissjoni trid tipprovdi …”,
aqra:
“2. L-applikazzjoni għal pagament li għandha titressaq lill-Kummissjoni għandha tipprovdi …”;
|
56. |
Fil-paġna 380, l-Artikolu 80, |
minflok:
“…it-tbassir tan-nefqa, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, it-talbiet għall- pagament, il-kontijiet u … għandhom ikunu denominati fil- munita euro.”,
aqra:
“…it-tbassir tan-nefqa, l-applikazzjonijiet għal pagament, il-kontijiet u … għandhom ikunu denominati fil-munita euro.”;
|
57. |
Fil-paġna 380, l-Artikolu 83(1), il-punt (b), |
minflok:
|
“(b) |
… n-nefqa f'talba għal pagament hija marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji;”, |
aqra:
|
“(b) |
… n-nefqa f'applikazzjoni għal pagament hija marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji;”; |
|
58. |
Fil-paġna 381, l-Artikolu 86(1), |
minflok:
“1. … l-ammonti marbutin ma' impenn li mhumiex koperti minn prefinanzjament jew minn talba għal pagament fi żmien perjodu definit, inkluż kwalunkwe talba għal pagament …”,
aqra:
“1. … l-ammonti marbutin ma' impenn li mhumiex koperti minn prefinanzjament jew minn applikazzjoni għal pagament fi żmien perjodu definit, inkluż kwalunkwe applikazzjoni għal pagament …”;
|
59. |
Fil-paġna 381, l-Artikolu 87(1), il-punt (b), |
minflok:
|
“(b) |
ma kienx possibbli li ssir talba għall-pagament …”, |
aqra:
|
“(b) |
ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni għal pagament …”; |
|
60. |
Fil-paġna 383, l-Artikolu 92(3), |
minflok:
“3. Fl-2016, il-Kummissjoni għandha, fl-aġġustament tekniku tagħha għas-sena 2017 f'konformità mal-Artikoli 4 u 5 tar- Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 … F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, l-aġġustamenti għandhom jitqassmu fi proporzjonijiet ugwali …”,
aqra:
“3. Fl-2016, il-Kummissjoni għandha, fl-aġġustament tekniku tagħha għas-sena 2017 f'konformità mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 … F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, l-aġġustamenti għandhom jitqassmu fi proporzjonijiet ugwali…”;
|
61. |
Fil-paġna 386, l-Artikolu 96(2), il-punt (b)(iv), |
minflok:
|
“(iv) |
l-indikaturi tal-produzzjoni, inkluż il-valur kwantifikat tal-mira, …”, |
aqra:
|
“(iv) |
l-indikaturi tal-output, inkluż il-valur kwantifikat tal-mira, …”; |
|
62. |
Fil-paġna 386, l-Artikolu 96(2), il-punt (c)(iv), |
minflok:
|
“(iv) |
l-indikaturi speċifiċi tal-produzzjoni li mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati”, |
aqra:
|
“(iv) |
l-indikaturi tal-output li mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati”; |
|
63. |
Fil-paġna 387, l-Artikolu 96(3), il-punt (b), |
minflok:
|
“(b) |
l-ammont indikattiv … li għandu jiġi implimentat f'konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament FEŻR …”, |
aqra:
|
“(b) |
l-ammont indikattiv … li għandu jiġi implimentat f'konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament FEŻR …”; |
|
64. |
Fil-paġna 390, l-Artikolu 102(6), l-ewwel sentenza, |
minflok:
“6. In-nefqa relatata ma' proġett kbir tista' tiġi inkluża f'talba għal pagament wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 …”,
aqra:
“6. In-nefqa relatata ma' proġett kbir tista' tiġi inkluża f'applikazzjoni għal pagament wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 …”;
|
65. |
Fil-paġna 390, l-Artikolu 104(1), l-ewwel u t-tielet sentenzi, |
minflok:
“Pjan ta' azzjoni konġunta huwa operazzjoni li l-iskop tagħha huwa definit u hi ġestita fir-rigward tal-eżiti u r-riżultati li għandhom jinkisbu. … Il-produzzjoni u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni …”,
aqra:
“Pjan ta' azzjoni konġunta huwa operazzjoni li l-iskop tagħha huwa definit u hi ġestita fir-rigward tal-outputs u r-riżultati li għandhom jinkisbu. … L-outputs u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni …”;
|
66. |
Fil-paġna 391, l-Artikolu 105(2), it-tieni sentenza, |
minflok:
