|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1948 |
28.3.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.11912 – M&G FA / P CAPITAL PARTNERS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1948)
1.
Fl-20 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
M&G FA Limited (“M&G FA”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn M&G plc (“M&G”, ir-Renju Unit), |
|
— |
P Capital Partners AB (“PCP”, l-Iżvezja), ikkontrollata minn PCP Deka AB (l-Iżvezja). |
M&G FA se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ PCP kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
M&G FA hija sussidjarja ta’ M&G, maniġer globali tat-tfaddil u tal-investimenti bbażat fir-Renju Unit, li joffri prodotti u servizzi finanzjarji madwar l-Ewropa permezz ta’ żewġ segmenti tan-negozju: Il-Ġestjoni tal-Assi u l-Ħajja, |
|
— |
PCP huwa maniġer ta’ fond ta’ kreditu privat ibbażat fl-Iżvezja, li jipprovdi servizzi ta’ ġestjoni attivi għal investituri primarjament istituzzjonali fil-fondi magħluqa tiegħu. Il-PCP jopera prinċipalment fit-Tramuntana tal-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11912 – M&G FA / P CAPITAL PARTNERS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1948/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)