<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑436/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0436</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2246">EU:C:2014:2246</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141001">1.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑436/13</P><P>E.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2201/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 8, 12 u 15</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura dwar il-kustodja ta’ wild li abitwalment jirrisjedi fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ ommu</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni tal-ġurisdizzjoni favur qorti tal-Istat Membru ta’ residenza tal-missier ta’ dan il-wild</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑436/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil division) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130802">2 ta’ Awwissu 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess ġurnata, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">E.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">B.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala Mħallef tat-Tieni Awla, J. L. da Cruz Vilaça, J.-C. Bonichot u A. Arabadjiev (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal E., minn C. Marín Pedreño, solicitor, kif ukoll minn D. Williams, QC, u M. Gration, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għal B., minn N. Hansen, solicitor, H. Setright, QC, E. Devereaux u R. Genova Alquacil, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn V. Kaye, bħala agent, u M. Gray, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. J. García‑Valdecasas Dorrego, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin u A.‑M. Rouchaud-Joët, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 8, 12 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn E. (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>missier<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u B. (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>omm<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati tar-Renju Unit sabiex jiddeċiedu, b’mod partikolari, dwar id-determinazzjoni tal-post ta’ residenza abitwali tal-wild tagħhom S. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>S.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u dwar id-drittijiet ta’ aċċess tal-missier.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 12 tar-Regolament Nru 2201/2003 tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ir-raġunijiet [regoli] ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija. Dan ifisser li l-ġurisdizzjoni għandha toqgħod l-ewwelnett ma’ l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ l-minuri, ħlief għal ċerti każijiet fejn hemm tibdil fir-residenza ta’ l-minuri jew skond ftehim bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-Taqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Ir-Responsabbilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[il-ġurisdizzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, l-Artikolu 8, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-Ġurisdizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9, 10 u 12.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-Kontinwità ta’ l-gurisdizzjoni tar-residenza abitwali ta’ qabel ta’ l-minuri<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn minuri jiċċaqalqu legalment minn Stat Membru wieħed għall-ieħor u jakkwistaw residenza abitwali ġdida hemmhekk, il-qrati ta’ l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ qabel se, skond eċċezzjoni għall-Artikolu 8, iż-żomm il-ġurisdizzjoni matul perjodu ta’ tlett xhur wara ċ-ċaqliqa għall-iskop ta’ modifika ta’ sentenza dwar drittijiet ta’ aċċess maħruġa f’dak l-Istat Membru qabel il-minuri ġew imċaqalqin, fejn il-pussessur tad-drittijiet ta’ aċċess skond is-sentenza dwar id-drittijiet ta’ aċċess ikompli jkollu jew ikollha r-residenza abitwali fl-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ qabel, ta’ l-minuri.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Paragrafu 1 m’għandux japplika jekk il-pussessur tad-drittijiet ta’ aċċess imsemmija fil-paragrafu 1 aċċetta l-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ta’ l-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida ta’ l-minuri billi jipparteċipa fi proċedimenti quddiem dawk il-qrati mingħajr [ma] jopponi l-ġurisdizzjoni tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2201/2003, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Proroga [Estensjoni] ta’ l-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fl-paragrafu 3 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom ukoll il-ġurisdizzjoni dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri fi proċedimenti [...] fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-minuri għandhom konnessjoni sostanzjali ma’ dak l-Istat Membru, u partikolarment bis-saħħa ta’ l-fatt li bejn wieħed minn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità huwa/hija abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru jew li l-minuri huma ċittadini ta’ dak l-Istat Membru;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet espressament aċċettata jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-partijiet kollha fil-proċedimenti fil-ħin li l-qorti ħadet il-pussess u dan fl-ahjar interess għall-minuri.