1993R1858 — MT — 01.01.2007 — 009.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1858/93

tad-9 Lulju 1993

li jipprovdi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 rigward l-iskema ta' l-għajnuna sabiex tikkumpensa t-telf mid-dħul mill-marketing fis-settur tal-banana

(ĠU L 170, 13.7.1993, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 705/94 tad-29 ta' Marzu, 1994,

  L 85

7

30.3.1994

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 796/95 tas-7 ta’ April 1995

  L 80

17

8.4.1995

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KE) Nru 1062/1999 tal-21 ta’ Mejju 1999

  L 129

24

22.5.1999

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUMISSJONI (KEE) Nru 1467/1999 tal-5 ta’ Lulju, 1999

  L 170

7

6.7.1999

►M5

COMMISSION REGULATION (EC) No 471/2001 of 8 March 2001 (*)

  L 67

52

9.3.2001

►M6

COMMISSION REGULATION (EC) No 789/2005 of 25 May 2005 (*)

  L 132

13

26.5.2005

►M7

COMMISSION REGULATION (EC) No 1913/2006 of 20 December 2006 (*)

  L 365

52

21.12.2006



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1858/93

tad-9 Lulju 1993

li jipprovdi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 rigward l-iskema ta' l-għajnuna sabiex tikkumpensa t-telf mid-dħul mill-marketing fis-settur tal-banana



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-banana ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikoli 12 (4) u (8), 14 u 30 tiegħu;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 dwar l-unità tal-kontijiet u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għall-għanijiet tal-politika komuni agrikola ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 (2) tiegħu,

Billi, sabiex jiġi żgurat illi tinżamm il-produzzjoni Komunitarja u biex il-produtturi ma jitqiegħdux f'sitwazzjoni illi tkun anqas favorevoli minn dik preżenti, ir-Regolament (KEE) Nru 404/93 jipprovdi għall-għajnuna ta' kumpens sabiex tkopri t-telf mid-dħul li x'aktarx jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-iskema l-ġdida;

Billi sabiex tkun eliġibbli għall-għajnuna ta' kumpens, il-banana għandha tikkonforma ma' l-istandards tal-kwalità tal-Komunità; billi, madankollu, sakemm jidħlu fis-seħħ dawn l-istandards, għandha ssir disposizzjoni sabiex il-banana tiġi ggradata, ippakkjata u mneħħija mit-tinda tal-pakkjar biex tkun tista' tiġi mqiegħda fis-suq;

Billi, biex jiġi stabbilit id-'dħul ta' referenza b'rata uniformi', għandhom jitqiesu s-snin l-aktar reċenti li dwarhom hija disponibbli informazzjoni sħiħa; billi dan id-dħul ta' referenza b'rata uniformi għandu jiġi kkalkolat għall-istadju tal-ħruġ mit-tinda tal-pakkjar u għandu jikkorrispondi mal-medju tal-prezzijiet tal-kunsinja fl-ewwel port tal-ħatt fil-bqija ta' l-istadju Komunitarju għall-banana prodotta fir-reġjuni l-aktar rappreżentattivi fil-Komunità, imnaqqsa bl-ispejjeż medji tat-trasport u tal-kunsinja bil-frank abbord (f.o.b.);

Billi d-'dħul medju tal-produzzjoni' għandu jiġi kkalkolat għal kull sena għall-istess stadju tal-ħruġ mit-tinda tal-pakkjar fuq il-bażi tat-tagħrif li għandu jiġi pprovdut mill-Istati Membri;

Billi għandu jiġi stabbilit il-mekkaniżmu għat-tnaqqis, skond ir-reġjun u l-produttur, tal-kwantitajiet tal-banana mqiegħda fis-suq li għaliha tingħata l-għajnuna, sabiex jiġi pprovdut għas-sitwazzjoni fejn il-volumi indikati fl-applikazzjonijiet jaqbżu l-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93; billi dan il-mekkaniżmu għandu jagħmel possibbli xi kumpens bejn ir-reġjuni varji tal-produzzjoni ġewwa l-kwantità ġenerali stabbilita fir-Regolament (EEC) Nru 404/93 u jaħdem fi proporzjon tal-kwantitajiet imqiegħda fis-suq, fil-każ kemm tar-reġjuni tal-produzzjoni u kemm tal-produtturi individwali;

