IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.10.2024
COM(2024) 471 final
ANNESS
to the
Proposal for a COUNCIL DECISION
on the signing, on behalf of the European Union, of the Enhanced Partnership and Cooperation Agreement between the European Union, of the one part, and the Republic of Uzbekistan, of the other part
FTEHIM IMSAĦĦAĦ TA’ SĦUBIJA U TA’ KOOPERAZZJONIBEJN L-UNJONI EWROPEA, MIN-NAĦA, U R-R-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN, MIN-NAĦA L-OĦRA
PREAMBOLU
L-UNJONI EWROPEA,
min-naħa,
u
IR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN,
min-naħa l-oħra,
minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien “il-Partijiet”,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-rabtiet b’saħħithom tagħhom u l-valuri komuni tagħhom;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ix-xewqa tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku stabbilita permezz tal-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Firenze fil-21 ta’ Ġunju 1996;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ix-xewqa tagħhom li jaġġornaw ir-relazzjonijiet tagħhom biex jirriflettu realtajiet politiċi u ekonomiċi ġodda u l-avvanz tas-sħubija tagħhom;
FILWAQT li JESPRIMU r-rieda komuni tagħhom li jikkonsolidaw, japprofondixxu u jiddiversifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fil-livelli kollha dwar kwistjonijiet bilaterali, reġjonali u internazzjonali ta’ interess reċiproku;
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom li jsaħħu l-promozzjoni, il-protezzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba;
FILWAQT LI JIKKONFERMAW l-impenn tagħhom għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Karta tan-NU”), tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“OSKE”), b’mod partikolari l-Att Finali ta’ Ħelsinki tal-1975 tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Att Finali ta’ Ħelsinki tal-OSKE”), tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, id-Drittijiet Soċjali u Kulturali kif ukoll għal prinċipji u għal normi universali oħrajn tad-dritt internazzjonali;
FILWAQT LI JTENNU l-impenn tagħhom li jippromwovu b’mod attiv il-paċi u s-sigurtà internazzjonali u jinvolvu rwieħhom f’multilateraliżmu effettiv u fis-soluzzjoni paċifika għat-tilwim, notevolment billi jikkooperaw fil-qafas tan-NU u tal-OSKE;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ix-xewqa tagħhom li jiżviluppaw aktar id-djalogu politiku regolari dwar kwistjonijiet bilaterali u internazzjonali ta’ interess reċiproku;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tagħhom favur l-obbligi internazzjonali fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva (minn hawn ’il quddiem imsejħa “AQM”) u tal-mezzi tat-twassil tagħhom;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, tal-libertà u tas-sigurtà, inkluż fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tagħhom li jikkontribwixxu, permezz tal-kooperazzjoni tagħhom, għall-iżvilupp politiku, soċjoekonomiku u istituzzjonali sostenibbli;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-rieda tagħhom li jsaħħu r-relazzjoni ekonomika tagħhom fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ ekonomija orjentata lejn is-suq ħieles u li joħolqu klima li twassal għall-espansjoni tar-relazzjonijiet bilaterali ta’ kummerċ u ta’ investiment u tal-konnettività b’vantaġġi reċiproċi;
FILWAQT LI JAPPOĠĠAW il-kisbiet u l-isforzi tar-Repubblika tal-Użbekistan għat-titjib tal-klima kummerċjali, għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, għall-ħolqien tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi;
FILWAQT LI JĦEĠĠU l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“WTO”), u l-implimentazzjoni trasparenti u nondiskriminatorja tad-drittijiet u tal-obbligi fil-qafas tad-WTO, u jikkonfermaw l-intenzjoni tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi assistenza teknika f’dan il-proċess, inkluż fil-qasam tan-normi u taċ-ċertifikazzjoni tal-istandards, tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u tal-prattiki tal-infurzar tal-liġi;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tagħhom li jirrispettaw il-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli u li jaħdmu flimkien biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tagħhom li jiżguraw is-sostenibbiltà ambjentali u l-ħarsien tal-ambjent, inkluż permezz tal-kooperazzjoni transkonfinali u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali li huma partijiet għalihom, u li jsaħħu l-kooperazzjoni fl-ambjent, fit-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri u fl-oqsma kollha tal-azzjoni klimatika f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima adottata fit-12 ta’ Diċembru 2015 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima”);
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-kooperazzjoni kollha fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari bejn il-Partijiet għal dan il-Ftehim hija rregolata bil-Ftehim għall-kooperazzjoni fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika tal-Użbekistan, iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Ottubru 2003, u ma taqax taħt dan il-Ftehim;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ix-xewqa tagħhom li jespandu l-kooperazzjoni u l-iskambju fil-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija, tal-innovazzjoni u tal-edukazzjoni, tal-kultura u tal-isport;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tagħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni transfruntiera u reġjonali;
FILWAQT li JINNOTAW li l-pożizzjoni speċjali tal-Irlanda skont il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-pożizzjoni speċjali tad-Danimarka skont il-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness ma’ dawk it-Trattati, se jiġu riflessi f’dan il-Ftehim, fejn xieraq;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
TITOLU I
OBJETTIVI U PRINĊIPJI ĠENERALI
ARTIKOLU 1
Objettivi
1.
Dan il-Ftehim jistabbilixxi sħubija u kooperazzjoni msaħħin bejn il-Partijiet, fuq il-bażi tal-valuri kondiviżi, tal-interessi komuni u tal-ambizzjoni li jsaħħu r-relazzjoni tagħhom fl-oqsma kollha tal-applikazzjoni tiegħu, għall-benefiċċju reċiproku tagħhom.
2.
Dawn is-sħubija u l-kooperazzjoni huma proċess bejn il-Partijiet li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, għall-paċi, għall-istabbiltà u għas-sigurtà, permezz ta’ aktar konverġenza dwar il-politika estera u ta’ sigurtà, il-kooperazzjoni politika u ekonomika effettiva u l-multilateraliżmu.
ARTIKOLU 2
Prinċipji Ġenerali
1.
Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, kif stabbiliti b’mod partikolari fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Karta tan-NU, fl-Att Finali ta’ Ħelsinki tal-OSKE u fi strumenti internazzjonali rilevanti oħra tad-drittijiet tal-bniedem li huma parti għalihom huwa l-bażi tal-politiki interni u internazzjonali taż-żewġ Partijiet u jikkostitwixxi element essenzjali ta’ dan il-Ftehim.
2.
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur standards internazzjonali tax-xogħol f’konformità mal-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“ILO”) li għalihom huma jew jistgħu jsiru partijiet.
3.
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rispett tagħhom għall-prinċipji ta’ governanza tajba, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha.
4.
Il-Partijiet itennu l-impenn tagħhom għall-prinċipji ta’ ekonomija orjentata lejn is-suq, li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
5.
Il-Partijiet jieħdu impenn favur il-ġlieda kontra l-forom differenti ta’ kriminalità organizzata tranżnazzjonali u ta’ terroriżmu, il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta’ AQM u l-mezzi tat-twassil tagħhom u favur multilateraliżmu effettiv.
6.
Il-Partijiet għandhom jimplimentaw dan il-Ftehim fuq il-bażi ta’ valuri kondiviżi, tal-prinċipji ta’ djalogu, ta’ fiduċja, ta’ rispett u ta’ benefiċċju reċiproċi, ta’ kooperazzjoni reġjonali, ta’ multilateraliżmu effettiv u tar-rispett għall-obbligi internazzjonali tagħhom li jirriżultaw, b’mod partikolari, mis-sħubija tagħhom fin-NU u fl-OSKE.
TITOLU II
DJALOGU POLITIKU U RIFORMA;
KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-POLITIKA ESTERA U TA’ SIGURTÀ
ARTIKOLU 3
Għanijiet tad-djalogu politiku
Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw djalogu politiku effettiv fl-oqsma kollha ta’ interess reċiproku, inklużi l-politika estera u ta’ sigurtà u r-riforma interna. L-għanijiet tad-djalogu politiku għandhom ikunu:
(a)
li tiżdied l-effettività tal-kooperazzjoni u tal-konverġenza politiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà u li jiġu promossi, ippreservati u jissaħħu l-paċi u l-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali u internazzjonali fuq il-bażi ta’ multilateraliżmu effettiv;
(b)
li jissaħħaħ l-iżvilupp politiku, soċjoekonomiku u istituzzjonali sostenibbli;
(c)
li jissaħħaħ ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, għall-istat tad-dritt u għall-governanza tajba, għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, u li tiżdied il-kooperazzjoni f’dawn l-oqsma;
(d) li jiġi żviluppat id-djalogu u tiġi approfondita l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża;
(e)
li jiġu promossi s-soluzzjoni paċifika għat-tilwim u l-prinċipji tal-integrità territorjali, l-invjolabbiltà tal-fruntieri, is-sovranità u l-indipendenza; u
(f)
li jkomplu jittejbu l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni reġjonali.
ARTIKOLU 4
Id-demokrazija u l-istat tad-dritt
Il-Partijiet għandhom itejbu d-djalogu u l-kooperazzjoni bl-għan li:
(a)
jiżguraw ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u għall-istat tad-dritt kif ukoll it-tisħiħ ulterjuri tal-istabbiltà, tal-effettività u tar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet demokratiċi;
(b)
jappoġġaw l-isforzi fl-implimentazzjoni ta’ riformi ġudizzjarji u legali biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-istituzzjonijiet fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u tal-ġustizzja, tal-aċċess għall-ġustizzja u tad-dritt għal proċess ġust, tal-indipendenza, tal-akkontabilità u tal-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja kif ukoll isaħħu s-salvagwardji proċedurali f’materji kriminali u tad-drittijiet tal-vittmi u tax-xhieda;
(c)
jippromwovu l-governanza elettronika u t-twettiq ta’ riforma tal-amministrazzjoni pubblika biex tinbena governanza akkontabbli, effiċjenti u trasparenti fil-livelli kollha;
(d)
jappoġġaw it-tisħiħ tal-proċessi elettorali u tal-kapaċitajiet tal-korpi ta’ ġestjoni elettorali; u
(e) jiżguraw l-effettività fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha.
ARTIKOLU 5
Drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-promozzjoni u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u jsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni bl-għan li:
(a)
jiżguraw u jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u għad-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi etniċi, reliġjużi u lingwistiċi u għal gruppi vulnerabbli bħal persuni b’diżabilità, kif ukoll jiġġieldu kontra l-vjolenza u l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni;
(b)
jiżguraw u jippromwovu l-protezzjoni tat-tfal kontra l-vjolenza, kontra l-isfruttament u kontra l-abbuż;
(c)
jiżguraw il-protezzjoni u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kemm id-drittijiet ċivili kif ukoll dawk politiċi kif ukoll id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, inklużi l-libertà ta’ espressjoni u tal-media, il-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, il-libertà mit-tortura u mit-trattament ħażin, u l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin;
(d)
jippromwovu d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-infurzar effettiv tal-istandards tax-xogħol f’konformità mal-konvenzjonijiet tal-ILO li għalihom huma jew jistgħu jsiru partijiet;
(e)
jeliminaw il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-parteċipazzjoni sinifikattiva u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet;
(f)
isaħħu l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom permezz tal-parteċipazzjoni sinifikattiva tagħhom fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet; u
(g)
isaħħu l-kooperazzjoni fil-korpi tad-drittijiet tal-bniedem u l-Proċeduri Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti u jimplimentaw b’mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom.
ARTIKOLU 6
Is-soċjetà ċivili
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex isaħħu ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħha fl-iżvilupp ekonomiku, soċjali u politiku ta’ soċjetà demokratika miftuħa, b’mod partikolari billi:
(a)
isaħħu l-kapaċità, l-indipendenza u l-akkontabilità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
(b)
irawmu l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tat-tfassil tal-liġijiet u tal-politika, billi jistabbilixxu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari bejnl-istituzzjonijiet pubbliċi minn naħa, u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili min-naħa l-oħra;
(c)
isaħħu l-kuntatti, l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenzi bejn is-setturi kollha tas-soċjetà ċivili fl-Unjoni Ewropea u fir-Repubblika tal-Użbekistan; u
(d)
jiżguraw l-involviment tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet, anki fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 7
Politika estera u ta’ sigurtà
1.
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-prinċipji u għan-normi universali tad-dritt internazzjonali, inklużi dawk stabbiliti fil-Karta tan-NU u fl-Att Finali ta’ Ħelsinki tal-OSKE, fost l-oħrajn il-prinċipji ta’: l-ugwaljanza sovrana, ir-rispett għad-drittijiet inerenti fis-sovranità; in-nuqqas ta’ theddid jew ta’ użu tal-forza; l-invjolabbiltà tal-fruntieri; l-integrità territorjali tal-Istati; is-soluzzjoni paċifika tat-tilwim; in-nuqqas ta’ intervent fl-affarijiet interni; ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin; id-drittijiet indaqs u l-awtodeterminazzjoni tal-popli; il-kooperazzjoni bejn l-Istati; u t-twettiq b’rieda tajba tal-obbligi skont id-dritt internazzjonali.
2.
Il-Partijiet għandhom jintensifikaw id-djalogu u l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà, inklużi aspetti tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża, u għandhom jindirizzaw, b’mod partikolari, kwistjonijiet ta’ prevenzjoni tal-kunflitti u ta’ maniġġjar imsaħħaħ u effettiv ta’ kriżijiet, ta’ tnaqqis tar-riskju, ta’ ċibersigurtà, ta’ funzjonament effiċjenti tas-settur tas-sigurtà, ta’ stabbiltà reġjonali, ta’ diżarm, ta’ nonproliferazzjoni, ta’ kontroll tal-armi u ta’ kontroll tal-esportazzjoni.
ARTIKOLU 8
Reati serji ta’ tħassib internazzjonali
1.
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid li l-aktar reati serji ta’ tħassib għall-komunità internazzjonali jridu jiġu kkastigati u li l-prosekuzzjoni effettiva tagħhom trid tiġi żgurata billi jittieħdu miżuri fil-livell nazzjonali u billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali.
2.
Il-Partijiet iqisu li l-istabbiliment u l-funzjonament tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u strutturi multilaterali oħrajn jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-paċi u tal-ġustizzja internazzjonali. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw inkluż permezz ta’ djalogu f’dan ir-rigward.
3.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fit-twettiq ta’ djalogu dwar kwistjonijiet relatati mal-ġenoċidju, mar-reati kontra l-umanità u mar-reati tal-gwerra billi jagħmlu użu mill-oqfsa bilaterali u multilaterali applikabbli.
ARTIKOLU 9
Prevenzjoni ta’ kunflitti u maniġġjar ta’ kriżijiet
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fil-maniġġjar ta’ kriżijiet biex joħolqu ambjent ta’ paċi u ta’ stabbiltà.
ARTIKOLU 10
Stabbiltà reġjonali u riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti
1.
Il-Partijiet għandhom jintensifikaw l-isforzi konġunti tagħhom biex itejbu l-kundizzjonijiet għal aktar kooperazzjoni reġjonali f’oqsma ewlenin bħall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma transkonfinali, ir-riżorsi minerali u tal-enerġija, il-ġestjoni tal-fruntieri li tiffaċilita l-flussi transfruntieri leġittimi ta’ persuni u ta’ merkanzija, il-konnettività sostenibbli, ir-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u l-iżvilupp demokratiku u sostenibbli, b’hekk jikkontribwixxu għall-istabbiltà u għas-sigurtà fl-Asja Ċentrali, u għandhom jaħdmu favur is-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti.
2.
L-isforzi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom isegwu l-objettiv li jinżammu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, kif minqux fil-Karta tan-NU, fl-Att Finali ta’ Ħelsinki tal-OSKE u fi strumenti multilaterali rilevanti oħrajn li l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan huma partijiet għalihom.
ARTIKOLU 11
Ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM
1.
Il-Partijiet jikkunsidraw li l-proliferazzjoni ta’ AQM u tal-mezzi tat-twassil tagħhom, kemm lil atturi statali kif ukoll lil oħrajn li ma humiex, hija waħda mill-aktar theddidiet serji għall-istabbiltà u għas-sigurtà internazzjonali.
2.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u tal-mezzi tat-twassil tagħhom permezz ta’ konformità sħiħa mal-obbligi rispettivi tagħhom skont it-trattati u l-ftehimiet dwar id-diżarm internazzjonali u n-nonproliferazzjoni u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn li huma partijiet għalihom u permezz tal-implimentazzjoni tagħhom. Il-Partijiet jaqblu li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi element essenzjali ta’ dan il-Ftehim.
3.
Barra minn hekk, il-Partijiet għandhom jikkoperaw u jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM u tal-mezzi tat-twassil tagħhom billi:
(a)
jieħdu passi biex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu, kif meħtieġ, u jimplimentaw b’mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali rilevanti l-oħrajn kollha;
(b)
jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontrolli nazzjonali tal-esportazzjoni, filwaqt li jiġu kkontrollati l-esportazzjoni kif ukoll it-tranżitu ta’ oġġetti huma relatati mal-AQM, inkluż il-kontroll tal-użu aħħari tal-AQM fuq it-teknoloġiji b’użu doppju u li jinkludu sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli tal-esportazzjoni.
4.
Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu djalogu regolari biex jakkumpanja u jikkonsolida dawn l-elementi.
ARTIKOLU 12
Kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u ta’ armi konvenzjonali
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illeċiti ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (minn hawn ’il quddiem imsejħin “SALW”), inklużi l-munizzjon tagħhom, u l-akkumulazzjoni eċċessiva, il-ġestjoni ħażina, il-ħażniet mhux assigurati sewwa u l-firxa mhux ikkontrollata tagħhom, ikomplu joħolqu theddida serja għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali.
2.
Il-Partijiet għandhom josservaw u jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom li jittrattaw il-kummerċ illeċitu ta’ SALW, inkluż il-munizzjon tagħhom, skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, kif ukoll l-impenji tagħhom fil-qafas tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tas-SALW fl-Aspetti Kollha Tiegħu fl-Aspetti Kollha Tiegħu u fit-trattati u fil-ftehimiet internazzjonali li għalihom huma partijiet.
3.
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta’ sistemi ta’ kontroll domestiku għat-trasferiment ta’ armi konvenzjonali f’konformità ma’ standards internazzjonali eżistenti li huma parti għalihom. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li japplikaw dawn il-kontrolli b’mod responsabbli, bħala kontribut għall-paċi, għas-sigurtà u għall-istabbiltà internazzjonali u reġjonali, u għat-tnaqqis tat-tbatija tal-bnedmin, kif ukoll għall-prevenzjoni tad-diverżjoni ta’ armi konvenzjonali.
4.
Għalhekk, il-Partijiet għandhom iħeġġu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-azzjonijiet konġunti fl-isforzi tagħhom biex jirregolaw jew itejbu r-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali f’armi konvenzjonali u biex jiġi pprevenut, miġġieled u jinqered il-kummerċ illeċitu f’armi, inkluż billi jsir djalogu regolari.
TITOLU III
ĠUSTIZZJA, LIBERTÀ U SIGURTÀ
ARTIKOLU 13
Protezzjoni tad-Data Personali
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-iżgurar tad-drittijiet fundamentali, u tal-promozzjoni tagħhom, għall-privatezza u għall-protezzjoni ta’ data personali.
2.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni u l-infurzar effettiv tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż fil-kuntest tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi biex jipprevjenu u jiġġieldu t-terroriżmu internazzjonali u reati transnazzjonali oħrajn.
3.
Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-iżgurar tal-protezzjoni tad-data personali huwa wieħed mill-fatturi fundamentali fl-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali, u fl-istabbiliment tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-ekonomija diġitali.
4.
Il-kooperazzjoni tal-Partijiet għandha tinkludi assistenza prattika fl-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, filwaqt li jitqiesu l-istrumenti u l-istandards legali tal-Unjoni Ewropea u internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali, kif ukoll il-kooperazzjoni fl-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
ARTIKOLU 14
Kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, l-ażil u l-ġestjoni tal-fruntieri
1.
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza ta’ djalogu komprensiv dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-migrazzjoni, inkluża l-migrazzjoni legali f’konformità mal-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali, l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari, il-protezzjoni internazzjonali u l-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari, tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u l-ġlieda kontra dawn.
2.
Il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi li titwettaq f’konsultazzjoni reċiproka bejn il-Partijiet u li tiġi implimentata f’konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti tagħhom. Għandha tiffoka, b’mod partikolari, fuq:
(a)
l-indirizzar tal-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari;
(b)
l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni u ta’ prattiki nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali f’konformità ma’ prinċipji u ma’ standards universali, u l-iżgurar tar-rispett għall-prinċipju ta’ “non-refoulement”;
(c)
ir-rikonoxximent tar-rilevanza tad-Dikjarazzjoni ta’ New York għar-Refuġjati u l-Migranti u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali, fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ fora reġjonali rilevanti;
(d) ir-regoli u d-drittijiet tal-ammissjoni u l-istat tal-persuni li jkunu ammessi, it-trattament ġust u l-integrazzjoni ta’ persuni barranin li jkunu qed jgħixu legalment fil-pajjiż, l-edukazzjoni u t-taħriġ u miżuri kontra r-razziżmu u l-ksenofobija;
(e)
l-istabbiliment ta’ politika effettiva u preventiva kontra l-migrazzjoni irregolari, il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar tal-bnedmin f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali u mal-Protokolli tagħha li daħlu fis-seħħ għall-Partijiet, inklużi modi kif għandhom jiġu miġġielda n-networks tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin, jiġu mfixkla n-networks kriminali involuti fit-traffikar tal-bnedmin u jiġu protetti l-vittmi tat-traffikar;
(f)
kwistjonijiet bħall-organizzazzjoni, it-taħriġ, l-aħjar prattiki u miżuri operazzjonali oħrajn biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-migrazzjoni, b’mod partikolari l-migrazzjoni irregolari, is-sigurtà tad-dokumenti, il-politika dwar il-viżi bl-għan li tiġi ffaċilitata l-mobilità taċ-ċittadini, u s-sistemi ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni; u
(g)
kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet tax-xogħol u mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti legali u tal-membri tal-familja tagħhom f’konformità ma’ normi internazzjonali.
ARTIKOLU 15
Riammissjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari
1.
Fil-qafas ta’ kooperazzjoni tagħhom għall-prevenzjoni u għall-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, il-Partijiet jaqblu li:
(a)
ir-Repubblika tal-Użbekistan għandha terġa’ ddaħħal kwalunkwe nazzjonal tagħha li ma jissodisfax, jew ma għadux jissodisfa, il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, jew għall-preżenza, jew għar-residenza fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, fuq talba minn dan tal-aħħar u mingħajr dewmien żejjed;
(b)
kull Stat Membru tal-Unjoni għandu jerġa’ jdaħħal kwalunkwe nazzjonal tiegħu li ma jissodisfax, jew ma għadux jissodisfa, il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, jew għall-preżenza, jew għar-residenza fit-territorju tar-Repubblika tal-Użbekistan, fuq talba minn din tal-aħħar u mingħajr dewmien żejjed; u
(c)
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan għandhom jipprovdu lin-nazzjonali tagħhom b’dokumenti tal-ivvjaġġar xierqa għal skopijiet bħal dawn fi żmien 30 jum mid-data tas-sottomissjoni, inkluż b’mezzi elettroniċi, tal-applikazzjoni tar-riammissjoni mill-Parti rikjedenti, imfasslin skont il-mudell fl-Anness [x] (inklużi, meta possibbli, dokumenti li jagħtu prova taċ-ċittadinanza).
Meta d-dokument tal-ivvjaġġar ma jkunx inħareġ f’dan it-terminu, il-Partijiet jistgħu jagħmlu użu mid-“dokument tal-ivvjaġġar tal-UE għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali” (ir-Regolament (UE) 2016/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jew id-dokument tal-ivvjaġġar simili tar-Repubblika tal-Użbekistan.
Meta l-persuna li tkun se tiġi riammessa ma jkollha l-ebda dokument jew prova oħra tan-nazzjonalità tagħha, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea kkonċernat jew tar-Repubblika tal-Użbekistan għandhom, fuq talba tar-Repubblika tal-Użbekistan jew tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea kkonċernat, jikkooperaw bis-sħiħ biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.
2.
Il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw in-negozjar possibbli ta’:
(a)
ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan li jirregola proċeduri u obbligi speċifiċi għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Użbekistan dwar ir-riammissjoni;
(b)
ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 16
Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu
1.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bl-għan li jipprevjenu u jiġġieldu b’mod effettiv l-użu tal-istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom u ta’ negozji u ta’ professjonijiet mhux finanzjarji deżinjati għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u għall-finanzjament tat-terroriżmu.
2.
Għal dak l-għan, huma għandhom jiskambjaw informazzjoni fil-qafas tal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom u jikkooperaw biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (minn hawn ’il quddiem imsejħa “FATF”) u ta’ standards oħrajn adottati minn korpi internazzjonali rilevanti attivi f’dan il-qasam. Tali kooperazzjoni tista’ tinkludi, fost l-oħrajn, l-identifikazzjoni, it-traċċar, il-qbid, il-konfiska u l-irkupru ta’ assi jew ta’ fondi derivati mir-rikavat minn attività kriminali. Għal dan l-iskambju ta’ informazzjoni, il-Partijiet għandhom jużaw mezzi siguri u affidabbli, bħal dawk deskritti fil-Karta u fil-prinċipji tal-Grupp Egmont tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja għall-iskambju ta’ informazzjoni.
ARTIKOLU 17
Drogi illegali
1.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiżguraw approċċ bilanċjat, ibbażat fuq l-evidenza u integrat fir-rigward tad-drogi illeċiti kif ukoll ta’ sustanzi psikoattivi ġodda.
2.
Il-politiki u l-azzjonijiet relatati mad-droga għandhom ikunu mmirati lejn it-tisħiħ tal-istrutturi għall-prevenzjoni u għall-indirizzar tad-drogi illeċiti, it-tnaqqis tal-provvista tad-drogi illeċiti, tat-traffikar fihom, u tad-domanda għalihom, u l-indirizzar tal-konsegwenzi soċjali u tas-saħħa tal-użu ta’ drogi illeċiti bl-għan li titnaqqas il-ħsara. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jipprevjenu d-devjazzjoni ta’ prekursuri kimiċi użati għall-manifattura illeċita ta’ drogi narkotiċi u ta’ sustanzi psikotropiċi u sustanzi psikoattivi ġodda.
3.
Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar il-metodi neċessarji ta’ kooperazzjoni għall-kisba ta’ dawk l-objettivi msemmijin fil-paragrafu 1. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji miftehmin b’mod komuni stabbiliti fil-konvenzjonijiet tan-NU dwar il-kontroll tad-droga u impenji internazzjonali oħrajn li huma parti għalihom.
ARTIKOLU 18
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni
1.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-ġlieda u fil-prevenzjoni ta’ attivitajiet kriminali u illegali, b’mod partikolari l-attivitajiet transnazzjonali, organizzati jew le, bħalma huma:
(a)
il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti;
(b)
it-traffikar ta’ bnedmin;
(c) il-kutrabandu u t-traffikar ta’ armi tan-nar inklużi SALW;
(d)
il-kuntrabandu u t-traffikar ta’ drogi illeċiti, sustanzi psikotropiċi u prekursuri;
(e)
il-kuntrabandu u t-traffikar ta’ merkanzija;
(f)
attivitajiet ekonomiċi u finanzjarji illegali bħall-falsifikazzjoni, il-kummerċ parallel u l-ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, il-frodi tat-taxxa u l-frodi fl-akkwist pubbliku;
(g) l-approprjazzjoni indebita fi proġetti ffinanzjati minn donaturi internazzjonali;
(h)
il-forom kollha ta’ korruzzjoni, kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku;
(i)
l-iffalsifikar ta’ dokumenti u l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet foloz; u
(j)
iċ-ċiberkriminalità.
2.
Il-Partijiet għandhom itejbu l-kooperazzjoni bilaterali, reġjonali u internazzjonali fost il-korpi tal-infurzar tal-liġi. Il-Partijiet għandhom jimplimentaw b’mod effettiv l-istandards internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-2000 tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokolli tagħha li għalihom huma parti.
3.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari dawk minquxin fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Korruzzjoni u fir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-valutazzjonijiet fl-isfond ta’ din il-konvenzjoni.
ARTIKOLU 19
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu
1.
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza tal-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tat-terroriżmu u jaqblu li jaħdmu flimkien f’livell bilaterali, reġjonali u internazzjonali għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u għall-ġlieda kontrih fil-forom u fil-manifestazzjonijiet kollha tiegħu.
2.
Il-Partijiet jaqblu li huwa essenzjali li l-ġlieda kontra t-terroriżmu trid titwettaq b’rispett sħiħ għall-istat tad-dritt u f’konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali, inklużi d-dritt umanitarju internazzjonali, il-prinċipji tal-Karta tan-NU, u l-istrumenti internazzjonali rilevanti kollha relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu u mad-drittijiet tal-bniedem li huma partijiet għalihom.
3.
Il-Partijiet jaffermaw l-importanza tar-ratifika universali u tal-implimentazzjoni tat-trattati rilevanti kollha tan-NU relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu d-djalogu dwar l-abbozz tal-Konvenzjoni Komprensiva dwar it-Terroriżmu Internazzjonali u li jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tan-NU kontra t-Terroriżmu, kif ukoll tar-riżoluzzjonijiet rilevanti kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.
4.
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza ta’ approċċ tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarju għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jaqblu li jikkooperaw fil-prevenzjoni u fis-soppressjoni tat-terroriżmu, b’mod partikolari billi:
(a)
jiskambjaw informazzjoni dwar individwi u gruppi terroristiċi u n-networks ta’ appoġġ tagħhom, f’konformità mad-dritt internazzjonali u nazzjonali, fost l-oħrajn fejn jidħlu l-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tal-privatezza;
(b) jiskambjaw l-esperjenza fir-rigward tal-prevenzjoni u tas-soppressjoni tat-terroriżmu, tal-mezzi u tal-metodi u tal-aspetti tekniċi tagħhom, kif ukoll tat-taħriġ, f’konformità mad-dritt applikabbli;
(c)
jiskambjaw fehmiet dwar ir-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, u modi kif tiġi miġġielda r-radikalizzazzjoni, u jippromwovu d-deradikalizzazzjoni u r-riabilitazzjoni;
(d) jiskambjaw fehmiet u esperjenzi dwar il-moviment transfruntier u l-ivvjaġġar ta’ terroristi suspettati kif ukoll theddid terroristiku;
(e) jikkondividu bejniethom l-aħjar prattiki fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċedimenti kriminali;
(f)
jiżguraw il-kriminalizzazzjoni ta’ reati terroristiċi u jieħdu miżuri biex jiġi miġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu; u
(g) jieħdu miżuri kontra t-theddida ta’ terroriżmu kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari u jwettqu l-miżuri neċessarji għall-prevenzjoni tal-akkwist, tat-trasferiment u tal-użu għal skopijiet terroristiċi ta’ materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari kif ukoll biex jipprevjenu atti illegali kontra faċilitajiet kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari ta’ riskju għoli.
5.
Il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjonijiet relevanti disponibbli u mwettqin permezz ta’ konsultazzjoni bejn il-Partijiet.
ARTIKOLU 20
Kooperazzjoni ġudizzjarja
1.
Il-Partijiet għandhom itejbu l-kooperazzjoni eżistenti dwar l-assistenza legali reċiproka u l-estradizzjoni fuq il-bażi tal-ftehimiet internazzjonali li huma parti għalihom. Il-Partijiet għandhom isaħħu l-mekkaniżmi eżistenti u, meta xieraq, jikkunsidraw l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ġodda biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam.
2.
Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw kooperazzjoni ġudizzjarja dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali, b’mod partikolari n-negozjati, il-konklużjoni, u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet bilaterali u ta’ konvenzjonijiet multilaterali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja kriminali u konvenzjonijiet multilaterali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili, inklużi l-Konvenzjonijiet tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
ARTIKOLU 21
Protezzjoni konsulari
Ir-Repubblika tal-Użbekistan taċċetta li l-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jkollu rappreżentanza permanenti fir-Repubblika tal-Użbekistan jistgħu jipprovdu protezzjoni lil kwalunkwe nazzjonal ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li ma jkollux rappreżentanza permanenti fir-Repubblika tal-Użbekistan li tista’ tipprovdi b’mod effettiv protezzjoni konsulari f’każ partikolari, bl-istess kundizzjonijiet bħal tan-nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea.
TITOLU IV
KUMMERĊ U KWISTJONIJIET RELATATI MAL-KUMMERĊ
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI
ARTIKOLU 22
Objettivi
L-objettivi ta’ dan it-Titolu huma:
(a)
l-espansjoni, id-diversifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ bejn il-Partijiet b’mod partikolari permezz ta’ dispożizzjonijiet dwar il-faċilitazzjoni tal-proċeduri doganali u tal-kummerċ, it-tnaqqis tal-ostakli tekniċi għall-kummerċ kif ukoll dawk relatati ma’ miżuri sanitarji u fitosanitarji, filwaqt li jinżamm id-dritt ta’ kull Parti li tilleġiżla biex tilħaq l-objettivi tal-ordni pubbliku;
(b)
il-faċilitazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi u tal-investiment bejn il-Partijiet inkluż permezz tat-trasferiment liberu ta’ pagamenti kurrenti u permezz tal-faċilitazzjoni tal-movimenti kapitali;
(c)
il-ftuħ effettiv u reċiproku tas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-Partijiet;
(d)
il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-kreattività billi tiġi żgurata protezzjoni adegwata u effettiva tad-drittijiet kollha ta’ proprjetà intellettwali;
(e)
il-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet li jrawmu kompetizzjoni mhux imxekkla fl-attivitajiet ekonomiċi tal-Partijiet b’mod partikolari fir-rigward tal-kummerċ u tal-investiment bejniethom;
(f)
l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali b’mod li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu;
(g)
l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu effettiv, ġust u prevedibbli għas-soluzzjoni tat-tilwim biex isolvi tilwim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu.
ARTIKOLU 23
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu:
(a)
“Ftehim dwar l-Agrikoltura” tfisser il-Ftehim dwar l-Agrikoltura, inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;
(b)
“Ftehim dwar il-Proċeduri ta’ Liċenzjar għall-Importazzjoni” tfisser il-Ftehim dwar il-Proċeduri ta’ Liċenzjar għall-Importazzjoni fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;
(c)
“Ftehim dwar l-Anti-Dumping” tfisser il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;
(d)
“jiem” tfisser jiem kalendarji, inklużi tmiem il-ġimgħa u festi;
(e)
“Trattat tal-Karta tal-Enerġija” tfisser it-Trattat tal-Karta tal-Enerġija, li sar f’Lisbona fis-17 ta’ Diċembru 1994;
(f)
“eżistenti” tfisser b’effett fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;
(g)
“GATT 1994” tfisser il-Ftehim Ġenerali tal-1994 dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;
(h)
“GATS” tfisser il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, inkluż fl-Anness 1B tal-Ftehim tad-WTO;
(i)
“miżura” tinkludi kwalunkwe miżura meħuda, kemm f’forma ta’ liġi, ta’ regolament, ta’ regola, ta’ proċedura, ta’ deċiżjoni, ta’ azzjoni amministrattiva, jew fi kwalunkwe forma oħra.
(j)
“miżuri ta’ Parti” tfisser kwalunkwe miżura adottata jew miżmuma minn:
(i) gvernijiet jew awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali; u
(ii) korpi mhux governattivi fl-eżerċizzju tas-setgħat delegati mill-gvernijiet jew mill-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali;
(k)
“persuna” tfisser persuna fiżika jew persuna ġuridika;
(l)
“Konvenzjoni Riveduta ta’ Kyoto” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali, magħmula fi Kyoto fit-18 ta’ Mejju 1973, kif emendata;
(m)
“Ftehim dwar is-Salvagwardji” tfisser il-Ftehim dwar is-Salvagwardji, inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;
(n)
“Ftehim SCM” tfisser il-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens, inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;
(o)
“Ftehim SPS” tfisser il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;
(p)
“Ftehim dwar l-OTK” tfisser il-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;
(q)
“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mill-ambitu ġeografiku ta’ dan il-Ftehim;
(r)
“Ftehim ta’ Faċilitazzjoni tal-Kummerċ” tfisser il-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;
(s)
“Ftehim TRIPS” tfisser il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ, li jinsab fl-Anness 1C tal-Ftehim tad-WTO;
(t)
“Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati” tfisser il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, magħmula fi Vjenna fit-23 ta’ Mejju 1969;
(u)
“Dikjarazzjoni ta’ Arusha tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali” tfisser id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali dwar l-integrità fid-Dwana magħmula f’Arusha, fit-Tanzanija, fis-7 ta’ Lulju 1993;
(v)
“Ftehim tad-WTO” tfisser il-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ magħmul fil-15 ta’ April 1994;
(w)
“WTO” tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
ARTIKOLU 24
Ir-rabta ma’ ftehimiet internazzjonali oħrajn
1.
Il-Partijiet jaffermaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom lejn xulxin skont il-ftehimiet internazzjonali li għalihom it-tnejn ikunu parti.
2.
Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lil Parti taġixxi b’mod inkonsistenti mal-obbligi tagħha skont il-Ftehim tad-WTO.
ARTIKOLU 25
Ir-referenzi għal-liġijiet u għar-regolamenti u għal ftehimiet oħrajn
1.
Kwalunkwe referenza f’dan it-Titolu għal-liġijiet u għar-regolamenti, b’mod ġenerali jew b’referenza għal statut, għal regolament jew għal direttiva speċifika, għandha tiġi interpretata bħala referenza għal-liġijiet u għar-regolamenti kif emendati, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.
2.
Kwalunkwe referenza, jew inkorporazzjoni permezz ta’ referenza, f’dan it-Titolu, għal ftehimiet jew għal strumenti legali oħrajn b’mod sħiħ jew parzjali, għandha tiġi interpretata, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, bħala li tinkludi:
(a)
annessi, protokolli, noti f’qiegħ il-paġna, noti interpretattivi u noti ta’ spjegazzjoni relatati; u
(b)
ftehimiet sussegwenti li għalihom il-Partijiet ikunu parti jew emendi li jkunu vinkolanti fuq il-Partijiet, ħlief meta r-referenza tafferma drittijiet eżistenti.
ARTIKOLU 26
Id-dritt ta’ azzjoni skont id-dritt domestiku
Parti ma għandhiex tipprevedi għal dritt ta’ azzjoni skont il-liġi tagħha kontra l-Parti l-oħra fuq il-bażi li miżura tal-Parti l-oħra tkun inkonsistenti ma’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 27
Kompiti speċifiċi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni li jaġixxi fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ tiegħu
1.
Meta l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jwettaq kwalunkwe wieħed mill-kompiti mogħtijin lilu b’rabta ma’ dan it-Titolu, għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet b’responsabbiltà għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, f’konformità mal-oqfsa legali rispettivi tal-Partijiet, jew mill-persuni magħżulin minnhom.
2.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni li jaġixxi fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ tiegħu:
(a)
għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet biex jemenda dan li ġej fuq il-bażi ta’ kunsens reċiproku u wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tal-Partijiet kif previst fil-leġiżlazzjoni tagħhom.
(i)
l-Annessi 5-A, 5-B, 5-C u 5-D;
(ii)
l-Anness 6;
(iii)
l-Annessi 7-A, 7-B u 7-C;
(iv)
l-Anness 9-A;
(v)
l-Annessi 14-A u 14-B;
(vi)
il-Protokoll I.
(b)
jista’ jadotta deċiżjonijiet biex tinħareġ interpretazzjoni ta’ dan it-Titolu;
(c)
jista’ jistabbilixxi sottokumitati magħmula minn rappreżentanti tal-Partijiet, minbarra dawk stabbiliti b’dan it-Titolu u jassenjalhom responsabbiltajiet fil-limiti tal-kompetenza tagħhom stess, inkluża l-modifika tal-funzjonijiet assenjati jew ix-xoljiment tas-sottokumitat stabbilit.
3.
L-emendi msemmijin fil-paragrafu 2(a) għandhom jiġu kkonfermati permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet u għandhom jidħlu fis-seħħ mal-wasla tal-aħħar nota, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet.
4.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni li jaġixxi fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ tiegħu għandu jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tal-Partijiet, kif previst fil-leġiżlazzjoni tagħhom.
5.
Meta l-laqgħat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni ma jkunux disponibbli, id-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 jistgħu jittieħdu permezz ta’ proċedura bil-miktub.
ARTIKOLU 28
Kompiti speċifiċi tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni li jaġixxi fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ tiegħu
1.
Meta l-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jwettaq kwalunkwe wieħed mill-kompiti mogħtijin lilu f’dan it-Titolu, huwa għandu jkun imsawwar minn rappreżentanti tal-Partijiet b’responsabbiltà għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, jew il-persuni nominati tagħhom.
2.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni li jaġixxi fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ tiegħu għandu jkollu, b’mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:
(a)
jassisti lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-kummerċ;
(b)
jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa ta’ dan it-Titolu; f’dan ir-rigward, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet stabbiliti fil-Kapitolu 14, kwalunkwe Parti tista’ tirreferi għal diskussjoni fil-Kumitat ta’ Kooperazzjoni kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni ta’ dan it-Titolu;
(c)
jissorvelja, kif ikun neċessarju, l-iżvilupp ulterjuri ta’ dan it-Titolu u jevalwa r-riżultati miksubin mill-applikazzjoni tiegħu;
(d)
ifittex modi xierqa ta’ prevenzjoni u ta’ soluzzjoni tal-problemi li jistgħu jinqalgħu f’oqsma koperti minn dan it-Titolu; u
(e)
jissupervizza l-ħidma tas-sottokumitati stabbiliti skont dan it-Titolu.
3.
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont il-paragrafu 2, il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jagħmel proposti għall-adozzjoni tal-emendi msemmijin fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2, il-punt (a) jew joħroġ interpretazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2, il-punt (b) meta ma jkunux disponibbli laqgħat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni.
4.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni li jaġixxi fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ tiegħu għandu jadotta deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tal-Partijiet, kif previst fil-leġiżlazzjoni tagħhom.
ARTIKOLU 29
Koordinaturi
1.
Kull Parti għandha taħtar koordinatur għal dan it-Titolu, fi żmien 60 jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u tinnotifika lill-oħra bid-dettalji ta’ kuntatt.
2.
Il-koordinaturi għandhom jistabbilixxu l-aġenda b’mod konġunt għal-laqgħat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni u tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni f’konformità ma’ dan il-Kapitolu, iwettqu l-preparamenti neċessarji l-oħrajn kollha u jagħtu segwitu għad-deċiżjonijiet tat-tali korpi, kif ikun xieraq.
ARTIKOLU 30
Sottokumitati
1.