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Trasferiment għal qorti li tinstab f’post aħjar sabiex jinstema’ l-każ<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’mod ta’ eċċezzjoni, il-qrati ta’ xi Stat Membru li għandhom il-ġurisdizzjoni dwar is-sostanza [fuq il-mertu] ta’ l-kwistjoni jistgħu, jekk jikkunsidraw li qorti ta’ Stat Membru ieħor, li magħha l-minuri għandu konnessjoni partikolari, u fejn dan huwa fl-aħjar interessi ghall-minuri, tkun f’posizzjoni aħjar biex jisimgħu l-każ, jew parti speċifika minnu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>twaqqaf l-każ jew parti minnu fil-kwistjoni u tistieden lill-partijiet biex jippreżentaw talba quddiem il-qorti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor skond il-paragrafu 4; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>titlob qorti ta’ Stat Membru ieħor biex tassumi l-ġurisdizzjoni skond il-paragrafu 5.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Paragrafu 1 għandu japplika:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>malli ssir l-applikazzjoni minn parti waħda; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fuq mozzjoni proprja ta’ l-qorti: jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ma’ l-applikazzjoni minn xi qorti ta’ Stat Membru ieħor li miegħu l-minuri għandu konnessjoni partikolari, skont il-paragrafu 3.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Trasferiment [ir-rinviju] magħmul fuq mozzjoni ta’ l-qorti proprja jew b’applikazzjoni minn xi qorti ta’ Stat Membru ieħor għandu jiġi aċċettat mill-inqas minn wieħed mill-partijiet.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-minuri għanhom ikunu kkunsidrati li għandhom konnessjoni partikolari ma xi Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 1, jekk dak l-Istat Membru;</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikun sar ir-residenza abitwali ta’ l-minuri wara li l-qorti msemmija fil paragrafu 1 tkun ħadet il-pussess; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>hija r-residenza abitwali ta’ qabel ta’ l-minuri; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>huwa l-post taċ-ċittadinanza ta’ l-minuri; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>huwa r-residenza abitwali tad-detentur tar-responsabilità bejn il-ġenituri; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>huwa l-post fejn tinstab proprjetà ta’ l-minuri u l-każ jikkonċerna miżuri għall-protezzjoni ta’ l-minuri dwar l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni jew ħelsien ta’ din il-proprjetà.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni dwar is-sostanza [fuq il-mertu] ta’ l-kwistjoni għandhom jiffissaw żmien limitat b’liema l-qrati ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor għandhom jieħdu l-pussess skond il-paragrafu 1.</ALINEA><ALINEA>Jekk il-qrati ma jkunux ħadu pussess f’dak iż-żmien, il-qorti li kellha l-pussess għandha tkompli teżerċita l-ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 8 sa 14.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor jistgħu', fejn minħabba għall-cirkustanzi speċifiċi ta’ l-każ, dan ikun fl-aħjar interess għall-minuri, jaċċettaw il-ġurisdizzjoni fi żmien sitt ġimgħat mill-pussess tagħhom skond il-paragrafu 1(a) jew 1(b). F’dan il-każ, il-qorti li ħadet il-pussess l-ewwel għandha tirrinunzja għall-ġurisdizzjoni; Inkella, il-qorti li ħadet il-pussess l-ewwel għandha tkompli teżerċita l-ġurisdizzjoni skond l-Artikoli 8 sa 14.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati għandhom jikkoperaw għar-raġunijiet ta’ dan l-Artikolu, direttament jew permezz ta’ l-awtoritajiet ċentrali maħtura skond l-Artikolu 53.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-Taqsima 3, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Id-Disposizzjonijiet komuni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[il-ġurisdizzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, l-Artikolu 16 ta’ dan tal-aħħar, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-Pussess ta’ Qorti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qorti għandha tiġi kkunsidrata li hija fil-pussess;</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fiż-żmien li d-dokument li istitwixxa l-proċedimenti [att promotur] jew dokument ekwivalenti jiġu ppreżentati l-qorti, dement li l-applikant ma naqasx/sitx sussegwentement milli jieħu/tieħu l-passi neċessarji li kienu dovuti li sabiex issir in-notifika fuq il-konvenut;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk id-dokument għandu jiġi notifikat qabel ma jiġi ppreżentat il-qorti, waqt iż-żmien li jiġi riċevut mill-awtorità responsabbli għas-servizz, dement li l-applikant ma jonqosx milli jieħu l-passi li kellu jieħu biex id-dokument jiġi ppreżentat il-qorti.