“… Il-produzzjoni u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni konġunta …”,
aqra:
“… L-outputs u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni konġunta …”;
|
67. |
Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (2), |
minflok:
|
“(2) |
l-miri għall-produzzjoni u r-riżultati, u l-proġetti jew it-tipi ta' proġetti previsti …”, |
aqra:
|
“(2) |
l-miri għall-outputs u r-riżultati, u l-proġetti jew it-tipi ta' proġetti previsti …”; |
|
68. |
Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (3), |
minflok:
|
“(3) |
l-indikaturi komuni u speċifiċi użati sabiex jimmonitorjaw il-produzzjoni u r-riżultati …”, |
aqra:
|
“(3) |
l-indikaturi komuni u speċifiċi użati sabiex jimmonitorjaw l-outputs u r-riżultati …”; |
|
69. |
Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (8)(c), |
minflok:
|
“(c) |
… il-kwalità, il-ġbir u l-ħażna tad-dejta dwar il-kisba tal-għanijiet, il-produzzjoni u r-riżultati;”, |
aqra:
|
“(c) |
… il-kwalità, il-ġbir u l-ħażna tad-dejta dwar il-kisba tal-għanijiet, l-outputs u r-riżultati;”; |
|
70. |
Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (9)(a), |
minflok:
|
“(a) |
l-ispejjeż tal-kisba tal-għanijiet, il-produzzjoni u miri għall-produzzjoni u r-riżultati b'referenza għall-punt (2), …”, |
aqra:
|
“(a) |
l-ispejjeż tal-kisba tal-għanijiet u l-miri għall-outputs u r-riżultati b'referenza għall-punt (2), …”; |
|
71. |
Fil-paġna 392, l-Artikolu 107(3), |
minflok:
“3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddefinixxi l-benefiċjarju u l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-pjan ta' azzjoni konġunta, l-għanijiet u l-miri għall-produzzjoni u r-riżultati, l-ispejjeż tal-kisba ta' dawk l-għanijiet, il-miri tal-produzzjoni u r-riżultati…”,
aqra:
“3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddefinixxi l-benefiċjarju u l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-pjan ta' azzjoni konġunta, l-għanijiet u l-miri għall-outputs u r-riżultati, l-ispejjeż tal-kisba ta' dawk l-għanijiet u l-miri għall-outputs u r-riżultati…”;
|
72. |
Fil-paġna 392, l-Artikolu 108(2), il-punt (a), |
minflok:
|
“(a) |
jirrevedi l-progress lejn il-kisba tal-għanijiet, il-produzzjoni u r-riżultati tal-pjan ta' azzjoni konġunta”, |
aqra:
|
“(a) |
jirrevedi l-progress lejn il-kisba tal-għanijiet, l-outputs u r-riżultati tal-pjan ta' azzjoni konġunta;”; |
|
73. |
Fil-paġna 393, l-Artikolu 111(4), it-tielet subparagrafu, |
minflok:
“…l-Istati Membri b'mhux aktar minn programm operazzjonali wieħed għal kull Fond jistgħu jinkludu l-informazzjoni relatata ma' kondizzjonalitajiet ex ante msemmija fl-Artikolu 50(3), l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 50(4) …”,
aqra:
“…l-Istati Membri b'mhux aktar minn programm operazzjonali wieħed għal kull Fond jistgħu jinkludu l-informazzjoni relatata ma' kondizzjonalitajiet ex ante msemmija fl-Artikolu 50(4), l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 50(5)…”;
|
74. |
Fil-paġna 394, l-Artikolu 114(2), |
minflok:
“2. Sal-31 ta' Diċembru 2022, … tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' programmazzjoni u tal-produzzjoni prinċipali u r-riżultati tal-programm operazzjonli, filwaqt li jagħmlu kummenti dwar l-informazzjoni rrappurtata”,
aqra:
“2. Sal-31 ta' Diċembru 2022, … tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' programmazzjoni u l-outputs u r-riżultati prinċipali tal-programm operazzjonali, filwaqt li jagħmlu kummenti dwar l-informazzjoni rrappurtata”;
|
75. |
Fil-paġna 397, l-Artikolu 122(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, |
minflok:
“Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet li jaqbżu EUR 10 000 f'kontribuzzjoni mill-Fondi u…”,
aqra:
“Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet li jaqbżu EUR 10 000 f'kontribuzzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi jew l-FEMS, u …”;
|
76. |
Fil-paġna 397, l-Artikolu 122(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (c), |