Is-sottokumitati għandhom ikunu magħmulin minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea, min-naħa, u minn rappreżentanti tar-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra.
2.
Is-sottokumitati għandhom jiltaqgħu fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u, wara din, darba fis-sena jew fuq talba ta’ Parti jew tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, f’livell xieraq. Il-laqgħat jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ kwalunkwe mezz teknoloġiku disponibbli għall-Partijiet. Meta r-rappreżentanti jkunu preżenti personalment, il-laqgħat għandhom isiru b’mod alternat fi Brussell jew f’Tashkent.
3.
Is-Sottokumitati għandhom jiġu kkopreseduti minn rappreżentanti taż-żewġ Partijiet.
KAPITOLU 2
KUMMERĊ FIL-MERKANZIJA
ARTIKOLU 31
Kamp ta’ applikazzjoni
Ħlief jekk previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, dan il-Kapitolu japplika għall-kummerċ fil-merkanzija ta’ Parti.
ARTIKOLU 32
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:
(a)
“tranżazzjonijiet konsulari” tfisser il-proċedura biex tinkiseb, minn konslu tal-Parti li timporta fit-territorju tal-Parti li tesporta, jew fit-territorju ta’ parti terza, fattura konsulari jew viża konsulari għal fattura kummerċjali, għal ċertifikat ta’ oriġini, għal manifest, għal dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tal-konsenjatur jew għal kwalunkwe dokumentazzjoni doganali oħra b’konnessjoni mal-importazzjoni tal-merkanzija;
(b)
“dazju doganali” tfisser dazju jew imposta ta’ kwalunkwe tip imposta fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija, jew b’rabta magħha; ma tinkludi l-ebda:
(i)
imposta ekwivalenti għal taxxa interna imposta f’konformità mal-Artikolu 34 ta’ dan il-Ftehim;
(ii)
dazju anti-dumping, ta’ salvagwardja speċjali, kumpensatorju jew ta’ salvagwardja applikat f’konformità mal-GATT 1994, mal-Ftehim dwar l-Anti-dumping, mal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, mal-Ftehim SCM u mal-Ftehim dwar is-Salvagwardji, rispettivament; u
(iii)
tariffa jew imposta oħra imposta fuq importazzjoni, jew b’rabta magħha, li tkun limitata fl-ammont għall-kost approssimattiv tas-servizzi pprovduti.
(c)
“proċedura ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni” tfisser proċedura amministrattiva li tirrikjedi s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni jew ta’ dokumentazzjoni oħra (għajr dik ġeneralment meħtieġa għall-finijiet ta’ approvazzjoni doganali) lill-korp jew lill-korpi amministrattivi rilevanti bħala kundizzjoni minn qabel għall-esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Parti li tesporta.
(d)
“merkanzija ta’ Parti” tfisser merkanzija domestika kif mifhuma fil-GATT 1994.
(e)
“Sistema Armonizzata” jew “SA” tfisser is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u għall-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, inklużi n-noti legali kollha u l-emendi għalihom żviluppati mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali.
(f)
“proċedura ta’ liċenzjar tal-importazzjoni” tfisser proċedura amministrattiva li tirrikjedi s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni jew ta’ dokumentazzjoni oħra (għajr dik ġeneralment meħtieġa għall-finijiet ta’ approvazzjoni doganali) lill-korp jew lill-korpi amministrattivi rilevanti bħala kundizzjoni minn qabel għall-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Parti li timporta.
(g)
“tiswija” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar li ssir fuq merkanzija biex jissewwew difetti operatorji jew ħsara materjali u li tinvolvi l-proċess biex merkanzija tinġieb lura għall-funzjoni oriġinali tagħha, jew biex tiġi żgurata l-konformità tagħha mar-rekwiżiti tekniċi għall-użu tagħha, li mingħajrha l-merkanzija ma tkunx tista’ tkompli tintuża bil-mod normali għall-iskopijiet li għalihom kienet maħsuba. It-tiswija ta’ merkanzija tinkludi r-restawr u l-manutenzjoni, iżda ma tinkludix operazzjoni jew proċessar li:
(i)
jeqred il-karatteristiċi essenzjali ta’ merkanzija, jew joħloq merkanzija ġdida jew kummerċjalment differenti;
(ii)
jittrasforma merkanzija mhux lesta f’merkanzija lesta; jew
(iii)
jintuża biex tittejjeb jew tiġi aġġornata l-prestazzjoni teknika tal-merkanzija.
ARTIKOLU 33
Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit
1.
Kull Parti għandha tagħti trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit lill-merkanzija tal-Parti l-oħra f’konformità mal-Artikolu I tal-GATT 1994, li huwa inkorporat f’dan il-Ftehim u magħmul parti minnu, mutatis mutandis.
2.
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward tat-trattament preferenzjali mogħti minn xi waħda mill-Partijiet lill-merkanzija ta’ pajjiż ieħor f’konformità mal-GATT tal-1994.
ARTIKOLU 34
It-trattament nazzjonali dwar it-tassazzjoni interna u r-regolamentazzjoni
Kull Parti għandha tagħti trattament nazzjonali lill-merkanzija tal-Parti l-oħra f’konformità mal-Artikolu III tal-GATT tal-1994, inklużi n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu. Għal dan l-għan, l-Artikolu III tal-GATT tal-1994 u n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu huma inkorporati u integrati f’dan il-Ftehim, mutatis mutandis.
Fir-rigward tar-Repubblika tal-Użbekistan għall-prodotti tat-tabakk, għax-xorb alkoħoliku u għaz-zokkor abjad mingħajr addittivi aromatizzanti jew kuluranti, dan l-Artikolu għandu japplika 10 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew fid-data li fiha r-Repubblika tal-Użbekistan issir membru tad-WTO, skont liema jiġi l-ewwel.
ARTIKOLU 35
Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni
L-ebda Parti ma għandha tadotta jew iżżomm xi projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ kwalunkwe merkanzija tal-Parti l-oħra jew fuq l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ kwalunkwe merkanzija destinata għat-territorju tal-Parti l-oħra, ħlief f’konformità mal-Artikolu XI tal-GATT 1994, inklużi n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu. Għal dan l-għan, l-Artikolu XI tal-GATT tal-1994 u n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu huma inkorporati u integrati f’dan il-Ftehim, mutatis mutandis.
ARTIKOLU 36
Dazji fuq l-esportazzjoni, taxxi jew imposti oħrajn
1.
Fl-interess tal-iżvilupp tas-sħubija kummerċjali tagħhom u biex ikomplu jiffaċilitaw l-opportunitajiet kummerċjali tagħhom, il-Partijiet jagħmlu ħilithom biex ma jintroduċu l-ebda dazju, taxxa jew imposta oħra ta’ kwalunkwe tip imposta fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija lill-Parti l-oħra, jew b’rabta magħha, jew kwalunkwe taxxa interna jew imposta oħra fuq oġġett esportat lejn il-Parti l-oħra li taqbeż it-taxxa jew l-imposta li tkun imposta fuq merkanzija simili meta tkun destinata għall-konsum domestiku jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effett ekwivalenti.
2.
Meta Parti tagħti trattament aktar favorevoli rigward id-dazji tal-esportazzjoni, it-taxxi jew kwalunkwe imposta oħra lill-esportazzjonijiet tagħha lejn Parti terza oħra, dik il-Parti għandha testendi l-istess trattament għall-esportazzjonijiet destinati għall-Parti l-oħra.
2.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, Parti tista’ tapplika miżura msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-Parti l-oħra. Il-Parti li tapplika tali miżura tippubblika fuq is-sit web uffiċjali tagħha informazzjoni rilevanti 60 jum qabel id-dħul fis-seħħ ta’ tali miżura, inkluża d-durata mistennija tal-applikazzjoni.
ARTIKOLU 37
Kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju
Il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw informazzjoni u prattiki tajbin dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju bil-ħsieb li jippromwovu l-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-kontrolli tal-esportazzjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 38
Tariffi u formalitajiet
1.
It-tariffi u imposti oħrajn imposti minn Parti fuq importazzjoni jew fuq esportazzjoni ta’ merkanzija tal-Parti l-oħra, jew b’rabta magħhom, għandhom ikunu limitati fl-ammont għall-kost approssimattiv tas-servizzi pprovduti, u ma għandhomx jirrappreżentaw protezzjoni indiretta għall-merkanzija domestika jew xi taxxa fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni għal raġunijiet fiskali.
2.
Kull Parti għandha tippubblika minnufih it-tariffi u l-imposti kollha li timponi b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni b’mod li l-gvernijiet, in-negozjanti u partijiet interessati oħrajn ikunu jistgħu jsiru midħla tagħhom.
3.
L-ebda Parti ma għandha tesiġi tranżazzjonijiet konsulari, inklużi t-tariffi u l-imposti relatati, b’rabta mal-importazzjoni ta’ kwalunkwe merkanzija tal-Parti l-oħra.
ARTIKOLU 39
Merkanzija msewwija
1.
L-ebda Parti ma għandha tapplika dazju doganali għal merkanzija, irrispettivament mill-oriġini tagħha, li terġa’ tidħol fit-territorju doganali tal-Parti wara li dik il-merkanzija tkun ġiet esportata temporanjament mit-territorju doganali tagħha lejn it-territorju doganali tal-Parti l-oħra għat-tiswija.
2.
Il-paragrafu 1 ma japplikax għal merkanzija importata f’bond, f’żoni ta’ kummerċ ħieles, jew fi status simili, li mbagħad tiġi esportata għat-tiswija u ma tiġix importata mill-ġdid f’bond, f’żoni ta’ kummerċ ħieles, jew fi status simili.
3.
L-ebda Parti ma għandha tapplika dazju doganali għal merkanzija importata temporanjament mit-territorju doganali tal-Parti l-oħra għat-tiswija, irrispettivament mill-oriġini tagħha.
ARTIKOLU 40
Dħul temporanju ta’ merkanzija
Parti għandha teżenta lill-Parti l-oħra mill-imposti ta’ importazzjoni u mid-dazji fuq il-merkanzija mdaħħla temporanjament, fil-każijiet u f’konformità mal-proċeduri stipulati minn kwalunkwe konvenzjoni internazzjonali vinkolanti għaliha dwar id-dħul temporanju ta’ merkanzija. Din l-eżenzjoni għandha tiġi applikata skont il-leġiżlazzjoni ta’ kull Parti.
ARTIKOLU 41
Tranżitu
L-Artikolu V tal-GATT tal-1994 huwa inkorporat f’dan il-Ftehim u magħmul parti minnu.
Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ merkanzija tal-enerġija, f’konformità mal-prinċipji tal-libertà tat-tranżitu, u mal-Artikolu 7 tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija.
ARTIKOLU 42
Marka tal-oriġini
1.
Meta r-Repubblika tal-Użbekistan tkun teħtieġ marka tal-oriġini fuq il-merkanzija importata mill-Unjoni Ewropea, hija għandha taċċetta l-marka tal-oriġini “Made in EU” jew l-ekwivalenti f’lingwa f’konformità mar-rekwiżiti tal-marka tal-oriġini tar-Repubblika tal-Użbekistan f’kundizzjonijiet li ma jkunux anqas favorevoli minn dawk applikati għall-marki tal-oriġini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
2.
Għall-finijiet tal-marka tal-oriġini “Made in EU”, ir-Repubblika tal-Użbekistan għandha tittratta lill-Unjoni Ewropea bħala territorju wieħed.
ARTIKOLU 43
Proċeduri ta’ liċenzjar għall-importazzjoni
1.
Kull Parti għandha tadotta u tamministra kwalunkwe proċedura ta’ liċenzjar għall-importazzjoni f’konformità mal-Artikoli minn 1 sa 3 tal-Ftehim tad-WTO dwar il-Proċeduri ta’ Liċenzjar għall-Importazzjoni. Għal dan l-għan, l-Artikoli 1 sa 3 tal-Ftehim dwar il-Proċeduri ta’ Liċenzjar għall-Importazzjoni huma inkorporati f’dan il-Ftehim u magħmulin parti minnu, mutatis mutandis.
2.
Parti li tniedi proċeduri ta’ liċenzjar, jew bidliet fil-proċeduri ta’ liċenzjar eżistenti, għandha tinnotifikahom lill-Parti l-oħra fi żmien 90 jum mill-pubblikazzjoni. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim dwar il-Proċeduri ta’ Liċenzjar għall-Importazzjoni. Parti għandha titqies li tkun f’konformità ma’ din id-dispożizzjoni jekk tkun innotifikat il-proċedura rilevanti tal-liċenzjar tal-importazzjoni, jew kwalunkwe modifika tagħha, lill-Kumitat dwar il-Liċenzjar għall-Importazzjoni previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar il-Liċenzjar għall-Importazzjoni, inkluża l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(2) ta’ dak il-Ftehim. Għar-Repubblika tal-Użbekistan, l-obbligu ta’ notifika lill-Kumitat dwar il-Liċenzjar għall-Importazzjoni għandu japplika mid-data li fiha r-Repubblika tal-Użbekistan issir membru tad-WTO.
3.
Fuq talba ta’ Parti, il-Parti l-oħra għandha tipprovdi minnufih kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluża l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim dwar il-Liċenzjar għall-Importazzjoni, fir-rigward ta’ kwalunkwe proċedura ta’ liċenzjar għall-importazzjoni li jkollha l-ħsieb li tadotta, tkun adottat jew iżżomm, jew fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika tal-proċeduri ta’ liċenzjar eżistenti.
ARTIKOLU 44
Proċeduri ta’ Liċenzjar għall-Esportazzjoni
1.
Kull Parti għandha tippubblika kwalunkwe proċedura ġdida ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni, jew kwalunkwe modifika għal xi proċedura eżistenti ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni b’mod li l-gvernijiet, in-negozjanti u partijiet interessati oħrajn ikunu jistgħu jsiru midħla tagħhom. Tali pubblikazzjoni għandha ssir, kull meta jkun prattikabbli, mhux aktar tard minn 45 jum qabel ma tidħol fis-seħħ proċedura ġdida ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni jew kwalunkwe modifika ta’ kwalunkwe proċedura eżistenti ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mid-data meta tali proċedura jew modifika tidħol fis-seħħ.
2.
Il-pubblikazzjoni tal-proċeduri ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
it-testi tal-proċeduri ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni jew kwalunkwe modifika li ssir fihom;
(b)
il-merkanzija soġġetta għal kull proċedura ta’ ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni;
(c)
għal kull proċedura, deskrizzjoni tal-proċess għall-applikazzjoni għal liċenzja għall-esportazzjoni u kwalunkwe kriterju li applikant irid jissodisfa biex ikun eliġibbli biex japplika għal liċenzja għall-esportazzjoni, bħall-pussess ta’ liċenzja ta’ attività, l-istabbiliment jew iż-żamma ta’ investiment, jew l-operat permezz ta’ forma partikolari ta’ stabbiliment fit-territorju ta’ Parti;
(d)
punt jew punti ta’ kuntatt minn fejn il-persuni interessati jistgħu jiksbu aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex jiksbu liċenzja għall-esportazzjoni;
(e)
il-korp jew il-korpi amministrattivi li lilhom trid tiġi ppreżentata applikazzjoni jew dokumentazzjoni rilevanti oħra;
(f)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura jew ta’ miżuri li l-proċedura ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni hija mfassla biex timplimenta;
(g)
il-perjodu li matulu se tkun fis-seħħ xi proċedura ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni, sakemm il-proċedura ma tibqax fis-seħħ sakemm tiġi rtirata jew riveduta f’pubblikazzjoni ġdida;
(h)
jekk il-Parti jkun biħsiebha tuża proċedura ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni biex tamministra kwota tal-esportazzjoni, il-kwantità ġenerali u, jekk applikabbli, il-valur tal-kwota u d-dati tal-ftuħ u tal-għeluq tal-kwota; u
(i)
kwalunkwe eżenzjoni mir-rekwiżit li tinkiseb liċenzja għall-esportazzjoni jew kwalunkwe eċċezzjoni għalih, kif jistgħu jintalbu jew jintużaw dawk l-eżenzjonijiet jew l-eċċezzjonijiet, u l-kriterji għall-għoti tagħhom.
3.
Fi żmien 30 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar il-proċeduri eżistenti tagħha ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni. Parti li tadotta proċedura ġdida ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni, jew timmodifika kwalunkwe proċedura eżistenti ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni, għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-proċedura jew bil-modifika fi żmien 90 jum mill-pubblikazzjoni. In-notifika għandha tinkludi r-referenza għas-sors(i) fejn tiġi ppubblikata l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2 u għandha tinkludi, meta xieraq, l-indirizz tas-sit web uffiċjali rilevanti.
ARTIKOLU 45
Kummerċ f’materjal nukleari
Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-kummerċ f’materjal nukleari għandha tiġi rregolata mill-Ftehim għall-kooperazzjoni fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika tal-Użbekistan tas-6 ta’ Ottubru 2003.
KAPITOLU 3
RIMEDJI KUMMERĊJALI
ARTIKOLU 46
Dispożizzjonijiet ġenerali
1.
It-testi li ġejjin huma b’dan inkorporati fil-Ftehim u magħmulin parti minnu, mutatis mutandis:
(a)
l-Artikolu XIX tal-GATT 1994
(b)
il-Ftehim dwar is-Salvagwardji;
(c)
l-Artikolu VI tal-GATT 1994,
(d)
il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping; u
(e)
il-Ftehim SCM.
2.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Kapitolu 14 tat-Titolu IV ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 47
Trasparenza
Il-partijiet għandhom jużaw l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ (anti-dumping, antisussidji u salvagwardji globali) f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti rilevanti tad-WTO u fuq il-bażi ta’ sistema ġusta u trasparenti.
Salvagwardji multilaterali
1.
Il-Parti li tibda investigazzjoni ta’ salvagwardja għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b’tali bidu sakemm din tal-aħħar ikollha interess ekonomiku sostanzjali.
2.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, Parti għandha titqies li jkollha interess ekonomiku sostanzjali meta tkun fost l-akbar ħames fornituri tal-prodott importat matul il-perjodu ta’ żmien ta’ 3 snin ta’ qabel id-data li fiha tkun inbdiet l-investigazzjoni ta’ salvagwardja, imkejjel f’termini ta’ volum jew ta’ valur assolut.
3.
Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 4, fuq talba tal-Parti l-oħra, il-Parti li tibda investigazzjoni ta’ salvagwardja u li jkollha l-ħsieb li tapplika miżuri ta’ salvagwardja għandha
(a)
tipprovdi minnufih lill-Parti l-oħra notifika bil-miktub ad hoc tal-informazzjoni pertinenti kollha li twassal għall-bidu ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja u għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja, inkluża, fejn rilevanti, informazzjoni dwar il-bidu ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja, dwar is-sejbiet proviżorji u dwar is-sejbiet finali tal-investigazzjoni,
(b)
kif ukoll toffri l-possibbiltà għal konsultazzjonijiet lill-Parti l-oħra.
4.
Fl-għażla tal-miżuri skont dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jagħtu prijorità lil dawk li jikkawżaw l-anqas tfixkil għall-kummerċ bilaterali.
Miżuri anti-dumping u kumpensatorji
5.
Il-Partijiet għandhom jiddivulgaw bis-sħiħ u b’mod sinifikanti, immedjatament wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji u qabel ma ssir id-determinazzjoni finali, il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha li jiffurmaw il-bażi għad-deċiżjoni li jiġu applikati l-miżuri, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6.5 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping u għall-Artikolu 12.4 tal-Ftehim SCM. Id-divulgazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub u l-partijiet interessati għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali.
6.
Kull Parti interessata għandha tingħata opportunità li tinstema’ biex tesprimi l-fehmiet tagħha matul l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji, dment li dan ma jdewwimx bla bżonn it-twettiq tal-investigazzjonijiet.
ARTIKOLU 48
Kunsiderazzjoni tal-interess pubbliku
Matul l-investigazzjonijiet dwar id-dazju anti-dumping u kumpensatorju, l-industrija domestika, il-konsumaturi, l-utenti u l-importaturi għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw l-informazzjoni u d-data rilevanti, li se jitqiesu mill-awtoritajiet investigattivi, skont ir-regoli proċedurali domestiċi rilevanti.
Regola tad-dazju inferjuri
Jekk Parti tiddeċiedi li timponi dazju anti-dumping, l-ammont ta’ tali dazju ma għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping, iżda fil-prinċipju jista’ jkun inqas minn dak il-marġni jekk tali dazju anqas ikun adegwat biex jitneħħa d-dannu għall-industrija domestika.
KAPITOLU 4
DWANA
ARTIKOLU 49
Il-kooperazzjoni doganali
1.
Il-Partijiet għandhom isaħħu l-kooperazzjoni fil-qasam doganali biex jiżguraw ambjent tal-kummerċ trasparenti, jiffaċilitaw il-kummerċ, isaħħu s-sigurtà tal-katina tal-provvista, jippromwovu s-sikurezza tal-konsumaturi, jipprevjenu l-flussi ta’ merkanzija li tikser id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u jiġġieldu l-kuntrabandu u l-frodi u ksur ieħor tal-leġiżlazzjoni doganali.
2.
Biex jiġu implimentati l-objettivi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex, fost l-oħrajn:
(a)
itejbu l-liġi doganali u jarmonizzaw u jissimplifikaw il-proċeduri doganali, f’konformità mal-konvenzjonijiet u mal-istandards internazzjonali applikabbli fil-qasam tal-faċilitazzjoni doganali u kummerċjali, inklużi dawk żviluppati mill-Unjoni Ewropea (inklużi l-BluePrints Doganali), id-WTO u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (b’mod partikolari l-Konvenzjoni Riveduta ta’ Kyoto);
(b)
jistabbilixxu sistemi doganali moderni, inklużi teknoloġiji moderni tal-iżdoganar tal-merkanzija; dispożizzjonijiet għal operaturi ekonomiċi awtorizzati; analiżi u kontrolli awtomatizzati bbażati fuq ir-riskju; proċeduri simplifikati għar-rilaxx tal-merkanzija; kontrolli ta’ wara l-iżdoganar; valutazzjoni doganali trasparenti u dispożizzjonijiet għal sħubijiet bejn id-dwana u n-negozji;
(c)
iħeġġu l-ogħla standards ta’ integrità fil-qasam tad-dwana, b’mod partikolari fil-fruntiera, permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri li jirriflettu l-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta’ Arusha tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali;
(d)
jiskambjaw l-aħjar prattiki u jipprovdu taħriġ u appoġġ tekniku għall-ippjanar u għall-bini tal-kapaċitajiet u għall-iżgurar tal-ogħla standards ta’ integrità;
(e)
jiskambjaw, meta xieraq, informazzjoni u data rilevanti filwaqt li jirrispettaw ir-regoli tal-Partijiet dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u dwar il-protezzjoni ta’ data personali;
(f)
jinvolvu rwieħhom f’azzjonijiet doganali koordinati bejn l-awtoritajiet doganali tagħhom;
(g)
jistabbilixxu, meta rilevanti u xieraq, ir-rikonoxximent reċiproku ta’ programmi u ta’ kontrolli doganali tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati, inklużi miżuri ekwivalenti ta’ faċilitazzjoni tal-kummerċ;
(h)
it-tiftix, meta rilevanti u xieraq, ta’ possibbiltajiet għall-interkonnettività tas-sistemi rispettivi ta’ tranżitu doganali.
ARTIKOLU 50
Assistenza amministrattiva lil xulxin
Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin b’assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali f’konformità mal-Protokoll I.
ARTIKOLU 51
Valutazzjoni doganali
Il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-GATT 1994 li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO għandu jirregola l-valwazzjoni doganali tal-merkanzija fil-kummerċ bejn il-Partijiet u b’dan huwa inkorporat u magħmul parti minn dan il-Ftehim, mutatis mutandis.
KAPITOLU 5
OSTAKLI TEKNIĊI GĦALL-KUMMERĊ
ARTIKOLU 52
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jiffaċilita l-kummerċ fil-merkanzija bejn il-Partijiet billi jipprevjeni, jidentifika u jelimina ostakli tekniċi mhux neċessarji għall-kummerċ.
ARTIKOLU 53
Kamp ta’ applikazzjoni
1.
Dan il-Kapitolu japplika għat-tħejjija, għall-adozzjoni u għall-applikazzjoni tal-istandards, tar-regolamenti tekniċi u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità kollha definiti fil-Ftehim dwar l-OTK li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ f’merkanzija bejn il-Partijiet.
2.
Minkejja l-paragrafu 1, dan il-Kapitolu ma japplikax għal:
(a)
speċifikazzjonijiet ta’ xiri mħejjin minn korpi governattivi għar-rekwiżiti tal-produzzjoni jew tal-konsum ta’ dawn il-korpi; jew
(b)
miżuri sanitarji u fitosanitarji, kif definiti fl-Anness A tal-Ftehim SPS li huma koperti mill-Kapitolu 6.
ARTIKOLU 54
Ir-relazzjoni mal-Ftehim dwar l-OTK
1.
L-Artikoli 2.1 sa 2.8, 2.11, 2.12, 3.1, 3.4, 3.5, 4, 5.1-5.5, 5.8, 5.9, 6, 7.1, 7.4, 7.5, 8, 9, u l-Annessi 1 u 3 tal-Ftehim dwar l-OTK huma b’dan inkorporati u magħmulin parti minn dan il-Ftehim.
2.
Ir-Repubblika tal-Użbekistan għandha tlesti l-proċess ta’ approssimazzjoni tas-sistema ta’ standardizzazzjoni tagħha mal-Ftehim dwar l-OTK, b’mod partikolari l-Kodiċi ta’ Prattika Tajba, inkluża n-natura volontarja tal-istandards kif definiti mill-Ftehim dwar l-OTK, fi żmien 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
3.
Ir-referenzi għal “dan il-Ftehim” fil-Ftehim dwar l-OTK, kif inkorporat f’dan il-Ftehim, għandhom jinqraw, kif xieraq, bħala referenzi għal dan il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan.
4.
It-terminu “Membri” fid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-OTK li huma inkorporati f’dan il-Ftehim għandu jfisser il-Partijiet għal dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 55
Regolamenti tekniċi
1.
Kull Parti għandha twettaq, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri rispettivi tagħha, valutazzjoni tal-impatt regolatorju tar-regolamenti tekniċi ppjanati.
2.
Kull Parti għandha tivvaluta l-alternattivi regolatorji u mhux regolatorji disponibbli għar-regolament tekniku propost li jistgħu jilħqu l-objettivi leġittimi tal-Parti, f’konformità mal-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-OTK.
3.
Kull Parti għandha tuża l-istandards internazzjonali rilevanti bħala bażi għar-regolamenti tekniċi tagħha sakemm ma tkunx tista’ turi li tali standards internazzjonali jkunu mezz ineffettiv jew mhux xieraq għall-ilħuq tal-objettivi leġittimi segwiti.
4.
L-istandards internazzjonali żviluppati mill-organizzazzjonijiet elenkati fl-Anness 5-A għandhom jitqiesu bħala l-istandards internazzjonali rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 5 u tal-Anness 3 tal-Ftehim dwar l-OTK dment li, fl-iżvilupp tagħhom, dawn l-organizzazzjonijiet ikkonformaw mal-prinċipji u mal-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kumitat tad-WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ fuq il-Prinċipji għall-Iżvilupp ta’ Standards Internazzjonali, ta’ Gwidi u ta’ Rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 5 u tal-Anness 3 tal-Ftehim dwar l-OTK.
5.
Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jikkunsidra li jaġġorna l-lista tal-Anness 5-A.
6.
Jekk Parti ma tkunx użat l-istandards internazzjonali bħala bażi għar-regolamenti tekniċi tagħha, hija għandha, fuq it-talba tal-Parti l-oħra, tidentifika kwalunkwe devjazzjoni sostanzjali mill-istandard internazzjonali rilevanti u tispjega r-raġunijiet għaliex it-tali standards ġew ikkunsidrati bħala mhux xierqa jew ineffettivi għall-għan segwit u tipprovdi l-evidenza teknika jew xjentifika li fuqha hija bbażata din il-valutazzjoni.
7.
Minbarra l-Artikoli 2.3 u 2.4 tal-Ftehim dwar l-OTK, kull Parti għandha tirrieżamina r-regolamenti tekniċi tagħha biex iżżid il-konverġenza tagħhom mal-istandards internazzjonali rilevanti, filwaqt li tqis, fost l-oħrajn, kwalunkwe żvilupp ġdid fl-istandards internazzjonali rilevanti jew kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkustanzi li jkun wassal għad-diverġenzi minn dawk l-istandards internazzjonali rilevanti.
8.
Meta tiżviluppa regolamenti tekniċi li jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq il-kummerċ, kull Parti għandha tiżgura, f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri tagħha, li jeżistu proċeduri li jippermettu lill-persuni tal-Partijiet jipprovdu kontribut permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, ħlief meta jinqalgħu jew ikun hemm theddida li jinqalgħu problemi urġenti relatati mas-sikurezza, mas-saħħa, mal-ħarsien tal-ambjent jew mas-sigurtà nazzjonali. Kull Parti għandha tippermetti lill-persuni tal-Parti l-oħra jipparteċipaw f’tali konsultazzjoni b’termini mhux anqas favorevoli minn dawk mogħtijin lill-persuni tagħha stess, u tagħmel ir-riżultati ta’ dak il-proċess ta’ konsultazzjoni pubbliċi.
ARTIKOLU 56
Standards
1.
Bil-ħsieb li l-istandards jiġu armonizzati fuq bażi wiesgħa kemm jista’ jkun, kull Parti għandha tħeġġeġ lill-korpi ta’ standardizzazzjoni fit-territorju tagħha, u lill-korpi ta’ standardizzazzjoni reġjonali li tagħhom huma membri Parti jew il-korpi ta’ standardizzazzjoni fit-territorju tagħha:
(a)
jipparteċipaw, fil-limiti tar-riżorsi tagħhom, fit-tħejjija ta’ standards internazzjonali minn korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni rilevanti;
(b)
jużaw l-istandards internazzjonali rilevanti bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief meta tali standards internazzjonali jkunu ineffettivi jew mhux xierqa, pereżempju minħabba livell insuffiċjenti ta’ protezzjoni għall-ħajja u għas-saħħa tal-bnedmin jew fatturi klimatiċi jew ġeografiċi fundamentali jew problemi teknoloġiċi fundamentali;
(c)
jevitaw li jagħmlu l-istess xogħol, jew jidħlu fi trikkib fuq ix-xogħol tal-korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni;
(d)
jirrieżaminaw, f’intervalli regolari, l-istandards nazzjonali u reġjonali li ma humiex ibbażati fuq l-istandards internazzjonali rilevanti, bl-għan li tiżdied il-konverġenza tagħhom mat-tali standards internazzjonali;
(e)
jikkooperaw mal-korpi tal-istandardizzazzjoni rilevanti tal-Parti l-oħra f’attivitajiet tal-istandardizzazzjoni internazzjonali. Dik il-kooperazzjoni tista’ ssir fil-korpi internazzjonali ta’ standardizzazzjoni jew fil-livell reġjonali; u
(f)
irawmu kooperazzjoni bilaterali bejniethom u l-korpi tal-istandardizzazzjoni tal-Parti l-oħra.
2.
Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar:
(a)
l-użu li jagħmlu minn standards b’appoġġ għar-regolamenti tekniċi;
(b)
il-proċessi ta’ standardizzazzjoni rispettivi tagħhom, u l-firxa tal-użu ta’ standards internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali bħala bażi għall-istandards nazzjonali tagħhom.
3.
Jekk l-istandards isiru obbligatorji permezz ta’ inkorporazzjoni jew referenzjar f’abbozz ta’ regolament tekniku jew fi proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 59 ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu ssodisfati.
ARTIKOLU 57
Valutazzjoni tal-konformità
1.
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 55 fir-rigward tat-tħejjija, tal-adozzjoni u tal-applikazzjoni tar-regolamenti tekniċi għandhom japplikaw għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mutatis mutandis.
2.
Jekk Parti tkun teħtieġ valutazzjoni tal-konformità bħala assigurazzjoni pożittiva li prodott jikkonforma ma’ regolament tekniku, hija għandha:
(a)
tagħżel proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu proporzjonati għar-riskji involuti kif iddeterminati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju;
(b)
tikkunsidra l-użu tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-fornitur, jiġifieri dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa mill-manifattur fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu u eskluża l-valutazzjoni obbligatorja ta’ parti terza, bħala assigurazzjoni tal-konformità fost l-għażliet biex tintwera l-konformità mar-regolamenti tekniċi; u
(c)
fuq talba, tipprovdi informazzjoni lill-Parti l-oħra dwar il-kriterji użati għall-għażla tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għal prodotti speċifiċi.
3.
Jekk Parti tkun teħtieġ valutazzjoni tal-konformità ta’ terza persuna bħala garanzija pożittiva li prodott ikun konformi ma’ regolament tekniku u din ma tkunx irriżervat dan il-kompitu għal awtorità governattiva kif speċifikat fil-paragrafu 5, hija għandha:
(a)
idealment tuża l-akkreditazzjoni biex tikkwalifika korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(b)
tagħmel l-aħjar użu mill-istandards internazzjonali għall-akkreditazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konformità, kif ukoll mill-ftehimiet internazzjonali li jinvolvu l-korpi ta’ akkreditazzjoni tal-Partijiet, pereżempju permezz tal-mekkaniżmi tal-Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Akkreditazzjoni tal-Laboratorji (ILAC) u tal-Forum Internazzjonali ta’ Akkreditazzjoni (IAF);
(c)
tingħaqad jew tħeġġeġ lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħha biex jissieħbu, kif applikabbli, fi kwalunkwe ftehim jew arranġament internazzjonali li jiffunzjona għall-armonizzazzjoni jew għall-faċilitazzjoni tal-aċċettazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità;
(d)
tiżgura li l-operaturi ekonomiċi jkollhom għażla fost il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità aċċettati mill-awtoritajiet ta’ Parti għal prodott partikolari jew għal sett ta’ prodotti;
(e)
tiżgura li l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu indipendenti mill-manifatturi, mill-importaturi u mill-operaturi ekonomiċi b’mod ġenerali u li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess bejn il-korpi ta’ akkreditazzjoni u l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(f)
jippermettu lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jużaw sottokuntratturi biex iwettqu ttestjar jew spezzjonijiet fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità, inklużi sottokuntratturi li jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra. Xejn f’dan il-punt ma għandu jiġi interpretat li jipprojbixxi lil Parti milli tirrikjedi lis-sottokuntratturi jissodisfaw l-istess rekwiżiti li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li lilu tkun kuntrattata jkun meħtieġ jissodisfa biex iwettaq it-testijiet jew l-ispezzjoni kuntrattata huwa stess; u
(g)
tippubblika fuq sit web wieħed lista tal-korpi li tkun ħatret biex iwettqu tali valutazzjoni tal-konformità u l-informazzjoni rilevanti dwar l-ambitu tad-deżinjazzjoni ta’ kull wieħed minn dawk il-korpi.
4.
Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jipprekludi lil Parti milli teħtieġ li l-valutazzjoni tal-konformità fir-rigward ta’ prodotti speċifiċi titwettaq mill-awtoritajiet governattivi speċifikati tagħha. F’każijiet bħal dawn, il-Parti għandha:
(a)
tillimita t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità għall-kost approssimattiv tas-servizzi mogħtijin u, fuq it-talba ta’ applikant għal valutazzjoni tal-konformità, tispjega kif kwalunkwe tariffa li timponi għat-tali valutazzjoni tal-konformità tkun limitata għall-kost approssimattiv tas-servizzi mogħtijin, u
(b)
tagħmel disponibbli għall-pubbliku t-tariffi tal-valutazzjoni tal-konformità.
5.
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2-4, il-Partijiet għandhom jaċċettaw id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-Fornitur bħala prova ta’ konformità mar-regolamenti tekniċi eżistenti għall-oqsma u skont il-modalitajiet speċifikati fl-Anness 5-B.
ARTIKOLU 58
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ostakli tekniċi għall-kummerċ
1.
Il-Partijiet għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fir-rigward tal-istandards, tar-regolamenti tekniċi, tal-metroloġija, tas-sorveljanza tas-suq, tal-akkreditazzjoni u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità bl-għan li jżidu l-fehim reċiproku tas-sistemi rispettivi tagħhom u jiffaċilitaw l-aċċess għas-swieq rispettivi tagħhom. Għal dak l-għan, il-Partijiet għandhom ifittxu li jidentifikaw u jiżviluppaw mekkaniżmi u inizjattivi ta’ kooperazzjoni regolatorji xierqa għall-kwistjonijiet jew għas-setturi partikolari, inklużi:
(a)
l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenzi dwar it-tħejjija u l-applikazzjoni tar-regolamenti tekniċi rispettivi tagħhom u ta’ proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(b)
il-ħidma favur il-possibbiltà li ssir konverġenza jew allinjament tar-regolamenti tekniċi u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(c)
it-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni bejn il-korpi rispettivi tagħhom responsabbli għall-metroloġija, għall-istandardizzazzjoni, għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-akkreditazzjoni; u
(d)
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar żviluppi f’fora reġjonali u multilaterali relatati mal-istandards, mar-regolamenti tekniċi u mal-proċeduri ta valutazzjoni tal-konformità u mal-akkreditazzjoni.
2.
Biex jippromwovu l-kummerċ bejniethom, il-Partijiet għandhom:
(a)
ifittxu li jnaqqsu d-differenzi li jeżistu bejniethom fl-oqsma tar-regolamenti tekniċi, tal-metroloġija, tal-istandardizzazzjoni, tas-sorveljanza tas-suq, tal-akkreditazzjoni, u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, inkluż billi jħeġġu l-użu ta’ strumenti maqbulin f’livell internazzjonali f’dawk l-oqsma;
(b)
jippromwovu, f’konformità mar-regoli internazzjonali, l-użu tal-akkreditazzjoni biex jappoġġaw il-valutazzjoni tal-kompetenza teknika tal-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u l-attivitajiet tagħhom; u
(c)
jippromwovu l-parteċipazzjoni u, fejn possibbli, is-sħubija tar-Repubblika tal-Użbekistan u tal-korpi nazzjonali relevanti tagħha fl-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali li l-attività tagħhom hija relatata mal-istandards, mal-valutazzjoni tal-konformità, mal-akkreditazzjoni, mal-metroloġija u mal-funzjonijiet relatati.
3.
Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu u jżommu proċess li permezz tiegħu tista’ tinkiseb l-approssimazzjoni gradwali tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità tar-Repubblika tal-Użbekistan ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea.
4.
Għal oqsma li fihom ikun inkiseb l-allinjament, il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw li jinnegozjaw ftehimiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-aċċettazzjoni ta’ prodotti industrijali.
ARTIKOLU 59
Trasparenza
1.
Meta tiżviluppa regolamenti tekniċi li jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq il-kummerċ, kull Parti għandha tippermetti perjodu ta’ mill-inqas 60 jum wara l-pubblikazzjoni tar-regolamenti tekniċi proposti u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità biex il-Parti l-oħra tipprovdi kummenti bil-miktub, ħlief meta jinħolqu jew ikun hemm theddida li jinħolqu problemi urġenti relatati mas-sikurezza, mas-saħħa, mal-ħarsien tal-ambjent jew mas-sigurtà nazzjonali. Parti għandha tagħti kunsiderazzjoni pożittiva għal kull talba raġonevoli għall-estensjoni tal-perjodu għall-kummenti.
2.
Jekk Parti tirċievi kummenti bil-miktub dwar ir-regolament tekniku propost jew il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-Parti l-oħra, hija għandha:
(a)
jekk mitluba mill-Parti l-oħra, tiddiskuti l-kummenti bil-miktub bil-parteċipazzjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti tagħha, fi żmien meta jkunu jistgħu jingħataw kunsiderazzjoni, u
(b)
twieġeb bil-miktub għall-kummenti mhux aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni tar-regolament tekniku jew tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità.
3.
Fuq talba tal-Parti l-oħra, kull Parti għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-objettivi, il-bażi legali u l-ħsieb wara regolament tekniku jew proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li l-Parti tkun adottat jew tkun qiegħda tipproponi li tadotta.
4.
Kull Parti għandha tiżgura li r-regolamenti tekniċi u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li tkun adottat jiġu ppubblikati fuq sit web mingħajr ħlas.
5.
Kull Parti għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-regolament tekniku u tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u tat-test finali adottat.
6.
Kull Parti għandha tippermetti intervall raġonevoli bejn il-pubblikazzjoni ta’ regolamenti tekniċi u d-dħul fis-seħħ tagħhom biex l-operaturi ekonomiċi tal-Parti l-oħra jkunu jistgħu jadattaw. Il-frażi “intervall raġonevoli” għandha tinftiehem li tfisser perjodu ta’ mhux anqas minn 6 xhur, ħlief f’każijiet li fihom dan ikun mezz ineffettiv biex jintlaħqu l-objettivi leġittimi segwiti.
ARTIKOLU 60
Immarkar u tikkettar
1.
Kull Parti tafferma li r-regolamenti tekniċi tagħha, li jinkludu jew jittrattaw esklużivament il-marka jew it-tikkettar, jirrispettaw il-prinċipji tal-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-OTK.
2.
Jekk Parti tirrikjedi immarkar jew tikkettar mandatorju ta’ prodotti:
(a)
għandha titlob biss informazzjoni li tkun rilevanti għall-konsumaturi jew għall-utenti tal-prodott jew li tiġi indikata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tekniċi obbligatorji;
(b)
ma għandha teħtieġ l-ebda approvazzjoni minn qabel, reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni tat-tikketti jew tal-marka tal-prodotti, u lanqas il-ħlas ta’ xi tariffa, bħala prekundizzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tagħha ta’ prodotti li altrimenti jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi obbligatorji tagħha, sakemm dan ma jkunx neċessarju minħabba l-objettivi leġittimi msemmijin fl-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-OTK;
(c)
jekk tesiġi l-użu ta’ numru ta’ identifikazzjoni uniku mill-operaturi ekonomiċi, hija għandha toħroġ tali numru lill-operaturi ekonomiċi tal-Parti l-oħra mingħajr dewmien bla bżonn u fuq bażi mhux diskriminatorja;
(d)
dment li l-elementi elenkati hawn taħt ma jkunux qarrieqa, kontradittorji jew joħolqu konfużjoni fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa fil-Parti li timporta l-merkanzija, dik il-Parti għandha tippermetti:
(i)
informazzjoni b’lingwi oħrajn minbarra l-lingwa meħtieġa mill-Parti li timporta l-merkanzija;
(ii)
nomenklaturi, pittogrammi, simboli jew grafika aċċettata internazzjonalment; u
(iii)
informazzjoni addizzjonali għal dik meħtieġa mill-Parti li timporta l-merkanzija;
(e)
għandha taċċetta li t-tikkettar jew il-korrezzjonijiet addizzjonali għat-tikkettar isiru fi mħażen doganali jew f’żoni deżinjati oħrajn fil-pajjiż tal-importazzjoni, sakemm għal raġunijiet ta’ saħħa u ta’ sikurezza pubbliċi tali tikkettar ma jkunx meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Partijiet; u
(f)
hija tagħmel ħilitha biex taċċetta tikketti li jistgħu jitwaħħlu ma’ tikketti jew ma’ informazzjoni eżistenti dwar il-marka li tkun fid-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament minflok ma tkun fiżikament imwaħħla mal-prodott.