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-Taqsima 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Ir-Rikonoxximent<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, tal-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[ir-rikonoxximent u l-infurzar]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, l-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Ir-Rikonoxximent ta’ sentenza<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta’ ebda proċedura speċjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-istess Taqsima 1, l-Artikolu 26 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>In-nuqqas ta’ reviżjoni nkwantu għas-sustanza [projbizzjoni ta’ reviżjoni fuq il-mertu]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Taħt l-ebda ċirkustanzi m’għandha sentenza tiġi riveduta nkwantu għas-sustanza [fuq il-mertu] tagħha<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu III, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>L-infurzabilità ta’ ċerti sentenzi dwar id-drittijiet ta’ l-aċċess u ċerti sentenzi li jeħtieġu r-ritorn ta’ l-minuri<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Id-drittijiet ta’ aċċess imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a) mogħtija f’sentenza nfurzabbli li tkun ingħatat fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti u jkunu nfurzabbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn ta’ dikjarazzjoni ta’ l-infurzabilità u mingħajr ebda possibilità li ssir opposizzjoni għar-rikonoxximent tagħhom jekk is-sentenza tkun ġiet iċcertifikata fl-Istat Membru ta’ l-oriġini skond il-paragrafu 2.</ALINEA><ALINEA>Anke jekk il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għall-infurzabilità bl-operat ta’ l-liġi ta’ sentenza li tikkonċedi d-drittijiet ta’ aċċess, il-qorti ta’ l-oriġini tista’ tiddikjara li s-sentenza għandha tiġi nfurzata, minkejja li jkun sar appell<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-Taqsima 6 tal-imsemmi Kapitolu III, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Disposizzjonijiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, l-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprovdi, fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Proċedura ta’ l-Infurzar<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Kwalsijasi sentenza maqtugħa minn qorti ta’ Stat Membru ieħor u ddikjarata li hija nfurzabbli skond it-Taqsima 2 jew li ġiet iċċertifikata skond l-Artikolu 41(1) jew l-Artikolu 42(1) għandha tiġi nfurzata fl-Istat Membru ta’ l-infurzar bl-istess kondizzjonijiet daqs li kieku ġiet maqtugħa f’dak l-Istat Membru.</ALINEA><ALINEA>Partikolarment, sentenza li tkun ġiet iċċertifikata skond l-Artikolu 41(1) jew l-Artikolu 42(1) ma tistax tiġi nfurzata jekk ma tkunx konċiljabbli ma xi sentenza ta’ l-infurzar sussegwenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 8 tal-liġi dwar it-tfal tal-1989 (Children Act 1989) jippermetti li l-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales jiddeċiedu dwar ir-residenza (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>residence order<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) u dwar id-dritt ta’ aċċess (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>contact order<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>), jipprojbixxu ċerti atti (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>prohibited steps order<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>) u li jsolvu diffikultajiet speċifiċi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>specific issue order<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), fejn dawn tal-aħħar jistgħu jinkludu deċiżjonijiet dwar ir-ritorn tal-wild lejn it-territorju taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, dwar il-post fejn għandu jattendi l-iskola jew dwar jekk għandux isegwi ċertu trattament mediku.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(a) tal-liġi tal-familja tal-1986 (Family Law Act 1986):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Qorti tal-Ingilterra jew ta’ Wales għandha tagħti deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 1(1)(a), fir-rigward ta’ wild, biss jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija jkollha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa tar-[Regolament Nru 2201/2003] [...]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, is-sens ta’ din id-dispożizzjoni huwa li deċiżjoni mogħtija abbażi tal-Artikolu 1(1)(a) hija deċiżjoni mogħtija minn qorti tal-Ingilterra u ta’ Wales abbażi tal-Artikolu 8 tal-liġi dwar it-tfal tal-1989.