Billi għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet u tal-ħlas ta' l-għajnuna ta' kumpens; billi, minħabba l-fatt illi ma tistax tiġi stabbilita l-għajnuna ta' kumpens għal sena partikolari u ma tistax tiġi mħallsa qabel il-bidu tas-sena ta' wara, huwa meħtieġ illi jingħataw avvanzi sabiex tinżamm disposizzjoni normali rigward il-prodott tal-Komunità u jinkiseb l-għan tal-miżuri; billi, madankollu, dawn l-avvanzi għandhom jitħallsu bla ħsara għall-garanzija li tkopri l-possibbiltà li l-għajnuna eventwalment imħallsa tkun anqas mit-total ta' l-avvanzi;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 404/93 jipprovdi illi l-għajnuna ta' kumpens għandha tingħata lill-produtturi li huma membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi li għandha l-għarfien skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament; billi, sakemm jinħolqu dawn l-organizzazzjonijiet u jingħatalhom l-għarfien, huwa meħtieġ li ssir disposizzjoni sabiex l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jintbagħtu mill-produtturi individwali;

Billi l-għan ekonomiku ta' l-għajnuna jintlaħaq meta l-banana tiġi mqiegħda fis-suq; billi, madankollu, sabiex titqies is-sistema ta' l-organizzazzjoni tas-suq, ir-rata agrikola tal-kambju li tapplika fil-bidu ta' kull perjodu taż-żmien ta' tliet xhur tas-suq għandha tintuża sabiex l-għajnuna u l-avvanzi jiġu kkonvertiti fil-munita korrenti nazzjonali;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Banana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-għajnuna ta' kumpens ipprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 għandha tingħata għat-tqegħid fis-suq tal-banana friska li tidħol fil-kodifika tan-NK ex08 03, għajr il-pjantaġġini, li tikkonforma ma' l-istandards ta' kwalità stabbiliti skond it-Titolu I ta' dan ir-Regolament.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 2

1.  Id-'dħul ta' referenza b'rata uniformi' li għalih jirreferi l-Artikolu 12 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' l-informazzjoni rreġistrata matul is-sena 1991. Għandu jiġi kkalkolat għall-istadju tal-ħruġ mit-tinda tal-pakkjar.

▼M3

2.  Id-dħul għall-1998 minn referenza b’rata fissa għandu jkun EUR 62,25/100 kg net ta’ banana wara l-ippakkjar fil-veranda, u EUR 64,03/100 kg net mill-1999.

▼M4

Artikolu 3

1.  Id-dħul medju mill-produzzjoni tal-banana mkabbra u mibjugħa fil-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 12(5) tar- Regolament (KEE) Nru 404/93, għandu jkun ikkalkulat għall-istadju ta’ wara l-ippakkjar fil-veranda.

2.  Fil-każ ta’ banana għall-bejgħ fil-Komunità minn barra r-reġjun produttur tagħha, kif imfisser fl-Artikolu 12 tar- Regolament (KEE) Nru 404/93, id-dħul medju mill-produzzjoni għandu jkun stabbilit għal kull sena skond il-medja tal-prezzijiet tal-banana mir-reġjuni produtturi fl-istadju ta’ konsenja fl-ewwel port ta’ sbark (prodotti mhux sbarkati), wara li jitnaqqas ammont b’rata fissa ta’ EUR 18,7/100 kg net li jkun jaqbel mal-medja ta’ l-ispejjeż ta’ trasport u konsenja fob.

Fil-każ ta’ banana mkabbra u mibjugħa f’reġjun produttur, kif imfisser fl-Artikolu 12 tar- Regolament (KEE) Nru 404/93, id-dħul medju mill-produzzjoni għandu jkun stabbilit skond il-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ fi swieq lokali, wara li jitnaqqas ammont b’rata fissa ta’ EUR 0,29/100 kg net li jkun jaqbel ma’ l-ispejjeż biex il-prodott jintbagħat fis-swieq konċernati.

3.  L-ammonti b’rata fissa msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu riveduti jekk il-medja ta’ l-ispejjeż, biex il-prodott jintbagħat, u għal trasport u kkonsenja fob, tinbidel sewwa.

▼B

Artikolu 4

1.  Jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet għall-avvanzi skond it-tabella taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 7 (2).

2.  L-ammont ta' kull avvanz għandu jiġi stabbilit billi l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq fil-perjodu taż-żmien fil-kwistjoni jiġu mmoltiplikati b'medja ta' 70 % ta' l-ammont ta' l-għajnuna mħallsa rigward is-sena ta' qabel.

▼M1

3.  Ħlas bil-quddiem għandu jkun soġġett għal depożitu ta' garanzija. L-ammont ta' din il-garanzija għandu jkun stabbilit fuq 50 % tal-ħlas bil-quddiem.