3.
Il-paragrafu 2(e) għandu japplika sad-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan mad-WTO.
ARTIKOLU 61
Il-kooperazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq, is-sikurezza u l-konformità ta’ prodotti mhux tal-ikel
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kooperazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq, is-sikurezza u l-konformità ta’ prodotti mhux tal-ikel, għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u għall-protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ utenti oħrajn, u għall-bini ta’ fiduċja reċiproka bbażata fuq informazzjoni kondiviża.
2.
Biex jiggarantixxu l-funzjonament indipendenti u imparzjali tas-sorveljanza tas-suq, il-Partijiet għandhom jiżguraw:
(a)
is-separazzjoni tal-funzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq mill-funzjonijiet tal-valutazzjoni tal-konformità; u
(b)
in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jaffettwa l-imparzjalità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kontroll jew tas-superviżjoni tal-operaturi ekonomiċi.
3.
Il-Partijiet jistgħu jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq, tas-sikurezza u tal-konformità ta’ prodott mhux tal-ikel, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:
(a)
l-attivitajiet u l-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar;
(b)
il-metodi ta’ valutazzjoni tar-riskju u l-ittestjar tal-prodotti;
(c)
sejħiet lura kkoordinati tal-prodott jew azzjonijiet simili oħrajn;
(d)
kwistjonijiet xjentifiċi, tekniċi u regolatorji, bl-għan li jittejbu s-sikurezza u l-konformità tal-prodotti mhux tal-ikel;
(e)
kwistjonijiet emerġenti ta’ rilevanza sinifikanti għas-saħħa u għas-sikurezza;
(f)
attivitajiet relatati mal-istandardizzazzjoni; u
(g)
l-iskambju ta’ uffiċjali.
4.
L-Unjoni Ewropea tista’ tipprovdi lir-Repubblika tal-Użbekistan b’informazzjoni magħżula mis-sistema ta’ twissija rapida tagħha fir-rigward tal-prodotti għall-konsumatur kif imsemmi fid-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
jew is-suċċessur tagħha, u r-Repubblika tal-Użbekistan tista’ tipprovdi lill-Unjoni Ewropea b’informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza ta’ prodotti għall-konsumatur mhux tal-ikel u dwar miżuri preventivi, restrittivi u korrettivi meħudin, fir-rigward ta’ prodotti għall-konsumatur kif imsemmi fil-leġiżlazzjoni rilevanti tar-Repubblika tal-Użbekistan. L-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jieħu l-forma ta’:
(a)
skambju ad hoc, f’każijiet debitament ġustifikati, bl-esklużjoni ta’ data personali; jew
(b)
skambju sistematiku, ibbażat fuq arranġament li jista’ jiġi stabbilit mill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni fl-Anness 5-C.
5.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jistabbilixxi, fl-Anness 5-D, arranġament dwar l-iskambju regolari ta’ informazzjoni, anki b’mezzi elettroniċi, dwar miżuri meħudin fuq prodotti mhux tal-ikel mhux konformi, minbarra dawk koperti mill-paragrafu 4.
6.
Il-Partijiet għandhom jużaw l-informazzjoni miksuba skont il-paragrafi 3, 4 u 5 għall-iskop uniku ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-ambjent.
7.
Kull Parti għandha tittratta l-informazzjoni miksuba skont il-paragrafi 3, 4 u 5 bħala kunfidenzjali.
8.
L-arranġamenti msemmijin fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata, il-modalitajiet għall-iskambju u għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta’ data personali. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet biex jiddetermina jew jemenda l-arranġamenti stabbiliti fl-Annessi 5-C u 5-D.
9.
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “sorveljanza tas-suq” tfisser attivitajiet imwettqin u miżuri meħudin mill-awtoritajiet pubbliċi inklużi dawk meħudin f’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi, fuq il-bażi tal-proċeduri ta’ Parti biex dik il-Parti tkun tista’ timmonitorja jew tindirizza l-konformità jew is-sikurezza tal-prodotti mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tagħha. Għall-Użbekistan, operatur ekonomiku jfisser manifattur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew bejjiegħ.
ARTIKOLU 62
Diskussjonijiet u konsultazzjonijiet tekniċi
1.
Kull Parti tista’ titlob diskussjoni dwar kwalunkwe abbozz jew regolament tekniku propost jew proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-Parti l-oħra li l-Parti tqis li jista’ jaffettwa b’mod avvers u sinifikanti l-kummerċ bejn il-Partijiet. It-talba għandha tkun bil-miktub u tidentifika:
(a)
il-miżura inkwistjoni;
(b)
id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu li magħhom huwa relatat it-tħassib; u
(c)
ir-raġunijiet għat-talba, inkluża deskrizzjoni tat-tħassib tal-Parti rikjedenti rigward il-miżura.
2.
Parti għandha tibgħat it-talba tagħha lill-koordinatur tal-Kapitolu dwar l-OTK tal-Parti l-oħra deżinjat skont l-Artikolu 63.
3.
Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, il-Partijiet għandhom jiltaqgħu biex jiddiskutu t-tħassib imqajjem fit-talba, wiċċ imb wiċċ jew permezz ta’ vidjo jew telekonferenza, fi żmien 60 jum mid-data tat-talba u għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu l-kwistjoni malajr kemm jista’ jkun. Jekk il-Parti rikjedenti temmen li t-tħassib ikun urġenti, hija tista’ titlob li kwalunkwe diskussjoni ssir fi żmien iqsar. F’każijiet bħal dawn, il-Parti rispondenti għandha tqis talba bħal din minn lenti pożittiva.
4.
Parti tista’ titlob konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra rigward kwalunkwe kwistjoni li tinqala’ skont dan il-Kapitolu billi tibgħat talba bil-miktub lill-koordinatur tal-Kapitolu tal-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull tentattiv biex isolvu l-kwistjoni b’mod sodisfaċenti għaż-żewġ partijiet.
5.
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi tal-Partijiet skont il-Kapitolu 14.
ARTIKOLU 63
Il-koordinatur tal-Kapitolu dwar l-OTK
1.
Kull Parti għandha taħtar koordinatur tal-Kapitolu dwar l-OTK u tinnotifika lill-Parti l-oħra bid-dettalji ta’ kuntatt ta’ dak il-koordinatur u bi kwalunkwe bidla fihom. Il-koordinaturi tal-Kapitolu dwar l-OTK għandhom jaħdmu b’mod konġunt biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-Ftehim dwar l-OTK.
2.
Il-funzjonijiet ta’ kull koordinaturi tal-Kapitolu dwar l-OTK għandhom jinkludu:
(a)
is-segwitu għall-implimentazzjoni u għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, inkluża kwalunkwe kwistjoni relatata mal-iżvilupp, mal-adozzjoni, mal-applikazzjoni jew mal-infurzar tar-regolamenti tekniċi, tal-istandards u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(b)
il-komunikazzjoni mal-koordinatur tal-Kapitolu dwar l-OTK tal-Parti l-oħra dwar inizjattivi meħudin mill-Partijiet għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp u għat-titjib tal-istandards, tar-regolamenti tekniċi u tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(c)
l-organizzazzjoni tal-istabbiliment ta’ diskussjonijiet tekniċi, kif xieraq, f’konformità mal-Artikolu 62; u
(d)
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar żviluppi f’fora mhux governattivi, reġjonali u multilaterali relatati mal-istandards, mar-regolamenti tekniċi u mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità.
3.
Il-koordinaturi tal-Kapitolu dwar l-OTK għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin bi kwalunkwe metodu miftiehem li jkun xieraq biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.
ARTIKOLU 64
Perjodu ta’ tranżizzjoni
Fir-rigward tar-Repubblika tal-Użbekistan, l-Artikolu 55(3), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 55(7), l-Artikolu 56(1)(b), l-Artikolu 56(1)(c), l-Artikolu 57(3)(b), l-Artikolu 57(3)(d), l-Artikolu 57(5) u l-Anness 5-B għandhom japplikaw ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
KAPITOLU 6
KWISTJONIJIET SANITARJI U FITOSANITARJI
ARTIKOLU 65
Objettivi
L-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jistabbilixxi l-prinċipji applikabbli għall-miżuri sanitarji u fitosanitarji (minn hawn ’il quddiem imsejħin “SPS”), kif definiti fil-Ftehim SPS tad-WTO, inklużi s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti u s-sikurezza alimentari, fil-kummerċ bejn il-Partijiet, kif ukoll għall-kooperazzjoni dwar il-benesseri tal-annimali, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u s-sistemi tal-ikel sostenibbli. Il-prinċipji stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandhom jiġu applikati mill-Partijiet b’mod li jiffaċilita l-kummerċ u jevitaw il-ħolqien ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ bejniethom, filwaqt li jippreserva l-livell ta’ protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti ta’ kull Parti.
ARTIKOLU 66
Prinċipji
1.
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-miżuri SPS jiġu żviluppati u applikati fuq il-bażi tal-prinċipji tal-proporzjonalità, tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-ġustifikazzjoni xjentifika u filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali (il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti, iffirmata f’Ruma fis-6 ta’ Diċembru 1951 (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“IPPC”), l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“OIE”), u l-Kummissjoni Codex Alimentarius (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Codex Alimentarius”).
2.
Kull Parti għandha tiżgura li l-miżuri SPS tagħha ma jiddiskriminawx b’mod arbitrarju jew mhux iġġustifikat bejn it-territorju tagħha stess u t-territorju tal-Parti l-oħra sa fejn jipprevalu kundizzjonijiet identiċi jew simili. Il-miżuri SPS ma għandhomx jiġu applikati b’mod li jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet.
3.
Kull Parti għandha tiżgura li l-miżuri, il-proċeduri jew il-kontrolli SPS jiġu implimentati sew u li t-talbiet għal informazzjoni riċevuti minn awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra jiġu indirizzati mingħajr dewmien żejjed u b’mod mhux anqas favorevoli għall-prodotti importati milli għal prodotti domestiċi simili.
ARTIKOLU 67
Ir-rekwiżiti tal-importazzjoni u ċ-ċertifikati SPS uffiċjali
1.
Ir-rekwiżiti tal-importazzjoni ta’ kull Parti għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-Codex Alimentarius, tal-OIE u tal-IPPC u fuq l-istandards rilevanti tagħhom, sakemm ir-rekwiżiti tal-importazzjoni ma jkunux appoġġati minn valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq ix-xjenza mwettqa f’konformità mar-regoli internazzjonali applikabbli previsti fil-Ftehim SPS.
2.
Ir-rekwiżiti tal-importazzjoni tal-Parti li timporta għandhom ikunu applikabbli għat-territorju kollu tal-Parti li tesporta, kif ukoll iċ-ċertifikati SPS uffiċjali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ bejn il-Partijiet ta’ prodotti agrikoli, li jinkludu pjanti u prodotti tal-pjanti, soġġetti għall-Artikolu 69.
3.
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, iċ-ċertifikati SPS uffiċjali huma definiti bħala dokumenti maħruġin mill-parti li tesporta li jiggarantixxu li r-rekwiżiti tal-importazzjoni elenkati ddefiniti mil-liġi tal-parti li timporta rigward il-prodotti li magħhom huma relatati jkunu ġew issodisfati.
ARTIKOLU 68
Ekwivalenza
1.
Fuq talba tal-Parti li tesporta u soġġetti għal evalwazzjoni sodisfaċenti mill-Parti li timporta, il-Partijiet għandhom jirrikonoxxu l-ekwivalenza, f’konformità mal-proċeduri internazzjonali rilevanti, fir-rigward ta’ miżura jew ta’ grupp partikolari ta’ miżuri jew ta’ sistemi applikati b’mod ġenerali jew għal settur jew għal parti mis-settur.
2.
Ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza għandu jiġi stabbilit mill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni u elenkat fl-Anness 6.
ARTIKOLU 69
Miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti
1.
Il-Partijiet għandhom jirrikonoxxu l-kunċett ta’ żoni ħielsa mill-pesti jew mill-mard u ta’ żoni bi prevalenza baxxa ta’ pesti jew ta’ mard f’konformità mal-Ftehim SPS u mal-istandards, mal-linji gwida jew mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Codex, tal-OIE u tal-IPPC.
2.
Meta jkunu qegħdin jiddeterminaw iż-żoni ħielsa minn pesti jew minn mard u ż-żoni bi prevalenza baxxa ta’ pesti jew ta’ mard, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw fatturi bħal-lokalità ġeografika, l-ekosistemi, is-sorveljanza epidemjoloġika u l-effettività tal-kontrolli sanitarji jew fitosanitarji f’żoni bħal dawn.
3.
Il-Parti li timporta għandha tibbaża l-miżuri sanitarji u fitosanitarji tagħha, li jiġu applikati għall-Parti li tesporta li t-territorju tagħha jkun affettwat minn pest jew minn marda fuq id-deċiżjoni ta’ żonar meħuda mill-Parti li tesporta, dment li l-Parti li timporta tkun assigurata li jinkiseb livell xieraq ta’ protezzjoni.
ARTIKOLU 70
Spezzjonijiet u verifiki
1.
L-ispezzjonijiet u l-verifiki mwettqin mill-Parti li timporta fit-territorju tal-Parti li tesporta biex tevalwa s-sistemi ta’ spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni ta’ din tal-aħħar għandhom jitwettqu f’konformità mal-istandards, mal-linji gwida u mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-IPPC, tal-OIE u tal-Codex Alimentarius. Spezzjonijiet addizzjonali li huma parti mill-awditu tas-sistemi ta’ spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jiġu diretti lejn faċilitajiet u manifatturi ta’ esportazzjoni speċifiċi fi kwalunkwe ħin.
2.
Jekk il-Parti li timporta tkun sodisfatta bir-riżultati tal-ispezzjonijiet u tal-awditi msemmijin hawn fuq u żżomm lista ta’ stabbilimenti jew ta’ faċilitajiet awtorizzati għall-importazzjoni ta’ annimali jew ta’ prodotti tal-annimali, hija għandha tapprova stabbilimenti li jinsabu fit-territorju tal-parti li tesporta mingħajr spezzjoni minn qabel, jekk il-Parti li tesporta tkun talbet dan, akkumpanjata mill-garanziji xierqa definiti mill-Parti li timporta.
3.
Kull Parti għandha tibbaża l-aċċettazzjoni tagħha ta’ garanziji fuq:
(a)
l-evalwazzjoni tal-awtorità kompetenti uffiċjali kif ukoll il-kapaċità tagħha li tikkontrolla l-istabbilimenti li jesportaw;
(b)
il-garanzija bil-miktub tal-awtorità kompetenti dwar il-konformità mar-rekwiżiti minimi tal-Parti li timporta.
4.
Kull meta jkun possibbli, il-Parti li timporta għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar komodità mhux konformi, dwar ir-raġuni għan-nuqqas ta’ konformità, u tipprovdilhom l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-raġunijiet tan-nuqqas ta’ konformità.
5.
Il-kostijiet tal-ispezzjonijiet u tal-awditi għandhom jiġġarrbu mill-Parti li twettaq l-awditi u l-ispezzjonijiet f’konformità mal-proċeduri interni tagħha.
ARTIKOLU 71
Il-kontrolli u t-tariffi tal-importazzjoni
1.
Jekk il-kontrolli tal-importazzjoni jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-importazzjoni, l-azzjoni meħuda mill-Parti li timporta trid tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju involut u ma tkunx aktar restrittiva għall-kummerċ milli meħtieġ biex jinkiseb il-livell xieraq ta’ protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja tal-Parti li timporta.
2.
Kull meta jkun possibbli, il-Parti li timporta għandha tinnotifika lill-importatur jew lir-rappreżentant tagħha dwar kunsinna mhux konformi, dwar ir-raġuni għan-nuqqas ta’ konformità u tagħtih opportunità għal rieżami tad-deċiżjoni. Il-Parti li timporta għandha tikkunsidra kwalunkwe informazzjoni rilevanti sottomessa biex tgħin fir-rieżami.
3.
Parti tista’ tiġbor tariffi għall-kostijiet imġarrbin għat-twettiq ta’ kontrolli fil-fruntieri, li ma għandhomx jaqbżu l-irkupru tal-kostijiet.
ARTIKOLU 72
Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni
1.
Il-Partijiet għandhom jiddiskutu u jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-miżuri SPS eżistenti u l-miżuri dwar it-trattament xieraq tal-annimali u dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tagħhom. Tali diskussjonijiet u skambji ta’ informazzjoni għandhom, fejn xieraq, jieħdu kont tal-Ftehim SPS u tal-istandards, tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet tal-IPPC, tal-OIE u tal-Codex Alimentarius.
2.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fi kwistjonijiet relatati mas-sikurezza tal-ikel, mas-saħħa tal-annimali, mal-benesseri tal-annimali, mas-saħħa tal-pjanti u mar-reżistenza għall-antimikrobiċi permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, ta’ għarfien espert u ta’ esperjenza bl-objettiv li tinbena l-kapaċità f’dawk l-oqsma. Tali kooperazzjoni tista’ tinkludi assistenza teknika. Se tingħata attenzjoni partikolari lid-detezzjoni u lill-kontroll tal-mard tal-annimali u tal-pjanti u lit-titjib tas-sistemi ta’ analiżi tar-riskju. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jadotta programm ta’ assistenza teknika għal dan l-għan.
3.
Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu djalogu f’waqtu dwar il-kwistjonijiet SPS jekk xi waħda mill-Partijiet titlob dan, biex jiġu kkunsidrati kwistjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet SPS u kwistjonijiet urġenti oħrajn koperti minn dan il-Kapitolu. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jadotta regoli għat-twettiq ta’ dawn id-djalogi.
4.
Il-Partijiet għandhom jaħtru u jaġġornaw regolarment punti ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu.
ARTIKOLU 73
Trasparenza
Kull Parti għandha:
(a)
tfittex it-trasparenza fir-rigward tal-miżuri SPS applikabbli għall-kummerċ u, b’mod partikolari, mar-rekwiżiti applikati għall-importazzjonijiet SPS tal-Parti l-oħra;
(b)
tikkomunika, fuq it-talba tal-Parti l-oħra u mingħajr dewmien żejjed, ir-rekwiżiti li japplikaw għall-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi, u tindika jekk tkunx meħtieġa valutazzjoni tar-riskji;
(c)
tinnotifika lill-punt ta’ kuntatt tal-Parti l-oħra bil-posta, bil-fax jew bil-posta elettronika, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe riskju serju jew sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, inkluża kwalunkwe emerġenza tal-ikel relatata ma’ merkanzija nnegozjata bejn il-Partijiet.
KAPITOLU 7
PROPRJETÀ INTELLETTWALI
TAQSIMA 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
ARTIKOLU 74
Objettivi
L-objettivi ta’ dan il-Kapitolu huma li:
(a)
jiffaċilita l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u ta’ servizzi innovattivi u kreattivi bejn il-Partijiet, billi jikkontribwixxu għal ekonomija aktar sostenibbli u inklużiva għall-Partijiet;
(b)
jiffaċilita u jirregola l-kummerċ bejn il-Partijiet kif ukoll inaqqas id-distorsjonijiet u l-impedimenti għal dan il-kummerċ; u
(c)
jiksbu livell adegwat u effettiv ta’ protezzjoni u ta’ infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
ARTIKOLU 75
Natura u Kamp ta’ Applikazzjoni tal-Obbligi
1.
Il-Partijiet għandhom jimplimentaw it-trattati internazzjonali li jittrattaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li għalihom huma partijiet. Il-Ftehim TRIPS li jinsab fl-Anness 1C tal-Ftehim tad-WTO huwa b’dan inkorporat u magħmul parti minn dan il-Ftehim, mutatis mutandis. Dan il-Kapitolu għandu jikkomplementa u jispeċifika aktar id-drittijiet u l-obbligi ta’ kull Parti skont it-trattati internazzjonali fil-qasam tal-proprjetà intellettwali li huma parti għalihom.
2.
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, it-terminu “drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” jfisser il-kategoriji kollha ta’ proprjetà intellettwali li huma msemmijin fl-Artikoli 78 sa 120 ta’ dan il-Kapitolu u fit-Taqsimiet minn 1 sa 7 tal-Parti II tal-Ftehim TRIPS.
3.
Il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tinkludi l-protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta kif imsemmija fl-Artikolu 10bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali tal-20 ta’ Marzu 1883, kif riveduta l-aħħar fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967 (il-“Konvenzjoni ta’ Pariġi”).
4.
Dan il-Kapitolu ma jipprekludix lil Parti milli tapplika dispożizzjonijiet tal-liġi tagħha li jintroduċu standards ogħla għall-protezzjoni u għall-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, dment li jkunu kompatibbli ma’ dan il-Kapitolu.
ARTIKOLU 76
Eżawriment
1.
Kull Parti għandha tipprevedi reġim ta’ eżawriment nazzjonali jew reġjonali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
2.
Fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati, l-eżawriment tad-drittijiet japplika biss għad-distribuzzjoni lill-pubbliku permezz tal-bejgħ jew b’mod ieħor tal-oriġinal ta’ xogħlijiet jew ta’ materjal protett ieħor jew ta’ kopji tiegħu.
ARTIKOLU 77
Trattament nazzjonali
1.
Fir-rigward tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali koperti minn dan il-Kapitolu, kull Parti għandha tagħti lin-nazzjonali tal-Parti l-oħra trattament mhux anqas favorevoli minn dak li hija tagħti lin-nazzjonali tagħha stess fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, soġġetta għall-eċċezzjonijiet diġà previsti, rispettivament, f’dawn:
(a)
il-Konvenzjoni ta’ Pariġi;
(b)
il-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ Berna”) riveduta f’Pariġi fl-24 ta’ Lulju 1971 u emendata fit-28 ta’ Settembru 1979;
(c)
il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Artisti tal-Ispettaklu, tal-Produtturi tal-Fonogrammi u tal-Organizzazzjonijiet tax-Xandir, magħmula f’Ruma fis-26 ta’ Ottubru 1961 (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ Ruma”); jew
(d)
it-Trattat dwar il-Proprjetà Intellettwali fir-Rigward taċ-Ċirkwiti Integrati adottat f’Washington fis-26 ta’ Mejju 1989.
Fir-rigward tal-artisti, tal-produtturi tal-fonogrammi u tal-organizzazzjonijiet tax-xandir, l-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu japplika biss fir-rigward tad-drittijiet previsti f’dan il-Ftehim.
2.
Parti tista’ tagħmel użu mill-eċċezzjonijiet diġà previsti fl-istrumenti internazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi tagħha, inkluż li titlob lil nazzjonal tal-Parti l-oħra jagħżel indirizz għan-notifika ta’ proċess fit-territorju tagħha, jew li jaħtar aġent fit-territorju tagħha, dment li tali eċċezzjonijiet:
(a)
ikunu neċessarji biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet jew mar-regolamenti tal-Parti li ma jkunux inkonsistenti ma’ dan il-Kapitolu; u
(b)
ma jiġux applikati b’mod li jkun jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ.
3.
Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-proċeduri previsti fi ftehimiet multilaterali konklużi taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“WIPO”) relatati mal-akkwist jew maż-żamma tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
TAQSIMA 2
STANDARDS LI JIRRIGWARDAW ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI
SUBTAQSIMA 1
DRITTIJIET TAL-AWTUR U DRITTIJIET RELATATI
ARTIKOLU 78
Ftehimiet internazzjonali
1.
Kull Parti għandha tikkonforma ma’ dawn:
(a)
it-Trattat tad-WIPO dwar id-Dritt tal-Awtur (WCT) adottat f’Ġinevra fl-20 ta’ Diċembru 1996;
(b)
it-Trattat tad-WIPO dwar l-Interpretazzjonijiet, l-Eżekuzzjonijiet u l-Fonogrammi (WPPT) adottat f’Ġinevra fl-20 ta’ Diċembru 1996; u
(c)
it-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat adottat fit-28 ta’ Ġunju 2013.
2.
Kull Parti għandha tagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex tirratifika jew taderixxi mat-Trattat ta’ Bejġing dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi, adottat f’Bejġing fl-24 ta’ Ġunju 2012.
ARTIKOLU 79
L-Awturi
Kull Parti għandha tipprovdi lill-awturi d-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu:
(a)
ir-riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti, bi kwalunkwe mezz u fi kwalunkwe forma, sħiħa jew parzjali tax-xogħlijiet tagħhom;
(b)
kwalunkwe forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku, permezz tal-bejgħ jew xorta oħra, tal-oriġinal tax-xogħlijiet tagħhom jew ta’ kopji tagħhom;
(c)
kwalunkwe komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiethom, b’mezz bil-fili jew mingħajr fili, inkluż li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku xogħlijiethom b’mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom; u
(d)
il-kiri kummerċjali lill-pubbliku ta’ oriġinali jew ta’ kopji ta’ xogħlijiethom.
ARTIKOLU 80
Artisti
Kull Parti għandha tipprovdi lill-artisti tal-ispettaklu d-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu:
(a)
il-fissazzjoni tar-rappreżentazzjonijiet tagħhom;
(b)
ir-riproduzzjoni kollha jew parti minnha, diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti, b’kull mezz u f’kull forma tal-fissazzjonijiet tar-rappreżentazzjonijiet tagħhom;
(c)
id-distribuzzjoni għall-pubbliku, permezz ta’ bejgħ jew b’xi mod ieħor, tal-fissazzjonijiet tar-rappreżentazzjonijiet tagħhom;
(d)
it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ fissazzjonijiet tar-rappreżentazzjonijiet tagħhom, b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, b’tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom;
(e)
ix-xandir b’mezzi mingħajr fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tar-rappreżentazzjonijiet tagħhom, għajr meta r-rappreżentazzjoni nnifisha diġà tkun rappreżentazzjoni mxandra jew tkun magħmula minn fissazzjoni; u
(f)
il-kiri kummerċjali lill-pubbliku tal-fissazzjoni tar-rappreżentazzjonijiet tagħhom.
ARTIKOLU 81
Il-produtturi ta’ fonogrammi
Kull Parti għandha tipprovdi lill-produtturi ta’ fonogrammi d-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu:
(a)
ir-riproduzzjoni kollha jew parti minnha, diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti, b’kull mezz u f’kull forma tal-fonogrammi tagħhom;
(b)
id-distribuzzjoni għall-pubbliku, bil-bejgħ jew b’xi mod ieħor, tal-fonogrammi tagħhom, inkluż ta’ kopji tagħhom;
(c)
it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-fonogrammi tagħhom, b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, b’tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom; u
(d)
il-kiri kummerċjali tal-fonogrammi tagħhom lill-pubbliku.
ARTIKOLU 82
L-organizzazzjonijiet tax-xandir
Kull Parti għandha tipprovdi lill-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu:
(a)
il-fissazzjoni tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawk ix-xandiriet ikunu trażmessi bil-fili kif ukoll jekk bl-ajru, inklużi bil-cable jew bis-satellita;
(b)
ir-riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti, bi kwalunkwe mezz u fi kwalunkwe forma, tal-fissazzjonijiet tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawk ix-xandiriet ikunu trażmessi bil-fili jew bl-ajru, inkluż bil-cable jew bis-satellita;
(c)
it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, tal-fissazzjonijiet tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawk ix-xandiriet jiġu trażmessi bil-fili jew inkella bl-ajru, inkluż bil-cable jew bis-satellita, b’tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom;
(d)
id-distribuzzjoni lill-pubbliku, permezz ta’ bejgħ jew b’xi mod ieħor, tal-fissazzjonijiet, inkluż ta’ kopji tagħhom, tax-xandiriet tagħhom, kemm jekk dawk ix-xandiriet ikunu trażmessi bil-fili jew inkella bl-ajru, inkluż bil-cable jew bis-satellita; u
(e)
ix-xandir mill-ġdid tax-xandiriet tagħhom b’mezzi mingħajr fili, kif ukoll il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom jekk tali komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku wara l-pagament ta’ tariffa għad-dħul.
ARTIKOLU 83
Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi ppubblikati għalihom skopijiet kummerċjali
1.
Kull Parti għandha tipprovdi dritt biex tiżgura li titħallas remunerazzjoni ekwitabbli unika mill-utent lill-artisti tal-ispettaklu u lill-produtturi ta’ fonogrammi, jekk tintuża fonogramma ppubblikata għall-finijiet kummerċjali, jew tintuża riproduzzjoni ta’ tali fonogramma, għax-xandir jew għall-komunikazzjoni lill-pubbliku.
2.
Kull Parti għandha tiżgura li r-remunerazzjoni ekwa unika msemmija fil-paragrafu 1 tinqasam bejn l-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi tal-fonogrammi rilevanti. Kull Parti tista’, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi tal-fonogrammi, tistabbilixxi t-termini li skont dawn l-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi tal-fonogrammi għandhom jaqsmu r-remunerazzjoni ekwitabbli unika.
ARTIKOLU 84
Perjodu ta’ protezzjoni
1.
Fir-rigward tar-Repubblika tal-Użbekistan, dan l-Artikolu għandu japplika 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
2.
Id-drittijiet ta’ awtur ta’ xogħol għandhom jibqgħu għall-ħajja tal-awtur u għal 70 sena wara mewtu, irrispettivament mid-data meta x-xogħol isir disponibbli legalment għall-pubbliku.
3.
It-terminu ta’ protezzjoni ta’ kompożizzjoni mużikali bil-kliem għandu jiskadi 70 sena mill-mewt tal-aħħar mill-persuni li ġejjin li jkunu baqgħu ħajjin, sew jekk dawk il-persuni jkunu nominati bħala koawturi kif ukoll jekk le: l-awtur tal-lirika u l-kompożitur tal-kompożizzjoni mużikali, dment li ż-żewġ kontributi jkunu nħolqu speċifikament għall-kompożizzjoni mużikali rispettiva bil-kliem.
4.
Meta xogħol ikollu aktar minn awtur wieħed, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkolat mill-mewt tal-aħħar awtur li jibqa’ ħaj.
5.
Fil-każ ta’ xogħlijiet anonimi jew psewdonimi, il-perjodu ta’ protezzjoni għandu jibqa’ għal 70 sena wara li x-xogħol ikun sar legalment disponibbli għall-pubbliku. Madankollu, meta l-psewdonimu adottat mill-awtur ma jħalli l-ebda dubju dwar l-identità tiegħu, jew jekk l-awtur jiddivulga l-identità tiegħu matul il-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza, il-perjodu ta’ protezzjoni applikabbli għandu jkun dak stabbilit fil-paragrafu 1.
6.
Il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi għandu jiskadi 70 sena wara l-mewt tal-aħħar mill-persuni li ġejjin li jkunu baqgħu ħajjin, sew jekk dawn il-persuni jiġux indikati jew le bħala koawturi:
(a)
id-direttur prinċipali;
(b)
l-awtur tal-iskript;
(c)
l-awtur tad-djalogu; u
(d)
il-kompożitur tal-mużika maħluqa speċifikament għall-użu fix-xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv.
7.
Id-drittijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir għandhom jiskadu 50 sena wara l-ewwel trasmissjoni ta’ xandira, sew jekk din ix-xandira tkun trażmessa bil-fili jew bl-ajru, inklużi bil-cable jew bis-satellita.
8.
Id-drittijiet tal-artisti għandhom jiskadu 50 sena wara d-data tal-fissazzjoni tar-rappreżentazzjoni.
9.
Id-drittijiet tal-produtturi tal-fonogrammi għandhom jiskadu mhux anqas minn 50 sena wara li ssir il-fissazzjoni, jew jekk il-fonogramma tkun ġiet ippubblikata legalment matul dan iż-żmien, 70 sena minn tali pubblikazzjoni. Fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni legali, jekk il-fonogramma tkun ġiet ikkomunikata legalment lill-pubbliku matul dan iż-żmien, il-perjodu ta’ protezzjoni għandu jkun ta’ 70 sena minn tali att ta’ komunikazzjoni. Kull Parti tista’ tipprevedi miżuri effettivi biex tiżgura li l-profitt ġenerat tul l-20 sena ta’ protezzjoni lil hinn minn 50 sena jinqasam ġustament bejn l-artisti tal-ispettaklu u l-produtturi tal-fonogrammi.
10.
Il-perjodi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkolati mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-avveniment.
11.
Kull Parti tista’ tipprovdi għal perjodi ta’ protezzjoni itwal minn dawk previsti f’dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 85
Dritt ta’ bejgħ mill-ġdid
1.
Kull waħda mill-Partijiet għandha tipprovdi, għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti grafika jew tal-plastik, dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, li jiġi ddefinit bħala dritt inaljenabbli, li ma jistax jiġi rrinunzjat, lanqas minn qabel, biex jirċievi royalty ibbażata fuq il-prezz tal-bejgħ miksub għal kwalunkwe bejgħ mill-ġdid tax-xogħol, sussegwentement wara l-ewwel trasferiment tax-xogħol mill-awtur.
2.
Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-atti kollha ta’ bejgħ mill-ġdid li jinvolvu bħala bejjiegħa, xerrejja jew intermedjarji professjonisti tas-suq tal-arti, bħal swali tal-irkant, galleriji tal-arti u, b’mod ġenerali, kwalunkwe negozjant ta’ opri tal-arti.
3.
Kull Parti tista’ tipprovdi li d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal atti ta’ bejgħ mill-ġdid li fihom il-bejjiegħ ikun kiseb ix-xogħol direttament mill-awtur anqas minn tliet snin qabel dak il-bejgħ mill-ġdid u meta l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ma jkunx jaqbeż ċertu ammont minimu.
4.
Il-proċedura għall-ġbir tar-remunerazzjoni u tal-ammonti tagħhom għandha tiġi ddeterminata mil-liġi ta’ kull Parti.
ARTIKOLU 86
Immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet
1.
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom ta’ mmaniġġjar kollettiv bl-għan li jrawmu d-disponibbiltà tax-xogħlijiet u ta’ materjal protett ieħor fit-territorji rispettivi tal-Partijiet u t-trasferiment tad-dħul mid-drittijiet bejn l-organizzazzjonijiet rispettivi ta’ mmaniġġjar kollettiv għall-użu ta’ dawn ix-xogħlijiet jew ta’ xogħlijiet protetti oħrajn.
2.
Il-Partijiet għandhom jippromwovu t-trasparenza tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, b’mod partikolari fir-rigward tad-dħul mid-drittijiet li jiġbru, tat-tnaqqis li japplikaw għad-dħul mid-drittijiet li jiġbru, tal-użu tad-dħul mid-drittijiet miġbur, tal-politika ta’ distribuzzjoni u tar-repertorju tagħhom.
3.
Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv stabbiliti fit-territorju tagħha u li jirrappreżentaw organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra stabbilita fit-territorju tal-Parti l-oħra permezz ta’ ftehim ta’ rappreżentanza, biex tħallas b’mod akkurat, regolari u diliġenti l-ammonti dovuti lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv rappreżentati kif ukoll tipprovdi lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv rappreżentata bl-informazzjoni dwar l-ammont ta’ dħul mid-drittijiet miġbur f’isimha u dwar kwalunkwe tnaqqis li jsir għal dan id-dħul mid-drittijiet.
ARTIKOLU 87
Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet
Kull Parti għandha tikkonfina l-limitazzjonijiet jew l-eċċezzjonijiet għad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 79 sa 82 għal ċerti każijiet speċjali li ma jmorrux kontra sfruttament normali tax-xogħol jew ta’ materjal ieħor u li ma jippreġudikawx b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet.
ARTIKOLU 88
Protezzjoni tal-miżuri teknoloġiċi
1.
Fir-rigward tar-Repubblika tal-Użbekistan, dan l-Artikolu għandu japplika 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
2.
Kull Parti għandha tipprovdi protezzjoni legali adegwata kontra ċ-ċirkomvenzjoni ta’ kwalunkwe miżura teknoloġika effettiva li l-persuna kkonċernata twettaq konxjament, jew b’raġunijiet raġonevoli li kienet taf, li tkun trid tasal għal dak l-objettiv.
3.
Kull Parti għandha tipprovdi protezzjoni legali adegwata kontra l-manifattura, l-importazzjoni, id-distribuzzjoni, il-bejgħ, il-kiri, ir-reklamar għall-bejgħ jew għall-kiri, jew il-pussess għal skopijiet kummerċjali, ta’ apparati, ta’ prodotti jew ta’ komponenti, jew il-forniment ta’ servizzi li:
(a)
ikunu promossi, reklamati jew kummerċjalizzati għall-fini ta’ ċirkumvenzjoni ta’ kwalunkwe miżura teknoloġika effettiva;
(b)
ikollhom biss skop jew użu kummerċjali sinifikanti limitat ħlief li jevitaw kwalunkwe miżura teknoloġika effettiva; jew
(c)
ikunu primarjament imfasslin, magħmulin, adattati jew imwettqin għall-fini li jippermettu jew jiffaċilitaw iċ-ċirkomvenzjoni ta’ kwalunkwe miżura teknoloġika effettiva.
4.
Għall-finijiet ta’ din is-Subtaqsima, “miżuri teknoloġiċi” tfisser kwalunkwe teknoloġija, apparat jew komponent li, fil-proċess normali tat-tħaddim tiegħu, ikun imfassal biex jipprevjeni jew jillimita atti, fir-rigward ta’ xogħlijiet jew ta’ materjal ieħor, li ma jkunux awtorizzati mid-detentur tad-drittijiet ta’ kwalunkwe dritt tal-awtur jew ta’ dritt relatati, hekk kif previst mil-leġiżlazzjoni domestika. Miżuri teknoloġiċi għandhom jitqiesu “effettivi” fejn l-użu ta’ xogħol protett jew ta’ materjal ieħor ikun kontrollat mid-detenturi tad-drittijiet permezz tal-applikazzjoni ta’ kontroll fuq l-aċċess jew ta’ proċess ta’ protezzjoni, bħal kriptaġġ jew trasformazzjoni oħra tax-xogħol jew ta’ materjal ieħor jew mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ kkupjar, li jilħaq l-objettiv ta’ protezzjoni.
5.
Minkejja l-protezzjoni legali prevista fil-paragrafu 1, fin-nuqqas ta’ miżuri volontarji meħudin mid-detenturi tad-drittijiet, kull Parti tista’ tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-protezzjoni legali adegwata kontra ċ-ċirkomvenzjoni ta’ miżuri teknoloġiċi effettivi prevista f’konformità ma’ dan l-Artikolu ma tipprevjenix lill-benefiċjarji ta’ eċċezzjonijiet jew ta’ limitazzjonijiet previsti f’konformità mal-Artikolu 87 milli jgawdu tali eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet.
ARTIKOLU 89
Obbligi relatati mal-informazzjoni dwar l-immaniġġjar ta’ drittijiet
1.
Fir-rigward tar-Repubblika tal-Użbekistan, dan l-Artikolu għandu japplika 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
2.
Kull Parti għandha tipprovdi protezzjoni legali adegwata kontra kwalunkwe persuna li twettaq b’mod konxju u mingħajr awtorità kwalunkwe wieħed mill-atti li ġejjin jekk tali persuna tkun taf, jew ikollha raġunijiet raġonevoli li tkun taf, li, billi tagħmel dan hija tkun qiegħda tikkawża, tabilita, tiffaċilita jew taħbi ksur ta’ dritt tal-awtur jew ta’ kwalunkwe dritt relatat previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali:
(a)
it-tneħħija jew it-tibdil ta’ kwalunkwe informazzjoni elettronika ta’ mmaniġġjar tad-drittijiet u
(b)
id-distribuzzjoni, l-importazzjoni għad-distribuzzjoni, ix-xandir, il-komunikazzjoni jew it-tpoġġija għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, ta’ xogħlijiet jew ta’ materjal ieħor protett skont din is-Subtaqsima, li minnu tkun tneħħiet jew ġiet mibdula mingħajr awtorizzazzjoni informazzjoni elettronika dwar l-immaniġġjar ta’ drittijiet,
3.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “informazzjoni dwar l-immaniġġjar ta’ drittijiet” tfisser kwalunkwe informazzjoni pprovduta mid-detenturi tad-drittijiet li tidentifika x-xogħol jew materjal ieħor imsemmi f’dan l-Artikolu, l-awtur jew kwalunkwe detentur ieħor tad-drittijiet, jew informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu tax-xogħol jew ta’ materjal ieħor, u kwalunkwe numru jew kodiċi li jirrappreżenta tali informazzjoni.
4.
Il-paragrafu 2 għandu japplika meta xi waħda minn dawn l-affarijiet ta’ informazzjoni tkun assoċjata ma’ kopja ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, ta’ xogħol jew ħaġa oħra msemmija f’dan l-Artikolu, jew tidher b’rabta magħha.
SUBTAQSIMA 2
TRADEMARKS
ARTIKOLU 90
Ftehimiet internazzjonali
1.
Kull Parti għandha:
(a)
tikkonforma mal-Protokoll relatat mal-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-Marki, adottat f’Madrid fis-27 ta’ Ġunju 1989 kif emendat fit-3 ta’ Ottubru 2006 u fit-12 ta’ Novembru 2007;
(b)
iżżomm sistema ta’ klassifikazzjoni tat-trademarks li tkun konsistenti mal-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Prodotti u s-Servizzi għall-Finijiet tar-Reġistrazzjoni tat-Trademarks tal-15 ta’ Ġunju 1957 kif emendat fit-28 ta’ Settembru 1979; u
(c)
tagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex taderixxi mat-Trattat ta’ Singapore dwar il-Liġi tat-Trademarks li sar f’Singapore fis-27 ta’ Marzu 2006.
ARTIKOLU 91
Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trademark
Trademark tista’ tikkonsisti fi kwalunkwe sinjal, b’mod partikolari kliem, inklużi ismijiet personali, jew disinji, ittri, ċifri, kuluri, l-għamla ta’ merkanzija jew l-imballaġġ ta’ merkanzija, jew ħsejjes, dment li dawn is-sinjali jkunu jistgħu:
(a)
jagħmlu distinzjoni bejn il-merkanzija jew is-servizzi ta’ impriża minn dawk ta’ impriżi oħrajn; u
(b)
jiġu rrappreżentati fir-reġistru rispettiv tat-trademarks ta’ kull Parti, b’mod li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku jiddeterminaw is-suġġett ċar u preċiż tal-protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju tagħhom.
ARTIKOLU 92
Drittijiet mogħtijin minn trademark
1.