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-missier, ta’ nazzjonalità Spanjola, u l-omm, ċittadina tar-Renju Unit (iktar ’il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>), kien ilhom jirrisjedu għal diversi snin fi Spanja meta twieled S. fis-<DATE ISO="20050527">27 ta’ Mejju 2005</DATE>, u li dan tal-aħħar trabba hemmhekk sas-<DATE ISO="20100206">6 ta’ Frar 2010</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’din id-data, peress li l-ġenituri sseparaw matul ix-xahar ta’ Novembru 2009, l-omm ittrasferixxiet ruħha flimkien ma S. lejn ir-Renju Unit. Wara dan it-trasferiment, il-ġenituri ppruvaw mingħajr suċċess jilħqu ftehim dwar it-tqassim tad-drittijiet tagħhom fir-rigward ta’ S., fatt li ta lok għal diversi proċeduri ġudizzjarji fi Spanja u fir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-ġenituri waslu għal ftehim (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ftehim tal-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) f’dak li jirrigwarda d-dritt għall-kustodja, mogħti lill-omm, u d-dritt ta’ aċċess, irrikonoxxut lill-missier. Dan il-ftehim ġie ffirmat mill-ġenituri, fil-preżenza ta’ Reġistratur tal-Juzgado de Primera Instancia de Torrox (Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Torrox, Spanja). Il-ftehim tal-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE> ġie ppreżentat għall-approvazzjoni quddiem din il-qorti li min-naħa tagħha kkonfermat id-dispożizzjonijiet tiegħu permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20101217">17 ta’ Diċembru 2010</DATE>, l-omm ippreżentat rikors abbażi tal-Artikolu 8 tal-liġi dwar it-tfal tal-1989 quddiem il-Principal Registry of the High Court of Justice (England &amp; Wales), Family Division (ir-Renju Unit). Hija talbet li tiġi adottata deċiżjoni dwar ir-residenza (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>residence order<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), flimkien ma emenda tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE> u tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>contact order<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>), kif ukoll deċiżjoni dwar kwistjoni speċifika (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>specific issue order<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>). B’mod partikolari, l-omm talbet tnaqqis tad-drittijiet ta’ aċċess mogħtija lill-missier permezz ta’ dan il-ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20110131">31 ta’ Jannar 2011</DATE>, il-missier ippreżenta rikors quddiem din l-istess qorti għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE>, skont l-Artikoli 41 u 47 tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Waqt is-seduta tas-<DATE ISO="20111216">16 ta’ Diċembru 2011</DATE> li nżammet quddiem il-High Court, l-omm ammettiet li, fid-dawl tal-ftehim tal-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE> u tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE>, hija kienet estendiet il-ġurisdizzjoni tal-Juzgado de Primera Instancia de Torrox, u dan abbażi tal-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-regolament. Hija għalhekk iddikjarat li ma kinitx qed topponi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE>, li ġiet debitament eżegwita, skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE>. Fost l-oħrajn, il-modalitajiet preċiżi tad-dritt ta’ aċċess tal-missier kienu ġew stabbiliti fid-dettall sas-<DATE ISO="20130106">6 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20111220">20 ta’ Diċembru 2011</DATE>, l-omm ressqet talba, ibbażata fuq l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003, quddiem il-Juzgado de Primera Instancia de Torroxdu, fejn talbet li l-ġurisdizzjoni estiża tiġi ttrasferita lejn il-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales. Fid-<DATE ISO="20120229">29 ta’ Frar 2012</DATE>, il-Juzgado de Primera Instancia de Torrox ħarġet digriet fuq talba tal-omm (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>digriet tad-<DATE ISO="20120229">29 ta’ Frar 2012</DATE><QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>), li kien jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[s]a fejn id-[deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE>] mogħtija f’din il-kwistjoni [kienet] saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, sa fejn il-kwistjoni [kienet] magħluqa u sa fejn l-ebda kwistjoni familjari oħra bejn il-partijiet ma [kienet] pendenti quddiem il-qorti, ma [kienet] teżisti l-ebda raġuni sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni kif mitlub fir-rikors<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>, l-omm mill-ġdid ressqet il-kawża quddiem il-High Court u talbitha tiddikjara li issa l-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales kellhom il-ġurisdizzjoni f’dak li jirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ S., peress li huwa kellu r-residenza abitwali tiegħu