▼B

4.  Il-garanzija għandha titlef id-dritt tagħha fil-proporzjon tal-parti ta' l-għajnuna normalment imħallsa meta:

— l-ammont definittiv ta' l-għajnuna jkun anqas mill-ammont ta' l-avvanzi, u/jew

— il-kwantitajiet tal-banana mqiegħda fis-suq li għalihom ikunu saru applikazzjoni għall-avvanzi jaqbżu l-kwantità totali tal-produzzjoni li għaliha jirreferi l-Artikolu 12 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93.

5.  Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata hekk kif l-għajnuna definittiva titħallas mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 5

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna ta' kumpens u għall-avvanzi għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li għandhom l-għarfien skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEC) Nru 404/93. Għandhom ikopru l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq minn kull produttur permezz ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi.

▼M4 —————

▼M2 —————

▼B

Artikolu 7

1.  L-applikazzjoni għall-għajnuna ta' kumpens għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti nnominati minn kull Stat Membru li fih issir il-ħsada tal-prodotti.

▼M5

2.  Applications shall be submitted:

(a) in the case of advances, at the latest on 30 March, 30 May, 30 July, 30 September and 30 November of the marketing year and at the latest on 30 January of the year following that in respect of which the aid is applied for, for bananas marketed during the two-month period preceding the month of application;

(b) in the case of payment of the balance of the aid, at the latest on 10 February of the year following that in respect of which the aid is applied for.

The balance shall comprise the adjustment to the amounts paid for bananas marketed during the periods referred to in point (a), on the basis of the definitive amount of aid.

Where applications for payment of the balance are submitted after the date referred to in point (b) of the first subparagraph, a 1 % reduction per working day shall be applied to the amount of the balance to which the producer would have been entitled had the application been submitted in time. Where the delay exceeds 15 days, the application shall be inadmissible.

In duly justified exceptional cases, the competent authority may accept applications for payment of the balance after the date referred to in point (b) of the first subparagraph, if this delay does not prevent the checks under Article 10(1) from going ahead. In such cases the provisions of the preceding subparagraph shall not apply.

▼B

3.  L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu ta' l-anqas it-tagħrif li ġej:

— il-kunjomijiet, l-ewwel ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi individwali,

— l-isem u l-indirizz ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi li tissottometti l-applikazzjoni,

▼M4

— il-kwantitajiet ta’ banana mkabbra u mibjugħa matul il-perjodu msemmi. Kwantitajiet bħal dawn għandhom jinqasmu f’banana msemmija fl-ewwel supparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) u dik imsemmija fit-tieni supparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Applikazzjonijiet għall-bilanċ għandhom ikunu dwar il-kwantitajiet kollha mibjugħa matul is-sena msemmija, maqsuma bl-istess mod.

▼M6

4.  Applications shall be accompanied by the following:

— the certificates of conformity or, if appropriate, the certificate of exemption referred to in Article 7 of Commission Regulation (EC) No 2898/95 ( 3 ),

— sales invoices,

— the transport documents, in the case of bananas marketed outside the production region.

The documents submitted must prove that the goods have been accepted by the buyer.

▼M6

4a.  Applications without the information referred to in paragraph 3 and not accompanied by the supporting documents and proofs mentioned in paragraph 4 shall be inadmissible.

▼B

5.  L-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-bilanċ jistgħu ma jkunux akkumpanjati bid-dokumenti ta' appoġġ sottomessi għall-applikazzjonijiet għall-avvanzi.

▼M4

Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien fl-aħħar ta’ kull perjodu stabbilit għall-ħlas ta’ depożiti, dwar il-kwantitajiet mibjugħa li għalihom ikunu intbagħtu applikazzjonijiet għal ħlas. Dawn il-kwantitajiet għandhom jinqasmu kif muri fit-tielet vers ta’ l-Artikolu 7(3).

2.  Fi żmien 20 ġurnata mit-tmiem tal-perjodu biex jintbagħtu applikazzjonijiet għal ħlas tal-bilanċ kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b), huma għandhom jgħaddu lill-Kumissjoni, għal kull perjodu ta’ xahrejn:

— fil-każ ta’ banana, kif imsemmi fl-ewwel supparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2), il-kwantitajiet in kwistjoni, il-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ banana ħadra u l-medja tal-prezzijiet fl-istadju ta’ konsenja fl-ewwel port ta’ sbark (prodotti mhux sbarkati),

— fil-każ ta’ banana, kif imsemmi fit-tieni supparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2), il-kwantitajiet in kwistjoni u l-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ fi swieq lokali.