It-trademark irreġistrata għandha tagħti lis-sid drittijiet esklużivi fuqha. Is-sid għandu jkun intitolat li jipprevjeni lill-partijiet terzi kollha li ma jkollhomx il-kunsens tal-proprjetarju, milli jużaw fil-kummerċ kwalunkwe sinjal:
(a)
li jkun identiku għat-trademark irreġistrata relatata mal-merkanzija jew mas-servizzi li jkunu identiċi għal dawk li għalihom it-trademark tkun irreġistrata;
(b)
meta, minħabba l-identità jew ix-xebh tiegħu mat-trademark irreġistrata u l-identità jew ix-xebh tal-oġġetti jew tas-servizzi koperti minn din it-trademark u mis-sinjal, tkun teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku, li tinkludi l-probabbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trademark irreġistrata.
2.
Il-Partijiet għandhom jibdew djalogu bil-ħsieb li r-Repubblika tal-Użbekistan tistabbilixxi l-miżuri legali, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li jiżguraw li s-sid ta’ trademark irreġistrata jkun intitolat li jipprevjeni lill-partijiet terzi kollha milli jġibu merkanzija, matul il-kummerċ, fil-Parti fejn it-trademark tkun irreġistrata mingħajr ma tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk.
ARTIKOLU 93
Proċedura ta’ reġistrazzjoni
1.
Kull Parti għandha tipprevedi sistema għar-reġistrazzjoni ta’ trademarks li fiha kull deċiżjoni negattiva finali, inkluż rifjut parzjali, meħuda mill-amministrazzjoni rilevanti tat-trademark għandha tiġi kkomunikata bil-miktub lill-parti rilevanti, debitament motivata u soġġetta għal appell.
2.
Kull Parti għandha tipprovdi għall-possibbiltà li partijiet terzi jopponu l-applikazzjonijiet għal trademarks jew, fejn xieraq, għar-reġistrazzjonijiet ta’ trademarks. Tali proċedimenti ta’ oppożizzjoni għandhom ikunu kontenzjużi.
3.
Kull Parti għandha tipprovdi bażi ta’ data elettronika li tkun disponibbli pubblikament tal-applikazzjonijiet għal trademarks u ta’ reġistrazzjonijiet ta’ trademarks.
ARTIKOLU 94
Trademarks magħrufin
Għall-fini tal-għoti ta’ effett lill-protezzjoni ta’ trademarks magħrufin, kif imsemmi fl-Artikolu 6bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u fl-Artikolu 16(2) u (3) tal-Ftehim TRIPS, kull Parti għandha tapplika r-Rakkomandazzjoni Konġunta Rigward Dispożizzjonijiet dwar il-Protezzjoni ta’ Marki Magħrufin, adottata mill-assemblea tal-Unjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali u mill-Assemblea Ġenerali tad-WIPO fl‑Erbgħa u Tletin Serje ta’ Laqgħat tal-Assemblej tal-Istati Membri tad-WIPO mill-20 sad-29 ta’ Settembru 1999.
ARTIKOLU 95
Eċċezzjonijiet għad-drittijiet mogħtijin minn trademark
1.
Kull Parti għandha tipprevedi eċċezzjonijiet limitati għad-drittijiet mogħtijin minn trademark bħall-użu ġust ta’ termini deskrittivi inklużi indikazzjonijiet ġeografiċi, u tista’ tipprovdi eċċezzjonijiet limitati oħrajn, dment li tali eċċezzjonijiet iqisu l-interessi leġittimi tal-proprjetarju tat-trademark u ta’ partijiet terzi.
2.
Trademark ma għandhiex tintitola lis-sid li jipprojbixxi lil parti terza milli tuża, matul attivitajiet kummerċjali, dawn li ġejjin, dment li jużahom f’konformità ma’ prattiki onesti fl-oqsma tal-industrija u tal-kummerċ:
(a)
l-isem jew l-indirizz tal-parti terza, meta dik il-parti terza tkun persuna fiżika;
(b)
sinjali jew indikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tip, mal-kwalità, mal-kwantità, mal-għan maħsub, mal-valur, mal-oriġini ġeografika, maż-żmien tal-produzzjoni tal-oġġetti jew mal-għoti tas-servizz, jew ma’ karatteristiċi oħra tal-merkanzija jew tas-servizzi; u
(c)
it-trademark meta jkun neċessarju li jiġi indikat l-għan maħsub ta’ merkanzija jew ta’ servizz, b’mod partikolari fir-rigward ta’ aċċessorji jew ta’ spare parts.
3.
It-trademark ma għandhiex tagħti lis-sid id-dritt li jipprojbixxi lil parti terza milli tuża, matul attivitajiet kummerċjali, dritt preċedenti li japplika biss f’lokalità partikolari jekk dak id-dritt ikun rikonoxxut mil-liġijiet tal-Parti inkwistjoni u fil-limiti tat-territorju li fih ikun rikonoxxut.
ARTIKOLU 96
Ir-raġunijiet għal revoka
1.
Il-Partijiet għandhom jipprovdu li trademark għandha tkun tista’ tiġi rrevokata jekk, f’perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, ma tkunx intużat ġenwinament fit-territorju relevanti b’rabta mal-merkanzija jew mas-servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, u ma hemmx raġunijiet validi għan-nuqqas ta’ użu. Madankollu, l-ebda persuna ma tista’ titlob li d-drittijiet tal-proprjetarju fi trademark għandhom jiġu rrevokati meta, matul l-intervall bejn l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas 3 snin u meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għar-revoka, jibda jew ikompli l-użu ġenwin tat-trademark. Madankollu, il-bidu jew it-tkomplija tal-użu matul perjodu ta’ tliet xhur qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-revoka li jkun beda l-aktar kmieni mal-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta’ tal-anqas tliet snin tan-nuqqas ta’ użu għandha tiġi injorata meta l-preparamenti għall-bidu jew għat-tkomplija jsiru biss wara li l-proprjetarju isir konxju li tista’ tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għar-revoka.
2.
Trademark għandha tkun tista’ tiġi rrevokata wkoll jekk, wara d-data li fiha ġiet irreġistrata:
(a)
b’konsegwenza ta’ atti jew ta’ inattività tal-proprjetarju, tkun saret l-isem komuni fil-kummerċ għal merkanzija jew għal servizz li fir-rigward tiegħu tkun ġiet irreġistrata;
(b)
b’konsegwenza tal-użu li għamel minnha l-proprjetarju tat-trademark jew bil-kunsens tal-proprjetarju fir-rigward tal-merkanzija jew tas-servizzi li għalihom hija ġiet irreġistrata, tista’ tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tan-natura, tal-kwalità jew tal-oriġini ġeografika ta’ dik il-merkanzija jew ta’ dawk is-servizzi.
ARTIKOLU 97
Applikazzjonijiet mala fide
Trademark għandha tkun tista’ tiġi ddikjarata invalida meta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tkun saret in mala fide mill-applikant. Kull Parti tista’ tipprovdi wkoll li tali trademark ma għandhiex tkun irreġistrata.
SUBTAQSIMA 3
DISINJI
ARTIKOLU 98
Ftehimiet internazzjonali
L-Unjoni Ewropea għandha tikkonforma mal-impenji tagħha skont l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali ta’ Disinni Industrijali tat-2 ta’ Lulju 1999 u r-Repubblika tal-Użbekistan għandha tagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex tirratifika jew taderixxi mal-Att ta’ Ġinevra.
ARTIKOLU 99
Protezzjoni ta’ disinji reġistrati
1.
Kull Parti għandha tipprovdi għall-protezzjoni ta’ disinji maħluqin indipendentement li huma ġodda u oriġinali. Din il-protezzjoni għandha tiġi pprovduta bir-reġistrazzjoni u għandha tagħti drittijiet esklużivi lid-detenturi tagħhom f’konformità ma’ din is-Subtaqsima. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, Parti tista’ tikkunsidra li disinn li jkollu karattru individwali jkun oriġinali.
2.
Id-detentur ta’ disinn reġistrat għandu jkollu d-dritt li jipprevjeni lil partijiet terzi li ma jkollhomx il-kunsens tad-detentur ta’ disinn reġistrat tal-anqas milli jagħmlu, joffru għall-bejgħ, ibigħu, jimportaw, jaħżnu l-prodott li jkollu d-disinn protett u li jinkorpora d-disinn protett jew milli jużaw oġġetti li jkollhom fuqhom jew li jinkorporaw id-disinn protett meta t-tali atti jitwettqu għal finijiet kummerċjali.
3.
Disinn li jiġi applikat jew inkorporat fi prodott li jikkostitwixxi parti komponenti ta’ prodott kumpless għandu jiġi kkunsidrat biss li jkun ġdid jew oriġinali:
(a)
jekk il-parti komponenti, ladarba tkun ġiet inkorporata fil-prodott kumpless, tibqa’ tidher matul l-użu normali ta’ dan tal-aħħar; u
(b)
sa fejn dawk il-karatteristiċi viżibbli tal-parti komponenti jissodisfaw minnhom infushom ir-rekwiżiti dwar in-novità u l-oriġinalità.
4.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 3, “użu normali” tfisser l-użu mill-utent finali, esklużi xogħol ta’ manutenzjoni, ta’ servizzjar jew ta’ tiswija.
ARTIKOLU 100
Durata tal-Protezzjoni
Kull Parti għandha tiżgura li disinn għandu jkun protett għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni u li d-detentur tad-dritt ikollu d-dritt li jġedded il-perjodu ta’ protezzjoni għal perjodu ta’ 5 snin wieħed jew aktar, sa perjodu totali ta’ mill-anqas 15-il sena mid-data għall-infilzar.
ARTIKOLU 101
Eċċezzjonijiet u esklużjonijiet
1.
Kull Parti tista’ tipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-protezzjoni tad-disinji dment li tali eċċezzjonijiet ma jkunux f’kunflitt mhux raġonevoli mal-użu normali tad-disinji, u ma jippreġudikawx b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detentur tad-disinn, filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi.
2.
Il-protezzjoni tad-disinn ma għandhiex testendi għal disinni ddettati biss mill-kunsiderazzjonijiet tekniċi jew funzjonali tiegħu. Disinn ma għandux jeżisti fil-karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott li għandhom neċessarjament ikollhom jiġu riprodotti fl-għamla u fil-qisien eżatti tagħhom biex jippermettu li l-prodott li fih ikun inkorporat id-disinn jew li għalih issir l-applikazzjoni jiġi konness ma’ prodott ieħor jew imdaħħal fih, madwaru jew miegħu b’tali mod li wieħed miż-żewġ prodotti jkun jista’ jwettaq il-funzjoni tiegħu.
3.
Dritt ta’ disinn ma għandux jeżisti f’disinn li jmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.
4.
B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, disinn għandu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 99(1), jibqa’ f’disinn, li jkollu l-iskop li jippermetti l-assemblaġġ multiplu jew il-konnessjoni ta’ prodotti interkambjabbli b’mod reċiproku fi ħdan sistema modulari.
ARTIKOLU 102
Relazzjoni mad-Drittijiet tal-Awtur
Kull Parti għandha tiżgura li disinn għandu jkun eliġibbli għall-protezzjoni skont il-liġi tagħha dwar id-dritt tal-awtur mid-data li fiha jkun inħoloq jew ġie stabbilit id-disinn fi kwalunkwe forma. Saliema punt għandha tingħata tali protezzjoni, inkluż il-livell ta’ oriġinalità meħtieġ, u l-kundizzjonijiet li fihom tingħata, għandhom jiġu ddeterminati minn kull Parti.
SUBTAQSIMA 4
INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI
ARTIKOLU 103
Kamp ta’ applikazzjoni
1.
Għall-finijiet ta’ din is-Subtaqsima, “Indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni bħal fl-Artikolu 22(1) tal-Ftehim TRIPS, li għandha tinftiehem li tinkludi wkoll “denominazzjonijiet ta’ oriġini”.
2.
Din is-Subtaqsima tapplika għar-rikonoxximent u għall-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw fit-territorji tal-Partijiet.
3.
Indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ Parti, li jridu jkunu protetti mill-Parti l-oħra, għandhom ikunu soġġetti għal din is-Subtaqsima biss jekk ikunu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 104.
ARTIKOLU 104
Indikazzjonijiet Ġeografiċi Stabbiliti
1.
Il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan elenkata fit-Taqsima A tal-Anness 7-A għandu jkun fiha l-elementi għar-reġistrazzjoni u għall-kontroll tal-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness 7-A mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2.
Wara li eżaminat il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea elenkata fit-Taqsima A tal-Anness 7-A, ir-Repubblika tal-Użbekistan ikkonkludiet li dik il-leġiżlazzjoni fiha l-elementi għar-reġistrazzjoni u għall-kontroll tal-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness 7-A.
3.
Wara t-tlestija ta’ proċedura ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness 7-B u eżami tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti tal-Unjoni Ewropea li għandhom jiġu protetti fir-Repubblika tal-Użbekistan elenkati fit-Taqsima A tal-Anness 7-C li jkunu ġew irreġistrati mill-Unjoni Ewropea skont il-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, ir-Repubblika tal-Użbekistan għandha tipproteġi dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi skont il-livell ta’ protezzjoni stabbilit f’din is-Subtaqsima.
4.
Il-paragrafu 3 għandu japplika 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin, ir-Repubblika tal-Użbekistan għandha tistabbilixxi l-azzjonijiet komplementari kollha u għandha tipproteġi l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti tal-Unjoni Ewropea elenkati fit-Taqsima A tal-Anness 7-C fil-livell previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-livell ta’ protezzjoni pprovdut ma għandux jitnaqqas.
5.
Wara t-tlestija ta’ proċedura ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness 7-B u eżami tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti tar-Repubblika tal-Użbekistan elenkati fit-Taqsima B tal-Anness 7-C, li jkunu ġew irreġistrati mir-Repubblika tal-Użbekistan skont il-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni Ewropea għandha tipproteġi dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi skont il-livell ta’ protezzjoni stabbilit f’din is-Subtaqsima.
ARTIKOLU 105
Żieda ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda
Il-Partijiet jistgħu jemendaw il-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi li għandhom jiġu protetti fl-Anness 7-C f’konformità mal-Artikolu 136. Għandhom jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda wara t-tlestija tal-proċedura ta’ oppożizzjoni u tal-eżami tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 3 jew 4 tal-Artikolu 104.
ARTIKOLU 106
Skop tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi
1.
L-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness 7-C kif ukoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi miżjudin f’konformità mal-Artikolu 105 għandhom ikunu protetti kontra:
(a)
kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta’ isem protett:
(i)
għal prodotti komparabbli li ma jkunux konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew
(ii)
sa fejn tali użu jisfrutta r-reputazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika;
inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent.
(b)
kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott tkun indikata jew jekk l-isem protett ikun ġie tradott, traskritt jew tranżliterat jew ikun akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew espressjonijiet simili, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;
(c)
kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-oriġini, tan-natura jew tal-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-imballaġġ intern jew estern, tal-materjal ta’ reklamar jew ta’ dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u tal-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li x’aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent; u
(d)
kwalunkwe prattika oħra li tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.
2.
L-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness 7-C ma għandhomx isiru isem ġeneriku fit-territorji tal-Partijiet.
3.
Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jobbliga lil Parti tipproteġi indikazzjoni ġeografika tal-Parti l-oħra li ma tkunx jew li ma għadhiex aktar protetta fit-territorju tal-oriġini. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra jekk indikazzjoni ġeografika ma tibqax tkun protetta fit-territorju ta’ dik il-Parti ta’ oriġini. Din in-notifika għandha sseħħ f’konformità mal-Artikolu 136.
4.
Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jippreġudika d-dritt ta’ kwalunkwe persuna li tuża, waqt attivitajiet kummerċjali, l-isem ta’ dik il-persuna jew l-isem tal-predeċessur ta’ dik il-persuna fin-negozju, ħlief meta tali isem jintuża b’mod tali biex iqarraq lill-pubbliku.
ARTIKOLU 107
Id-dritt ta’ użu tal-indikazzjonijiet ġeografiċi
1.
Isem protett skont dan il-Ftehim jista’ jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.
2.
Ladarba indikazzjoni ġeografika tkun protetta skont dan il-Ftehim, l-użu ta’ tali isem protett ma għandux ikun suġġett għal xi reġistrazzjoni tal-utenti jew għal imposti ulterjuri.
ARTIKOLU 108
Relazzjoni mat-trademarks
1.
Meta indikazzjoni ġeografika tkun protetta skont dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jirrifjutaw li jirreġistraw trademark li l-użu tagħha jmur kontra l-Artikolu 106(1), dment li applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tiġi sottomessa wara d-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fit-territorju tal-Parti kkonċernata.
2.
Trademarks reġistrati bi ksur tal-paragrafu 1 għandhom jiġu invalidati.
3.
Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmijin fl-Artikolu 104, id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun id-data tat-trażmissjoni ta’ talba lill-Parti l-oħra għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika.
4.
Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmijin fl-Artikolu 105, id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun id-data tat-trażmissjoni ta’ talba lill-Parti l-oħra għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika.
5.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, kull Parti għandha tipproteġi l-indikazzjonijiet ġeografiċi anke meta tkun teżisti trademark preċedenti. “Trademark preċedenti” tfisser trademark li l-użu tagħha jmur kontra l-Artikolu 106(1) u li tkun ġiet applikata, irreġistrata jew stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà tkun prevista mil-leġiżlazzjoni kkonċernata, bona fide fit-territorju ta’ Parti waħda qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tiġi sottomessa mill-Parti l-oħra skont dan il-Ftehim.
6.
Trademark preċedenti tista’ tibqa’ tintuża u tiġġedded minkejja l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, dment li fil-leġiżlazzjoni ta’ kull Parti dwar it-trademarks ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew għar-revoka tat-trademark. F’każijiet bħal dawn, għandu jkun permess l-użu tal-indikazzjoni ġeografika protetta kif ukoll l-użu tat-trademarks rilevanti.
7.
Parti ma għandhiex tkun meħtieġa tipproteġi isem bħala indikazzjoni ġeografika skont dan il-Ftehim jekk, fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li tkun intużat, dak l-isem jista’ jqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-identità vera tal-prodott.
ARTIKOLU 109
Infurzar tad-drittijiet ta’ indikazzjoni ġeografika
Il-Partijiet għandhom jinfurzaw il-protezzjoni prevista fl-Artikoli 104 sa 108 permezz ta’ miżuri amministrattivi u ġudizzjarji xierqa, inkluż fil-kontroll doganali mill-awtoritajiet pubbliċi tagħhom, biex jipprevjenu jew iwaqqfu l-użu illegali ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjoni ġeografika protetta. Huma għandhom jinfurzaw ukoll tali drittijiet fuq it-talba ta’ parti interessata.
ARTIKOLU 110
Regoli ġenerali
1.
Dan il-Ftehim għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi li jista’ jkollha kull Parti skont il-Ftehim tad-WTO.
2.
Parti ma għandhiex tkun meħtieġa tipproteġi isem bħala indikazzjoni ġeografika skont dan il-Ftehim jekk dak l-isem ikun f’kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanti jew ta’ razza ta’ annimali li bħala riżultat aktarx li l-konsumatur jitqarraq dwar l-oriġini vera tal-prodott.
3.
Isem omonimu li jqarraq bil-konsumatur billi jagħtih x’jifhem li prodott ikun ġej minn territorju ieħor ma għandux jiġi rreġistrat, anki jekk l-isem ikun akkurat sa fejn huwa kkonċernat it-territorju, ir-reġjun jew il-post ta’ oriġini attwali tal-prodott inkwistjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tal-Ftehim TRIPS, il-Partijiet għandhom jiddeċiedu b’mod reċiproku dwar il-kundizzjonijiet prattiċi tal-użu li skonthom l-indikazzjonijiet ġeografiċi kompletament jew parzjalment omonimi jiddifferenzjaw wieħed mill-ieħor, b’kont meħud tal-bżonn li jkun żgurat trattament ġust tal-produtturi kkonċernati u li l-konsumaturi ma jitqarrqux.
4.
Meta Parti, fil-kuntest tan-negozjati ma’ parti terza, tipproponi li tipproteġi indikazzjoni ġeografika ta’ dik il-parti terza li tkun omonima b’mod sħiħ jew parzjali ma’ indikazzjoni ġeografika tal-Parti l-oħra protetta skont dan il-Ftehim, hija għandha tinforma lill-Parti l-oħra b’dan u tagħtiha opportunità li tikkummenta qabel ma l-indikazzjoni ġeografika tal-pajjiż terz issir protetta.
5.
Kwalunkwe kwistjoni li tirriżulta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandha tiġi ttrattata fis-Sottokumitat dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali msemmi fl-Artikolu 136.
6.
Il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont dan il-Ftehim jistgħu jiġu kkanċellati biss mill-Parti fejn joriġina l-prodott.
7.
Speċifikazzjoni tal-prodott imsemmija f’dan il-Ftehim għandha tkun dik li tkun approvata, inkluża kwalunkwe emenda li wkoll tkun ġiet approvata, mill-awtoritajiet tal-Parti li mit-territorju tagħha jkun joriġina l-prodott.
ARTIKOLU 111
Assistenza Teknika
Għall-finijiet ta’ faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din is-Subtaqsima fir-Repubblika tal-Użbekistan, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lir-Repubblika tal-Użbekistan, soġġetta għat-talba tagħha u skont il-ħtiġijiet tagħha, assistenza teknika adegwata f’konformità mad-dritt tal-Unjoni Ewropea.
SUBTAQSIMA 5
PRIVATTIVI
ARTIKOLU 112
Ftehimiet internazzjonali
Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri previsti skont it-Trattat ta’ Kooperazzjoni dwar il-Privattivi, li sar f’Washington fid-19 ta’ Ġunju 1970, ikunu disponibbli fit-territorju tagħha.
ARTIKOLU 113
Privattivi u saħħa pubblika
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tad-Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika, adottata f’Doha fl-14 ta’ Novembru 2001 mill-Konferenza Ministerjali tad-WTO (id-“Dikjarazzjoni ta’ Doha”). Fl-interpretazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi skont din is‑Subtaqsima, kull Parti għandha tiżgura konsistenza mad-Dikjarazzjoni ta’ Doha.
2.
Kull Parti għandha timplimenta l-Artikolu 31bis tal-Ftehim TRIPS, kif ukoll l-Anness tal-Ftehim TRIPS, u l-Appendiċi tal-Anness għall-Ftehim TRIPS, li daħal fis-seħħ fit-23 ta’ Jannar 2017.
ARTIKOLU 114
Estensjoni tal-perjodu ta’ protezzjoni mogħti minn privattiva fuq prodotti mediċinali u fuq prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-prodotti mediċinali u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti protetti bi privattiva fit-territorju rispettiv tagħhom jistgħu jkunu soġġetti għal proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni qabel ma jiġu introdotti fis-suq tagħhom. Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-perjodu li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal privattiva u l-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq rispettiv tagħhom, kif definit għal dak l-iskop mil-leġiżlazzjoni relevanti, jista’ jqassar il-perjodu ta’ protezzjoni effettiva skont il-privattiva.
2.
Kull Parti għandha tipprovdi għal perjodu ulterjuri ta’ protezzjoni għal prodott mediċinali jew għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun protett bi privattiva u li kien soġġett għal proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni, għal perjodu li jkun ekwivalenti għall-perjodu msemmi fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1. Dan il-perjodu jista’ jitnaqqas b’perjodu sa 5 snin.
3. Id-durata tal-perjodu ulterjuri ta’ protezzjoni ma għandhiex taqbeż il-5 snin.
SUBTAQSIMA 6
PROTEZZJONI TA’ INFORMAZZJONI MHUX ŻVELATA
ARTIKOLU 115
Ambitu tal-protezzjoni ta’ sigrieti tal-mestier
1.
Fit-twettiq tal-obbligu tagħha li tikkonforma mal-Ftehim TRIPS, u b’mod partikolari mal-Artikolu 39(1) u (2) tal-Ftehim TRIPS, kull Parti għandha tipprevedi proċeduri ġudizzjarji ċivili u rimedji xierqa għal kwalunkwe detentur ta’ sigriet tal-mestier biex tipprevjeni u tikseb rimedju għall-akkwiżizzjoni, għall-użu jew għall-iżvelar ta’ sigriet tal-mestier kull meta jitwettqu b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti.
2.
Għall-fini ta’ din is-Subtaqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“sigriet tal-mestier” tfisser informazzjoni li:
(i)
hija sigrieta fis-sens li ma hijiex, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni u fl-assemblaġġ preċiżi tal-komponenti tagħha, magħrufa b’mod ġenerali jew ġeneralment aċċessibbli b’mod faċli għal persuni li normalment jittrattaw dan it-tip ta’ informazzjoni inkwistjoni;
(ii)
għandha valur kummerċjali minħabba li hija sigrieta; u
(iii)
kienet soġġetta għal passi raġonevoli fiċ-ċirkostanzi, mill-persuna li għandha l-kontroll legali tal-informazzjoni, biex tinżamm sigrieta;
(b)
“detentur ta’ sigriet tal-mestier” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li legalment tikkontrolla sigriet tal-mestier.
3.
Għall-finijiet ta’ din is-Subtaqsima, tal-anqas dawn il-forom ta’ kondotta għandhom jiġu kkunsidrati li jmorru kontra prattiki kummerċjali onesti:
(a)
l-akkwiżizzjoni ta’ sigriet tal-mestier mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet tal-mestier, kull meta jitwettaq permezz ta’ aċċess mhux awtorizzat, approprjazzjoni, jew ikkupjar ta’ kwalunkwe dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku, legalment taħt il-kontroll tad-detentur tas-sigriet tal-mestier, li fih sigrieti tal-mestier jew li minnu jista’ jiġi dedott is-sigriet tal-mestier;
(b)
l-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet tal-mestier kull meta jsiru, mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet tal-mestier, minn persuna li tinstab li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
tkun kisbet is-sigriet tal-mestier b’mod imsemmi fil-punt (a);
(ii)
tkun qed tikser ftehim ta’ kunfidenzjalità jew kwalunkwe dmir ieħor biex ma tiddivulgax is-sigriet tal-mestier; jew
(iii)
tkun qed tikser dmir kuntrattwali jew kwalunkwe dmir ieħor li jillimita l-użu tas-sigriet tal-mestier; u
(c)
l-akkwiżizzjoni, l-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet tal-mestier kull meta jitwettqu minn persuna li, fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni, tal-użu jew tal-iżvelar, kienet taf jew missha kienet taf, fiċ-ċirkustanzi, li s-sigriet tal-mestier kien inkiseb direttament jew indirettament minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela s-sigriet tal-mestier b’mod illegali fis-sens tal-punt (b).
4.
Xejn f’din is-Subtaqsima ma għandu jinftiehem li jeżiġi li xi waħda mill-Partijiet tikkunsidra kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin ta’ kondotta li tmur kontra prattiki kummerċjali onesti:
(a)
l-iskoperta jew il-kreazzjoni indipendenti;
(b)
l-inġinerija inversa ta’ prodott minn persuna li għandha l-prodott fil-pussess tagħha legalment u li hija libera minn kwalunkwe dmir legalment validu biex tiġi limitata l-akkwiżizzjoni ta’ informazzjoni rilevanti;
(c)
l-akkwiżizzjoni, l-użu jew id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni meħtieġa jew permessa mid-dritt ta’ Parti; u
(d)
l-użu mill-impjegati tal-esperjenza tagħhom u tal-ħiliet miksubin b’mod onest matul il-perkors normali tal-impjieg tagħhom.
5.
Xejn f’din is-Subtaqsima ma għandu jinftiehem bħala li jirrestrinġi l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, inkluża l-libertà tal-media kif protetta fil-ġuriżdizzjoni ta’ kull waħda mill-Partijiet.
ARTIKOLU 116
Proċeduri u rimedji ġudizzjarji ċivili għad-detenturi ta’ sigrieti tal-mestier
1.
Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe persuna li tipparteċipa fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili msemmijin fl-Artikolu 115, jew li għandha aċċess għal dokumenti li jifformaw parti minn dawk il-proċedimenti ġudizzjarji, ma jkollhiex permess biex tuża jew tiddivulga kwalunkwe sigriet tal-mestier jew allegat sigriet tal-mestier li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, b’rispons għal applikazzjoni debitament raġonata minn parti interessata, ikunu identifikaw bħala kunfidenzjali u li jkunu saru konxji tiegħu bħala riżultat ta’ tali parteċipazzjoni jew aċċess.
2.
Fil-proċedimenti ġudizzjarji ċivili msemmijin fl-Artikolu 115, kull Parti għandha tipprevedi li l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha jkollhom l-awtorità biex tal-anqas:
(a)
jordnaw miżuri proviżorji, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti rispettivi tagħha, biex jipprevjenu l-akkwiżizzjoni, l-użu jew id-divulgazzjoni tas-sigriet tal-mestier b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti;
(b)
jordnaw rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni biex jipprevjenu l-akkwiżizzjoni, l-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet tal-mestier b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti;
(c)
jordnaw, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti rispettivi tagħhom, lil persuna li kienet taf jew li missha kienet taf li kienet qed takkwista, tuża jew tiddivulga sigriet tal-mestier b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti tħallas lid-detentur tas-sigriet tal-mestier ammont għad-danni li jkun xieraq skont il-preġudizzju attwali mġarrab bħala riżultat ta’ tali akkwist, użu jew divulgazzjoni tas-sigriet tal-mestier;
(d)
jieħdu miżuri speċifiċi biex jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe sigriet tal-mestier jew allegat sigriet tal-mestier ippreżentat fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili li jikkonċernaw l-allegati akkwiżizzjoni, użu u divulgazzjoni ta’ sigriet tal-mestier b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti. Tali miżuri speċifiċi jistgħu jinkludu, f’konformità mad-dritt ta’ kull Parti, il-possibbiltà li:
(i)
jiġi limitat l-aċċess għal ċerti dokumenti b’mod sħiħ jew parzjali;
(ii)
jiġi ristrett l-aċċess għas-seduti u r-rekords jew it-traskrizzjoni korrispondenti tagħhom; u
(iii)
it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, li fiha jitneħħew jew jitgħattew is-siltiet li jinkludu s-sigrieti tal-mestier; jew
(e)
l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq il-partijiet jew fuq kwalunkwe persuna oħra li tipparteċipa fil-proċedimenti legali li tonqos jew tirrifjuta milli tikkonforma mal-ordnijiet tal-qorti dwar il-protezzjoni tas-sigriet tal-mestier jew tal-allegat sigriet tal-mestier.
3.
L-ebda Parti ma għandha tkun meħtieġa tipprovdi għall-proċeduri ġudizzjarji u għar-rimedji ċivili msemmijin fl-Artikolu 115 meta titwettaq imġiba li tmur kontra prattiki kummerċjali onesti, f’konformità mal-liġi relevanti ta’ Parti, biex tinkixef imġiba ħażina, għemil ħażin jew attività illegali jew għall-fini tal-protezzjoni ta’ interess leġittimu rikonoxxut mil-liġi tagħha.
ARTIKOLU 117
Il-protezzjoni tad-data ppreżentata biex tinkiseb awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta’ prodott mediċinali fis-suq
1.
Kull Parti għandha tipproteġi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali sottomessa biex tinkiseb awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta’ prodotti mediċinali fis-suq (“awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni”) kontra d-divulgazzjoni lil terzi persuni, sakemm ma jittiħdux passi biex jiġi żgurat li d-data tkun protetta kontra użu kummerċjali inġust jew għajr meta d-divulgazzjoni tkun neċessarja għal interess pubbliku prevalenti.
2.
Kull Parti għandha tiżgura li għal perjodu ta’ mill-inqas 6 snin mid-data tal-ewwel awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fil-Parti kkonċernata (“l-ewwel awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni”), l-awtorità responsabbli għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ma taċċetta l-ebda applikazzjoni sussegwenti għal awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni li tirreferi għar-riżultati ta’ testijiet prekliniċi jew ta’ provi kliniċi sottomessi fl-applikazzjoni għall-ewwel awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni mingħajr il-kunsens espliċitu tad-detentur tal-ewwel awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, sakemm il-ftehimiet internazzjonali rikonoxxuti miż-żewġ Partijiet ma jipprevedux mod ieħor. Din ir-regola għandha tapplika irrispettivament minn jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 tkunx saret disponibbli għall-pubbliku jew le.
3.
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal perjodi addizzjonali ta’ protezzjoni li kull Parti tista’ tipprovdi fil-liġi tagħha.
4.
Fir-rigward tar-Repubblika tal-Użbekistan, dan l-Artikolu għandu japplika sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 118
Il-protezzjoni tad-data ppreżentata biex tinkiseb awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni ta’ prodott mediċinali fis-suq
1.
Kull Parti għandha tirrikonoxxi dritt temporanju tas-sid ta’ rapport tat-test jew ta’ rapport ta’ studju ppreżentat għall-ewwel darba biex tinkiseb awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Matul perjodu bħal dan, ir-rapport ta’ test jew ta’ studju ma għandux jintuża għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe persuna oħra li tfittex li tikseb awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, sakemm ma jkunx intwera bil-provi l-kunsens espliċitu tal-ewwel sid. Minn hawn ’il quddiem dan id-dritt se jissejjaħ “protezzjoni tad-data”.
2.
Ir-rapport ta’ test jew ta’ studju ppreżentat għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun neċessarju għall-awtorizzazzjoni jew għal emenda ta’ awtorizzazzjoni biex ikun permess l-użu fuq għelejjel oħrajn; u
(b)
ikunu ċertifikati bħala konformi mal-prinċipji ta’ prassi tajba tal-laboratorju jew ta’ prassi sperimentali tajba.
3.
Il-perjodu tal-protezzjoni tad-data għandu jkun ta’ mill-inqas 10 snin li jibdew mid-data tal-ewwel awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità rilevanti fit-territorju ta’ dik il-Parti. Għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx, il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 13-il sena.
4.
Il-perjodi ta’ protezzjoni tad-data għandu jiġi estiż bi 3 xhur għal kull estensjoni tal-awtorizzazzjoni għal użi minuri jekk l-applikazzjonijiet għal tali awtorizzazzjonijiet ikunu magħmulin mid-detentur tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 5 snin wara d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni. Il-perjodu totali ta’ protezzjoni tad-data ma jista’ qatt jaqbeż it-13-il sena. Għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx, il-perjodu totali ta’ protezzjoni tad-data ma jista’ qatt jaqbeż il-15-il sena.
5.
Rapport ta’ test jew ta’ studju għandu jiġi protetti wkoll jekk ikun neċessarju għat-tiġdid jew għar-rieżami ta’ awtorizzazzjoni. F’dawk il-każijiet, il-perjodu ta’ protezzjoni tad-data għandu jkun ta’ 30 xahar.
6.
Minkejja l-paragrafi 3, 4 u 5, il-korp pubbliku responsabbli għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma għandux iqis l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal kwalunkwe awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq sussegwenti, irrispettivament minn jekk tkunx saret disponibbli għall-pubbliku jew le.
7.
Kull Parti għandha tistabbilixxi miżuri li jobbligaw lill-applikant u lid-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet preċedenti stabbiliti fit-territorji rispettivi tal-Partijiet, biex jikkondividu informazzjoni proprjetarja biex ikun evitat ittestjar duplikat fuq annimali vertebrati.
8.
Fir-rigward tar-Repubblika tal-Użbekistan, dan l-Artikolu għandu japplika sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
SUBTAQSIMA 7
VARJETAJIET TA’ PJANTI
ARTIKOLU 119
Dispożizzjonijiet ġenerali
Kull Parti għandha tipproteġi d-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti, f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (il-“Konvenzjoni tal-UPOV”) kif riveduta l-aħħar f’Ġinevra fid-19 ta’ Marzu 1991, inklużi l-eċċezzjonijiet fakultattivi għad-dritt tan-nissiel kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni tal-UPOV. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jippromwovu u jinfurzaw dawk id-drittijiet.
TAQSIMA 3
INFURZAR TAD-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI
SUBTAQSIMA 1
INFURZAR ĊIVILI U AMMINISTRATTIV
ARTIKOLU 120
Obbligi ġenerali
1.
Kull Parti ttenni l-impenn tagħha li tikkonforma mal-Parti III tal-Ftehim TRIPS u għandha tipprevedi l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex jiġi żgurat l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
Għall-finijiet tat-Taqsima 3, it-terminu “drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” ma għandux jinkludi d-drittijiet koperti mis-Subtaqsima 6 tat-Taqsima 2.
2.
Il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom
(a)
ikunu ġusti u ekwitabbli;
(b)
ma jkunux ikkumplikati jew għaljin bla bżonn, jew jinvolvu limiti ta’ żmien mhux raġonevoli jew dewmien mhux ġustifikat;
(c)
ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;
(d)
jiġu applikati b’mod li jevita l-ħolqien ta’ ostakli għall-kummerċ leġittimu u li jipprovdi għal salvagwardji kontra l-abbuż tagħhom.
ARTIKOLU 121
Persuni intitolati biex japplikaw għall-applikazzjoni tal-miżuri, tal-proċeduri u tar-rimedji
Kull Parti għandha tirrikonoxxi bħala persuni intitolati biex jitolbu l-applikazzjoni tal-miżuri, tal-proċeduri u tar-rimedji msemmijin f’din it-Taqsima u fil-Parti III tal-Ftehim TRIPS:
(a)
id-detenturi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali f’konformità mad-dritt applikabbli;
(b)
il-persuni l-oħrajn kollha awtorizzati li jużaw dawk id-drittijiet, b’mod partikolari l-liċenzjatarji, f’konformità mad-dritt applikabbli u sa fejn ikun permess minnu;
(c)
il-korpi ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jkunu regolarment rikonoxxuti bħala li jkollhom dritt li jirrappreżentaw lid-detenturi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, f’konformità mad-dritt applikabbli u sa fejn ikun permess minnu;
(d)
il-korpi professjonali tad-difiża li jkunu regolarment rikkonoxxuti bħala li jkollhom id-dritt li jirrrappreżentaw lid-detenturi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intelletwali, f’konformità mad-dritt applikabbli u sa fejn ikun permess minnu.
ARTIKOLU 122
Evidenza
1.
Kull Parti għandha tiżgura li, anke qabel il-bidu tal-proċedimenti fuq il-merti tal-każ, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jkunu jistgħu, wara applikazzjoni minn parti li tkun ippreżentat evidenza raġonevolment disponibbli biex issostni t-talbiet tagħha li d-dritt ta’ proprjetà intellettwali tagħha jkun inkiser jew ikun se jinkiser, jordnaw miżuri provviżorji fil-pront u effettivi biex tiġi ppreżervata l-evidenza rilevanti fir-rigward tal-allegat ksur, soġġetti għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali. Meta jordnaw miżuri interim jew provviżorji, l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-allegat kontraventur.
2.
Tali miżuri jistgħu jinkludu d-deskrizzjoni dettaljata, bit-teħid ta’ kampjuni jew le, jew bil-qbid fiżiku tal-merkanzija allegatament falza jew le u, f’każi xierqa, il-materjali u l-għodod li użati fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni ta’ din il-merkanzija u d-dokumenti relatati magħha.
3.
Kull Parti għandha tieħu l-miżuri neċessarji, fil-każ ta’ ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali mwettaq fuq skala kummerċjali, biex tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jordnaw, meta jkun xieraq, u wara applikazzjoni minn parti, il-komunikazzjoni ta’ dokumenti bankarji, finanzjarji jew kummerċjali taħt il-kontroll tal-parti opposta, soġġetti għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
ARTIKOLU 123
Dritt għall-informazzjoni
1.
Kull Parti għandha tiżgura li, matul proċediment ċivili dwar ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u bi tweġiba għal talba ġustifikata u proporzjonata mir-rikorrent, l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji jkunu jistgħu jordnaw lir-rikorrent jew lil kwalunkwe persuna oħra li tkun parti għal tilwima jew xhud fiha, biex tipprovdi informazzjoni dwar l-oriġini u n-networks ta’ distribuzzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi li jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali.
2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “kwalunkwe persuna oħra” tfisser persuna li:
(a)
instabet li kienet fil-pussess tal-merkanzija falza fuq skala kummerċjali;
(b)
instabet li kienet qiegħda tuża s-servizzi kontraventorji fuq skala kummerċjali;
(c)
instabet li kienet qiegħda tipprovdi, fuq skala kummerċjali servizzi użati f’attivitajiet kontraventorji; jew
(d)
kienet indikata mill-persuna li għaliha saret referenza f’dan is-subparagrafu fil-punt (a), (b) jew (c) bħala involuta fil-produzzjoni, fil-manifattura jew fid-distribuzzjoni tal-merkanzija jew fil-provvista tas-servizzi.
3.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, kif xieraq:
(a)
l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, tal-manifatturi, tad-distributuri, tal-fornituri u ta’ detenturi preċedenti oħrajn tal-merkanzija jew tas-servizzi, kif ukoll tal-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut intenzjonati; jew
(b)
informazzjoni dwar il-kwantitajiet prodotti, manifatturati, konsenjati, riċevuti jew ordnati, kif ukoll il-prezz miksub għall-merkanzija jew għas-servizzi inkwistjoni.
4.
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal liġijiet oħrajn ta’ Parti li:
(a)
jagħtu lid-detentur tad-dritt id-drittijiet li jirċievi informazzjoni aktar kompluta;
(b)
jirregolaw l-użu fil-proċedimenti ċivili tal-informazzjoni kkomunikata skont dan l-Artikolu;
(c)
jirregolaw ir-responsabbiltà għall-użu ħażin tad-dritt għall-informazzjoni;
(d)
jagħtu opportunità li ma tiġix ipprovduta informazzjoni li tisforza lill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 tammetti l-parteċipazzjoni tagħha jew dik ta’ qraba tagħha fi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intelletwali; jew
(e) jirregolaw il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ta’ informazzjoni jew il-proċessar ta’ data personali.
ARTIKOLU 124
Miżuri provviżorji u prekawzjonarji
1.
Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu, fuq it-talba tal-applikant, joħorġu inġunzjoni interlokutorja kontra l-allegat kontraventur maħsuba biex tipprevjeni kull ksur imminenti ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jew biex tipprojbixxi, fuq bażi provviżorja u soġġetta, meta jkun xieraq, għal pagament rikorrenti ta’ penali meta jkun previst fil-liġi domestika, il-kontinwazzjoni tal-ksur allegat ta’ dak id-dritt, jew li tali kontinwazzjoni tkun soġġetta għad-depożitu ta’ garanziji maħsubin biex ikun żgurat il-kumpens tad-detentur tad-dritt. Mandat interlokutorju jista’ jinħareġ wkoll, taħt l-istess kondizzjonijiet, kontra intermedjarju li s-servizzi tiegħu, inklużi servizzi tal-internet, ikunu qegħdin jintużaw minn parti terzi biex jinkiser dritt ta’ proprjetà intellettwali.