fir-Renju Unit, fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2201/2003. Il-High Court iddikjarat li għandha ġurisdizzjoni b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130325">25 ta’ Marzu 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130521">21 ta’ Mejju 2013</DATE>, il-qorti tar-rinviju awtorizzat lill-missier jappella minn din id-deċiżjoni tal-High Court tal-<DATE ISO="20130325">25 ta’ Marzu 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-istennija tal-eżitu tal-appell hekk ippreżentat, il-High Court tikkunsidra li hija ma hijiex f’pożizzjoni li tordna modalitajiet iddettaljati ġodda fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess iddisputat bejn il-ġenituri. Peress li kellha dubji dwar jekk hija għandhiex ġurisdizzjoni fuq il-mertu jew sempliċement ġurisdizzjoni ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim tal-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE> u tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE>, il-High Court ma ħadet l-ebda deċiżjoni f’dak li jirrigwarda l-perijodu ta’ wara s-<DATE ISO="20130106">6 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-appell il-missier essenzjalment isostni li, bid-deċiżjoni tagħha tal-<DATE ISO="20130325">25 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-High Court wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat li l-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales kellhom ġurisdizzjoni fuq il-mertu. Huwa jsostni li ġurisdizzjoni estiża abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003 tkompli tipproduċi l-effetti tagħha wara t-tmiem tal-proċedura kkonċernata u għalhekk tipprovdi l-bażi ta’ ġurisdizzjoni għall-finijiet tat-tressiq sussegwenti ta’ kull proċedura li tista’ tkun neċessarja sabiex jiġu deċiżi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ S. Il-missier jippreċiża wkoll li tali ġurisdizzjoni, li qorti jibqa’ jkollha, tista’ tiġi ttrasferita, abbażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament 2201/2013, barra mill-kuntest ta’ proċedura pendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-omm issostni li estensjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2013 tipproduċi l-effetti tagħha biss sal-għoti tad-deċiżjoni li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fil-kuntest ta’ dik il-proċedura u li l-effetti tagħha ma jinżammux lil hinn mill-għoti tal-imsemmija deċiżjoni. Hija tqis, barra minn hekk, li l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2013 japplika biss għal proċeduri partikolari, pendenti quddiem qorti ta’ Stat Membru, u mhux għall-ġurisdizzjoni ta’ dik il-qorti b’mod ġenerali, b’tali mod li, fl-assenza ta’ proċeduri li għadhom għaddejjin, ma hemmx lok li jsir rinviju abbażi ta’ dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, b’digriet tal-<DATE ISO="20130704">4 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Juzgado de Primera Instancia de Torrox imponiet sanzjoni ta’ EUR 16 000 fuq l-omm fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim tal-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE> u semmiet il-possibbiltà li S. jitqiegħed fil-kustodja tal-Missier.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (ir-Renju Unit) (Civil division) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>1)</NO.P><TXT>Fejn tkun seħħet estensjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament [Nru 2201/2013], dik l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni tkompli tapplika biss sakemm ikun hemm deċiżjoni finali [li ssir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>] f’dik il-proċedura jew tibqa’ tapplika anki wara li tingħata deċiżjoni finali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tar-Regolament [Nru 2201/2013] jippermetti li l-qrati ta’ Stat Membru jittrasferixxu l-ġurisdizzjoni f’ċirkustanzi fejn fil-preżent ma tkun teżisti ebda proċedura legali li tikkonċerna lill-wild?<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, estiża, abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, favur qorti ta’ Stat Membru li quddiemha titressaq, bi qbil bejn il-partijiet, proċedura mid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri, tispiċċax mal-għoti ta’ deċiżjoni li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fil-kuntest ta’ dik il-proċedura jew jekk l-imsemmija ġurisdizzjoni tinżammx lil hinn mill-għoti ta’ tali deċiżjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rilevanza u l-ammissibbiltà tal-ewwel domanda.</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandhom jiġu miċħuda l-argumenti magħmula mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Gvern Spanjol intiżi li jikkontestaw ir-rilevanza u l-ammissibbiltà tal-ewwel domanda. Il-Kummissjoni ssostni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li mid-digriet tad-<DATE ISO="20120229">29 ta’ Frar 2012</DATE><?PAGE NO="8"?