▼M2

L-Artikolu 9

1.  Fejn il-kwantitajiet stabbiliti għal kull reġjun fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 jinqabżu, l-għajnuna għandha tingħata għall-kwantitajiet kollha li għalihom tkun saret applikazzjoni, sa kwantità totali ta’ 854 000 tunnellata metrika net.

2.  Jekk il-kwantità totali li fil-fatt tkun inbiegħet taqbeż it-854 000 tunnellata, il-kwantitajiet mibjugħa li jagħtu dritt għall-għajnuna għandhom jitnaqqsu għal kull reġjun produttur interessat approporzjon taż-żjieda fil-kwantità stabbilita għal dak ir-reġjun.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-perċentwali ta’ riduzzjoni applikabbli għal kull reġjun u għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar dan.

Fejn it-tieni suparagrafu jkun applikat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-perċentwali uniformi ta’ riduzzjoni lill-kwantitajiet indikati għal kull applikazzjoni għal għajnuna.

▼M4

Artikolu 10

1.  Wara li jivverifikaw l-applikazzjonijiet għal għajnuna u d-dokumenti li jkun hemm magħhom, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iħallsu l-ammont tad-depożiti jew il-bilanċ ta’ l-għajnuna, skond il-każ, fi żmien xahrejn mix-xahar meta tkun intbagħtet l-applikazzjoni.

2.  Depożiti u l-bilanċ ta’ l-għajnuna għandhom jitħallsu kollha lil benefiċċjarji.

▼M7

Article 11

The operative event for the exchange rate applicable to the compensatory aid shall be that referred to in Article 2(6) of Commission Regulation (EC) No 1913/2006 ( 4 ).

▼B

Artikolu 12

▼M4

1.  Jekk għall-għajnuna jkun sar ħlas indebitu dwar banana li ma tkunx inbiegħet skond l-Artikolu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirkupraw l-ammonti mħallsa, flimkien ma’ l-imgħaxijiet ikkalkulati mid-data tal-ħlas ta’ l-għajnuna sad-data meta fil-fatt dawn ikunu ġew irkuprati.

Ir- rata ta’ imgħaxijiet li għandha tkun applikata mill-iStati Membri produtturi, ħlief għall-Greċja, għandha tkun dik stabbilità mill-Bank Ċentrali Ewropew u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Ir-rata ta’ imgħaxijiet li għandha tkun applikata mill-Greċja għandha tkun bħal dik fis-seħħ għal azzjonijiet ta’ rkupru skond il-liġijiet nazzjonali. Din ir-rata tista’ ma tkunx anqas minn dak li jirrendu fi tlett xhur bonds tat-Teżor kif ikun japplika fil-jum tal-ħlas, b’żjieda ta’ punt wieħed fil-mija.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiġbrux imgħaxijiet jekk dawn jammontaw għal EUR 20 jew anqas.

▼B

2.  L-għajnuna rkuprata u, fejn japplika, l-imgħax għandhom jitħallsu lill-aġenziji jew lill-awtoritajiet tal-ħlas u mnaqqsa minnhom min-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanziji.

▼M4

Artikolu 13

Meta jkunu mitluba, Stati Membri produtturi għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dan li ġej:

— l-iżvilupp tal-produzzjoni fil-Komunità u marketing,

— l-iżvilupp ta’ l-ispejjeż reali ta’ trasport u konsenja fob,

— is-sitwazzjoni dwar il-kwantitajiet disponibbli f’imħażen tas-sajran,

— l-iżvilupp tal-prezz tal-banana tal-Komunità fid-diversi stadji tal-linja tal-produzzjoni sa l-istadji ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, u tal-banana li tiġi minn pajjiżi terzi, mill-istadju cif sa l-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

▼M4

Artikolu 13a

Jekk banana tal-Komunità titqiegħed fis-suq f’reġjun produttur għal matul perjodu ta’ xahrejn bi prezzijiet li jkunu sewwa taħt il-medja tal-prezz tal-banana għal bejgħ f’dak ir-reġjun produttur matul l-istess perjodu, l-iStati Membri għandhom isaħħu l-kontrolli ta’ sorveljanza fuq il-ħarsien ta’ livelli ta’ kwalità msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2898/95 ( 5 ).

▼B

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M4 —————



( 1 ) ĠU L 47, tal-25.2.1993, pġ. 1.

( 2 ) ĠU L 387, tal-31.12.1992, pġ. 1.

( 3 ) OJ L 304, 16.12.1995, p. 17.

( 4 ) OJ L 365, 21.12.2006, p. 52.

( 5 ) ĠU L 304, tas-16.12.1995, p. 17