2.
Inġunzjoni interlokutorja tista’ tinħareġ ukoll biex jiġi ordnat is-sekwestru jew il-kunsinna ta’ merkanzija ssuspettata li qed tikser dritt ta’ proprjetà intelletwali, biex tipprevjeni d-dħul jew il-movimenti tagħhom fil-kanali kummerċjali.
3.
Fil-każ ta’ ksur allegat imwettaq fuq skala kummerċjali, kull Parti għandha tiżgura li, jekk l-applikant juri ċirkustanzi li x’aktarx jipperikolaw l-irkupru tad-danni, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw il-qbid kawtelatorju tal-proprjetà mobbli u immobbli tal-allegat kontraventur, inkluż l-imblukkar tal-kontijiet bankarji u ta’ assi oħra tiegħu. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jordnaw il-komunikazzjoni ta’ dokumenti bankarji, finanzjarji jew kummerċjali, jew l-aċċess xieraq għall-informazzjoni rilevanti.
ARTIKOLU 125
Rimedji
1.
Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu jistgħu jordnaw, fuq it-talba tal-applikant u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dannu dovut lid-detentur ta’ dritt minħabba l-ksur, u mingħajr kumpens ta’ kwalunkwe xorta, tal-anqas it-tneħħija definittiva mill-kanali tal-kummerċ, tal-merkanzija li tkun sabet li qed tikser dritt ta’ proprjetà intellettwali. Jekk ikun xieraq, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw ukoll il-qerda ta’ materjali u ta’ affarijiet użati b’mod predominanti fil-ħolqien jew fil-manifattura ta’ dawk l-oġġetti.
2.
L-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ kull Parti għandu jkollhom l-awtorità li jordnaw li dawk ir-rimedji msemmijin fil-paragrafu 1 jitwettqu bl-ispejjeż kontra l-kontraventur, sakemm ma jiġux invokati raġunijiet partikolari biex dan ma jsirx.
3.
Fil-kunsiderazzjoni ta’ talba għal rimedji għandhom ikunu kkunsidrati wkoll il-ħtieġa għall-proporzjonalità bejn il-gravità tal-ksur u r-rimedji ordnati kif ukoll l-interessi ta’ partijiet terzi.
4.
Fir-rigward tar-Repubblika tal-Użbekistan, il-paragrafu 1 għandu japplika tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 126
Rimedji b’mandat ta’ inibizzjoni
Kull Parti għandha tiżgura li, meta jieħdu deċiżjoni ġudizzjarja li ssib ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu joħorġu rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni, kontra l-kontraventur kif ukoll kontra intermedjarju li s-servizzi tiegħu jintużaw minn parti terza biex tikser dritt ta’ proprjetà intellettwali, li jkun immirat sabie jipprojbixxi l-kontinwazzjoni tal-ksur.
ARTIKOLU 127
Miżuri alternattivi
Kull Parti tista’ tipprovdi li, f’każijiet xierqa u fuq it-talba tal-persuna li tista’ tkun soġġetta għall-miżuri previsti fl-Artikolu 125 jew fl-Artikolu 126, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw kumpens pekunjarju li jkollu jitħallas lill-parti li ġġarrab dannu minflok ma japplikaw il-miżuri previsti f’dawk l-Artikoli jekk dik il-persuna tkun aġixxiet b’mod mhux intenzjonali u mingħajr negliġenza, jekk l-eżekuzzjoni tal-miżuri inkwistjoni tkun tikkawżalha dannu sproporzjonat u jekk il-kumpens pekunjarju lill-parti li ġġarrab id-dannu jidher li jkun raġonevolment sodisfaċenti.
ARTIKOLU 128
Danni
1.
Kull waħda mill-Partijiet għandha tiżgura li l-awtoritajiet ġudizzjarji, fuq l-applikazzjoni tal-parti li ġġarrab id-danni, jordnaw lil kontraventur li, konxjament, jew b’raġunijiet raġonevoli li kien jaf, wettaq attività li tikkontravjeni, biex iħallas id-danni lid-detentur tad-dritt skont il-preġudizzju attwali mġarrab mid-detentur tad-dritt bħala riżultat tal-ksur.
2.
Kull Parti għandha tiżgura li meta l-awtoritajiet ġudizzjarji jistabbilixxu d-danni msemmijin fil-paragrafu 1:
(a)
għandhom iqisu l-aspetti xierqa kollha, bħalma huma l-konsegwenzi ekonomiċi negattivi, fosthom il-profitti mitlufin, li tkun sofriet il-parti li ġġarrab id-dannu, kwalunkwe profitt inġust li jkun għamel il-kontraventur u, f’każijiet xierqa, elementi li ma jkunux fatturi ekonomiċi, bħall-preġudizzju morali kkawżat lid-detentur ta’ dritt mill-ksur; jew
(b)
bħala alternattiva għall-punt (a), huma jistgħu, f’każijiet xierqa, jiddeterminaw id-danni bħala somma f’daqqa fuq il-bażi ta’ elementi bħal tal-anqas l-ammont ta’ royalties jew ta’ tariffi li kien ikollhom jitħallsu li kieku l-kontraventur talab l-awtorizzazzjoni biex juża d-dritt ta’ proprjetà intellettwali inkwistjoni.
3.
Meta l-kontraventur ma jkunx wettaq konxjament, jew b’raġunijiet raġonevoli li kien jaf li qiegħed iwettaq, attività li tikkontravjeni, il-Partijiet jistgħu jistabbilixxu li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw l-irkupru ta’ profitti jew il-pagament tad-danni, li jistgħu jkunu stabbiliti minn qabel, favur il-persuna li ġġarrab id-danni.
ARTIKOLU 129
Kostijiet ġuridiċi
Kull Parti għandha tiżgura li l-kostijiet legali raġonevoli u proprozjonati u spejjeż oħrajn imġarrbin mill-parti li tirbaħ il-kawża għandhom,bħala regola ġenerali, jiġġarrbu mill-parti li titlef il-kawża, ħlief meta l-ekwità ma tippermettix li dan iseħħ.
ARTIKOLU 130
Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji
Kull Parti għandha tiżgura li, fil-proċedimenti ġuridiċi stabbiliti fir-rigward tal-ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw, fuq it-talba tal-applikant u bl-ispejjeż kontra l-kontraventur, miżuri xierqa għat-tixrid tal-informazzjoni li tikkonċerna d-deċiżjoni, inklużi l-wiri tad-deċiżjoni u l-pubblikazzjoni tagħha fis-sħuħija tagħha jew parti minnha.
ARTIKOLU 131
Il-preżunzjoni li wieħed huwa awtur jew sid
Il-Partijiet għandhom jirrikonoxxu li għall-finijiet li jiġu applikati l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji previsti f’din it-Taqsima 3:
(a)
għall-awtur ta’ xogħol litterarju jew artistiku, fin-nuqqas ta’ prova kontrarja, biex ikun ikkunsidrat tali, u konsegwentament biex ikun intitolat li jiftaħ proċedimenti ta’ ksur, għandu jkun suffiċjenti li ismu jidher fuq ix-xogħol bil-mod tas-soltu; u
(b)
id-dispożizzjoni taħt (a) tapplika mutatis mutandis għad-detenturi tad-drittijiet relatati mad-dritt tal-awtur fir-rigward tas-suġġett protett tagħhom.
ARTIKOLU 132
Proċeduri amministrattivi
Sa fejn jista’ jiġi ordnat kwalunkwe rimedju ċivili bħala riżultat ta’ proċeduri amministrattivi fuq il-merti ta’ każ, proċeduri bħal dawn għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ekwivalenti fis-sustanza għal dawk stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din it-taqsima.
SUBTAQSIMA 2
INFURZAR FIL-FRUNTIERI
ARTIKOLU 133
Miżuri tal-fruntieri
1.
Fir-rigward ta’ merkanzija taħt kontroll doganali, kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri li permezz tagħhom detentur ta’ dritt ikun jista’ jissottometti applikazzjonijiet li jitolbu lill-awtoritajiet doganali li jżommu jew jissospendu r-rilaxx tal-merkanzija suspettata bi ksur ta’ trademarks, ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ privattivi, ta’ mudelli ta’ utilità, ta’ disinji industrijali, ta’ topografiji ta’ ċirkwiti integrati u ta’ drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti (minn hawn ’il quddiem imsejħa “merkanzija sospetta”).
2.
Kull Parti għandu jkollha fis-seħħ sistemi elettroniċi għall-ġestjoni tal-applikazzjonijiet approvati jew reġistrati mill-awtoritajiet doganali tagħha.
3.
Meta Parti titlob tariffa biex tkopri l-kostijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni jew mir-reġistrazzjoni, dik it-tariffa għandha tkun proporzjonata għas-servizz mogħti u għall-kost imġarrab.
4.
Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet doganali tagħha jiddeċiedu dwar l-għoti jew ir-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
5.
Kull Parti tista’ tipprovdi biex l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għal diversi konsenji.
6.
Kull Parti għandha tiżgura li, fir-rigward ta’ merkanzija taħt kontroll doganali, l-awtoritajiet doganali tagħha jkunu jistgħu jaġixxu fuq inizjattiva tagħhom stess biex iżommu jew jissospendu r-rilaxx ta’ merkanzija sospetta.
7.
Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet doganali tagħha jużaw analiżi tar-riskji biex jidentifikaw merkanzija sospetta flimkien ma’ metodi oħrajn ta’ identifikazzjoni kif ikun neċessraju.
8.
Parti tista’ tadotta jew iżżomm proċeduri li bihom l-awtoritajiet kompetenti tagħha jistgħu jiddeterminaw, fi’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara t-tnedija tal-proċeduri msemmijin fil-paragrafi 1 u 5, jekk il-merkanzija sospetta tkunx kontraventorja. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom l-awtorità li jordnaw il-qerda tal-merkanzija wara determinazzjoni li l-merkanzija tkun kontraventorja. Parti jista’ jkollha proċeduri fis-seħħ li jippermettu l-qerda ta’ merkanzija suspettata mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ determinazzjoni formali dwar il-ksur, meta l-persuni kkonċernati jaqblu dwar il-qerda jew ma jopponuhiex.
9.
Kull Parti jista’ jkollha fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-qerda rapida ta’ merkanzija bi trademark falza u pirata mibgħuta f’konsenji postali jew b’kurrieri rapidi.
10.
Kull Parti tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax dan l-Artikolu għall-importazzjoni ta’ merkanzija mqiegħda fis-suq f’pajjiż ieħor mid-detenturi ta’ drittijiet jew bil-kunsens tagħhom. Parti tista’ teskludi mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali li tinsab fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi.
11.
Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet doganali tagħha jżommu djalogu regolari u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti u ma’ awtoritajiet oħrajn involuti fl-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
12.
Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fir-rigward tal-kummerċ internazzjonali f’merkanzija sospetta. B’mod partikolari, il-Partijiet jaqblu li jaqsmu informazzjoni dwar il-kummerċ f’merkanzija sospetta li taffettwa lill-Parti l-oħra.
13.
Mingħajr preġudizzju għal forom oħrajn ta’ kooperazzjoni, il-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali għandu jkun applikabbli fir-rigward ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li l-awtoritajiet doganali jkunu kompetenti għall-infurzar tagħhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
14.
Is-Sottokumitat imsemmi fl-Artikolu 136 għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-funzjonament u l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’termini ta’ kooperazzjoni bejn il-Partijiet.
15.
Meta jimplimentaw miżuri fil-fruntieri għall-infurzar ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mill-awtoritajiet doganali, kemm jekk koperti minn din is-Subtaqsima kif ukoll jekk ma jkunux, il-Partijiet għandhom jiżguraw il-konsistenza u jikkonformaw mal-Artikolu V tal-GATT 1994 u mal-Artikolu 41 u mat-Taqsima 4 tal-Parti III tal-Ftehim TRIPS.
TAQSIMA 4
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
ARTIKOLU 134
Kooperazzjoni
1.
Il-Partijiet għandhom jaqblu li jikkooperaw bl-għan li jsostnu l-implimentazzjoni tal-impenji u tal-obbligi meħudin taħt dan il-Kapitolu. Il-Partijiet għandhom jużaw il-modalitajiet li ġejjin, fost l-oħrajn, fir-rigward tal-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u kwistjonijiet ta’ infurzar.
2.
L-oqsma ta’ kooperazzjoni jinkludu l-attivitajiet li ġejjin, iżda ma humiex limitati għalihom biss:
(a)
skambju ta’ informazzjoni dwar il-qafas legali fir-rigward tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u r-regoli relevanti tal-protezzjoni u tal-infurzar;
(b)
skambju ta’ esperjenza bejn il-Partijiet dwar il-progress leġiżlattiv;
(c)
skambju ta’ esperjenza bejn il-Partijiet dwar l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;
(d)
skambju ta’ esperjenzi bejn il-Partijiet dwar l-infurzar fuq livell ċentrali u subċentrali mill-korpi doganali, tal-pulizija, amministrattivi u ġudizzjarji;
(e)
koordinazzjoni fil-prevenzjoni tal-esportazzjoni ta’ merkanzija ffalsifikata, fosthom ma’ pajjiżi oħrajn;
(f)
assistenza teknika, il-bini tal-kapaċitajiet; skambju u taħriġ tal-persunal;
(g)
protezzjoni u difiża tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u t-tixrid ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward, fost l-oħrajn, fi ċrieki kummerċjali u fis-soċjetà ċivili;
(h)
għarfien pubbliku tal-konsumaturi u tad-detenturi ta’ drittijiet; titjib tal-kooperazzjoni istituzzjonali, b’mod partikolari bejn l-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali;
(i)
promozzjoni tal-għarfien u tal-edukazzjoni tal-pubbliku ġenerali dwar politiki li jikkonċernaw il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;
(j)
promozzjoni tal-protezzjoni u tal-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali b’kollaborazzjoni pubblika-privata li tinvolvi lill-SMEs; u
(k)
formulazzjoni ta’ strateġiji effettivi biex jiġu identifikati udjenzi u programmi ta’ komunikazzjoni biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur u tal-media dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inklużi r-riskju għas-saħħa u għas-sikurezza u r-rabta mal-kriminalità organizzata.
3.
Kull Parti tista’ tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, jew sommarju tagħhom, u l-punti ta’ kuntatt rilevanti għall-kontroll jew għall-ġestjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Parti l-oħra protetti skont is-Subtaqsima 4.
4.
Il-Partijiet għandhom, direttament jew permezz tas-Sottokumitat imsemmi fl-Artikolu 136, iżommu kuntatt dwar il-kwistjonjiet kollha relatati mal-implimentazzjoni u mal-funzjonament ta’ din it-Taqsima.
ARTIKOLU 135
Inizjattivi volontarji tal-partijiet ikkonċernati
Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tiffaċilita l-inizjattivi volontarji tal-partijiet ikkonċernati biex tnaqqas il-ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inkluż online u fi swieq oħrajn b’enfasi fuq problemi konkreti u filwaqt li tfittex soluzzjonijiet prattiċi li jkunu realistiċi, bilanċjati, proporzjonati u ġusti għal dawk kollha konċernati inkluż bil-modi li ġejjin:
(a)
kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tlaqqa’ lill-partijiet ikkonċernati b’mod kunsenswali fit-territorju tagħha bl-għan li tiffaċilita inizjattivi volontarji biex jinstabu soluzzjonijiet u jiġu solvuti differenzi fir-rigward tal-protezzjoni u tal-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u jitnaqqas il-ksur;
(b)
il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jiskambjaw informazzjoni ma’ xulxin rigward sforzi bl-għan li jiffaċilitaw inizjattivi volontarji ta’ partijiet konċernati fit-territorji rispettivi tagħhom; u
(c)
il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jippromwovu djalogu miftuħ u kooperazzjoni fost il-partijiet konċernati tal-Partijiet, u biex iħeġġu lil dawk il-partijiet ikkonċernati jsibu soluzzjonijiet u jsolvu b’mod konġunt id-differenzi rigward il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u jnaqqsu l-ksur.
ARTIKOLU 136
Dispożizzjonijiet istituzzjonali
1.
Il-Partijiet b’dan jistabbilixxu Sottokumitat dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ is-“Sottokumitat dwar id-DPI”) li jikkonsisti f’rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Użbekistan bl-għan jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u li jintensifika l-kooperazzjoni u d-djalogu tagħhom dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
2.
Is-Sottokumitat dwar id-DPI għandu jiltaqa’ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, b’mod alternat fl-Unjoni Ewropea u fir-Repubblika tal-Użbekistan, f’ħin u f’post u b’mod miftiehem mill-Partijiet, li jista’ jkun ukoll permezz ta’ vidjokonferenza, iżda mhux aktar tard minn 90 jum wara li tkun ġiet sottomessa t-talba.
3.
Is-Sottokumitat dwar id-DPI għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-proprjetà intellettwali. B’mod partikolari, huwa għandu jkun responsabbli biex jemenda:
(a)
it-Taqsima A tal-Anness 7-A fir-rigward tar-referenzi għal-liġi applikabbli fil-Partijiet;
(b)
it-Taqsima B tal-Anness 7-A fir-rigward tal-elementi għar-reġistrazzjoni u għall-kontroll tal-indikazzjonijiet ġeografiċi;
(c)
l-Anness 7-B fir-rigward tal-kriterji li għandhom jiġu inklużi fil-proċedura ta’ oġġezzjoni; u
(d)
l-Anness 7-C fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.
KAPITOLU 8
KOMPETIZZJONI U INTRAPRIŻI TAL-ISTAT
TAQSIMA A
KOMPETIZZJONI
ARTIKOLU 137
Prinċipji
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta’ kompetizzjoni ħielsa u mingħajr distorsjoni fir-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment tagħhom. Il-Partijiet jirrikonoxxu li prattiki kummerċjali u interventi Statali antikompetittivi, inklużi sussidji, għandhom il-potenzjal li jxekklu l-funzjonament xieraq tas-swieq u jdgħajfu l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u tal-investiment.
ARTIKOLU 138
Newtralità kompetittiva
Il-Partijiet għandhom japplikaw dan il-Kapitolu għall-intrapriżi pubbliċi jew privati kollha.
SUBTAQSIMA 1
IMĠIBA ANTIKOMPETITTIVA U KONTROLL TAL-FUŻJONIJIET
ARTIKOLU 139
Qafas leġislattiv
Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm id-dritt tal-kompetizzjoni li japplika għall-intrapriżi kollha fis-setturi kollha tal-ekonomija u li jindirizza, b’mod effettiv, il-prattiki kollha li ġejjin:
(a)
ftehimiet orizzontali u vertikali bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijet tal-intrapriżi u prattiki miftehmin, li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni;
(b)
abbuż min-naħa ta’ intrapriża waħda jew aktar ta’ pożizzjoni dominanti; u
(c)
konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi, li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, b’mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew tat-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.
ARTIKOLU 140
Kompiti ta’ interess ekonomiku pubbliku
L-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni ma għandhiex tfixkel it-twettiq, fil-liġi jew fil-fatt, tal-kompiti partikolari ta’ interess pubbliku li jistgħu jiġu assenjati lill-intrapriżi. L-eżenzjonijiet għad-dritt tal-kompetizzjoni ta’ Parti għandhom ikunu limitati għal kompiti ta’ interess pubbliku, u għal dak li jkun neċessarju biex jintlaħaq l-objettiv mixtieq tal-ordni pubbliku, u jkunu trasparenti.
ARTIKOLU 141
Implimentazzjoni
1.
Kull Parti għandha tistabbilixxi u żżomm awtorità li tkun indipendenti mil-lat operazzjonali u li tkun responsabbli u mgħammra bis-setgħat u bir-riżorsi neċessarji biex tiżgura l-applikazzjoni sħiħa u l-infurzar effettiv tad-dritt tal-kompetizzjoni tagħha.
2.
Kull Parti għandha tapplika d-dritt tal-kompetizzjoni tagħha b’mod trasparenti, filwaqt li tirrispetta l-prinċipji tal-ġustizzja proċedurali, inklużi d-drittijiet tad-difiża tal-intrapriżi kkonċernati, b’mod partikolari d-dritt li wieħed jinstema’ u d-dritt għal rieżami ġudizzjarju.
ARTIKOLU 142
Kooperazzjoni
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu li huwa fl-interess komuni tagħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fir-rigward tal-politika tal-kompetizzjoni u tal-infurzar.
2.
Biex tiġi ffaċilitata din il-kooperazzjoni, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Partijiet jistgħu jiskambjaw informazzjoni, soġġetti għar-regoli ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fid-dritt rispettiv tal-Partijiet.
3.
L-awtoritajiet għall-kompetizzjoni tal-Partijiet għandhom jippruvaw jikkoordinaw, fejn possibbli u xieraq, l-attivitajiet ta’ infurzar tagħhom fir-rigward tal-istess imġiba jew każijiet jew ta’ mġiba jew ta’ każijiet relatati.
ARTIKOLU 143
Nuqqas ta’ applikazzjoni tas-soluzzjoni tat-tilwim
Il-Kapitolu 14 ma japplikax għal din it-Taqsima.
SUBTAQSIMA 2
SUSSIDJI
ARTIKOLU 144
Definizzjoni u kamp ta’ applikazzjoni
1.
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “sussidju” tfisser miżura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.1 tal-Artikolu 1 tal-Ftehim SCM, irrispettivament minn jekk is-sussidju jingħatax lil intrapriża li tforni merkanzija jew servizzi.
2.
Din it-Taqsima tapplika għal sussidji li huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Ftehim SCM. Sussidji li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 148 ta’ dan il-Ftehim jitqiesu bħala speċifiċi.
3.
Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ma għandhomx jinftiehmu b’mod li jfixkel it-twettiq, fil-liġi jew fil-fatt, tal-kompiti partikolari ta’ interess pubbliku li jistgħu jiġu assenjati lill-intrapriżi. L-eżenzjonijiet mir-regoli ta’ din it-taqsima għandhom ikunu limitati għal kompiti ta’ interess pubbliku u għal dak li jkun neċessarju biex jintlaħaq l-objettiv tal-ordni pubbliku u jkunu trasparenti.
4.
L-Artikolu 146 ta’ dan il-Ftehim ma japplikax għal sussidji relatati mal-kummerċ f’merkanzija koperta mill-Anness 1 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.
5.
L-Artikoli 146 u 147 ma japplikawx għas-settur awdjoviżiv u għas-settur tat-turiżmu.
ARTIKOLU 145
Trasparenza
1.
Fir-rigward ta’ sussidju mogħti jew miżmum fit-territorju tagħha, kull Parti għandha tagħmel l-informazzjoni li ġejja disponibbli għall-pubbliku:
(a)
il-bażi legali u l-iskop tas-sussidju;
(b) il-forma tas-sussidju;
(c)
jekk possibbli, l-ammont totali jew l-ammont annwali bbaġitjat għas-sussidju u l-isem tar-riċevitur tas-sussidju;
2.
Parti tista’ tikkonforma mal-paragrafu 1 billi:
(a)
tippreżenta notifika skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim SCM, li tiġi pprovduta tal-anqas kull sentejn;
(b)
tippreżenta notifika skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; jew,
(c)
tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi ppubblikata minnha stess jew f’isimha fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja sussegwenti għas-sena li fiha jingħata jew jinżamm is-sussidju.
ARTIKOLU 146
Konsultazzjonijiet
1.
Jekk Parti tqis li sussidju jkun qed jaffettwa b’mod avvers jew x’aktarx jaffettwa b’mod avvers l-interessi tagħha ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ jew tal-investiment, hija tista’ tesprimi t-tħassib tagħha bil-miktub lill-Parti l-oħra u titlob aktar informazzjoni dwar il-kwistjoni.
2.
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi spjegazzjoni ta’ kif is-sussidju jista’ jaffettwa b’mod avvers l-interessi tal-Parti rikjedenti. Il-Parti rikjedenti tista’ titlob l-informazzjoni li ġejja dwar is-sussidju:
(a)
il-bażi legali u l-iskop tas-sussidju;
(b) il-forma tas-sussidju;
(c)
id-dati u d-durata tas-sussidju u kwalunkwe terminu ieħor marbut miegħu;
(d)
ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għas-sussidju;
(e)
jekk possibbli, l-ammont totali jew l-ammont annwali bbaġitjat għas-sussidju u l-isem tar-riċevitur tas-sussidju;
(g)
kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti valutazzjoni tal-effetti potenzjalment avversi tas-sussidju.
3.
Il-Parti li ssirilha t-talba għandha tipprovdi l-informazzjoni bil-miktub mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data tal-wasla tat-talba. Fil-każ li l-Parti li ssirilha t-talba ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba, dik il-Parti għandha tispjega n-nuqqas ta’ tali informazzjoni fit-tweġiba tagħha bil-miktub.
4.
Wara li tkun irċiviet l-informazzjoni mitluba, il-Parti rikjedenti tista’ titlob konsultazzjonijiet dwar il-kwistjoni. Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet biex jiġi diskuss it-tħassib li tqajjem għandhom isiru fi żmien 60 jum mit-talba għall-konsultazzjonijiet.
5.
Kull Parti tagħmel sforzi biex tinkiseb riżoluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti tal-kwistjoni.
ARTIKOLU 147
Sussidji soġġetti għal kundizzjonijiet
1.
Sal-punt li sussidju jaffettwa b’mod negattiv il-kummerċ jew l-investiment tal-Parti l-oħra, kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tapplika l-kundizzjonijiet għas-sussidji kif ġej:
(a)
sussidji li permezz tagħhom gvern jiggarantixxi djun jew obbligazzjonijiet ta’ ċerti intrapriżi jkunu permessi, dment li l-ammont ta’ dawk id-djun u l-obbligazzjonijiet jew id-durata ta’ tali garanzija tkun limitata; u
(b)
sussidji lil intrapriżi insolventi jew f’diffikultà jkunu permessi, dment li:
(i)
ikun hemm pjan ta’ ristrutturar kredibbli bbażat fuq suppożizzjonijiet realistiċi bl-għan li jiġi żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-intrapriża insolventi jew f’diffikultà f’perjodu ta’ żmien raġonevoli; jew
(ii)
l-intrapriża tikkontribwixxi għall-kostijiet tar-ristrutturar; l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ma jkunux obbligati jikkontribwixxu għall-kostijiet tar-ristrutturar.
2.
Il-punt (b) tal-paragrafu 1 ma japplikax għal sussidji pprovduti lil intrapriżi bħala appoġġ temporanju għal-likwidità fil-forma ta’ garanziji ta’ self jew ta’ self matul il-perjodu li huwa neċessarju biex jitħejja pjan tar-ristrutturar. Tali appoġġ temporanju għal-likwidità għandu jkun limitat għall-ammont meħtieġ biex l-intrapriża tibqa’ miftuħa.
3.
Għandhom ikunu permessi sussidji li jiżguraw il-ħruġ ordnat mis-suq ta’ kumpanija.
4.
Dan l-Artikolu ma japplikax għal sussidji li l-ammonti jew il-baġits kumulattivi tagħhom ikunu anqas minn EUR 500 000 għal kull intrapriża fuq perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi.
ARTIKOLU 148
Sussidji projbiti
Mill-adeżjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan mad-WTO, ħlief kif previst fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura, is-sussidji li ġejjin fuq il-merkanzija industrijali għandhom ikunu pprojbiti:
(a)
is-sussidji kontinġenti, fil-liġi jew fil-fatt kemm jekk waħedhom jew bħala waħda minn diversi kundizzjonijiet oħrajn, mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni; u
(b)
sussidji kontinġenti, kemm waħedhom jew bħala waħda minn ħafna kondizzjonijiet oħrajn, fuq l-użu ta’ merkanzija domestika fuq dik importata.
ARTIKOLU 149
Użu ta’ sussidji
Kull Parti għandha tiżgura li l-intrapriżi jużaw is-sussidji biss għall-fini li għalih ikunu ngħataw is-sussidji.
TAQSIMA B
INTRAPRIŻI TAL-ISTAT,
INTRAPRIŻI MOGĦTIJIN DRITTIJIET JEWPRIVILEĠĠI SPEĊJALI U MONOPOLJI DDEŻINJATI
ARTIKOLU 150
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:
1.
“Arranġament” tfisser l-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“OECD”) jew ta’ impriża suċċessur, kemm jekk żviluppat fi ħdan kif ukoll barra mill-qafas tal-OECD, li ġie adottat minn tal-anqas 12-il Membru oriġinali tad-WTO li ilhom Parteċipanti għall-Arranġament mill-1 ta’ Jannar 1979;
2.
“attivitajiet kummerċjali” tfisser attivitajiet li r-riżultat aħħari tagħhom huwa l-produzzjoni ta’ merkanzija jew il-provvista ta’ servizz, li jinbiegħu fi kwantitajiet u bi prezzijiet iddeterminati minn intrapriża, u li jitwettqu bi skop ta’ qligħ;
3.
“kunsiderazzjonijiet kummerċjali” tfisser il-prezz, il-kwalità, id-disponibbiltà, il-kummerċjabbiltà, it-trasport u termini u kundizzjonijiet oħrajn tax-xiri jew tal-bejgħ; jew fatturi oħrajn li normalment jittieħdu f’kunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ intrapriża bi sjieda privata li topera skont il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq fin-negozju jew fl-industrija rilevanti;
4.
“tiddeżinja” tfisser li tistabbilixxi jew tawtorizza monopolju, jew li tespandi l-ambitu ta’ monopolju biex ikopri merkanzija jew servizz addizzjonali;
5.
“monopolju ddeżinjat” tfisser entità, li tinkludi konsorzju jew aġenzija tal-gvern, li f’suq rilevanti fit-territorju ta’ Parti tiġi ddeżinjata bħala l-uniku fornitur jew xerrej ta’ merkanzija jew ta’ servizz, iżda ma tinkludix entità li tkun ingħatat dritt esklużiv ta’ proprjetà intellettwali purament minħabba tali għotja;
6.
“intrapriża mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali” tfisser intrapriża, pubblika jew privata, li lilha Parti tkun tat, fil-liġi jew fil-fatt, drittijiet jew privileġġi speċjali billi tiddeżinja jew tillimita għal tnejn jew aktar in-numru ta’ intrapriżi awtorizzati li jipprovdu merkanzija jew servizz, minbarra skont kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskriminatorji, b’mod li jaffettwa sostanzjalment il-kapaċità ta’ kwalunkwe intrapriża oħra li tipprovdi l-istess merkanzija jew servizz fl-istess żona ġeografika taħt kundizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti;
7.
“servizz ipprovdut fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva” tfisser servizz ipprovdut fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva kif definiti fil-GATS u, jekk applikabbli, fl-Anness dwar is-Servizzi Finanzjarji tal-GATS; u
8.
“intrapriża tal-Istat” tfisser intrapriża li fiha Parti:
(a)
hija l-proprjetarju dirett ta’ aktar minn 50 fil-mija tal-kapital azzjonarju;
(b)
tikkontrolla l-eżerċizzju ta’ aktar minn 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot direttament jew b’xi mod ieħor teżerċita grad ekwivalenti ta’ kontroll permezz ta’ drittijiet tal-vot;
(c)
ikollha s-setgħa li taħtar maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi jew ta’ kwalunkwe korp maniġerjali ekwivalenti ieħor; jew
(d)
ikollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq l-intrapriża;
ARTIKOLU 151
Kamp ta’ applikazzjoni
1.
Din it-Taqsima tapplika għal intrapriżi tal-Istat, għal intrapriżi mogħtijin drittijiet jew privileġġi speċjali u għal monopolji ddeżinjati involuti f’attività kummerċjali. Meta intrapriżi jew monopolji bħal dawn jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet kemm kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali, l-attivitajiet kummerċjali biss ikunu koperti minn din it-Taqsima.
2.
Din it-Taqsima tapplika għal intrapriżi tal-Istat, għal intrapriżi mogħtijin drittijiet jew privileġġi speċjali u għal monopolji ddeżinjati fil-livelli kollha tal-gvern.
3.
Din it-Taqsima ma tapplikax għal intrapriżi tal-Istat, għal intrapriżi mogħtijin drittijiet jew privileġġi speċjali jew għal monopolji ddeżinjati meta jaġixxu bħala entitajiet tal-akkwist koperti mill-annessi ta’ Parti għall-Appendiċi I tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku, magħmul f’Marrakexx fil-15 ta’ April 1994, li jinsabu fl-Anness 4 tal-Ftehim tad-WTO jew fl-Anness 9 ta’ dan il-Ftehim, meta dak l-akkwist isir għal skopijiet governattivi u mhux bil-ħsieb ta’ bejgħ mill-ġdid kummerċjali tal-merkanzija jew tas-servizzi akkwistati jew bil-ħsieb li tintuża l-merkanzija jew is-servizzi akkwistati fil-provvista ta’ merkanzija jew ta’ servizz għall-bejgħ kummerċjali.
4.
Din it-Taqsima ma tapplikax għal kwalunkwe servizz ipprovdut fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva.
5.
L-Artikolu 154 ma japplikax għall-provvista ta’ servizzi finanzjarji minn intrapriża tal-Istat skont mandat tal-gvern, jekk dik il-provvista ta’ servizzi finanzjarji:
(a)
tappoġġa l-esportazzjonijiet jew l-importazzjonijiet, dment li s-servizzi:
(i) ma jkunux maħsubin biex jispustaw il-finanzjament kummerċjali; jew
(ii)
ikunu offruti b’termini mhux aktar favorevoli minn dawk li jistgħu jinkisbu għal servizzi finanzjarji komparabbli fis-suq kummerċjali;
(b)
tappoġġa l-investiment privat barra mit-territorju tal-Parti, dment li s-servizzi:
(i) ma jkunux maħsubin biex jispustaw il-finanzjament kummerċjali; jew
(ii)
ikunu offruti b’termini mhux aktar favorevoli minn dawk li jistgħu jinkisbu għal servizzi finanzjarji komparabbli fis-suq kummerċjali; jew
(c)
tkun offruta b’termini konsistenti mal-Arranġament, dment li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Arranġament.
6.
L-Artikolu 154 ma japplikax għas-setturi tas-servizzi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim kif stabbilit fil-Kapitolu 12.
7.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 190, l-Artikolu 154 ma japplikax għax-xiri u għall-bejgħ ta’ merkanzija jew ta’ servizzi minn intrapriża tal-Istat, minn intrapriża mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali jew minn monopolju ddeżinjat ta’ Parti fis-setturi koperti mir-riżervi elenkati fl-Anness 12-D jew mill-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea u mill-Annessi 12-A, 12-B u 12-C.
ARTIKOLU 152
Relazzjoni mal-Ftehim tad-WTO
1.
Il-paragrafi minn 1 sa 3 tal-Artikolu XVII tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar l-Interpretazzjoni tal-Artikolu XVII tal-GATT 1994 u l-paragrafi 1, 2 u 5 tal-Artikolu VIII tal-GATS huma b’dan inkorporati u magħmulin parti minn dan il-Ftehim, mutatis mutandis.
2.
Dan l-Artikolu għandu japplika mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan mad-WTO jew 6 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, skont liema jiġi l-ewwel.
ARTIKOLU 153
Dispożizzjonijiet ġenerali
1.
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi ta’ kull Parti skont din it-Taqsima, xejn f’din it-Taqsima ma jimpedixxi Parti milli tistabbilixxi jew iżżomm intrapriża statali, li tagħti drittijiet jew privileġġi speċjali jew iż-żamma ta’ monopolju.
2.
L-ebda Parti ma għandha titlob jew tħeġġeġ lil intrapriża tal-Istat, lil intrapriża mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali jew lil monopolju ddeżinjat biex jaġixxi b’mod inkonsistenti ma’ din it-Taqsima.
ARTIKOLU 154
Trattament nondiskriminatorju u kunsiderazzjonijiet kummerċjali
1.
Kull Parti għandha tiżgura li l-intrapriżi tal-Istat tagħha, l-intrapriżi mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali jew il-monopolju ddeżinjat, meta jwettqu attivitajiet kummerċjali fix-xiri jew fil-bejgħ tagħhom ta’ merkanzija jew ta’ servizzi, jaġixxu f’konformità ma’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali, għajr biex jissodisfaw kwalunkwe terminu tal-mandat tas-servizz pubbliku tagħhom li ma jkunx inkonsistenti mal-paragrafu (2).
2.
Kull Parti għandha tiżgura li l-intrapriżi tal-Istat, l-intrapriżi mogħtijin drittijiet jew privileġġi speċjali jew il-monopolji ddeżinjati tagħha, meta jkunu involuti f’attivitajiet kummerċjali:
(a)
fix-xiri tagħhom ta’ merkanzija jew ta’ servizz:
(i)
jagħtu lil merkanzija jew lil servizz fornit minn intrapriża tal-Parti l-oħra trattament mhux anqas favorevoli milli jagħtu lil merkanzija simili jew lil servizz simili fornit minn intrapriżi tal-Parti;
(ii)
jagħtu lil merkanzija jew lil servizz fornit minn intrapriżi li huma investimenti ta’ investituri tal-Parti l-oħra trattament mhux anqas favorevoli minn dak li hija tagħti lil merkanzija simili jew lil servizz simili fornit minn intrapriżi li huma investimenti ta’ investituri tal-Parti fis-suq rilevanti fil-Parti; u
(b)
fil-bejgħ tagħhom ta’ merkanzija jew ta’ servizz:
(i)
jagħtu lil intrapriża tal-Parti l-oħra trattament xejn anqas favorevoli minn dak li jagħtu lill-intrapriżi tal-Parti; u
(ii)
jagħtu lill-intrapriżi li huma investimenti ta’ investituri tal-Parti l-oħra trattament mhux anqas favorevoli minn dak li jagħtu lill-intrapriżi li huma investimenti ta’ investituri tal-Parti fis-suq rilevanti fil-Parti.
3.
Il-paragrafi 1 u 2 ma jipprekludux lil intrapriżi tal-Istat, lil intrapriżi mogħtijin drittijiet jew privileġġi speċjali jew lil intrapriżi monopolji ddeżinjati milli:
(a)
jixtru jew jipprovdu merkanzija jew servizzi skont termini jew kundizzjonijiet differenti, inklużi dawk relatati mal-prezz, dment li tali termini jew kundizzjonijiet differenti jew rifjut jitwettqu f’konformità ma’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali; jew
(b)
ir-rifjut ta’ xiri jew ta’ provvista ta’ merkanzija jew ta’ servizzi, dment li tali termini jew kundizzjonijiet jew rifjut differenti jitwettqu f’konformità ma’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali.
4.
Dan l-Artikolu għandu japplika 8 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 155
Qafas regolatorju
1.
Kull Parti tagħmel l-aħjar użu mill-istandards internazzjonali rilevanti inklużi l-Linji Gwida tal-OECD dwar il-Governanza Korporattiva tal-Intrapriżi tal-Istat.
2.
Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe korp regolatorju jew kwalunkwe korp ieħor li jeżerċita funzjoni regolatorja li tistabbilixxi jew iżżomm,
(a)
ikun indipendenti minn, u ma jkunx responsabbli għal, xi waħda mill-intrapriżi regolati minn dak il-korp, u
(b)
jaġixxi b’mod imparzjali fir-rigward tal-intrapriżi kollha rregolati minn dak il-korp, inklużi l-intrapriżi tal-Istat, l-intrapriżi mogħtijin drittijiet jew privileġġi speċjali u l-monopolji ddeżinjati.
3.
Mingħajr preġudizzju għar-riżerva tagħha f’[Annessi Servizzi/Investiment], Kull Parti għandha tapplika l-liġijiet u r-regolamenti tagħha għal intrapriżi tal-Istat, għal intrapriżi mogħtijin drittijiet jew privileġġi speċjali u għal monopolji ddeżinjati b’mod konsistenti u nondiskriminatorju.
ARTIKOLU 156
Skambju ta’ informazzjoni
1.
Parti li tqis li l-interessi tagħha skont din it-Taqsima qed jiġu affettwati b’mod avvers mill-attivitajiet kummerċjali ta’ intrapriża tal-istat, ta’ intrapriża mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali jew ta’ monopolju ddeżinjat (minn hawn ’il quddiem imsejħin f’dan l-Artikolu bħala l-“entità”) tal-Parti l-oħra tista’ titlob lill-Parti l-oħra biex tipprovdi bil-miktub informazzjoni dwar l-attivitajiet kummerċjali tal-entità b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima, f’konformità mal-paragrafu 2.
2.
Il-Parti li ssirilha t-talba għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja, dment li t-talba tinkludi spjegazzjoni dwar kif l-attivitajiet tal-entità jistgħu jkunu qed jaffettwaw l-interessi tal-Parti rikjedenti skont din it-Taqsima u tindika liema mill-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta:
(a)
is-sjieda u l-istruttura tal-votazzjoni tal-entità, filwaqt li jiġu indikati l-perċentwal ta’ ishma li l-Parti li ssirilha t-talba, l-intrapriżi tal-Istat, l-intrapriżi mogħtijin drittijiet jew privileġġi speċjali jew il-monopolji ddeżinjati tagħha jkollhom b’mod kumulattiv, u l-perċentwal tad-drittijiet tal-vot li jkollhom b’mod kumulattiv, fl-entità;
(b)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe sehem preferut jew speċjali jew dritt tal-vot speċjali jew kwalunkwe dritt ieħor li l-Parti li ssirilha t-talba, l-intrapriżi tal-Istat, l-intrapriżi mogħtijin drittijiet jew privileġġi speċjali jew il-monopolji ddeżinjati tagħha jkollhom, meta dawn id-drittijiet ikunu differenti minn dawk marbutin mal-ishma komuni ġenerali tal-entità;
(c)
deskrizzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-entità u tal-kompożizzjoni tagħha tal-bord tad-diretturi jew ta’ kwalunkwe korp ekwivalenti ieħor;
(d)
deskrizzjoni ta’ liema dipartimenti tal-gvern jew korpi pubbliċi jirregolaw jew jimmonitorjaw l-entità, deskrizzjoni tal-obbligi ta’ rapportar imposti fuqha minn dawk id-dipartimenti jew il-korpi, u d-drittijiet u l-prattiki ta’ dawk id-dipartimenti jew il-korpi fir-rigward tal-ħatra, tas-sensja jew tar-remunerazzjoni ta’ uffiċjali eżekuttivi anzjani u ta’ membri tal-bord tad-diretturi jew ta’ kwalunkwe korp maniġerjali ekwivalenti ieħor tal-entità;
(e)
id-dħul annwali u l-assi totali tal-entità tul l-aktar perjodu ta’ 3 snin reċenti li għalih hemm informazzjoni disponibbli;
(f)
kwalunkwe eżenzjoni, immunità u miżura relatata li minnha l-entità tibbenefika skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti li ssirilha t-talba; u
(g)
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rigward l-entità li tkun disponibbli pubblikament, li tinkludi rapporti finanzjarji annwali u awditi minn partijiet terzi.