> jirriżulta li l-Juzgado de Primera Instancia de Torrox iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, u li din id-deċiżjoni għandha tiġi aċċettata mill-qorti tar-rinviju abbażi tal-Artikolu 21 tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol jikkunsidra li l-kawża prinċipali tirrigwarda kemm il-kwistjoni tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE> kif ukoll il-projbizzjoni li din tiġi riveduta fuq il-mertu, fis-sens tal-Artikoli 21, 26, 41 u 47 tar-Regolament Nru 2201/2003, peress li t-talba tal-omm sabiex l-istess deċiżjoni u l-ftehim tal-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE> jiġu emendati tressqet inqas minn xahrejn wara l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, kif sostnew, waqt is-seduta, il-Gvern Spanjol u l-ġenituri u kif essenzjalment ammettiet il-Kummissjoni ma hemm xejn li jippermetti li jiġi kkunsidrat li d-digriet tad-<DATE ISO="20120229">29 ta’ Frar 2012</DATE> jinkludi xi deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni tal-qorti Spanjola fuq il-mertu, li għandha tiġi aċċettata mill-qorti tar-rinviju abbażi tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif sostnew, waqt is-seduta, l-omm u l-Kummissjoni, għandu jiġi kkunsidrat li l-kawża prinċipali u l-ewwel domanda ma jirrigwardawx, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Gvern Spanjol, il-kwistjoni tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE> kif ukoll il-projbizzjoni li din tiġi rriveduta fuq il-mertu, fis-sens tal-Artikoli 21, 26, 41 u 47 tar-Regolament Nru 2201/2003, iżda jirrigwardaw il-kwistjoni ta’ jekk il-qorti tar-rinviju għandhiex ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri li tirriżulta mill-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għandu jiġi ppreċiżat li kull kwistjoni dwar il-fondatezza tat-talba tal-omm, jew dwar in-natura eventwalment abbużiva ta’ din it-talba, imressqa quddiem il-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales inqas minn xahrejn wara li ngħatat id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE> u li hija intiża sabiex tinkiseb emenda tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-<DATE ISO="20100721">21 ta’ Lulju 2010</DATE> u, għaldaqstant, is-sostituzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, għandha tiġi evalwata, skont l-Artikoli 8 sa 15 tar-Regolament Nru 2201/2003, mill-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li huwa paċifiku, f’dan il-każ, li, sad-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ebda deċiżjoni ulterjuri dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri ma tkun ingħatat minn qorti, f’dak li jirrigwarda lil S., u li, għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE> ma tkun ġiet la emendata u lanqas issostitwita, għandu jiġi kkonstatat li din tal-aħħar tibqa’, sa dik id-data, kompletament eżekutorja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jitfakkar li għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kliem u l-għanijiet tagħha kif ukoll il-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u tal-għanijiet imfittxa mill-leġiżlazzjoni li minnha din tifforma parti (sentenza Van Buggenhout u Van de Mierop, C‑251/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:566">EU:C:2013:566</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-ġurisdizzjoni ta’ qorti għandha tiġi ddeterminata, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> u, skont l-Artikolu 13(3) tal-istess regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>fil-ħin li l-qorti ħadet il-pussess<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament jippreċiża li qorti titqies fil-pussess, bħala prinċipju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>fiż-żmien li d-dokument li istitwixxa l-proċedimenti [att promotur] [...] jiġ[i] ppreżentati l-qorti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għall-finijiet tal-estensjoni ta’ ġurisdizzjoni, l-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 jirrikjedi b’mod partikolari li, fid-data ta’ meta qorti tieħu l-pussess, il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza abitwali tkun ġiet espressament aċċettata jew xorta oħra b’mod inekwivokabbli mill-partijiet kollha fil-proċedura.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, minn kliem l-Artikoli 8(1) u 12(3) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-ġurisdizzjoni ta’ qorti fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tiġi vverifikata u ddeterminata f’kull każ partikolari, meta titressaq kawża quddiem qorti, u dan jimplika li din ma tinżammx lil hinn mit-tmiem ta’ proċedura pendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest li minnu jiffurmaw parti l-Artikoli 8(1) u 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, il-premessa 12 ta’ dan ir-regolament tippreċiża li huma l-ewwel nett il-qrati tal-Istat Membru fejn il-wild għandu r-residenza abitwali tiegħu li għandhom ikollhom ġurisdizzjoni. Skont din il-premessa, l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi li l-ġurisdizzjoni ġenerali fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi ddeterminata skont din ir-residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont din il-premessa 12 u skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 2201/2003, ġurisdizzjonijiet oħra għajr din il-ġurisdizzjoni ġenerali huma ammessi biss f’ċerti każijiet ta’ bdil tar-residenza tal-wild, previsti b’mod partikolari fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament, jew wara ftehim konkluż bejn id-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri, imsemmi fl-Artikolu 12(3) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 2201/2003 jirriżulta li, fil-każ ta’ bdil tar-residenza abitwali tal-wild, il-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza abitwali ta’ qabel jżommu l-ġurisdizzjoni tagħhom biss biex jemendaw deċiżjoni mogħtija minn dawn il-qrati qabel it-trasferiment u, f’kull każ, ma jżommux din il-ġurisdizzjoni għal perijodu ta’ iktar minn tliet xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-għanijiet imfittxa mir-Regolament Nru 2201/2003, għandu jiġi osservat li l-premessa 12 tiegħu tipprevedi li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti minn dan ir-regolament fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri huma kkonċepiti fid-dawl tal-aqwa interessi tal-wild u, b’mod partikolari, tal-kriterju ta’ prossimità u li waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12(3)(b) tal-imsemmi regolament timponi li kull ġurisdizzjoni estiża skont din id-dispożizzjoni tkun estiża fl-imsemmi interess.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tiġi ddeterminata, qabel kollox, skont l-aqwa interessi tal-wild.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, kif ġustament osservaw l-omm, il-Gvern tar-Renju Unit u l-Kummissjoni, għalkemm l-estensjoni ta’ ġurisdizzjoni aċċettata mid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri ta’ wild ta’ eta’ żgħira għal proċedura speċifika tista’ tiġi kkunsidrata bħala fl-aqwa interess ta’ dan il-wild, ma jistax jiġi aċċettat li, fil-każijiet kollha, tali ġurisdizzjoni estiża tibqa’, lil hinn minn tmiem il-proċedura li għaliha ġiet estiża u matul it-tfulija kollha tal-persuna kkonċernata, fl-aqwa interess ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li, meta quddiem qorti titressaq kawża skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, l-aqwa interess tal-wild jista’ jiġi mħares biss permezz ta’ eżami, f’kull każ partikolari, tal-kwistjoni ta’ jekk l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni mfittxa hijiex konformi ma dan l-aqwa interess.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm l-imsemmi Artikolu 12(3) huwa intiż li jippermetti li d-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri jressqu kawża, bi qbil bejniethom u taħt ċerti kundizzjonijiet oħra, quddiem qorti fir-rigward ta’ suġġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ġenituri li għall-evalwazzjoni tagħhom din il-qorti, bħala prinċipju, ma għandhiex ġurisdizzjoni, ma jistax jiġi preżunt li tali ftehim jibqa’ validu, fil-każijiet kollha, lil hinn mit-tmiem tal-proċedura mibdija u f’dak li jikkonċerna suġġetti oħra li jistgħu jitfaċċaw iktar ’il quddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkunsidrat li estensjoni tal-ġurisdizzjoni, abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, hija valida biss għall-proċedura speċifika li fir-rigward tagħha nfetħet il-kawża quddiem il-qorti li ngħatat il-ġurisdizzjoni estiża u li din il-ġurisdizzjoni tispiċċa, favur il-qorti li għandha ġurisdizzjoni ġenerali skont l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament, mal-għeluq definittiv tal-proċedura li tat lok għall-estensjoni tal-ġurisdizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun li l-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, estiża, abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, favur qorti ta’ Stat Membru li quddiemha titressaq, bi qbil bejn il-partijiet, proċedura mid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri, tispiċċax mal-għoti ta’ deċiżjoni li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fil-kuntest ta’ dik il-proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda li saret fil-każ li l-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, estiża abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, tinżamm lil hinn mill-għeluq definittiv tal-proċedura li tat lok għal din l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, estiża, abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, favur qorti ta’ Stat Membru li quddiemha titressaq, bi qbil bejn il-partijiet, proċedura mid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri, tispiċċa mal-għoti ta’ deċiżjoni li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fil-kuntest ta’ dik il-proċedura.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>