minflok:
|
“(c) |
il-każijiet skoperti u rranġati mill-awtorità ta' ġestjoni jew l-awtorità ta' ċertifikazzjoni qabel l-inklużjoni tan-nefqa kkonċernata f'dikjarazzjoni tan-nefqa ppreżentata lill-Kummissjoni.”, |
aqra:
|
“(c) |
il-każijiet skoperti u korretti mill-awtorità ta' ġestjoni jew l-awtorità ta' ċertifikazzjoni qabel l-inklużjoni tan-nefqa kkonċernata f'applikazzjoni għalpagament ippreżentata lill-Kummissjoni.”; |
|
77. |
Fil-paġna 397, l-Artikolu 122(2), ir-raba' subparagrafu, it-tieni sentenza, |
minflok:
“L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont li ma kellux jitħallas jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju, li ma jinkludix l-interess, ma jaqbiżx EUR 250 f'kontribuzzjoni mill-Fondi.”,
aqra:
“L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont li ma kellux jitħallas jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju, li ma jinkludix l-interess, ma jaqbiżx EUR 250 f'kontribuzzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi jew l-FEMS.”;
|
78. |
Fil-paġna 400, l-Artikolu 125(3), il-punt (b), |
minflok:
|
“(b) |
tiżgura li l-operazzjoni magħżula taqa' fl-ambitu tal-Fond jew il-Fondi kkonċernati u tista' tkun attribwita għal kategorija ta' intervent jew, fil-każ tal-FEMS, miżura identifikata fil-prijorità jew fil-prijoritajiet tal-programm operazzjonali;”, |
aqra:
|
“(b) |
tiżgura li l-operazzjoni magħżula taqa' fl-ambitu tal-FEMS, tal-Fond jew il-Fondi kkonċernati u tista' tkun attribwita għal kategorija ta' intervent jew, fil-każ tal-FEMS, miżura identifikata fil-prijorità jew fil-prijoritajiet tal-programm operazzjonali;”; |
|
79. |
Fil-paġna 401, l-Artikolu 126, il-punt (h), it-tieni sentenza, |
minflok:
“L-ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-baġit tal- Unjoni qabel l-għeluq tal-programm operazzjonali billi jitnaqqsu mid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa sussegwenti.”,
aqra:
“L- ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-baġit tal- Unjoni qabel l-għeluq tal-programm operazzjonali billi jitnaqqsu mill-applikazzjoni għal pagament sussegwenti.”;
|
80. |
Fil-paġna 402, it-titolu II, |
minflok:
“ĠESTJONI FINANZJARJA, TĦEJJIJA, EŻAMI, AĊĊETTAZZJONI U GĦELUQ TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI”,
aqra:
“ĠESTJONI FINANZJARJA, TĦEJJIJA, EŻAMI U AĊĊETTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI”;
|
81. |
Fil-paġna 402, l-Artikolu 129, |
minflok:
“…l-ammont tan-nefqa pubblika mħallsa lill-benefiċjarji huwa tal-inqas daqs il-kontribuzzjoni mill-Fondi mħallsa mill-Kummissjoni lill-Istat Membru.”,
aqra:
“…l-ammont tan-nefqa pubblika mħallas lill-benefiċjarji huwa tal-inqas daqs il-kontribuzzjoni mill-Fondi u l-FEMS mħallsa mill-Kummissjoni lill-Istat Membru.”;
|
82. |
Fil-paġna 402, l-Artikolu 130(2), |
minflok:
“2. …
|
(a) |
in-nefqa pubblika eliġibbli indikata fl-applikazzjoni għal pagament għall-prijorità; jew |
|
(b) |
il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS għall-prijorità stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.”, |
aqra:
“2. …
|
(a) |
in-nefqa pubblika eliġibbli indikata fl-applikazzjonijiet għal pagament għall-prijorità; jew |
|
(b) |
il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS għall-prijorità stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali, |
skont liema ammont ikun l-inqas.”;
|
83. |
Fil-paġna 406, l-Artikolu 139(7), it-tielet sentenza, |
minflok:
“Dak l-irkupru m'għandux jikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandux inaqqas l- appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali.”,
aqra:
“Dak l-irkupru m'għandux jikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandux inaqqas l- appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-programm operazzjonali.”;
|
84. |
Fil-paġna 406, l-Artikolu 139(8), |
minflok:
“… l-ammont attribwibbli għall-Fondi għas-sena ta' kontabilità … Fin- nuqqas ta' tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi l-ammont dovut lill-Fondi għas-sena ta' kontabilità. Dik id-deċiżjoni m'għandhiex tikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandhiex tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali …”,
aqra:
“… l-ammont attribwibbli għall-Fondi u l-FEMS għas-sena ta' kontabilità … Fin- nuqqas ta' tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi l-ammont dovut lill-Fondi u l-FEMS għas-sena ta' kontabilità. Dik id-deċiżjoni m'għandhiex tikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandhiex tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-programm operazzjonali …”;
|
85. |
Fil-paġna 406, l-Artikolu 140(1), l-ewwel subparagrafu, |
minflok:
“…l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li kull dokument ta' prova marbut ma' nefqa appoġġata mill-Fondi dwar operazzjonijiet …”,
aqra:
“…l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li kull dokument ta' prova marbut ma' nefqa appoġġata mill-Fondi u l-FEMS dwar operazzjonijiet …”;
|
86. |
Fil-paġna 406, l-Artikolu 140(1), ir-raba' subparagrafu, |
minflok:
“Dan il-perjodu ta' żmien, imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi interpretat jew fil-każ ta' proċeduri legali jew inkella permezz ta' rapport debitament iġġustifikat tal-Kummissjoni.”,
aqra:
“Il-perjodu ta' żmien imsemmi fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu għandu jiġi interrott jew fil-każ ta' proċeduri legali jew inkella permezz ta' rapport debitament iġġustifikat tal-Kummissjoni.”;
|
87. |
Fil-paġna 407, l-Artikolu 142(1), il-punt (b), |
minflok:
|
“(b) |
in-nefqa f'dikjarazzjoni tan-nefqa tkun marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkun ġiet ikkoreġuta;”, |
aqra:
|
“(b) |
in-nefqa f'applikazzjoni għal pagament tkun marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkunx ġiet ikkorreġuta;”; |
|
88. |
Fil-paġna 407, l-Artikolu 142(1), il-punt (f), |
minflok:
|
“(f) |
… nuqqas serju fil-kisba tal-istadji importanti relatati ma' indikaturi finanzjarji u ta' produzzjoni u passi ta' implimentazzjoni …”, |
aqra:
|
“(f) |
… nuqqas serju fil-kisba tal-istadji importanti relatati ma' indikaturi finanzjarji u tal-output u passi ta' implimentazzjoni …”; |
|
89. |
Fil-paġna 407, l-Artikolu 143(2), ir-raba' sentenza, |
minflok:
“Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet mill-awtorità ta' ġestjoni għas-sena ta' kontabilità li fiha tkun ittieħdet id- deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni.”,
aqra:
“Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet għas-sena ta' kontabilità li fiha tkun ittieħdet id- deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni.”;
|
90. |
Fil-paġna 408, l-Artikolu 144(5), |
minflok:
“5. Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 95, il-Kummissjoni tista', fir-rigward tal-grad ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi, tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha tal-Fondi Strutturali jew parti minnha fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat.”,
aqra:
“5. Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 95, il-Kummissjoni tista', fir-rigward tal-grad ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi, tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha mill-Fondi jew mill-FEMS jew parti minnha fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat.”;
|
91. |
Fil-paġna 408, l-Artikolu 145(5), |
minflok:
“5. Fl-eventwalità ta' ftehim, u mingħajr preġudizzju għall- paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru jista' juża mill- ġdid il-Fondi kkonċernati f'konformità mal-Artikolu 143(3).”,
aqra:
“5. Fl-eventwalità ta' ftehim, u mingħajr preġudizzju għall- paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru jista' juża mill-ġdid il-Fondi kkonċernati jew l-FEMS f'konformità mal-Artikolu 143(3).”;