3.
Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 2 ma għandhomx jeħtieġu li kwalunkwe Parti tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali li d-divulgazzjoni tagħha tkun inkonsistenti mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tkun tmur b’xi mod ieħor kontra l-interess pubbliku jew tkun tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriżi partikolari.
4.
Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli għall-Parti li ssirilha t-talba, dik il-Parti għandha tipprovdi r-raġunijiet għal dan bil-miktub lill-Parti l-oħra li tkun talbet l-informazzjoni.
5.
Dan l-Artikolu ma japplikax għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
KAPITOLU 9
AKKWIST PUBBLIKU
ARTIKOLU 157
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:
(a)
“merkanzija jew servizzi kummerċjali” tfisser merkanzija jew servizzi ta’ tip ġeneralment mibjugħ jew offrut għall-bejgħ fis‑suq kummerċjali lil xerrejja mhux governattivi għal finijiet mhux governattivi, u normalment mixtrija minnhom;
(b)
“servizz ta’ kostruzzjoni” tfisser servizz li għandu bħala għan it-twettiq bi kwalunkwe mezz ta’ xogħlijiet ċivili jew ta’ bini, fuq il-bażi tad-Diviżjoni 51 tal-Klassifikazzjoni Ċentrali tal-Prodotti (CPC, Central Product Classification) Provviżorja tan-Nazzjonijiet Uniti;
(c)
“rkant elettroniku” tfisser proċess iterattiv li jinvolvi l-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-preżentazzjoni mill-fornituri ta’ prezzijiet ġodda, jew ta’ valuri ġodda għal elementi kwantifikabbli li ma jistax jiġi attribwit prezz għalihom tal-offerta relatati mal-kriterja ta’ evalwazzjoni, jew it-tnejn li huma, li jirriżulta fi klassifikazzjoni jew klassifikazzjoni mill‑ġdid tal-offerti;
(d)
“bil-miktub” jew “miktub” tfisser kwalunkwe espressjoni verbali jew numerika li tista’ tinqara, tiġi riprodotta u aktar tard ikkomunikata. Tista’ tinkludi informazzjoni trażmessa u maħżuna b’mod elettroniku;
(e)
sejħa għall-offerti “limitata” tfisser metodu tal-akkwist li bih l-entità tal-akkwist tikkuntattja lil fornitur jew lil fornituri tal-għażla tagħha;
(f)
“miżura” tfisser kwalunkwe liġi, regolament, proċedura, gwida jew prattika amministrattiva, jew kwalunkwe azzjoni ta’ entità tal-akkwist relatati ma’ akkwist kopert;
(g)
“lista għal użu ripetut” tfisser lista ta’ fornituri li entità tal-akkwist tkun iddeterminat li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’dik il-lista, u li l-entità tal-akkwist ikun beħsiebha tuża aktar minn darba;
(h)
“avviż ta’ akkwist ippjanat” tfisser avviż ippubblikat minn entità tal-akkwist li fih il-fornituri interessati jiġu mistidnin jippreżentaw talba għall-parteċipazzjoni, offerta, jew it-tnejn;
(i)
“tpaċija” tfisser kwalunkwe kundizzjoni jew impenn li jħeġġeġ l-iżvilupp lokali jew itejjeb il-kontijiet tal-bilanċ tal-pagamenti ta’ Parti, bħall-użu ta’ kontenut domestiku, il‑liċenzjar ta’ teknoloġija, l-investiment, in-negozju kumpensatorju u azzjoni jew rekwiżit simili;
(j)
“sejħa għall-offerti miftuħa” tfisser metodu ta’ akkwist li bih il-fornituri interessati kollha jistgħu jissottomettu offerta;
(k)
“entità tal-akkwist” tfisser entità koperta mit-Taqsima 1, 2 jew 3 tal-Anness 9;
(l)
“fornitur kwalifikat” tfisser fornitur li entità tal-akkwist tirrikonoxxi bħala li jkun issodisfa l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni;
(m)
“sejħa għall-offerti selettiva” tfisser metodu ta’ akkwist li bih huma biss il-fornituri kkwalifikati li jiġu mistidnin mill-entità tal-akkwist biex iressqu offerta;
(n)
“servizzi” tinkludi servizzi ta’ kostruzzjoni, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor;
(o)
“standard” tfisser dokument li ġie approvat minn korp rikonoxxut li jipprevedi użu komuni u ripetut, regoli, linji gwida jew karatteristiċi għal merkanzija jew għal servizzi, jew għal proċessi u għal metodi ta’ produzzjoni relatati, li l-konformità magħhom ma tkunx obbligatorja, u li jista’ jinkludi wkoll jew jittratta b’mod esklużiv rekwiżiti dwar it-terminoloġija, is-simboli, l-imballaġġ, il-markatura jew it-tikkettar hekk kif japplikaw għal merkanzija, għal servizz, għal proċess jew għal metodu ta’ produzzjoni;
(p)
“fornitur” tfisser persuna jew grupp ta’ persuni li jfornu jew jistgħu jfornu merkanzija jew servizzi; u
(q)
“speċifikazzjoni teknika” tfisser rekwiżit ta’ sejħa għall-offerti li:
(i)
jistabilixxi l-karatteristiċi tal-merkanzija jew tas-servizzi li għandhom jiġu akkwistati, inklużi l-kwalità, il-prestazzjoni, is-sikurezza u l-qisien, jew il-proċessi u l-metodi għall-produzzjoni u għall-provvista tagħhom; jew
(ii)
jindirizza rekwiżiti ta’ terminoloġija, ta’ simboli, ta’ mmarkar jew ta’ tikkettar tal-imballaġġ, skont kif japplikaw għal merkanzija jew għal servizz.
ARTIKOLU 158
Kamp ta’ applikazzjoni u kopertura
Applikazzjoni tal-Ftehim
1.
Dan il-Kapitolu għandu japplika 10 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2.
Dan il-Kapitolu japplika għal kwalunkwe miżura li tirrigwarda akkwist kopert, kemm jekk jitwettaq b’mod esklużiv jew parzjali b’mezzi elettroniċi kif ukoll jekk le.
3.
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “akkwist kopert” tfisser akkwist għal finijiet governattivi:
(a)
ta’ merkanzija, ta’ servizz, jew ta’ kwalunkwe taħlita tagħhom:
(i)
kif speċifikat fl-Anness 9; u
(ii)
mhux akkwistat għall-bejgħ jew għall-bejgħ mill-ġdid kummerċjali, jew għall-użu fil-produzzjoni jew fil-forniment ta’ merkanzija jew ta’ servizz għall-bejgħ jew għall-bejgħ mill-ġdid kummerċjali;
(b)
bi kwalunkwe mezzi kuntrattwali, inkluż ix-xiri, u l-kiri, u lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri jew mingħajr;
(c)
li għalih il-valur, kif stmat f’konformità mal-paragrafi minn 6 sa 8, ikun daqs il-livell limitu relevanti speċifikat fl-Anness 9 fil-mument tal-pubblikazzjoni ta’ avviż f’konformità mal-Artikolu 162, jew jaqbeż dan il-livell limitu;
(d)
minn entità tal-akkwist; u
(e)
li ma jkunx eskluż b’xi mod mill-kopertura fil-paragrafu 3 jew fl-Anness 9.
4.
Għajr fejn previst mod ieħor fl-Anness 9, dan il-Kapitolu ma japplikax għal:
(a)
l-akkwist jew il-kiri ta’ art, ta’ bini eżistenti jew ta’ proprjetà immobbli oħra, jew id-drittijiet fuqhom;
(b)
ftehimiet mhux kuntrattwali jew kwalunkwe forma ta’ assistenza li Parti tipprovdi, inklużi ftehimiet kooperattivi, għotjiet, self, infużjonijiet ta’ ekwità, garanziji u inċentivi fiskali;
(c)
l-akkwist jew l-akkwiżizzjoni ta’ aġenzija fiskali jew ta’ servizzi depożitarji, ta’ servizzi ta’ likwidazzjoni u ta’ ġestjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji regolati jew ta’ servizzi relatati mal-bejgħ, mal-ammortizzament u mad-distribuzzjoni ta’ dejn pubbliku, inklużi self u bonds governattivi, noti u titoli oħrajn;
(d)
kuntratti ta’ impjieg pubbliku;
(e)
l-akkwist imwettaq:
(i)
għall-għan speċifiku li tingħata assistenza internazzjonali, inkluża għajnuna għall-żvilupp;
(ii)
skont il-proċedura jew il-kundizzjoni partikolari ta’ ftehim internazzjonali li jirrigwarda l-istazzjonament ta’ truppi jew li jirrigwarda l-implimentazzjoni konġunta ta’ proġett mill-pajjiżi firmatarji; jew
(iii)
skont il-proċedura jew il-kundizzjoni partikolari ta’ organizzazzjoni internazzjonali, jew iffinanzjata minn għotjiet, minn self jew minn għajnuna internazzjonali oħra jekk il-proċedura jew il-kundizzjoni applikabbli tkun inkonsistenti ma’ dan il-Kapitolu.
5.
Kull Parti għandha tispeċifika l-informazzjoni li ġejja fis-Subtaqsimiet rispettivi tagħha tal-Anness 9:
(a)
fit-Taqsima 1, l-entitajiet tal-gvern ċentrali li l-akkwist tagħhom huwa kopert minn dan il-Kapitolu;
(b)
fit-Taqsima 2, l-entitajiet tal-gvern subċentrali li l-akkwist tagħhom huwa kopert b’dan il-Kapitolu;
(c)
fit-Taqsima 3, l-entitajiet l-oħrajn kollha li l-akkwist tagħhom huwa kopert minn dan il-Kapitolu;
(d)
fit-Taqsima 4, il-merkanzija koperta minn dan il-Kapitolu;
(e)
fit-Taqsima 5, is-servizzi, minbarra s-servizzi ta’ kostruzzjoni, koperti minn dan il-Kapitolu;
(f)
fit-Taqsima 6, is-servizzi ta’ kostruzzjoni koperti minn dan il-Kapitolu; u
(g)
fit-Taqsima 7, kwalunkwe nota ġenerali;
(h)
fit-Taqsima 8, il-media li fiha kull Parti tippubblika l-avviżi ta’ akkwist tagħha, l-avviżi ta’ għoti, u informazzjoni oħra relatata mas-sistema ta’ akkwist kopert tagħha kif stabbilit f’dan il-Kapitolu.
6.
Jekk entità tal-akkwist, fil-kuntest ta’ akkwist kopert, tirrekjedi li persuna mhux koperta bl-Anness 9 takkwista f’konformità mar-rekwiżiti partikolari, l-Artikolu 160 għandu japplika mutatis mutandis għal rekwiżiti bħal dawn.
Valwazzjoni
7.
Meta tagħmel estimu tal-valur ta’ akkwist biex tiżgura jekk huwiex akkwist kopert, entità tal-akkwist:
(a)
la għandha taqsam akkwist f’akkwisti separati u lanqas tagħżel jew tuża metodu ta’ valwazzjoni partikolari biex tagħmel stima tal-valur ta’ akkwist bl-intenzjoni li teskludih totalment jew parzjalment mill-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu; u
(b)
għandha tinkludi l-valur totali massimu stmat tal-akkwist matul id-durata kollha tiegħu, kemm jekk jingħata lil fornitur wieħed kif ukoll jekk jingħata lil aktar, filwaqt li tqis il-forom kollha ta’ remunerazzjoni, inklużi:
(i)
primjums, tariffi, kummissjonijiet u mgħax; u
(ii)
f’każ li l-akkwist jipprevedi l-possibilità ta’ opzjonijiet, il-valur totali tat-tali opzjonijiet.
8.
Jekk rekwiżit individwali għal akkwist jirriżulta fl-għoti ta’ aktar minn kuntratt wieħed, jew fl-għoti ta’ kuntratti f’partijiet separati (“kuntratti rikorrenti”), il-kalkolu tal-valur totali massimu stmat għandu jkun ibbażat fuq:
(a)
il-valur tal-kuntratti rikorrenti tal-istess tip ta’ merkanzija jew ta’ servizz mogħti matul it-12-il xahar preċedenti jew matul is-sena kontabilistika preċedenti tal-entità tal-akkwist, aġġustat, jekk possibbli, biex jiġu kkunsidrati bidliet antiċipati fil-kwantità jew fil-valur tal-merkanzija jew tas-servizz li jkun se jiġi akkwistat matul it-12-il xahar ta’ wara; jew
(b)
il-valur stmat tal-kuntratti rikorrenti tal-istess tip ta’ merkanzija jew ta’ servizz li għandu jingħata matul it-12-il xahar wara l-għoti tal-kuntratt inizjali jew is-sena kontabilistika tal-entità tal-akkwist.
9.
Fil-każ ta’ akkwist b’kiri jew b’lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ merkanzija jew ta’ servizz, jew l-akkwist li għalih ma huwiex speċifikat prezz totali, il-bażi għall-valutazzjoni għandha tkun:
(a)
fil-każ ta’ kuntratt b’terminu fiss:
(i)
jekk it-terminu tal-kuntratt ikun ta’ 12-il xahar jew anqas, il-valur massimu totali stmat għad-durata tiegħu; jew
(ii)
jekk it-terminu tal-kuntratt jaqbeż it-12-il xahar, il-valur massimu totali stmat, inkluż kwalunkwe valur residwu stmat;
(b)
jekk il-kuntratt ikun għal perjodu indefinit, il-ħlas parzjali stmat fix-xahar moltiplikat bi 48; u
(c)
jekk ma jkunx ċert jekk il-kuntratt huwiex se jkun kuntratt għal terminu fiss, japplika s-subparagrafu (b).
ARTIKOLU 159
Sigurtà u eċċezzjonijiet ġenerali
1.
Xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jiġi interpretat li jipprevjeni lil Parti milli tieħu kwalunkwe azzjoni jew li ma tiddivulgax xi informazzjoni li hija tikkunsidra neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha relatata mal-akkwist:
(a)
ta’ armi, ta’ munizzjon jew ta’ materjal tal-gwerra;
(b)
indispensabbli għas-sigurtà nazzjonali; jew
(c)
għal skopijiet ta’ difiża nazzjonali.
2.
Soġġett għar-rekwiżit li miżuri bħal dawn ma jiġux applikati b’tali mod li jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli bejn Partijiet fejn l-istess kundizzjonijiet jipprevalu jew jikkostitwixxu restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ internazzjonali, xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jiġi interpretat li jipprevjeni lil Parti milli timponi jew tinforza miżuri:
(a)
neċessarji għall-protezzjoni tal-moralità, tal-ordni jew tas-sikurezza pubblika;
(b)
neċessarji għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti;
(c)
neċessarji għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali; jew
(d)
relatati ma’ merkanzija jew ma’ servizzi ta’ persuni b’diżabilitajiet, ta’ istituzzjonijiet filantropiċi jew ta’ xogħol fil-ħabsijiet.
ARTIKOLU 160
Prinċipji ġenerali
Nondiskriminazzjoni
1.
Fir-rigward ta’ kwalunkwe miżura dwar akkwist kopert, kull Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, għandha tagħti minnufih u mingħajr ebda kundizzjoni lill-merkanzija u lis-servizzi tal-Parti l-oħra u lill-fornituri tal-Parti l-oħra li joffru tali merkanzija jew servizzi, trattament mhux anqas favorevoli mit-trattatment li l-Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, tagħti lill-merkanzija, lis-servizzi u lill-fornituri tagħha stess.
2.
Fir-rigward ta’ kwalunkwe miżura dwar akkwist kopert, Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, ma għandhiex:
(a)
tittratta lil fornitur stabbilit lokalment b’mod anqas favorevoli minn fornitur ieħor stabbilit lokalment fuq il-bażi tal-grad ta’ affiljazzjoni jew ta’ sjieda barranija; jew
(b)
tiddiskrimina kontra fornitur stabbilit lokalment fuq il-bażi li l-merkanzija jew is-servizzi offruti minn dak il-fornitur għal akkwist partikolari jkunu merkanzija jew servizzi tal-Parti l-oħra.
Użu ta’ Mezzi Elettroniċi
3.
Meta tkun qiegħda tmexxi akkwist kopert permezz ta’ mezzi elettroniċi, entità tal-akkwist għandha:
(a)
tiżgura li l-akkwist isir bl-użu ta’ sistemi u ta’ software ta’ teknoloġija tal-informazzjoni, inklużi dawk relatati mal-awtentikazzjoni u mal-kriptaġġ tal-informazzjoni, li jkunu ġeneralment disponibbli u interoperabbli ma’ sistemi u ma’ software oħrajn ta’ teknoloġija tal-informazzjoni ġeneralment disponibbli;
(b)
iżżomm mekkaniżmi li jiżguraw l-integrità ta’ talbiet għal parteċipazzjoni u ta’ offerti, inklużi l-istabbiliment tal-ħin tar-riċevuta u l-prevenzjoni ta’ aċċess mhux xieraq; u
(c)
tuża mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi u ta’ dokumentazzjoni tal-offerti fi proċeduri ta’ akkwist u, sa fejn ikun prattikabbli, għas-sottomissjoni ta’ offerti.
Eżekuzzjoni tal-Akkwist
4.
Entità tal-akkwist għandha twettaq akkwist kopert b’mod trasparenti u imparzjali li:
(a)
ikun konsistenti ma’ dan il-Kapitolu, billi tuża metodi bħal proċedura miftuħa, proċedura selettiva, u proċedura limitata ta’ offerti ta’ kuntratt;
(b)
jevita kunflitti ta’ interess; u
(c)
jipprevjeni prattiki korrotti.
Regoli tal-Oriġini
5.
Għall-finijiet ta’ akkwist kopert, Parti ma għandhiex tapplika r-regoli tal-oriġini għall-merkanzija jew għas-servizzi importati mill-Parti l-oħra jew forniti minnha, li jkunu differenti mir-regoli tal-oriġini li l-Parti tapplika fl-istess ħin fil-perkors normali tal-kummerċ għall-importazzjonijiet jew għall-provvisti tal-istess merkanzija jew servizzi mill-Parti.
Tpaċija
6.
Fir-rigward tal-akkwist kopert, Parti, inkluż l-entitajiet tal-akkwist tagħha, ma għandhiex tfittex, tqis, timponi jew tinforza xi tpaċija.
Miżuri Mhux Speċifiċi għall-Akkwist
7.
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:
(a)
dazji doganali u imposti ta’ kull xorta imposti fuq l-importazzjoni jew b’konnessjoni magħha;
(b)
il-metodu tal-impożizzjoni ta’ tali dazji u imposti; u
(c)
regolamenti jew formalitajiet oħrajn dwar l-importazzjoni u miżuri li jaffettwaw il-kummerċ ta’ servizzi li ma humiex il-miżuri li jirregolaw l-akkwist kopert.
Miżuri kontra l-korruzzjoni
8.
Kull Parti għandha tiżgura li jkollha fis-seħħ miżuri xierqa biex tindirizza l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu proċeduri biex il-fornituri li l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Parti jkunu ddeterminaw b’deċiżjoni finali li jkunu involuti f’azzjonijiet frawdolenti jew illegali oħrajn fir-rigward tal-akkwist pubbliku fit-territorju ta’ dik il-Parti jsiru ineliġibbli għall-parteċipazzjoni fl-akkwisti tal-Parti b’mod indefinit jew għal perjodu ta’ żmien iddikjarat. Kull Parti għandha tiżgura wkoll li jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri biex telimina sa fejn ikun possibbli jew timmaniġġja kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali min-naħa ta’ dawk involuti f’akkwist jew li jkollhom influwenza fuq akkwist.
ARTIKOLU 161
Informazzjoni dwar is-sistema tal-akkwist
1.
Kull Parti għandha:
(a)
tippubblika minnufih kwalunkwe liġi, regolament, deċiżjoni ġuridika, deċiżjoni amministrattiva ta’ applikazzjoni ġenerali, klawżola ta’ kuntratt standard mitluba mil-liġi jew regolament u inkorporata b’referenza f’avviżi jew f’dokumentazzjoni tal-offerti u proċedura dwar l-akkwist kopert, u kull modifiki għalihom, b’mezz elettroniku jew stampat magħżul b’mod uffiċjali li jintuża b’mod estensiv u li jibqa’ disponibbli faċilment għall-pubbliku; u
(b)
tipprovdi spjegazzjoni dwar dan lill-Parti l-oħra, meta din tintalab.
2.
Kull Parti għandha telenka fit-Taqsima 8 tal-Anness 9:
(a)
il-mezz elettroniku jew stampat li fih il-Parti tippubblika l-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 1;
(b)
il-mezz elettroniku jew stampat li bih il-Parti tippubblika l-avviżi meħtieġa mill-Artikoli 162, 164 u 171; u
(c)
l-indirizz jew l-indirizzi tas-sit(i) web fejn il-Parti tippubblika l-avviżi tagħha rigward il-kuntratti mogħtijin skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 171.
3.
Kull Parti għandha tinnotifika minnufih lill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni li jaġixxi fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ bi kwalunkwe modifika fil-mezzi ta’ informazzjoni tagħha elenkati fit-Taqsima 8 tal-Anness 9.
ARTIKOLU 162
Avvizi
Avviż ta’ Akkwist Maħsub
1.
Għal kull akkwist kopert, l-entità tal-akkwist għandha tippubblika avviż ta’ akkwist maħsub, għajr fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 168.
L-avviżi kollha (l-avviżi ta’ akkwist maħsub, l-avviż sommarju u l-avviż ta’ akkwist ippjanat), għandhom ikunu direttament aċċessibbli b’mezzi elettroniċi mingħajr ħlas permezz ta’ punt uniku ta’ aċċess fuq l-internet. Barra minn hekk, l-avviżi jistgħu wkoll jiġu ppubblikati fuq mezz stampat xieraq li għandu jkun imxerred sew u għandhom jibqgħu faċilment aċċessibbli għall-pubbliku, tal-anqas sakemm jiskadi l-perjodu ta’ żmien indikat fl-avviż.
Kull Parti għandha telenka l-mezz stampat u elettroniku xieraq fit-Taqsima 8 tal-Anness 9.
2.
Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f’dan il-Kapitolu, kull avviż ta’ akkwist ippjanat għandu jinkludi:
(a) l-isem u l-indirizz tal-entità tal-akkwist u informazzjoni oħra neċessarja biex l-entità tal-akkwist tiġi kkuntattjata u jinkisbu d-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-akkwist, u l-kost u t-termini tal-ħlas tagħhom, jekk ikun hemm;
(b)
deskrizzjoni tal-akkwist, inklużi n-natura u l-kwantità tal-merkanzija jew tas-servizzi li għandhom jiġu akkwistati jew, jekk il-kwantità ma tkunx magħrufa, il-kwantità stmata;
(c)
għal kuntratti rikorrenti, stima, jekk tkun possibbli, tat-twaqqit tal-avviżi sussegwenti tal-akkwist ippjanat;
(d)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe għażla;
(e)
il-perjodu ta’ żmien għall-konsenja ta’ merkanzija jew ta’ servizzi jew id-durata tal-kuntratt;
(f)
il-metodu tal-akkwist li se jintuża u jekk huwiex se jinvolvi negozjar jew irkant elettroniku;
(g)
jekk applikabbli, l-indirizz u kwalunkwe data finali għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni fl-akkwist;
(h)
l-indirizz u d-data finali għas-sottomissjoni tal-offerti;
(i)
il-lingwa jew il-lingwi li bihom jistgħu jiġu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni, jekk jistgħu jiġu sottomessi b’lingwa li ma hijiex lingwa uffiċjali tal-Parti tal-entità tal-akkwist;
(j)
lista u deskrizzjoni qasira ta’ kwalunkwe kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tal-fornituri, inkluż kwalunkwe rekwiżit għal dokumenti jew għal ċertifikazzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu pprovduti mill-fornituri fir-rigward ta’ din, ħlief jekk tali rekwiżiti jkunu inklużi fid-dokumentazzjoni li tkun disponibbli għall-fornituri kollha interessati fl-istess żmien tal-avviż ta’ akkwist maħsub;
(k)
jekk, skont l-Artikolu 164, entità tal-akkwist ikollha l-ħsieb tagħżel numru limitat ta’ fornituri kkwalifikati biex jiġu mistiedna li jitfgħu offerta, il-kriterji li jkunu se jintużaw biex jintgħażlu u, fejn applikabbli, kull limitu fuq in-numru ta’ fornituri li jkollhom il-permess jitfgħu l-offerta; u
(l)
indikazzjoni li l-akkwist huwa kopert minn dan il-Kapitolu.
Avviż Sommarju
3.
Għal kull każ ta’ akkwist maħsub, l-entità tal-akkwist għandha tippubblika avviż sommarju li huwa faċilment aċċessibbli, fl-istess ħin tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-akkwist maħsub, bl-Ingliż. L-avviż sommarju għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
is-suġġett tal-akkwist;
(b)
id-data finali għas-sottomissjoni tal-offerti jew, jekk applikabbli, kwalunkwe data finali għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni fl-akkwist jew għall-inklużjoni f’lista għal użu ripetut; u
(c)
l-indirizz minn fejn jistgħu jintalbu d-dokumenti relatati mal-akkwist.
Avviż ta’ Akkwist Ippjanat
4.
L-entitajiet tal-akkwist huma mħeġġin jippubblikaw, bil-mezz xieraq elettroniku, u jekk disponibbli, stampat elenkat fit-Taqsima 8 kmieni kemm jista’ jkun f’kull sena fiskali, avviż dwar il-pjanijiet tal-akkwist tagħhom għall-ġejjieni (“avviż ta’ akkwist ippjanat”). L-avviż ta’ akkwist ippjanat għandu jiġi ppubblikat ukoll fis-sit tal-punt uniku ta’ aċċess elenkat fit-Taqsima 8. L-avviż ta’ akkwist ippjanat għandu jinkludi s-suġġett tal-akkwist u d-data ppjanata jew perjodu tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ akkwist ippjanat.
5.
L-entità tal-akkwist koperta fit-Taqsimiet 2 jew 3 tista’ tuża avviż ta’ akkwist ippjanat bħala avviż ta’ akkwist ippjanat dment li l-avviż ta’ akkwist ippjanat jinkludi dik l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3 li tkun disponibbli għall-entità u dikjarazzjoni li l-fornituri interessati jenħtieġ li jesprimu l-interess tagħhom fl-akkwist lill-entità tal-akkwist.
Kull Parti għandha telenka l-mezz stampat u elettroniku xieraq fit-Taqsima 8 tal-Anness 9.
ARTIKOLU 163
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
1.
Entità tal-akkwist għandha tillimita kwalunkwe kundizzjoni għal parteċipazzjoni f’akkwist għal dawk li huma essenzjali biex jiġi żgurat li fornitur ikollu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-ħiliet kummerċjali u tekniċi biex iwettaq l-akkwist rilevanti.
2.
Meta tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, entità tal-akkwist ma għandhiex:
(a)
timponi l-kundizzjoni li, biex fornitur jipparteċipa f’akkwist, il-fornitur ikun ingħata qabel kuntratt wieħed jew aktar minn entità tal-akkwist ta’ Parti iżda jista’ jirrikjedi esperjenza preċedenti rilevanti jekk tkun essenzjali biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-akkwist; u
(b)
tirrekjedi li l-esperjenza preċedenti fit-territorju tal-Parti tkun kundizzjoni tal-akkwist iżda, meta xieraq, tista’ tirrikjedi li l-offerent juri esperjenza preċedenti miksuba f’kundizzjonijiet klimatiċi jew topografiċi speċifiċi.
3.
Fil-valutazzjoni ta’ jekk fornitur jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, l-entità tal-akkwist:
(a) għandha tevalwa l-kapaċità ta’ finanzjament, u l-ħiliet kummerċjali u tekniċi ta’ fornitur fuq il-bażi tal-attivitajiet kummerċjali tal-fornitur kemm ġewwa kif ukoll barra t-territorju tal-Parti tal-entità tal-akkwist; u
(b)
għandha tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq il-kundizzjonijiet li l-entità tal-akkwist speċifikat minn qabel fl-avviżi jew fil-fajl tal-offerta.
4.
Jekk ikun hemm evidenza ta’ sostenn, Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, tista’ teskludi fornitur għal raġunijiet bħal:
(a)
falliment;
(b)
dikjarazzjonijiet foloz;
(c)
nuqqasijiet notevoli jew persistenti fit-twettiq ta’ kwalunkwe rekwiżit jew obbligu sostantiv f’kuntratt jew f’kuntratti preċedenti;
(d)
sentenzi finali fir-rigward ta’ delitti serji jew ta’ reati serji oħrajn;
(e)
kondotta professjonali ħażina jew atti jew ommissjonijiet li jirriflettu ħażin fuq l-integrità kummerċjali tal-fornitur;
(f)
nuqqas ta’ ħlas tat-taxxi; jew
(g)
il-fornitur ikun sar ineliġibbli għall-parteċipazzjoni skont il-paragrafu 9 tal-Artikolu 160.
ARTIKOLU 164
Kwalifika tal-fornituri
Sistemi ta’ Reġistrazzjoni u Proċeduri ta’ Kwalifika
1.
Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, tista’ tmantni sistema ta’ reġistrazzjoni tal-fornituri li teħtieġ li l-fornituri interessati jirreġistraw u jipprovdu ċerta informazzjoni. F’dan il-każ, il-Parti għandha tiżgura li l-fornituri interessati jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar is-sistema ta’ reġistrazzjoni, u li jistgħu jitolbu reġistrazzjoni fi kwalunkwe ħin. L-entità tal-akkwist jew awtorità oħra responsabbli mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-fornituri għandha tinforma lill-fornitur interessat f’perjodu ta’ żmien raġonevoli bid-deċiżjoni li tagħti jew tiċħad it-talba tagħhom. Jekk it-talba tiġi miċħuda, id-deċiżjoni għandha tkun motivata kif xieraq.
2.
Kull Parti għandha tiżgura li:
(a)
l-entitajiet tal-akkwist tagħha jagħmlu sforzi biex inaqqsu d-differenzi fil-proċeduri ta’ kwalifika tagħhom; u
(b)
jekk l-entitajiet tal-akkwist tagħha jżommu sistemi ta’ reġistrazzjoni, l-entitajiet jagħmlu sforzi biex jimminimizzaw id-differenzi fis-sistemi ta’ reġistrazzjoni tagħhom.
3.
Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, ma għandhiex tadotta jew tapplika xi sistema ta’ reġistrazzjoni jew proċedura ta’ kwalifika bl-għan jew bl-effett li jinħolqu ostakli bla bżonn għall-parteċipazzjoni tal-fornituri tal-Parti l-oħra fl-akkwist tagħha.
Proċedura Selettiva tal-Offerti
4.
Jekk entità tal-akkwist ikun beħsiebha tuża proċedura selettiva ta’ offerti, l-entità għandha:
(a)
tinkludi, fl-avviż ta’ akkwist maħsub, tal-anqas l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b), (f), (g), (j), (k) u (l) tal-Artikolu 162 u tistieden lill-fornituri jippreżentaw talba għall-parteċipazzjoni; u
(b)
tipprovdi, sal-bidu tal-perjodu ta’ żmien għall-offerti, tal-anqas l-informazzjoni speċifikata msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (c), (d), (e), (h) u (i) tal-Artikolu 162, lill-fornituri kwalifikati li tinnotifika kif speċifikat fil-paragrafu 3, il-punt (b) tal-Artikolu 166.
5.
Entità tal-akkwist għandha tippermetti lill-fornituri kwalifikati kollha biex jieħdu sehem f’akkwist partikolari, sakemm l-entità tal-akkwist ma tiddikjarax fl-avviż ta’ akkwist ippjanat xi limitazzjoni fuq in-numru ta’ fornituri li se jitħallew jipparteċipaw fis-sejħa għall-offerti u l-kriterji għall-għażla tan-numru limitat ta’ fornituri. Stedina għas-sottomissjoni ta’ offerta għandha tiġi indirizzata lil numru ta’ fornituri neċessarju biex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva.
6.
Meta l-fajl tal-offerta ma jiġix ippubblikat mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 4, entità tal-akkwist għandha tiżgura li dak il-fajl ikun disponibbli fl-istess ħin lill-fornituri kwalifikati kollha magħżulin f’konformità mal-paragrafu 5.
Listi għal Użu Ripetut
7.
L-entità tal-akkwist tista’ żżomm lista għal użu ripetut ta’ fornituri, dment li avviż li jistieden lill-fornituri interessati japplikaw biex jiġu inklużi fil-lista:
(a)
ippubblikata kull sena; u
(b)
jekk ippubblikata b’mezzi elettroniċi, magħmula disponibbli b’mod kontinwu,
bil-mezz xieraq elenkat fit-Taqsima 8.
8.
L-avviż previst fil-paragrafu 7 għandu jinkludi:
(a)
deskrizzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi, jew tal-kategoriji tagħhom, li għalihom tista’ tintuża l-lista;
(b)
il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri għall-inklużjoni fil-lista u l-metodi li l-entità tal-akkwist se tuża biex tivverifika li fornitur jissodisfa l-kundizzjonijiet;
(c)
l-isem u l-indirizz tal-entità tal-akkwist u informazzjoni oħra neċessarja biex l-entità tkun ikuntattjata u jinkisbu d-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-lista;
(d)
il-perjodu ta’ validità tal-lista u l-mezzi għat-tiġdid jew għat-terminazzjoni tagħha, jew jekk il-perjodu ta’ validità ma jkunx ipprovdut, indikazzjoni tal-metodu li permezz tiegħu jkun se jinħareġ avviż li l-lista ma hijiex se tintuża aktar; u
(e)
indikazzjoni li l-lista tista’ tintuża għall-akkwist kopert minn dan il-Kapitolu.
9.
Minkejja l-paragrafu 7, jekk lista għal użu ripetut tkun valida għal tliet snin jew anqas, l-entità tal-akkwist tista’ tippubblika l-avviż imsemmi fil-paragrafu 7 darba biss, fil-bidu tal-perjodu ta’ validità tal-lista, dment li l-avviż:
(a)
jiddikjara l-perjodu ta’ validità u li ma humiex se jiġu ppubblikati avviżi ulterjuri; u
(b)
jiġi ppubblikat b’mezzi elettroniċi u jkun disponibbli kontinwament matul il-perjodu ta’ validità tiegħu.
10.
Entità tal-akkwist għanda tippermetti lill-fornituri japplikaw fi kwalunkwe żmien għall-inklużjoni f’lista għal użu ripetut u għandha tinkludi fil-lista l-fornituri kwalifikati kollha fi żmien raġjonevolment qasir.
11.
Meta fornitur li ma jkunx inkluż f’lista għal użu ripetut jippreżenta talba għal parteċipazzjoni f’akkwist fuq il-bażi ta’ lista għal użu ripetut kif ukoll tad-dokumenti kollha meħtieġa, fil-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 166, it-talba għandha tiġi eżaminata minn entità tal-akkwist. L-entità tal-akkwist ma għandhiex teskludi lill-fornitur minn kunsiderazzjoni fir-rigward tal-akkwist minħabba r-raġuni li l-entità ma għandhiex biżżejjed żmien biex teżamina t-talba, sakemm, f’każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-akkwist, l-entità ma tkunx tista’ tlesti l-eżaminazzjoni tat-talba fil-perjodu ta’ żmien permess għall-preżentazzjoni tal-offerti.
Entitajiet elenkati fit-Taqsimiet 2 u 3
12.
Entità tal-akkwist koperta mit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Anness 9 tista’ tuża avviż li bih tistieden il-fornituri japplikaw għall-inklużjoni f’lista għal użu ripetut bħala avviż ta’ akkwist ippjanat, dment li:
(a)
l-avviż jiġi ppubblikat f’konformità mal-paragrafu 7 u jinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 8, l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 162 li tkun disponibbli u dikjarazzjoni li dan jikkostitwixxi avviż ta’ akkwist maħsub jew li huma biss il-fornituri fil-lista għal użu ripetut li se jirċievu avviżi oħrajn ta’ akkwist kopert minn lista għal użu ripetut; u
(b)
l-entità tipprovdi minnufih lill-fornituri li esprimew interess f’akkwist partikolari lill-entità, biżżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jivvalutaw l-interess tagħhom fl-akkwist, inkluża l-bqija tal-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 162, sa fejn tali informazzjoni tkun disponibbli.
13.
Entità tal-akkwist koperta mit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Anness 9 tista’ tħalli lil fornitur li applika għall-inklużjoni f’lista għal użu ripetut f’konformità mal-paragrafu 10 jagħmel offerta f’akkwist partikolari, jekk ikun hemm biżżejjed żmien biex l-entità tal-akkwist teżamina jekk il-fornitur jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.
14.
Entità tal-akkwist għandha tgħarraf minnufih lil kwalunkwe fornitur li jissottometti talba għall-parteċipazzjoni f’akkwist jew applikazzjoni għall-inklużjoni f’lista għal użu ripetut bid-deċiżjoni tal-entità tal-akkwist fir-rigward tat-talba jew tal-applikazzjoni.
15.
Jekk entità tal-akkwist tirrifjuta talba ta’ fornitur għall-parteċipazzjoni f’akkwist jew applikazzjoni għall-inklużjoni f’lista għal użu ripetut, ma tibqax tirrikonoxxi fornitur bħala kwalifikat, jew tneħħi fornitur minn lista għal użu ripetut, l-entità għandha tgħarraf minnufih lill-fornitur u, wara talba tal-fornitur, tipprovdi minnufih lill-fornitur bi spjegazzjoni bil-miktub dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
ARTIKOLU 165
Speċifikazzjonijiet tekniċi u dokumentazzjoni tal-offerta
Speċifikazzjonijiet Tekniċi
1.
Entità tal-akkwist ma għandhiex tħejji, tadotta jew tapplika xi speċifikazzjoni teknika jew tippreskrivi xi proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità bl-għan jew bl-effett li toħloq xkiel bla bżonn għall-kummerċ internazzjonali.
2.
Fl-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-merkanzija jew għas-servizzi li jkunu se jiġu akkwistati, l-entità tal-akkwist għandha, jekk ikun xieraq:
(a)
tistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni teknika, f’termini tar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u tar-rekwiżiti funzjonali, aktar milli l-karatteristiċi tad-disinn jew deskrittivi; u
(b)
tibbaża l-ispeċifikazzjoni teknika fuq standards internazzjonali rikonoxxuti mill-Parti; inkella, fuq regolamenti tekniċi nazzjonali, fuq standards nazzjonali rikonoxxuti jew fuq kodiċijiet tal-bini.
3.
Jekk fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jintużaw il-karatteristiċi tad-disinn jew deskrittivi, jenħtieġ li entità tal-akkwist tindika, fejn xieraq, li se tikkunsidra offerti ta’ merkanzija jew ta’ servizzi ekwivalenti li jissodisfaw biċ-ċar ir-rekwiżiti tal-akkwist billi tinkludi kliem bħal “jew ekwivalenti” fil-fajl tal-offerta.
4.
Entità tal-akkwist ma għandhiex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jirrikjedu jew jirreferu għal trademark jew għal isem kummerċjali, għal privattiva, għal dritt tal-awtur, għal disinn, għal tip, għal oriġini speċifika, għal produttur jew għal fornitur partikolari, sakemm ma jkun hemm l-ebda mod ieħor preċiż jew intelliġibbli biżżejjed kif jiġu deskritti r-rekwiżiti tal-akkwist u dment li, f’każijiet bħal dawn, l-entità tinkludi kliem bħal “jew ekwivalenti” fil-fajl tal-offerta.
5.
Entità tal-akkwist ma għandhiex tfittex jew taċċetta, b’mod li jkollu l-effett li jipprekludi l-kompetizzjoni, parir li jista’ jintuża fil-preparazzjoni jew fl-adozzjoni ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni teknika għal akkwist speċifiku minn persuna li jista’ jkollha interess kummerċjali fl-akkwist.
6.
Għal aktar ċertezza, Parti, li tinkludi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, tista’ tħejji, tadotta jew tapplika speċifikazzjonijiet tekniċi biex tippromwovi l-konservazzjoni ta’ riżorsi naturali jew tħares l-ambjent, dment li tagħmel dan f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Parti tista’:
(a)
tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jqisu kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali matul il-proċedura ta’ akkwist, dment li dawn ma jkunux diskriminatorji u jkunu marbutin mas-suġġett tal-kuntratt ikkonċernat; u
(b)
tieħu miżuri xierqa biex tiżgura l-konformità mal-obbligi tagħha fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, inklużi l-obbligi skont il-Kapitolu 10.
Fajl tal-Offerta
7.
Entità tal-akkwist għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornituri fajl tal-offerta li jinkludi l-informazzjoni neċessarja kollha biex il-fornituri jkunu jistgħu jħejju u jissottomettu offerti ta’ rispons. Sakemm ma jkunx diġà ngħata fl-avviż ta’ akkwist ippjanat, tali fajl għandu jinkludi deskrizzjoni sħiħa ta’:
(a)
l-akkwist, inklużi l-għamla u l-kwantità tal-merkanzija jew tas-servizzi li għandhom jiġu akkwistati jew, jekk il-kwantità ma tkunx magħrufa, il-kwantità stmata u kwalunkwe rekwiżit li għandu jiġi ssodisfat, inkluża kwalunkwe speċifikazzjoni teknika, ċertifikazzjoni ta’ valutazzjoni tal-konformità, pjan, tpinġija jew materjal ta’ struzzjoni;
(b)
kwalunkwe kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tal-fornituri, inkluża lista ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti li l-fornituri huma meħtieġa jissottomettu b’rabta mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni;
(c)
il-kriterji ta’ evalwazzjoni kollha li l-entità tal-akkwist tapplika fl-għoti tal-kuntratt, u, ħlief jekk il-prezz ikun l-uniku kriterju, l-importanza relattiva tat-tali kriterji;
(d)
jekk l-entità tal-akkwist tkun se twettaq l-akkwist b’mezzi elettroniċi, kwalunkwe rekwiżit ta’ awtentikazzjoni u ta’ kriptaġġ jew rekwiżit ieħor relatat mas-sottomissjoni tal-informazzjoni b’mezzi elettroniċi;
(e)
jekk l-entità tal-akkwist tkun se torganizza rkant elettroniku, ir-regoli, inkluża l-identifikazzjoni tal-elementi tal-offerta relatati mal-kriterji ta’ evalwazzjoni, li skonthom jitwettaq l-irkant;
(f)
jekk l-offerti jkunu se jinfetħu fil-pubbliku, id-data, il-ħin u l-post tal-ftuħ u, jekk xieraq, il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti;
(g)
kwalunkwe terminu ieħor jew kundizzjoni oħra, inklużi termini tal-ħlas u kwalunkwe limitazzjoni fuq il-mezzi li bihom jistgħu jiġu sottomessi l-offerti, bħal jekk il-mezz huwiex stampat jew elettroniku; u
(h)
kwalunkwe data għall-konsenja tal-merkanzija jew għall-provvista tas-servizzi.
8.
Meta tistabbilixxi data għall-konsenja ta’ merkanzija jew għall-forniment ta’ servizzi li jkunu qed jiġu akkwistati, l-entità tal-akkwist għandha tqis fatturi bħall-kumplessità tal-akkwist, kemm huwa antiċipat li se jsir sottokuntrattar u ż-żmien realistiku meħtieġ għall-produzzjoni, għat-tneħħija mill-ħżin, u għat-trasport tal-merkanzija mill-punt tal-forniment jew għall-forniment tas-servizzi.
9.
Il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fl-avviż ta’ akkwist maħsub jew fil-fajl tal-offerta jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-fatturi tal-prezz u ta’ kostijiet oħrajn, il-kwalità, il-mertu tekniku, il-karatteristiċi ambjentali u t-termini tal-konsenja.
10.
Entità tal-akkwist għandha minnufih:
(a)
tqiegħed għad-dispożizzjoni l-fajl tal-offerta biex tiżgura li l-fornituri interessati jkollhom biżżejjed żmien biex jissottomettu offerti ta’ rispons;
(b)
tipprovdi, meta tintalab, il-fajl tal-offerta lil kwalunkwe fornitur interessat; u
(c)
twieġeb għal kwalunkwe talba raġonevoli għal informazzjoni relevanti minn kwalunkwe fornitur interessat jew parteċipant, dment li din l-informazzjoni ma tagħtix lil dak il-fornitur vantaġġ fuq fornituri oħrajn.
Modifiki
11.
Jekk entità tal-akkwist timmodifika l-kriterji jew ir-rekwiżiti stipulati fl-avviż ta’ akkwist maħsub jew fil-fajl tal-offerta pprovdut lill-fornituri li jkunu qegħdin jieħdu sehem, jew temenda jew terġa’ toħroġ avviż jew fajl tal-offerta, din għandha tittrażmetti bil-miktub tali modifiki kollha jew l-avviż jew il-fajl tal-offerta emendat jew maħruġ mill-ġdid:
(a)
lill-fornituri kollha li jkunu qed jieħdu sehem fi żmien il-modifika, l-emenda jew il-ħruġ mill-ġdid, jekk it-tali fornituri jkunu magħrufin għall-entità, u fil-każijiet l-oħrajn kollha, bl-istess mod li bih tqiegħdet għad-dispożizzjoni l-informazzjoni oriġinali; u
(b)
fi żmien adegwat li jippermetti lit-tali fornituri jimmodifikaw u jissottomettu mill-ġdid sejħiet għall-offerti emendati, kif xieraq.
ARTIKOLU 166
Perjodi ta’ Żmien
1.
F’konformità mal-ħtiġijiet raġonevoli tagħha stess, entità tal-akkwist għandha tipprovdi żmien suffiċjenti biex il-fornituri jħejju u jerġgħu jissottomettu talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti ta’ rispons, filwaqt li tikkunsidra fatturi bħal:
(a)
it-tip u l-kumplessità tal-akkwist;
(b)
kemm huwa antiċipat li jsir sottokuntrattar; u
(c)
iż-żmien neċessarju għat-trażmissjoni tal-offerti b’mezzi mhux elettroniċi minn punti barranin kif ukoll domestiċi jekk ma jintużawx mezzi elettroniċi.
Dawn il-perjodi ta’ żmien, inkluża kull estensjoni tal-perjodi ta’ żmien, għandhom ikunu l-istess għall-fornituri interessati jew għall-parteċipanti kollha.
2.
Entità tal-akkwist li tuża proċedura selettiva ta’ offerti għandha tistabbilixxi li d-data finali għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni ma għandhiex, fil-prinċipju, tkun anqas minn 25 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-akkwist maħsub. Jekk stat ta’ urġenza ssostanzjat kif xieraq mill-entità tal-akkwist irendi dan il-perjodu ta’ żmien imprattikabbli, il-perjodu ta’ żmien jista’ jitnaqqas b’mhux anqas minn 10 ijiem.
3.
Għajr kif stipulat fil-paragrafi 4, 5, 7 u 8, entità tal-akkwist għandha tistabbilixxi li d-data finali għas-sottomissjoni tal-offerti ma għandhiex tkun anqas minn 40 jum mid-data li fiha:
(a)
fil-każ ta’ proċedura miftuħa, jiġi ppubblikat l-avviż ta’ akkwist ippjanat; jew
(b)
fil-każ ta’ proċedura selettiva ta’ offerti ta’ kuntratt, l-entità tinnotifika lill-fornituri li se jkunu mistidnin jippreżentaw offerti, kemm jekk tuża lista għal użu ripetut kif ukoll jekk le.
4.
Entità tal-akkwist tista’ tnaqqas il-perjodu ta’ żmien għas-sejħa għall-offerti għal mhux anqas minn 20 jum jekk:
(a)
l-entità tal-akkwist tkun ippubblikat avviż ta’ akkwist ippjanat kif deskritt fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 162 tal-anqas 40 jum u mhux aktar minn 12-il xahar minn qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ akkwist maħsub, u l-avviż ta’ akkwist ippjanat ikun fih:
(i)
deskrizzjoni tal-akkwist;
(ii)
id-dati finali approssimattivi għas-sottomissjoni tal-offerti jew tat-talbiet għall-parteċipazzjoni;
(iii)
dikjarazzjoni li l-fornituri interessati jenħtieġ li jesprimu l-interess tagħhom fl-akkwist lill-entità tal-akkwist;
(iv)
l-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti relatati mal-akkwist; u
(v)
l-informazzjoni kollha meħtieġa li tkun disponibbli għall-avviż ta’ akkwist maħsub skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 162, skont kif ikun disponibbli;
(b)
l-entità tal-akkwist, għal kuntratti ta’ natura rikorrenti, tindika f’avviż inizjali tal-akkwist ippjanat li l-avviżi sussegwenti jipprovdu perjodi ta’ żmien għas-sejħiet għall-offerti bbażati fuq dan il-paragrafu; jew
(c)
stat ta’ urġenza sostanzjat kif xieraq mill-entità tal-akkwist jrendi imprattikabbli l-perjodu ta’ żmien għall-proċedura ta’ offerti stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3.
5.
Entità tal-akkwist tista’ tnaqqas il-perjodu ta’ żmien għas-sejħa għall-offerti stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3 b’ħamest ijiem għal kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
l-avviż ta’ akkwist ippjanat ikun pubblikat b’mezzi elettroniċi;
(b)
il-fajl tal-offerta kollu jitqiegħed għad-dispożizzjoni b’mezzi elettroniċi mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ akkwist maħsub; u
(c)
l-entità taċċetta offerti b’mezzi elettroniċi.
6.
L-użu tal-paragrafu 5, flimkien mal-paragrafu 4, fl-ebda każ ma għandu jirriżulta fit-tnaqqis tal-perjodu ta’ żmien għall-offerti stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3 għal anqas minn 10 ijiem mid-data li fiha jiġi pubblikat l-avviż ta’ akkwist ippjanat.
7.
Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra f’dan l-Artikolu, jekk entità tal-akkwist takkwista merkanzija jew servizzi kummerċjali, jew xi taħlita tagħhom, tista’ tnaqqas il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura ta’ offerti stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3 għal mhux anqas minn 13-il jum, dment li tippubblika b’mezzi elettroniċi, fl-istess ħin, kemm l-avviż ta’ akkwist ippjanat kif ukoll il-fajl tal-offerta. Barra minn hekk, meta l-entità taċċetta offerti għal merkanzija jew għal servizzi kummerċjali b’mezzi elettroniċi, tista’ tnaqqas il-perjodu ta’ żmien stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3 għal mhux anqas minn 10 ijiem.
8.
Meta entità tal-akkwist koperta mit-Taqsima 2 jew 3 tal-Anness 9 tkun għażlet il-fornituri kwalifikati kollha jew numru limitat minnhom, il-perjodu ta’ żmien għas-sejħa għall-offerti jista’ jiġi stabbilit permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-entità tal-akkwist u l-fornituri magħżulin. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-perjodu ma għandux ikun anqas minn 10 ijiem.
ARTIKOLU 167
Negozjar
1.
Parti tista’ tipprovdi biex l-entitajiet tal-akkwist tagħha jagħmlu negozjati mal-fornituri:
(a)
jekk l-entità tkun indikat l-intenzjoni tagħha li tagħmel negozjati fl-avviż ta’ akkwist maħsub meħtieġa skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 162; jew
(b)
jekk mill-evalwazzjoni jkun jidher li ma hemmx offerta li tkun b’mod evidenti l-aktar waħda vantaġġuża f’termini tal-kriterji speċifiċi ta’ evalwazzjoni stabbiliti fl-avviż ta’ akkwist ippjanat jew fil-fajl tal-offerta.
2.
Entità tal-akkwist għandha:
(a)
tiżgura li kwalunkwe eliminazzjoni ta’ fornituri li jieħdu sehem fin-negozjati ssir f’konformità mal-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fl-avviż ta’ akkwist ippjanat jew fil-fajl tal-offerta; u
(b)
jekk jiġu konklużi n-negozjati, tipprovdi skadenza komuni għall-fornituri parteċipanti li jifdal biex jissottomettu offerti ġodda jew riveduti.
ARTIKOLU 168
Proċedura limitata ta’ offerti ta’ kuntratt
1.
Sakemm ma tużax din id-dispożizzjoni bl-għan li tiġi evitata l-kompetizzjoni fost il-fornituri jew b’mod li jiddiskrimina kontra fornituri tal-Parti l-oħra jew jipproteġi fornituri domestiċi, entità tal-akkwist tista’ tuża proċedura ta’ offerti limitata u tista’, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin biss, tagħżel li ma tapplikax l-Artikoli minn 162 sa 164, il-paragrafi minn 7 sa 11 tal-Artikolu 165, u l-Artikoli 166, 167, 169 u 170 fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
jekk:
(i)
ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda offerta, jew l-ebda fornitur ma jkun talab parteċipazzjoni;
(ii)
ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta li tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tal-fajl tal-offerta;
(iii)
l-ebda fornitur ma ssodisfa l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni; jew
(iv)
l-offerti sottomessi jkunu kollużivi;
dment li r-rekwiżiti tal-fajl tal-offerti ma jiġux immodifati sostanzjalment;
(b)
jekk il-merkanzija jew is-servizzi jkunu jistgħu jiġu forniti biss minn fornitur partikolari u ma jkunux jeżistu merkanzija jew servizzi alternattivi jew sostituti raġonevoli għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(i)
ir-rekwiżit huwa għal opra tal-arti;
(ii)
il-protezzjoni ta’ privattivi, ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet esklużivi oħrajn; jew
(iii)
minħabba nuqqas ta’ kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi;
(c)
għal konsenji addizzjonali mill-fornitur oriġinali ta’ merkanzija jew ta’ servizzi li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali jekk bidla tal-fornitur għat-tali merkanzija jew servizzi addizzjonali:
(i)
ma tistax issir għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi bħalma huma r-rekwiżiti ta’ funġibilità jew ta’ interoperabbiltà ma’ tagħmir, ma’ software, ma’ servizzi jew ma’ installazzjonijiet eżistenti akkwistati fl-akkwist inizjali; u
(ii)
tista’ toħloq inkonvenjent sinifikanti jew duplikazzjoni sostanzjali tal-kostijiet għall-entità tal-akkwist;
(d)
meta jkun strettament neċessarju biss jekk, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżata minn avvenimenti mhux prevedibbli mill-entità tal-akkwist, l-oġġetti jew is-servizzi ma jkunux jistgħu jinkisbu fil-ħin permezz ta’ sejħa miftuħa jew selettiva għall-offerti;
(e)
għall-merkanzija mixtrija f’suq tal-komoditajiet;
(f)
jekk entità tal-akkwist tixtri prototip jew l-ewwel merkanzija jew servizz li jkun żviluppat fuq talba tagħha matul, u għal, kuntratt partikolari għal riċerka, għal esperiment, għal studju jew għal żvilupp oriġinali. L-iżvilupp oriġinali tal-ewwel merkanzija jew servizz jista’ jinkludi produzzjoni jew provvista limitata biex jiġu inkorporati r-riżultati tal-ittestjar fil-prattika u biex jintwera li l-merkanzija jew is-servizz ikun xieraq għall-produzzjoni jew għall-provvista fi kwantità bi standards ta’ kwalità aċċettabbli, iżda ma jinkludix il-produzzjoni jew il-provvista tal-kwantità biex tiġi stabbilita vijabbiltà kummerċjali jew biex jiġu rkuprati l-kostijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp;
(g)
għal xirjiet li jsiru f’kundizzjonijiet eċċezzjonalment vantaġġużi li jinkisbu biss fuq terminu qasir ħafna fil-każ ta’ disponimenti mhux tas-soltu bħal dawk li jirriżultaw minn likwidazzjoni, minn riċevitura jew minn falliment, iżda mhux għal xirjiet ta’ rutina minn fornituri regolari; jew
(h)
meta kuntratt jingħata lil rebbieħ ta’ kompetizzjoni tad-disinn dment li:
(i)
il-kompetizzjoni tkun ġiet organizzata b’mod konsistenti mal-prinċipji ta’ dan il-Kapitolu, b’mod partikolari rigward il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ akkwist ippjanat; u
(ii)
il-parteċipanti jiġu ġġudikati minn ġurija indipendenti bl-għan li l-kuntratt għad-disinn jingħata lil rebbieħ.
2.
Entità tal-akkwist għandha tħejji rapport bil-miktub dwar kull kuntratt mogħti skont il-paragrafu 1. Ir-rapport għandu jinkludi isem l-entità tal-akkwist, il-valur u t-tip ta’ merkanzija jew ta’ servizzi mixtrijin u dikjarazzjoni li tindika ċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1 li ġġustifikaw l-użu tal-proċedura limitata ta’ offerti ta’ kuntratt.
ARTIKOLU 169
Rkanti elettroniċi
Jekk l-entità tal-akkwist tkun biħsiebha tagħmel akkwist kopert billi tuża rkant elettroniku, qabel jibda l-irkant elettroniku, l-entità għandha tipprovdi lil kull parteċipant:
(a)
b’metodu ta’ evalwazzjoni awtomatika, inkluża l-formula matematika, li tkun ibbażata fuq il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fil-fajl tal-offerta u li tintuża fil-klassifikazzjoni jew fir-riklassifikazzjoni awtomatika matul l-irkant;
(b)
bir-riżultati ta’ kwalunkwe evalwazzjoni inizjali tal-elementi tal-offerta tagħha jekk il-kuntratt ikun irid jingħata fuq il-bażi tal-aktar offerta vantaġġuża; u
(c)
bi kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra relatata mat-twettiq tal-irkant.
ARTIKOLU 170
Trattament tal-offerti u għoti ta’ kuntratti
Trattament tal-Offerti
1.
Entità tal-akkwist għandha tirċievi, tiftaħ u tittratta l-offerti kollha skont proċeduri li jiggarantixxu li l-proċess tal-akkwist jitwettaq b’mod ġust u imparzjali u jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-offerti.
2.
Entità tal-akkwist ma għandhiex tippenalizza lil xi fornitur li l-offerta tiegħu tasal wara ż-żmien speċifikat għar-riċevuta tal-offerti jekk id-dewmien ikun dovut biss għall-ġestjoni ħażina min-naħa tal-entità tal-akkwist.
3.
Jekk entità tal-akkwist tipprovdi lill-fornitur b’opportunità biex jikkoreġi żbalji mingħajr intenzjoni tal-formula bejn il-ftuħ tal-offerti u l-għoti tal-kuntratt, l-entità tal-akkwist għandha tipprovdi l-istess opportunità lill-fornituri kollha li jieħdu sehem.
Għoti ta’ Kuntratti
4.
Biex tiġi kkunsidrata għall-għoti, offerta għandha tiġi ppreżentata bil-miktub u, fil-ħin tal-ftuħ, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-avviżi u fil-fajl tal-offerta u tkun minn fornitur li jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.
5.
Sakemm entità tal-akkwist ma tiddeterminax li ma jkunx fl-interess pubbliku li jingħata kuntratt, l-entità għandha tagħti l-kuntratt lill-fornitur li l-entità tkun iddeterminat li jkun kapaċi jissodisfa t-termini tal-kuntratt u li, fuq il-bażi biss tal-kriterji ta’ evalwazzjoni speċifikati fl-avviżi u fil-fajl tal-offerta, ikun issottometta:
(a)
l-aktar offerta vantaġġuża; jew
(b)
jekk il-prezz ikun l-uniku kriterju, l-orħos prezz.
6.
Jekk entità tal-akkwist tirċievi offerta bi prezz li jidher b’mod mhux tas-soltu aktar baxx mill-prezzijiet fl-offerti ppreżentati l-oħrajn, tista’ tivverifika mal-fornitur biex tara li jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u li jkun kapaċi jissodisfa t-termini tal-kuntratt. L-entità tal-akkwist tista’ tivverifika wkoll jekk il-fornitur ikunx kiseb sussidji. F’dak il-każ, l-offerta tista’ tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni biss sakemm il-fornitur ma jkunx jista’ juri, fil-limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-entità tal-akkwist, li s-sussidju ngħata f’konformità mad-dixxiplini relatati mas-sussidji stabbiliti f’dan il-Ftehim.
7.
Entità tal-akkwist ma għandhiex tuża alternattivi, tannulla akkwist jew timmodifika kuntratti mogħtijin b’mod li jevita l-obbligi skont dan il-Kapitolu.
8.
Bħala regola ġenerali, kull Parti għandha tipprovdi għal perjodu sospensiv bejn l-għoti u l-konklużjoni ta’ kuntratt biex tagħti biżżejjed żmien lill-offerenti li ma jkunux intgħażlu biex jirrieżaminaw u joġġezzjonaw għad-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni.
ARTIKOLU 171
Trasparenza tal-informazzjoni dwar l-akkwisti
Informazzjoni Pprovduta lill-Fornituri
1.
Entità tal-akkwist għandha tgħarraf minnufih lill-fornituri parteċipanti bid-deċiżjonijiet ta’ għoti tal-kuntratt tal-entità u, jekk mitluba minn fornitur, għandha tagħmel dan bil-miktub. Soġġetta għall-paragrafu 2 u għall-paragrafu 3 tal-Artikolu 172, entità tal-akkwist għandha, jekk mitluba, tagħti lil fornitur li ma ntgħażilx, spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex l-entità ma għażlitx l-offerta tiegħu u l-vantaġġi relattivi tal-offerta tal-fornitur li ntagħżel.
Pubblikazzjoni tal-Informazzjoni dwar l-Aġġudikazzjoni
2.
Mhux aktar tard minn 72 jum wara l-għoti ta’ kull kuntratt kopert b’dan il-Kapitolu, l-entità tal-akkwist għandha tippubblika avviż fil-mezz kartaċju jew elettroniku xieraq elenkat fit-Taqsima 8 tal-Anness 9. Jekk l-entità tippubblika l-avviż esklussivament fuq mezz elettroniku, l-informazzjoni għandha tibqa’ faċilment aċċessibbli għal perjodu ta’ żmien raġonevoli. L-avviż għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
deskrizzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi akkwistati;
(b)
l-isem u l-indirizz tal-entità tal-akkwist;
(c)
l-isem u l-indirizz tal-fornitur magħżul;
(d)
il-valur tal-offerta magħżula jew tal-ogħla offerta u tal-aktar waħda baxxa meqjusa fl-għoti tal-kuntratt;
(e)
id-data tal-għotja; u
(f)
it-tip ta’ metodu ta’ akkwist użat, u f’każijiet li fihom tkun intużat proċedura limitata ta’ offerti f’konformità mal-Artikolu 168, deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-użu ta’ sejħa limitata għall-offerti.
Żamma tad-Dokumentazzjoni, tar-Rapporti u tat-Traċċabbiltà Elettronika
3.
Għal perjodu mhux anqas minn tliet snin mid-data li fiha tagħti kuntratt, kull entità tal-akkwist għandha żżomm:
(a)
il-fajl u r-rapporti tal-proċeduri ta’ akkwist u l-għoti ta’ kuntratti marbutin ma’ akkwist kopert, inklużi r-rapporti meħtieġa skont l-Artikolu 168; u
(b) id-data li tiżgura t-traċċabilità xierqa tat-twettiq tal-akkwist kopert b’mezzi elettroniċi.
ARTIKOLU 172
Divulgazzjoni ta’ informazzjoni
Għoti ta’ Informazzjoni lill-Partijiet
1.
Wara talba tal-Parti l-oħra, Parti għandha tipprovdi minnufih kwalunkwe informazzjoni neċessarja biex tiddetermina jekk akkwist twettaqx b’mod ġust, imparzjali u f’konformità ma’ dan il-Kapitolu, inkluża informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta li tintgħażel. F’każijiet li fihom ir-rilaxx tal-informazzjoni jippreġudika l-kompetizzjoni fl-offerti futuri, il-Parti li tirċievi l-informazzjoni ma għandhiex tiddivulgaha lil xi fornitur, ħlief wara li tikkonsulta mal-Parti li tkun pprovdiet l-informazzjoni u tikseb il-kunsens tagħha.
Nuqqas ta’ Divulgazzjoni tal-Informazzjoni
2.
Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Kapitolu, Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, ma għandhiex tipprovdi informazzjoni lil xi fornitur partikolari li tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri.
3.
Xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jiġi interpretat li jobbliga lil Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, l-awtoritajiet u l-korpi ta’ rieżami, milli jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali meta d-divulgazzjoni:
(a)
tkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi;
(b)
tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri;
(c)
tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ persuni partikolari, inkluża l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali; jew
(d)
b’xi mod ieħor tmur kontra l-interess pubbliku.
Skambju ta’ Statistiki
4.
Kull Parti għandha tagħmel disponibbli għall-Parti l-oħra statistiki dwar l-akkwist pubbliku bilaterali fuq bażi annwali.
ARTIKOLU 173
Proċeduri ta’ rieżami
1.
Kull Parti għandha tipprovdi proċedura ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju puntwali, effikaċi, trasparenti u nondiskriminatorju li permezz tagħha fornitur jista’ joġġezzjona:
(a)
dwar ksur ta’ dan il-Kapitolu; jew
(b)
jekk il-fornitur ma jkollux id-dritt li joġġezzjona direttament għal ksur tal-Kapitolu skont il-liġi ta’ dik il-Parti, kontra nuqqas ta’ konformità mal-miżuri ta’ Parti li jimplimentaw dan il-Kapitolu,
li jirriżulta fil-kuntest ta’ akkwist kopert, li fih il-fornitur għandu, jew kellu, interess. Ir-regoli proċedurali għall-oġġezzjonijiet kollha għandhom ikunu bil-miktub u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni b’mod ġenerali.
2.
Fil-każ ta’ lment minn fornitur, li jirriżulta fil-kuntest ta’ akkwist kopert li fih il-fornitur għandu, jew kellu, interess, li hemm ksur jew nuqqas kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Parti tal-entità tal-akkwist li twettaq l-akkwist għandha tħeġġeġ lill-entità u lill-fornitur biex isibu soluzzjoni għall-ilment permezz ta’ konsultazzjonijiet. L-entità għandha tagħti kunsiderazzjoni imparzjali u f’waqtha għal kull ilment bħal dan b’mod li ma jxekkilx il-parteċipazzjoni tal-fornitur fl-akkwist kurrenti jew fil-ġejjieni jew id-dritt tiegħu li jfittex miżuri korrettivi skont il-proċedura ta’ rieżami amministrattiva jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju.
3.
Kull fornitur għandu jingħata perjodu ta’ żmien suffiċjenti biex iħejji u jissottometti lment, li qatt ma għandu jkun anqas minn 10 ijiem miż-żmien meta l-bażi tal-isfida għandha tkun saret magħrufa jew raġonevolment kellha ssir magħrufa mill-fornitur.
4.
Kull Parti għandha tistabbilixxi jew taħtar tal-anqas awtorità amministrattiva jew ġuridika imparzjali waħda li hija indipendenti mill-entitajiet tal-akkwist tagħha biex tirċievi u tirrieżamina oġġezzjoni minn fornitur li tirriżulta fil-kuntest ta’ akkwist kopert.
5.
Meta korp li ma jkunx awtorità msemmija fil-paragrafu 4, inizjalment jirrieżamina oġġezzjoni, il-Parti għandha tiżgura li l-fornitur ikun jista’ jappella d-deċiżjoni inizjali quddiem awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja imparzjali li hija indipendenti mill-entità tal-akkwist li l-akkwist tagħha jkun is-suġġett tal-oġġezzjoni.
6.
Kull Parti għandha tiżgura li korp ta’ rieżami li ma jkunx qorti għandu jkollu d-deċiżjoni tiegħu soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju jew ikollu proċeduri li jipprevedu li:
(a)
l-entità tal-akkwist għandha twieġeb bil-miktub għall-oġġezzjoni u tiddivulga d-dokumenti rilevanti kollha lill-korp ta’ rieżami;
(b)
il-parteċipanti għall-proċedimenti (“parteċipanti”) għandu jkollhom id-dritt li jinstemgħu qabel tittieħed deċiżjoni mill-korp ta’ rieżami dwar l-oġġezzjoni;
(c)
il-parteċipanti għandu jkollhom id-dritt li jiġu rrappreżentati u akkumpanjati;
(d)
il-parteċipanti għandu jkollhom aċċess għall-proċedimenti kollha;
(e)
il-parteċipanti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu li l-proċedimenti jsiru fil-pubbliku u li jkunu preżenti x-xhieda; u
(f)
il-korp ta’ rieżami għandu jipprovdi d-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu b’mod puntwali, bil-miktub u għandu jinkludi spjegazzjoni tal-bażi għal kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni.
7.
Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm fis-seħħ proċeduri li jipprevedu:
(a)
miżuri interim rapidi biex il-fornitur tinżammlu l-opportunità li jieħu sehem fl-akkwist. Miżuri interim bħal dawn jistgħu jirriżultaw f’sospensjoni tal-proċess ta’ akkwist. Il-proċeduri jistgħu jipprevedu li meta tkun qiegħda tittieħed deċiżjoni dwar jekk jenħtieġx li jiġu applikati miżuri bħal dawn, jistgħu jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi avversi prevalenti għall-interessi kkonċernati, inkluż l-interess pubbliku. Għandha tiġi pprovduta bil-miktub kawża ġusta għal nuqqas ta’ azzjoni; u
(b)
meta korp ta’ rieżami jkun iddetermina li kien hemm ksur jew nuqqas kif imsemmi fil-paragrafu 1, azzjoni korrettiva jew kumpens għat-telf jew għad-danni mġarrbin, li jistgħu jkunu limitati kemm għall-kostijiet għat-tħejjija tal-offerta u kemm għall-kostijiet relatati mal-oġġezzjoni, jew it-tnejn.
ARTIKOLU 174
Modifiki u Rettifiki għall-Kopertura
1.
Parti tista’ tipproponi li timmodifika jew tirrettifika l-Anness 9 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jiddeterminaw l-akkwist kopert tagħha.
Modifiki
2.
Parti li jkollha l-ħsieb li tipproponi modifika għall-Anness 9 għandha:
(a)
tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub; u
(b)
tinkludi fin-notifika proposta għal aġġustamenti ta’ kumpens xierqa lill-Parti l-oħra biex jinżamm livell ta’ kopertura paragunabbli għal dak li kien jeżisti qabel il-modifika.
3.
Minkejja s-subparagrafu 2(b), Parti ma għandhiex bżonn tipprovdi aġġustamenti kumpensatorji jekk il-modifika tkopri entità tal-akkwist li fuqha l-Parti effettivament eliminat il-kontroll jew l-influwenza tagħha.
4.
Il-Parti l-oħra jeħtiġilha toġġezzjona bil-miktub fi żmien 45 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fis-subparagrafu 2(a), jekk tikkontesta li:
(a)
aġġustament propost f’konformità mas-subparagrafu 2(b) ikun adegwat biex jinżamm livell komparabbli ta’ kopertura miftiehma reċiprokament; jew
(b)
il-modifika tkopri entità li fuqha l-Parti tkun eliminat b’mod effettiv il-kontroll jew l-influwenza tagħha f’konformità mal-paragrafu 3,
Jekk il-Parti l-oħra ma tkunx għamlet oġġezzjoni fit-terminu, din titqies li aċċettat l-aġġustament jew il-modifika.
Rettifiki
5.
Il-bidliet li ġejjin fl-Anness 9 għandhom jitqiesu bħala rettifika ta’ natura purament formali, dment li ma jaffettwawx il-kopertura miftiehma b’mod reċiproku prevista f’dan il-Kapitolu:
(a)
bidla fl-isem ta’ entità tal-akkwist;
(b)
fużjoni ta’ żewġ entitajiet tal-akkwist jew aktar elenkati fl-Anness 9; u
(c)
is-separazzjoni ta’ entità tal-akkwist elenkata fl-Anness 9 f’żewġ entitajiet tal-akkwist jew aktar li jiżdiedu kollha mal-entitajiet tal-akkwist elenkati fl-istess Anness 9.
Il-Parti li tagħmel tali rettifika ta’ natura purament formali ma għandhiex tkun obbligata tipprovdi għal aġġustamenti kumpensatorji.
6.
Fir-rigward tar-rettifiki proposti għall-Anness 9, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra darba kull sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
7.
Parti tista’ tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar oġġezzjoni għal rettifika proposta fi żmien 45 jum minn meta tirċievi n-notifika. Parti li tressaq oġġezzjoni għandha tistipula r-raġunijiet għalfejn temmen li r-rettifika proposta ma hijiex konformi mal-paragrafu 5 u tiddeskrivi l-effett li r-rettifika proposta dwar il-kopertura maqbula reċiprokament prevista f’dan il-Ftehim. Jekk ma tiġi sottomessa l-ebda oġġezzjoni bil-miktub fi żmien 45 jum wara l-wasla tan-notifika, il-Parti l-oħra għandha titqies li tkun qablet mar-rettifika proposta. Il-Parti l-oħra tista’ titlob bil-miktub żmien addizzjonali għall-analiżi tar-rettifiki proposti jekk il-bidliet proposti jkunu jeħtieġu verifika ulterjuri tal-informazzjoni jew kjarifiki addizzjonali mill-Parti li tipproponi.
Konsultazzjonijiet u Soluzzjoni ta’ Tilwim
8.
Jekk il-Parti l-oħra toġġezzjona għall-modifika jew għar-rettifika proposta, il-Partijiet għandhom ifittxu li jsolvu l-kwistjoni permezz ta’ konsultazzjonijiet. Jekk il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 60 jum mill-wasla tal-oġġezzjoni, il-Parti li tfittex li timmodifika jew tirrettifika l-Anness 9 tista’ tirreferi l-kwistjoni għall-proċedura għas-soluzzjoni ta’ tilwim skont dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 175
Dispożizzjonijiet Istituzzjonali
Fuq talba ta’ Parti, il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, li jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni kummerċjali tiegħu għandu jindirizza kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni u mal-operat ta’ dan il-Kapitolu, bħal:
(a)
il-modifika, ir-rettifika jew l-emenda tal-Anness 9;
(b)
kwistjonijiet relatati mal-operat ta’ dan il-Kapitolu;
(c)
kwalunkwe kwistjoni oħra rigward l-akkwist pubbliku.
KAPITOLU 10
NEGOZJU U ŻVILUPP SOSTENIBBLI
ARTIKOLU 176
Kuntest u objettivi
1.
Il-Partijiet ifakkru l-Aġenda 21 tal-Konferenza tan-NU dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-1992, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-1998, id-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU dwar Okkupazzjoni Sħiħa u Xogħol Deċenti tal-2006, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta tal-2008 u l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp sostenibbli tal-2015 bl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha (minn hawn ’il quddiem imsejħin SDGs).
2.
Il-Partijiet jagħrfu li l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien tal-ambjent huma komponenti interdipendenti u ta’ tisħiħ reċiproku tal-iżvilupp sostenibbli. Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali jew tal-investiment b’tali mod li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari kif espress fl-impenji multilaterali tagħhom dwar ix-xogħol u l-ambjent.
ARTIKOLU 177
Dritt ta’ regolamentazzjoni u livelli ta’ protezzjoni
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu d-dritt ta’ kull Parti li tiddetermina l-politiki u l-prijoritajiet ta’ żvilupp sostenibbli tagħha, li tistabbilixxi l-livelli ta’ ħarsien domestiku tal-ambjent u ta’ protezzjoni domestika tal-ħaddiema li hija tqis xierqa u li tadotta jew timmodifika l-liġi u l-politiki rilevanti tagħha kif xieraq. Dawn il-livelli, il-liġijiet u l-politiki għandhom ikunu konsistenti mal-impenji ta’ kull Parti għall-ftehimiet u għall-istandards rikonoxxuti internazzjonalment imsemmijin fl-Artikolu 178.
2.
Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-liġijiet u l-politiki rilevanti tagħha jipprevedu u jħeġġu livelli għoljin ta’ ħarsien tal-ambjent u ta’ protezzjoni tal-ħaddiema.
3.
Il-Partijiet jirrikonoxxu li ma huwiex xieraq li jitħeġġeġ il-kummerċ jew l-investiment billi jiddgħajfu jew jitnaqqsu l-livelli ta’ protezzjoni mogħtija fil-liġi ambjentali tagħhom jew fil-liġi u fl-istandards tax-xogħol tagħhom.
4.
Parti ma għandhiex tfittex li tħeġġeġ il-kummerċ jew l-investiment billi tirrinunzja jew tidderoga mil-liġi ambjentali jew tax-xogħol tagħha jew, permezz ta’ azzjoni sostnuta jew rikorrenti jew nuqqas ta’ azzjoni, billi tonqos milli tinforza b’mod effettiv il-liġi ambjentali u tax-xogħol tagħha.
ARTIKOLU 178
Ftehimiet ambjentali multilaterali u konvenzjonijiet dwar ix-xogħol
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-valur tal-governanza u tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali bħala rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi tal-iżvilupp sostenibbli li jikkonċernaw l-ambjent, kif ukoll tal-okkupazzjoni sħiħa u produttiva u tax-xogħol deċenti għal kulħadd bħala elementi ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli.
2.
F’dan il-kuntest, u filwaqt li tqis l-Artikoli 290, 291, 292, 293, 294, 295, kull Parti għandha timplimenta b’mod effettiv il-ftehimiet ambjentali multilaterali (MEAs), li hija rratifikat rispettivament, inkluż il-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima u l-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima li sar fi New York fid-9 ta’ Mejju 1992.
3.
B’kont meħud tal-Artikolu 314, kull Parti għandha timplimenta b’mod effettiv l-istandards fundamentali tax-xogħol rikonoxxuti internazzjonalment kif definiti fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, kif ukoll il-konvenzjonijiet l-oħrajn tal-ILO li r-Repubblika tal-Użbekistan u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea rratifikaw rispettivament. Il-Partijiet se jaħdmu favur ir-ratifika ta’ konvenzjonijiet u ta’ protokolli oħrajn li huma kklassifikati bħala aġġornati mill-ILO. Kull Parti tadotta u timplimenta miżuri u politiki dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u żżomm sistema effettiva ta’ spezzjoni tax-xogħol, konsistenti mal-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO li għalihom hija jew tista’ ssir Parti.
ARTIKOLU 179
Kummerċ u investiment li jiffavorixxu l-iżvilupp sostenibbli
1.
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jtejbu l-kontribut tal-kummerċ għall-objettiv tal-iżvilupp sostenibbli. Għaldaqstant, għandhom jippromwovu prattiki ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva/mġiba responsabbli fin-negozju, il-kummerċ u l-investiment f’merkanzija u f’servizzi ambjentali, u l-użu ta’ skemi ta’ assigurazzjoni tas-sostenibbiltà, bħall-kummerċ ġust u etiku u l‑ekotikkettar.
2.
Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni u jaqsmu esperjenzi dwar l-azzjonijiet tagħhom biex jippromwovu l-koerenza u l-appoġġ lil xulxin bejn il-politiki tal-kummerċ, soċjali u ambjentali, u għandhom isaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli li jistgħu jqumu fil-kuntest tar-relazzjonijiet tal-kummerċ.
3.
Djalogu u kooperazzjoni bħal dawn għandhom jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, b’mod partikolari s-sħab soċjali, kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħrajn, permezz tal-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili stabbilita skont l-Artikolu 341.
ARTIKOLU 180
Soluzzjoni tat-Tilwim
L-Artikoli minn 250 sa 254 inklużi fil-Kapitolu 14 ta’ dan it-Titolu ma japplikawx għal tilwim skont dan il-Kapitolu. Għal kull tilwima bħal din, wara li l-panel ikun ippreżenta r-rapport finali tiegħu f’konformità mal-Artikoli 248 u 249, il-Partijiet, filwaqt li jikkunsidraw ir-rapport, għandhom jiddiskutu l-miżuri xierqa li għandhom jiġu implimentati. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ din ix-xorta u għandu jżomm il-kwistjoni taħt rieżami, inkluż permezz tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 179(3).
KAPITOLU 11
TRASPARENZA
ARTIKOLU 181
Objettiv
Filwaqt li jirrikonoxxu l-impatt li l-ambjent regolatorju rispettiv tagħhom jista’ jkollu fuq il-kummerċ u fuq l-investiment bejniethom, Il-Partijiet għandhom l-għan li jipprovdu ambjent regolatorju prevedibbli u proċeduri effiċjenti għall-operaturi ekonomiċi, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
ARTIKOLU 182
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:
(a)
“deċiżjoni amministrattiva” tfisser deċiżjoni, att jew azzjoni b’effett legali li tapplika għal persuna, għal merkanzija jew għal servizz speċifiku f’każ individwali, u tkopri n-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni amministrattiva kif previst fil-liġi ta’ Parti;
(b)
“persuna interessata” tfisser kwalunkwe persuna li hija jew tista’ tiġi affettwata minn miżura ta’ applikazzjoni ġenerali; u
(c)
“miżura ta’ applikazzjoni ġenerali” tfisser liġijiet, regolamenti, proċeduri, deċiżjonijiet amministrattivi u deċiżjonijiet ġudizzjarji ta’ applikazzjoni ġenerali li jappartjenu għal kwalunkwe kwistjoni koperta minn dan it-Titolu, kif previst fil-liġi ta’ Parti.
ARTIKOLU 183
Pubblikazzjoni
Kull Parti għandha tiżgura li miżura ta’ applikazzjoni ġenerali fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni koperta minn dan it-Titolu:
(a)
tiġi ppubblikata fil-pront permezz ta’ mezz iddeżinjat uffiċjalment , fejn fattibbli, b’mezzi elettroniċi, jew inkella ssir disponibbli b’tali mod li kwalunkwe persuna tkun tista’ ssir familjari magħha;
(b)
tipprovdi spjegazzjoni tal-objettiv u tal-ħsieb wara l-miżura; u
(c)
tippermetti żmien suffiċjenti bejn il-pubblikazzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-liġijiet u tar-regolamenti, tal-anqas jekk dan iżid il-piż fuq l-operaturi ekonomiċi, ħlief meta dan ma jkunx possibbli għal raġunijiet ta’ urġenza. Dan il-punt ma japplikax għal deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi.
ARTIKOLU 184
Mistoqsijiet
1.
Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm mekkaniżmi xierqa biex twieġeb għall-mistoqsijiet minn kwalunkwe persuna rigward kwalunkwe liġi jew regolament fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni koperta minn dan it-Titolu.
2.
Fuq talba ta’ Parti, il-Parti l-oħra għandha tipprovdi minnufih informazzjoni u twieġeb għal mistoqsijiet li jappartjenu għal kwalunkwe liġi jew regolament kemm jekk fis-seħħ kif ukoll fl-istadju tal-iżvilupp, fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni koperta minn dan it-Titolu.
ARTIKOLU 185
L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni ġenerali
1.
Kull Parti għandha tamministra b’mod oġġettiv, imparzjali u raġonevoli l-miżuri kollha ta’ applikazzjoni ġenerali fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni koperta minn dan it-Titolu.
2.
Meta tapplika l-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għal persuni, għal merkanzija jew għal servizzi speċifiċi tal-Parti l-oħra f’każijiet individwali, kull Parti għandha:
(a)
tagħmel ħilitha biex tipprovdi lill-persuni li jkunu affettwati direttament mill-proċedimenti amministrattivi b’avviż raġonevoli, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħha, meta jinbdew il-proċedimenti, inkluża deskrizzjoni tan-natura tal-proċedimenti, dikjarazzjoni tal-awtorità ġuridika li taħtha jinbdew il-proċedimenti u deskrizzjoni ġenerali ta’ kwalunkwe kwistjoni kkonċernata; u
(b)
tagħti opportunità raġonevoli lill-persuni biex jippreżentaw fatti u argumenti b’appoġġ għall-pożizzjonijiet tagħhom qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva finali, sa fejn jippermettu ż-żmien, in-natura tal-proċedura u l-interess pubbliku.
ARTIKOLU 186
Rieżami u appell
1.
Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm tribunali jew proċeduri ġudizzjarji, arbitrarji jew amministrattivi għall-finijiet ta’ rieżami fil-pront u, fejn tkun ġustifikata, għall-finijiet ta’ korrezzjoni ta’ deċiżjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni koperta minn dan it-Titolu. Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri tagħha għall-appell jew għall-rieżami jitwettqu b’mod nondiskriminatorju u imparzjali mit-tribunali tagħha. Dawk it-tribunali għandhom ikunu imparzjali u indipendenti mill-awtorità fdata bl-infurzar amministrattiv u ma għandu jkollhom l-ebda interess fl-eżitu tal-kwistjoni.
2.
Kull Parti għandha tiżgura li l-partijiet fil-proċedimenti msemmijin fil-paragrafu 1 jiġu pprovduti bid-dritt għal:
(a)
opportunità raġonevoli biex jappoġġjaw jew jiddefendu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom; u
(b)
deċiżjoni bbażata fuq l-evidenza u fuq sottomissjonijiet ta’ rekord jew, fejn ikun meħtieġ mil-liġi tagħha, fuq ir-rekord rilevanti kompilat mill-awtorità amministrattiva.
3.
Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) għandha, soġġetta għal appell jew għal rieżami ulterjuri kif previst fid-dritt tagħha, tiġi implimentata mill-awtorità fdata bl-infurzar amministrattiv.
ARTIKOLU 187
Relazzjoni ma’ kapitoli oħrajn
Dan il-Kapitolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola speċifika stabbilita fil-Kapitoli l-oħrajn ta’ dan it-Titolu.
KAPITOLU 12
INVESTIMENT U KUMMERĊ FIS-SERVIZZI
TAQSIMA 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
ARTIKOLU 188
Kamp ta’ applikazzjoni
1.