|
92. |
Fil-paġna 409, l-Artikolu 145(7), l-ewwel subparagrafu, |
minflok:
“7. … il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali.”,
aqra:
“7. …il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi jew mill-FEMS għall-programm operazzjonali.”;
|
93. |
Fil-paġna 409, l-Artikolu 147(1), l-ewwel sentenza, |
minflok:
“1. Kwalunkwe pagament lura dovut li għandu jsir lill-baġit tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data indikata fl-ordni għall- irkupru mfassal skont l-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju.”,
aqra:
“1. Kwalunkwe pagament lura dovut li għandu jsir lill-baġit tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data indikata fl-ordni għall-irkupru mfassal skont l-Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju.”;
|
94. |
Fil-paġna 423, Anness II, Tabella, it-tieni kolonna, |
minflok:
“Indikatur u unità ta' kejl, fejn xieraq”,
aqra:
“Indikatur jew, fejn xieraq, pass prinċipali tal-implimentazzjoni u unità ta' kejl”;
|
95. |
Fil-paġna 423, Anness II, il-punt 2, it-tieni sentenza, |
minflok:
“L-istadji importanti stabbiliti għall-2018 għandhom jinkludu indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-produzzjoni u …”,
aqra:
“L-istadji importanti stabbiliti għall-2018 għandhom jinkludu indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-output u …”;
|
96. |
Fil-paġna 426, Anness IV, taqsima 1, il-punt (j), |
minflok:
|
“(j) |
dispożizzjonijiet rigward l-użu ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn tal-Fondi ESI wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà f'konformità mal-Artikolu 45 u politika ta' ħruġ mill-istrument finanzjarju, għall-kontribuzzjoni mill- Fondi ESI;”, |
aqra:
|
“(j) |
dispożizzjonijiet rigward l-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn tal-Fondi ESI wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà f'konformità mal-Artikolu 45 u politika rigward il-ħruġ ta' dawk ir-riżorsi mill-istrument finanzjarju;”; |
|
97. |
Fil-paġna 426, Anness IV, taqsima 2, il-punt (a), |
minflok:
|
“(a) |
il-politika jew l-istrateġija tal-investiment tal-istrument finanzjarju, it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' prodotti ta' dejn previsti, riċevituri fil-mira u azzjonijiet li għandhom jiġu sostnuti;”, |
aqra:
|
“(a) |
l-istrateġija jew il-politika tal-investiment tal-istrument finanzjarju, it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tad-dejn jew garanziji previsti, riċevituri finali fil-mira u azzjonijiet li għandhom jiġu sostnuti;”; |
|
98. |
Fil-paġna 427, Anness IV, taqsima 2, il-punt (c), |
minflok:
|
“(c) |
l-użu u l-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn ta' Fondi ESI f'konformità mal-Artikoli 43, 44 u 45;”, |
aqra:
|
“(c) |
l-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn ta' Fondi ESI f'konformità mal-Artikoli 44 u 45;”; |
|
99. |
Fil-paġna 458, Anness XII, taqsima 2.2, il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, |
minflok:
“Kull dokument relatat mal-implimentazzjoni ta' operazzjoni … għandu jinkludi stqarrija bil-għan li turi li l-programm operazzjonali kien sostnut mill-Fond jew Fondi.”,
aqra:
“Kull dokument relatat mal-implimentazzjoni ta' operazzjoni … għandu jinkludi stqarrija bil-għan li turi li l-operazzjoni kienet sostnuta mill-Fond jew Fondi.”;
|
100. |
Fil-paġna 461, Anness XIII, taqsima 3, il-punt A(viii), |
minflok:
|
“(viii) |
Proċeduri biex jitfasslu d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni dwar l-assigurazzjoni, ir-rapport dwar il-kontrolli mwettqa u d-dgħufijiet identifikati, u s-sommarju annwali tal-awditjar u l-kontrolli finali.”, |
aqra:
|
“(viii) |
Proċeduri biex jitfasslu d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju u s-sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluż id-dgħufijiet identifikati, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 59(5) tiegħu.”. |