Il-Partijiet, filwaqt li jaffermaw l-impenn tagħhom li joħolqu ambjent aħjar għall-iżvilupp tal-investiment u tal-kummerċ bejniethom, b’dan jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji bl-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet reċiproċi tal-investiment u tal-kummerċ fis-servizzi.
2.
Il-Partijiet jaffermaw id-dritt li jirregolaw u jintroduċu regolamenti ġodda fit-territorji tagħhom biex jiksbu objettivi ta’ politika leġittimi, inklużi l-ħarsien tas-saħħa pubblika, is-servizzi soċjali, l-edukazzjoni pubblika, is-sikurezza, l-ambjent, inkluż it-tibdil fil-klima, il-morali pubbliċi, il-protezzjoni soċjali, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali.
3.
Dan il-Kapitolu ma japplikax għal miżuri li jaffettwaw persuni fiżiċi ta’ Parti li jfittxu aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Parti l-oħra, u lanqas għal miżuri rigward in-nazzjonalità jew iċ-ċittadinanza, ir-residenza jew l-impjieg fuq bażi permanenti.
4.
Dan il-Kapitolu ma għandux jimpedixxi lil Parti milli tapplika miżuri biex tirregola d-dħul ta’ persuni fiżiċi fit-territorju tagħha, jew is-soġġorn temporanju tagħhom fit-territorju tagħha, inklużi l-miżuri neċessarji biex tiġi protetta l-integrità tal-fruntieri tagħha u biex jiġi żgurat il-moviment ordnat ta’ persuni fiżiċi fil-fruntieri tagħha, dment li tali miżuri ma jiġux applikati b’tali mod li jxejnu jew ifixklu l-benefiċċji dovuti lill-Parti l-oħra skont it-termini ta’ dan il-Kapitolu.
5.
Dan il-Kapitolu ma japplikax għal kwalunkwe miżura ta’ Parti fir-rigward tal-akkwist ta’ merkanzija jew ta’ servizzi minn gvern jew minn aġenzija mixtrija għal skopijiet governattivi, u mhux bl-għan ta’ bejgħ kummerċjali mill-ġdid jew bl-għan ta’ użu fil-forniment ta’ merkanzija jew ta’ servizz għall-bejgħ kummerċjali, kemm jekk it-tali akkwist ikun akkwist kopert skont it-tifsira tal-Kapitolu 9 kif ukoll jekk le.
6.
Dan il-Kapitolu ma japplikax għal sussidji jew għal għotjiet ipprovduti mill-Partijiet, inkluż self, garanziji u assigurazzjoni appoġġati mill-gvern.
7.
Dan il-Kapitolu ma japplikax għal:
(a)
servizzi tal-ajru jew servizzi relatati b’appoġġ għas-servizzi tal-ajru, minbarra dawn li ġejjin:
(i)
servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru;
(ii)
servizzi ta’ sistema kompjuterizzata ta’ prenotazzjoni (CRS, computer reservation system);
(iii)
servizzi fuq l-art; u
(iv)
il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru;
(b)
servizzi awdjoviżivi;
(c)
passaġġi fuq l-ilma interni; u
(d)
il-kabotaġġ marittimu nazzjonali.
ARTIKOLU 189
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:
(a)
“servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru” tfisser tali attivitajiet meta jitwettqu fuq inġenju tal-ajru jew fuq parti minnu waqt li jkun irtirat mis-servizz u ma jinkludux l-hekk imsejħa manutenzjoni bil-linja;
(b)
“attivitajiet imwettqin jew servizzi forniti fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva” tfisser attivitajiet li jitwettqu jew servizzi li jiġu forniti la fuq bażi kummerċjali u lanqas f’kompetizzjoni ma’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar;
(c)
“servizzi ta’ sistema kompjuterizzata ta’ prenotazzjoni (CRS)” tfisser servizzi pprovduti b’sistemi kompjuterizzati li fihom informazzjoni dwar l-iskedi tat-trasportatur tal-ajru, id-disponibbiltà, in-nollijiet u r-regoli dwar in-nollijiet, li bihom jistgħu jsiru l-prenotazzjonijiet jew jinħarġu l-biljetti;
(d)
“intrapriża koperta” tfisser intrapriża fit-territorju ta’ Parti stabbilita f’konformità mal-punt (h) minn persuna ġuridika tal-Parti l-oħra, f’konformità mad-dritt applikabbli, diġà stabbilita fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew stabbilita wara;
(e)
“kummerċ transfruntier fis-servizzi” tfisser il-provvista ta’ servizz:
(i)
mit-territorju ta’ Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra; jew
(ii)
fit-territorju ta’ Parti lill-konsumatur ta’ servizz tal-Parti l-oħra;
(f)
“attività ekonomika” tfisser kwalunkwe attività ta’ natura industrijali, kummerċjali jew professjonali jew attivitajiet ta’ nies tas-sengħa, inkluża l-provvista ta’ servizzi, ħlief għal attivitajiet imwettqin fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva;
(g)
“intrapriża” tfisser persuna ġuridika jew fergħa jew uffiċċju rappreżentattiv ta’ persuna ġuridika;
(h)
“stabbiliment” tfisser l-istabbiliment jew l-akkwist ta’ persuna ġuridika, fosthom permezz ta’ parteċipazzjoni kapitali, jew permezz tal-ħolqien ta’ fergħa jew ta’ uffiċċju rappreżentattiv ta’ persuna ġuridika, fit-territorju ta’ Parti, bl-għan li jinħolqu jew jinżammu rabtiet ekonomiċi dejjiema;
(i)
“eżistenti” tfisser b’effett fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim;
(j)
“servizzi fuq l-art” tfisser il-provvista f’ajruport, fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt, tas-servizzi li ġejjin: ir-rappreżentanza, l-amministrazzjoni u s-superviżjoni tal-linji tal-ajru; l-immaniġġjar tal-passiġġieri; l-immaniġġjar tal-bagalji; is-servizzi fir-rampa; il-catering; l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru; il-forniment ta’ fjuwil tal-inġenji tal-ajru; is-servizzjar u t-tindif tal-inġenji tal-ajru; it-trasport bis-superfiċje; u l-operazzjonijiet tat-titjir, l-amministrazzjoni tal-ekwipaġġ u l-ippjanar tat-titjiriet; it-terminu servizzi fuq l-art ma jinkludix: l-awtoforniment ta’ servizz; is-sigurtà; it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru; jew il-ġestjoni jew l-operat ta’ infrastruttura ċentralizzata essenzjali tal-ajruport, bħal faċilitajiet għat-tneħħija tas-silġ, sistemi għad-distribuzzjoni tal-fjuwil, sistemi għall-immaniġġjar tal-bagalji u sistemi fissi għat-trasport intraajruport;
(k)
“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità ġuridika debitament kostitwita jew organizzata b’xi mod ieħor skont id-dritt applikabbli, kemm jekk tkun għal skopijiet ta’ profitt kif ukoll għal skopijiet oħrajn, u kemm jekk tkun proprjetà privata jew tal-gvern, inkluża kwalunkwe korporazzjoni, trust, sħubija, impriża konġunta, impriża individwali jew assoċjazzjoni;
(l)
“persuna ġuridika ta’ Parti” tfisser:
(i)
għall-Unjoni Ewropea:
(A)
persuna ġuridika kostitwita jew organizzata skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea jew ta’ mill-inqas wieħed mill-Istati Membri tagħha u involuta f’operazzjonijiet kummerċjali sostantivi fit-territorju tal-Unjoni Ewropea; u
(B)
kumpanija tat-tbaħħir stabbilita barra mill-Unjoni Ewropea, u kkontrollata minn persuna fiżika ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li l-bastiment tagħha jkun irreġistrat fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u li jtajjar il-bandiera tiegħu;
(ii)
għar-Repubblika tal-Użbekistan:
(A)
persuna ġuridika kkostitwita jew organizzata skont id-dritt tar-Repubblika tal-Użbekistan u involuta f’operazzjonijiet kummerċjali sostantivi fit-territorju tar-Repubblika tal-Użbekistan; u
(B)
kumpanija tat-tbaħħir stabbilita barra mir-Repubblika tal-Użbekistan, u kkontrollata minn persuna fiżika tar-Repubblika tal-Użbekistan, li l-bastiment tagħha jkun irreġistrat fir-Repubblika tal-Użbekistan, u li jtajjar il-bandiera tagħha;
(m)
“miżuri ta’ Parti” tfisser kwalunkwe miżura adottata jew miżmuma minn:
(i) gvernijiet jew awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali; u
(ii) korpi mhux governattivi fl-eżerċizzju tas-setgħat delegati mill-gvernijiet jew mill-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali;
(n)
“persuna fiżika ta’ Parti” tfisser:
(i)
għall-Unjoni Ewropea, nazzjonal ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont id-dritt tiegħu; u
(ii)
għar-Repubblika tal-Użbekistan, nazzjonal tar-Repubblika tal-Użbekistan skont id-dritt tagħha;
(o)
“operazzjoni” tfisser it-twettiq, il-ġestjoni, il-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija jew il-bejgħ jew forma oħra ta’ disponiment ta’ intrapriża;
(p)
“bejgħ u kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru” tfisser l-opportunitajiet għat-trasportatur tal-ajru biex ibigħ u jikkummerċjalizza liberament is-servizzi tat-trasport bl-ajru tiegħu, inklużi l-aspetti kollha tal-kummerċjalizzazzjoni bħar-riċerka dwar is-suq, ir-reklamar u d-distribuzzjoni, iżda ma tinkludix l-ipprezzar tas-servizzi tat-trasport bl-ajru jew il-kundizzjonijiet applikabbli;
(q)
“servizz” tfisser kwalunkwe servizz fi kwalunkwe settur, għajr is-servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva;
(r)
“fornitur ta’ servizz” tfisser kwalunkwe persuna li tfittex li tipprovdi jew tforni servizz.
ARTIKOLU 190
Limitazzjoni orizzontali għas-servizzi
1.
Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Kapitolu, Parti ma għandhiex tkun meħtieġa tagħti, fir-rigward ta’ setturi jew ta’ miżuri koperti mill-GATS, trattament li huwa aktar favorevoli minn dak li t-tali Parti hija meħtieġa tagħti skont il-GATS u dan fir-rigward ta’ kull settur u subsettur tas-servizzi u mod ta’ provvista. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mill-jum xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kull wieħed mill-obbligi rilevanti ta’ Parti skont il-GATS.
2.
Għal ċertezza akbar, fir-rigward tas-servizzi, l-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea, inklużi r-riżervi u l-Anness tagħha dwar l-eżenzjonijiet tal-Artikolu II (lista ta’ eżenzjonijiet tan-nazzjon l-aktar iffavorit), għandhom jiġu inkorporati u magħmulin parti minn dan il-Ftehim.
3.
Għal ċertezza akbar, qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan mad-WTO, l-iskeda ta’ impenji speċifiċi tar-Repubblika tal-Użbekistan, inklużi r-riżervi, hija dik stabbilita fl-Annessi 12-B, 12-C u 12-D.
ARTIKOLU 191
Ftehimiet għall-integrazzjoni ekonomika
It-trattament mogħti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu ma japplikax fir-rigward tat-trattament mogħti minn Parti skont ftehim li sostanzjalment jilliberalizza l-kummerċ fis-servizzi (inkluż l-istabbiliment fil-qasam tas-servizzi) li jissodisfa l-kriterji tal-Artikoli V u V bis tal-GATS jew għal ftehim li sostanzjalment jilliberalizza l-istabbiliment f’attivitajiet ekonomiċi oħrajn, li jissodisfa l-istess kriterji, fir-rigward ta’ tali attivitajiet.
ARTIKOLU 192
Trasparenza u divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali
1.
Parti għandha twieġeb minnufih għat-talbiet kollha mill-Parti l-oħra għal informazzjoni speċifika dwar kwalunkwe miżura ta’ applikazzjoni ġenerali tagħha, inklużi standards u kriterji għall-liċenzjar u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ investituri u ta’ fornituri ta’ servizzi u informazzjoni dwar il-korp regolatorju jew korp ieħor xieraq jew ftehimiet internazzjonali li jappartjenu għal kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, jew jaffettwawhom. Kull Parti għandha tistabbilixxi punt ta’ assistenza għal domandi wieħed jew aktar u tinnotifika lill-Parti l-oħra bid-dettalji ta’ kuntatt. Dawk il-punti ta’ assistenza għal domandi għandhom jipprovdu, fuq talba, informazzjoni speċifika lill-investituri u lill-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra dwar kwistjonijiet kollha bħal dawn.
2.
Kull Parti għandha tippubblika fil-pront il-miżuri kollha ta’ applikazzjoni ġenerali, li jappartjenu għall-operat ta’ dan il-Kapitolu jew jaffetwawh. Meta tali pubblikazzjoni ma tkunx prattika, l-informazzjoni dwar tali miżuri għandha wkoll issir disponibbli għall-pubbliku.
3.
Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jeħtieġ li Parti tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista’ xxekkel l-infurzar tal-liġi, jew li jkun kuntrarju mod ieħor għall-interess pubbliku, jew li jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriżi partikolari, pubbliċi jew privati.
TAQSIMA 2
INVESTIMENT
ARTIKOLU 193
Kamp ta’ applikazzjoni
Din it-Taqsima tapplika għall-miżuri ta’ Parti li jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operat fit-territorju tagħha għat-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi minn:
(a)
persuni ġuridiċi tal-Parti l-oħra; u
(b)
intrapriżi koperti.
ARTIKOLU 194
It-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u t-trattament nazzjonali
1.
Mingħajr preġudizzju għar-riżervi miktubin fl-Anness 12-A u fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea u fl-Anness 12-B, kull Parti għandha tagħti lill-persuni ġuridiċi tal-Parti l-oħra u lill-intrapriżi koperti trattament xejn anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet simili, lil persuni ġuridiċi ta’ pajjiż terz u lill-intrapriżi tagħhom, fir-rigward tal-istabbiliment u tal-operat fit-territorju tagħha.
2.
Mingħajr preġudizzju għar-riżervi miktubin fl-Anness 12-A u fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea u fl-Anness 12-B, kull Parti għandha tagħti lill-persuni ġuridiċi tal-Parti l-oħra u lill-intrapriżi koperti trattament mhux anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet simili, lill-persuni ġuridiċi tagħha stess u lill-intrapriżi tagħhom, fir-rigward tal-istabbiliment u tal-operat fit-territorju tagħha.
3.
It-trattament mogħti skont il-paragrafu 2 ifisser:
(a)
fir-rigward ta’ livell reġjonali jew lokali ta’ gvern tar-Repubblika tal-Użbekistan, trattament mhux anqas favorevoli mill-aktar trattament favorevoli mogħti, f’sitwazzjonijiet simili, minn dak il-livell ta’ gvern lil persuni ġuridiċi tar-Repubblika tal-Użbekistan u lill-intrapriżi tagħhom fit-territorju tiegħu; u
(b)
fir-rigward ta’ gvern ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew fih, trattament xejn anqas favorevoli mill-aktar trattament favorevoli mogħti, f’sitwazzjonijiet simili, minn dak il-gvern lil persuni ġuridiċi ta’ dak l-Istat Membru u lill-impriżi tagħhom fit-territorju tiegħu.
4.
Dan l-Artikolu ma għandux jiġi interpretat li jobbliga lil Parti testendi għall-persuni ġuridiċi tal-Parti l-oħra u għall-impriżi koperti l-benefiċċju ta’ kwalunkwe trattament li jirriżulta minn:
(a)
ftehim internazzjonali għall-evitar tat-taxxa doppja jew ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor relatat għalkollox jew primarjament mat-tassazzjoni; jew
(b)
miżuri li jipprevedu r-rikonoxximent, inklużi l-istandards jew il-kriterji għall-awtorizzazzjoni, għal-liċenzjar, jew għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuna fiżika jew ta’ impriża biex twettaq attività ekonomika, jew ta’ miżuri prudenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 3 tal-Anness tal-GATS dwar is-Servizzi Finanzjarji.
5.
Għal ċertezza akbar, it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 ma jinkludix proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim previsti fi ftehimiet internazzjonali oħrajn.
6.
Għal ċertezza akbar, id-dispożizzjonijiet sostantivi fi ftehimiet internazzjonali oħrajn konklużi minn Parti ma’ pajjiż terz minnhom infushom ma jikkostitwixxux it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1. Il-miżuri ta’ Parti skont dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu tali trattament u b’hekk iwasslu għal ksur ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 195
Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi
Mingħajr preġudizzju għar-riżervi elenkati fl-Anness 12-A u fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea u fl-Anness 12-B, Parti ma għandhiex tirrikjedi li intrapriża koperta taħtar individwi ta’ kwalunkwe nazzjonalità partikolari bħala uffiċjali eżekuttivi, maniġers jew membri tal-bordijiet tad-diretturi.
ARTIKOLU 196
Ċaħda tal-benefiċċji
Parti tista’ ċċaħħad il-benefiċċji ta’ din it-Taqsima lil persuna ġuridika tal-Parti l-oħra jew lil intrapriża koperta jekk il-Parti li ċċaħħad tadotta jew iżżomm miżuri relatati maż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li:
(a)
jipprojbixxu tranżazzjonijiet ma’ dik il-persuna ġuridika jew mal-intrapriża koperta; jew
(b)
jinkisru jew jiġu evitati jekk il-benefiċċji ta’ din it-Taqsima jingħataw lil dik il-persuna ġuridika jew lil dik l-intrapriża koperta, inkluż meta l-miżuri jipprojbixxu tranżazzjonijiet ma’ persuna li jkollha s-sjieda jew tikkontrolla lil kwalunkwe waħda minnhom.
TAQSIMA 3
KUMMERĊ TRANSFRUNTIER FIS-SERVIZZI
ARTIKOLU 197
Kamp ta’ applikazzjoni
Din it-Taqsima tapplika għal miżuri ta’ Parti li jaffettwaw il-kummerċ transfruntier fis-servizzi minn fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra.
ARTIKOLU 198
Trattament nazzjonali
1.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 190, fis-setturi li għalihom l-impenji huma mnaqqxin fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea u fl-Anness 12-C, kull Parti għandha tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra trattament mhux anqas favorevoli minn dak li tagħti, f’sitwazzjonijiet bħal dawn, lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi tagħha stess.
2.
Parti tista’ tissodisfa r-rekwiżit tal-paragrafu 1 billi tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra, trattament formalment identiku jew trattament formalment differenti għal dak li tagħti lis-servizzi u lill-fornituri ta’ servizzi tagħha stess.
3.
Trattament formalment identiku jew trattament formalment differenti għandu jitqies bħala anqas favorevoli jekk jimmodifika l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni favur is-servizzi jew il-fornituri ta’ servizzi tal-Parti meta mqabblin ma’ servizzi jew ma’ fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra.
4.
Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jeħtieġ li xi Parti tikkumpensa għal kwalunkwe żvantaġġ kompetittiv inerenti li jirriżulta mill-karattru barrani tas-servizzi jew tal-fornituri ta’ servizzi rilevanti.
ARTIKOLU 199
Liberalizzazzjoni progressiva ulterjuri
1.
Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom f’konformità ma’ din it-Taqsima biex jieħdu l-passi neċessarji bl-għan li jippermettu ulterjorment il-kummerċ transfruntier fis-servizzi b’kont meħud tal-iżvilupp tas-setturi tas-servizzi fil-Partijiet.
2.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.
3.
Il-Partijiet għandhom ifittxu li jevitaw l-adozzjoni ta’ kwalunkwe miżura li tagħmel il-kundizzjonijiet għall-kummerċ transfruntier fis-servizzi aktar restrittiv mis-sitwazzjoni eżistenti fil-jum ta’ qabel id-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 200
Ċaħda tal-benefiċċji
Parti tista’ ċċaħħad il-benefiċċji ta’ din it-Taqsima lil fornitur ta’ servizz tal-Parti l-oħra jekk il-Parti li ċċaħħad tadotta jew iżżomm miżuri relatati maż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li:
(a)
jipprojbixxu tranżazzjonijiet ma’ dak il-fornitur ta’ servizz; jew
(b)
jinkisru jew jiġu evitati jekk il-benefiċċji ta’ din it-Taqsima jingħataw lil dak il-fornitur ta’ servizzi, inkluż meta l-miżuri jipprojbixxu tranżazzjonijiet ma’ persuna li tkun proprjetarja tiegħu jew tikkontrollah.
TAQSIMA 4
DĦUL U SOĠĠORN TEMPORANJU TA’ PERSUNI FIŻIĊI GĦAL FINIJIET PROFESSJONALI
ARTIKOLU 201
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1.
Din it-Taqsima tapplika għall-miżuri ta’ Parti li jaffettwaw il-provvista ta’ servizzi permezz tad-dħul u s-soġġorn temporanju fit-territorju tagħha ta’ persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kategoriji li ġejjin:
(a)
viżitaturi professjonali għal finijiet ta’ stabbiliment;
(b)
fornituri ta’ servizzi kuntrattwali; u
(c)
ħaddiema bi trasferiment intraazjendali.
2.
Sa fejn l-impenji mhumiex meħuda f’din it-Taqsima, ir-rekwiżiti kollha previsti fil-liġi ta’ Parti fir-rigward tad-dħul u tas-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi għandhom ikomplu japplikaw, inklużi r-regolamenti dwar il-perjodu tas-soġġorn.
3.
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, ir-rekwiżiti kollha pprovduti fil-liġi ta’ Parti rigward il-miżuri tal-impjiegi u tas-sigurtà soċjali għandhom ikomplu japplikaw, inklużi r-regolamenti li jirrigwardaw il-pagi minimi kif ukoll il-ftehimiet kollettivi dwar il-pagi.
4.
Impenji dwar id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi għal finijiet professjonali ma japplikawx f’każijiet li fihom l-intenzjoni jew l-effett tad-dħul u tas-soġġorn temporanju jkun ta’ xkiel jew ta’ xi effett ieħor fuq l-eżitu ta’ kwalunkwe tilwima jew negozjar relatati mal-impjiegi jew mal-ġestjoni, jew fuq l-impjieg ta’ kwalunkwe persuna fiżika li tkun involuta f’dik it-tilwima.
5.
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:
(a)
“viżitaturi professjonali għal finijiet ta’ stabbiliment” tfisser persuni fiżiċi li jaħdmu f’kariga superjuri f’persuna ġuridika ta’ Parti, li:
(i)
huma responsabbli għat-twaqqif ta’ impriża tat-tali persuna ġuridika fit-territorju tal-Parti l-oħra;
(ii)
ma joffrux jew ma jipprovdux servizzi jew ma humiex involuti fi kwalunkwe attività ekonomika oħra li ma tkunx dik meħtieġa għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ dik l-impriża; u
(iii) ma jirċevux remunerazzjoni minn sors li jinsab fil-Parti l-oħra;
(b)
“fornituri ta’ servizzi kuntrattwali” tfisser persuni fiżiċi impjegati minn persuna ġuridika ta’ Parti, minbarra permezz ta’ aġenzija għal servizzi ta’ kollokament u ta’ provvista ta’ persunal, li ma tkunx stabbilita fit-territorju tal-Parti l-oħra u tkun ikkonkludiet kuntratt bona fide biex tforni servizzi lil konsumatur finali fil-Parti l-oħra li tirrekjedi l-preżenza temporanja tal-impjegati tagħha li:
(i)
ikunu offrew it-tali servizzi bħala impjegati tal-persuna ġuridika għal perjodu ta’ mhux anqas minn sena immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom għad-dħul u għas-soġġorn temporanju;
(ii)
ikollhom, f’dik id-data:
(A)
tal-anqas esperjenza professjonali ta’ 3 snin, għal persuni fiżiċi tal-Unjoni Ewropea, u 5 snin, għal persuni fiżiċi tar-Repubblika tal-Użbekistan fl-attività rilevanti;
(B)
lawrja universitarja jew kwalifika li turi għarfien ta’ livell ekwivalenti; u
(C)
il-kwalifiki professjonali legalment meħtieġa biex jeżerċitaw dik l-attività fil-Parti l-oħra; u
(iii) ma jirċevux remunerazzjoni minn sors li jinsab fil-Parti l-oħra;
(c)
“ħaddiema bi trasferiment intraażjendali” tfisser persuni fiżiċi, li:
(i)
kienu impjegati minn persuna ġuridika ta’ Parti jew mill-fergħa tagħha, jew kienu sħab fiha, għal perjodu ta’ mhux anqas minn sena immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom għad-dħul u għas-soġġorn temporanju fil-Parti l-oħra;
(ii)
fiż-żmien tal-applikazzjoni jirrisjedu barra mit-territorju tal-Parti l-oħra;
(iii)
jiġu ttrasferiti temporanjament għal intrapriża tal-persuna ġuridika fit-territorju tal-Parti l-oħra li tkun membru tal-grupp tal-persuna ġuridika jew tal-fergħa oriġinarja, inkluż l-uffiċċju rappreżentattiv, is-sussidjarja, il-fergħa jew il-kumpanija prinċipali tagħha; u
(iv)
li, għall-Unjoni Ewropea, jappartjenu għall-kategoriji ta’:
(A)
maniġers li jaħdmu f’kariga superjuri, li primarjament jidderieġu l-ġestjoni tal-intrapriża fil-Parti l-oħra, li jirċievu superviżjoni jew direzzjoni ġenerali prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew mill-azzjonisti tan-negozju jew mill-ekwivalenti tagħhom u li r-responsabbiltajiet tagħhom jinkludu:
(1)
li jidderieġu l-intrapriża jew dipartiment jew suddiviżjoni tagħha;
(2)
li jissupervizzaw u jikkontrollaw ix-xogħol ta’ impjegati superviżorji, professjonali jew maniġerjali oħrajn; jew
(3)
li jkollhom l-awtorità li jirrakkomandaw ir-reklutaġġ, is-sensja jew it-twettiq ta’ azzjonijiet oħrajn relatati mal-persunal; jew
(B)
speċjalisti li jkollhom għarfien speċjalizzat, essenzjali għall-oqsma ta’ attività, għat-tekniki jew għall-ġestjoni tal-impriża, li għandhom jiġu vvalutati filwaqt li jitqies mhux biss l-għarfien speċifiku għall-impriża, iżda wkoll jekk il-persuna jkollhiex livell għoli ta’ kwalifiki, inkluża esperjenza professjonali adegwata, b’riferiment għal tip ta’ xogħol jew ta’ attività li jeħtieġ għarfien tekniku speċifiku, inkluża sħubija possibbli fi professjoni akkreditata; jew
(v)
li, għar-Repubblika tal-Użbekistan, iwettqu l-ħidma tagħhom fit-territorju ta’ dik il-Parti, ma jkunux ċittadini tar-Repubblika tal-Użbekistan u jissodisfaw il-kriterji minimi li ġejjin:
(A)
ikunu lestew edukazzjoni għolja rilevanti għall-professjoni eżerċitata;
(B)
ikollhom mill-anqas 5 snin esperjenza fil-qasam ta’ attività previst-; u
(C)
jirċievu salarju annwali (remunerazzjoni) fir-Repubblika tal-Użbekistan ta’ ammont mhux anqas mill-ekwivalenti ta’ SDR 22 000.
ARTIKOLU 202
Ħaddiema bi trasferiment intraażjendali u viżitaturi professjonali għall-finijiet ta’ stabbiliment
1.
Fis-setturi, fis-subsetturi u fl-attivitajiet elenkati fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea jew fl-Anness 12-B u soġġetti għal kwalunkwe riżerva elenkata fih:
(a)
Parti għandha tippermetti:
(i)
id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ ħaddiema bi trasferiment intraażjendali u ta’ viżitaturi professjonali għal finijiet ta’ stabbiliment; u
(ii)
l-impjieg fit-territorju tagħha ta’ ħaddiema bi trasferiment intraażjendali tal-Parti l-oħra; u
(b)
Parti ma għandhiex iżżomm jew tadotta, la fuq il-bażi ta’ suddiviżjoni territorjali u lanqas abbażi tat-territorju kollu tagħha, limitazzjonijiet fuq in-numru totali ta’ persuni fiżiċi li intrapriża tista’ timpjega bħala ħaddiema bi trasferiment intraażjendali u viżitaturi professjonali għall-finijiet ta’ stabbiliment f’settur speċifiku fil-forma ta’ kwoti numeriċi jew ta’ testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi, jew limitazzjonijiet diskriminatorji.
2.
It-tul ta’ soġġorn permissibbli għandu jkun għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin għal ħaddiema bi trasferiment intraażjendali, u sa 90 jum għal viżitaturi professjonali għal finijiet ta’ stabbiliment.
ARTIKOLU 203
Fornituri ta’ servizzi kuntrattwali
1.
Fis-setturi, fis-subsetturi u fl-attivitajiet elenkati fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea jew fl-Anness 12-D u soġġetti għal kwalunkwe riżerva elenkata fih, Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm limitazzjonijiet fuq in-numru totali ta’ fornituri ta’ servizzi kuntrattwali tal-Parti l-oħra li jkunu permessi dħul temporanju, fil-forma ta’ kwoti numeriċi jew ta’ test tal-ħtiġijiet ekonomiċi, jew limitazzjonijiet diskriminatorji.
2.
L-aċċess mogħti skont dan l-Artikolu huwa relatat biss mas-servizz li jkun is-suġġett tal-kuntratt u ma jagħtix l-intitolament li jintuża t-titolu professjonali tal-Parti fejn jiġi pprovdut is-servizz.
3.
In-numru ta’ persuni koperti mill-kuntratt ta’ servizz ma għandux ikun akbar milli neċessarju biex jiġi eżegwit il-kuntratt, billi jista’ jkun meħtieġ mil-liġi tal-Parti fejn jiġi fornit is-servizz.
4.
It-tul massimu permessibbli tas-soġġorn għandu jkun għal perjodu kumulattiv ta’ mhux aktar minn 3 xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar, jew għad-durata tal-kuntratt, skont liem ikun l-anqas.
ARTIKOLU 204
Trasparenza
1.
Kull Parti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar miżuri rilevanti li jirrigwardaw id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra, imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 201.
2.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha, sa fejn ikun possibbli, tinkludi inter alia l-informazzjoni li ġejja rilevanti għad-dħul u għas-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi:
(a)
il-kundizzjonijiet tad-dħul;
(b)
lista indikattiva tad-dokumentazzjoni li tista’ tkun meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-kundizzjonijiet ġew issodisfati;
(c)
iż-żmien indikattiv tal-ipproċessar;
(d)
it-tariffi applikabbli;
(e)
il-proċeduri ta’ appell, meta rilevanti; u
(f)
il-liġijiet rilevanti ta’ applikazzjoni ġenerali li jappartjenu għad-dħul u għas-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi.
TAQSIMA 5
QAFAS REGOLATORJU
SUBTAQSIMA A
REGOLAMENTAZZJONI DOMESTIKA
ARTIKOLU 205
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1.
Din it-Taqsima tapplika biss għas-setturi li għalihom l-impenji jintalbu fl-Anness 12-A u fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea u fl-Annessi 12-B, 12-C u 12-D, relatati mar-rekwiżiti u mal-proċeduri ta’ liċenzjar u mar-rekwiżiti u mal-proċeduri ta’ kwalifika li jaffettwaw:
(a)
il-kummerċ transfruntier fis-servizzi;
(b)
l-stabbiliment jew l-operat; jew
(c)
il-provvista ta’ servizz permezz tal-preżenza ta’ persuna fiżika ta’ Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra ta’ kategoriji ta’ persuni fiżiċi definiti fl-Artikolu 201.
2.
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima,
(a)
“awtorità kompetenti” tfisser gvern jew awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali, jew korp mhux governattiv fl-eżerċizzju ta’ setgħat iddelegati minn gvernijiet jew minn awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali, li huma intitolati jieħdu deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni biex jiġi fornit servizz, inkluż permezz tal-istabbiliment, jew dwar l-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment ta’ intrapriża għall-involviment f’attività ekonomika għajr servizz;
(b)
“proċeduri ta’ liċenzjar” tfisser ir-regoli amministrattivi jew proċedurali li persuna li tkun qiegħda tfittex awtorizzazzjoni biex twettaq l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punti minn (a) sa (c), inkluż l-emendar jew it-tiġdid ta’ liċenzja, ikollha iżżomm magħhom biex turi li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għal-liċenzjar;
(c)
“rekwiżiti ta’ liċenzjar” tfisser rekwiżiti sostantivi, għajr rekwiżiti ta’ kwalifiki, li magħhom persuna jeħtiġilha tikkonforma biex tikseb, temenda jew iġġedded l-awtorizzazzjoni biex twettaq l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punti minn (a) sa (c);
(d)
“proċeduri ta’ kwalifika” tfisser regoli amministrattivi jew proċedurali li persuna fiżika jeħtiġilha tirrispetta biex turi konformità mar-rekwiżiti ta’ kwalifika, bl-għan li tinkiseb l-awtorizzazzjoni biex jiġi fornit servizz; u
(e)
“rekwiżiti ta’ kwalifika” tfisser rekwiżiti sostantivi marbuta mal-kompetenza ta’ persuna fiżika biex tforni servizz, u li jeħtieġ li jintwerew għall-fini li tinkiseb l-awtorizzazzjoni biex jiġi fornit servizz.
ARTIKOLU 206
Kundizzjonijiet għal-liċenzjar u għall-kwalifika
1.
Kull Parti għandha tiżgura li miżuri marbutin mar-rekwiżiti u mal-proċeduri ta’ liċenzjar, u mar-rekwiżiti u mal-proċeduri ta’ kwalifika, ikunu bbażati fuq kriterji li jipprekludu lill-awtoritajiet kompetenti milli jeżerċitaw is-setgħa tagħhom ta’ valutazzjoni b’mod arbitrarju. Dawn il-kriterji għandhom ikunu stabbiliti minn qabel, ċari, mhux ambigwi, oġġettivi, trasparenti u aċċessibbli għall-pubbliku u għall-persuni interessati.
2.
L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni jew liċenzja malli, fid-dawl ta’ eżaminazzjoni xierqa, ikun stabbilit li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-kisba tagħha.
3.
Kull Parti għandha żżomm tribunali jew proċeduri ġudizzjarji, tal-arbitraġġ jew amministrattivi li, wara talba ta’ intraprenditur jew ta’ fornitur ta’ servizz affettwat jew ta’ persuna ġuridika tal-Parti l-oħra, jipprovdu għal rieżami fil-pront u, meta jkunu ġustifikati, għal rimedji xierqa għal, deċiżjonijiet amministrattivi li jaffettwaw l-istabbiliment, il-provvista transfruntiera ta’ servizzi jew is-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi għal skopijiet professjonali. Meta proċeduri bħal dawn ma jkunux indipendenti mill-aġenzija fdata bid-deċiżjoni amministrattiva kkonċernata, kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri fil-fatt jipprovdu għal rieżami oġġettiv u imparzjali.
4.
Meta n-numru ta’ liċenzji disponibbli għal attività partikolari jkun limitat minħabba l-iskarsezza ta’ riżorsi naturali disponibbli jew ta’ kapaċità teknika, Parti għandha tapplika proċedura ta’ selezzjoni għall-kandidati potenzjali li tipprovdi garanziji sħaħ ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza, inkluża, b’mod partikolari, pubbliċità adegwata dwar it-tnedija, it-twettiq u t-tlestija tal-proċedura. Fl-istabbiliment tar-regoli għall-proċedura tal-għażla, Parti tista’ tqis l-objettivi leġittimi tal-politika, inklużi kunsiderazzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-preżervazzjoni tal-wirt kulturali.
ARTIKOLU 207
Proċeduri ta’ liċenzjar u ta’ kwalifika
1.
Il-proċeduri ta’ liċenzjar u ta’ kwalifika u l-formalitajiet għandhom ikunu ċari, disponibbli għall-pubbliku minn qabel, u ma għandhomx jikkostitwixxu restrizzjoni minnhom infushom fuq il-provvista ta’ servizz jew fuq it-twettiq ta’ kwalunkwe attività ekonomika oħra. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tagħmel tali proċeduri u formalitajiet sempliċi kemm jista’ jkun u ma għandhiex tikkomplika jew iddewwem mingħajr bżonn il-provvista tas-servizz jew it-twettiq ta’ kwalunkwe attività ekonomika oħra. Kwalunkwe tariffa ta’ liċenzjar jew ta’ awtorizzazzjoni jenħtieġ li tkun raġonevoli, trasparenti u ma għandhiex, minnha nnifisha, tillimita l-provvista tas-servizz rilevanti jew it-twettiq tal-attività ekonomika rilevanti.
2.
Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri użati mill-awtorità kompetenti, u d-deċiżjonijiet tagħha, ikunu imparzjali fir-rigward tal-applikanti kollha. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tieħu d-deċiżjoni tagħha b’mod indipendenti u ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe persuna li tipprovdi s-servizzi jew li twettaq l-attivitajiet ekonomiċi li għalihom hija meħtieġa l-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni.
3.
Jekk ikun hemm perjodu ta’ żmien speċifiku għall-applikazzjonijiet, applikant għandu jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti bidu għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Jekk possibbli, l-applikazzjonijiet jenħtieġ li jiġu aċċettati f’format elettroniku skont l-istess kundizzjonijiet ta’ awtentiċità bħas-sottomissjonijiet kartaċji.
4.
Kull Parti għandha tiżgura li l-ipproċessar ta’ applikazzjoni, li jinkludi l-ilħuq ta’ deċiżjoni finali, jitlesta fi żmien raġonevoli mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi u tagħmel disponibbli għall-pubbliku perjodu ta’ żmien indikattiv għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni.
5.
Fuq it-talba tal-applikant, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi, mingħajr dewmien żejjed, informazzjoni dwar l-istatus tal-applikazzjoni.
6.
F’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara li tkun irċeviet applikazzjoni li hija tikkonsidra mhux kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikant, tidentifika sa fejn possibbli l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex titlesta l-applikazzjoni, u tipprovdi l-opportunità għall-korrezzjoni tan-nuqqasijiet.
7.
Meta possibbli, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li taċċetta kopji awtentikati minflok dokumenti oriġinali.
8.
Jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta applikazzjoni, hija għandha tinforma lill-applikant bil-miktub mingħajr dewmien bla bżonn. Hija għandha tinforma wkoll lill-applikant, fuq talba, bir-raġunijiet għar-rifjut tal-applikazzjoni u bil-perjodu ta’ żmien għal appell kontra dik id-deċiżjoni. Applikant jenħtieġ li jingħata l-permess, f’limiti ta’ żmien raġonevoli, li jerġa’ jippreżenta applikazzjoni.
9.
Kull Parti għandha tiżgura li liċenzja jew awtorizzazzjoni, ladarba tingħata, tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien bla bżonn f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet speċifikati fiha.
SUBTAQSIMA B
SERVIZZI TA’ KONSENJA
ARTIKOLU 208
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1.
Din it-Taqsima tistabbilixxi l-prinċipji tal-qafas regolatorju għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsenja li għalihom l-impenji huma miktubin fl-Anness 12-A u fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea u fl-Annessi 12-B, 12-C u 12-D.
2.
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:
(a)
“servizzi ta’ konsenja” tfisser servizzi postali, servizzi ta’ konsenja express jew servizzi ta’ posta express, li jinkludu l-attivitajiet li ġejjin: il-ġbir, is-separazzjoni, it-trasport u l-konsenja ta’ oġġetti postali;
(b)
“servizzi ta’ konsenja express” tfisser il-ġbir, is-separazzjoni, it-trasport u l-kunsinna ta’ oġġetti postali b’veloċità mgħaġġla u b’affidabbiltà u jistgħu jinkludu elementi ta’ valur miżjud bħall-ġbir mill-punt tal-oriġini, il-konsenja personali lid-destinatarju, it-traċċar, il-possibbiltà li jinbidlu d-destinazzjoni u d-destinatarju fi tranżitu jew il-konferma tar-riċevuta;
(c)
“servizzi tal-posta express” tfisser servizzi internazzjonali ta’ konsenja express ipprovduti permezz tal-Koperattiva EMS, li hija l-assoċjazzjoni volontarja ta’ operaturi postali ddeżinjati skont l-Unjoni Postali Universali (UPU);
(d)
“liċenzja” tfisser awtorizzazzjoni li awtorità regolatorja ta’ Parti tista’ tagħti lil fornitur ta’ servizzi ta’ konsenja għad-dritt li jiġu pprovduti servizzi postali, ta’ konsenja express jew ta’ posta express;
(e)
“oġġett postali” tfisser oġġett sa 31,5 kg indirizzat fil-forma finali li fiha għandu jinġarr minn fornitur ta’ servizz ta’ konsneja, u jista’ jinkludi oġġetti bħal ittra, pakkett;
(f)
“monopolju postali” tfisser id-dritt esklużiv li jiġu forniti servizzi ta’ konsenja speċifikati fit-territorju ta’ Parti jew f’suddiviżjoni tiegħu skont miżura leġiżlattiva; u
(g)
“servizz universali” tfisser il-provvista permanenti ta’ servizz ta’ konsenja ta’ kwalità speċifikata fil-punti kollha fit-territorju ta’ Parti jew ta’ suddiviżjoni tiegħu għall-klijenti kollha bi prezzijiet affordabbli.
ARTIKOLU 209
Servizz universali
1.
Kull Parti għandha d-dritt li tiddefinixxi t-tip ta’ obbligu ta’ servizz universali li tixtieq iżżomm u li tiddeċiedi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu. Kwalunkwe obbligu ta’ servizz universali għandu jiġi amministrat b’mod trasparenti, mhux diskriminatorju u newtrali fir-rigward tal-fornituri kollha soġġetti għall-obbligu.
2.
Jekk Parti tirrikjedi li s-servizzi tal-posta express ’il ġewwa jiġu fornuti fuq bażi ta’ servizz universali, hija ma għandhiex tagħti trattament preferenzjali lil dan is-servizz fuq servizzi internazzjonali oħrajn ta’ konsenja express.
ARTIKOLU 210
Finanzjament ta’ servizzi universali
Parti ma għandhiex timponi tariffi jew imposti oħrajn fuq il-provvista ta’ servizz ta’ konsenja mhux universali għall-fini ta’ finanzjament tal-provvista ta’ servizz universali.
ARTIKOLU 211
Prevenzjoni ta’ prattiki li jikkawżaw distorsjoni tas-suq
Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri ta’ servizzi postali soġġetti għal obbligu ta’ servizz universali jew ta’ monopolji postali ma jkunux involuti fi prattiki li joħolqu distorsjoni.
ARTIKOLU 212
Liċenzji
1.
Jekk Parti tkun teħtieġ liċenzja għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsenja, din għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku:
(a)
ir-rekwiżiti kollha tal-liċenzjar u l-perjodu ta’ żmien normalment meħtieġ biex tintlaħaq deċiżjoni dwar applikazzjoni għal liċenzja; u
(b)
it-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji.
2.
Il-proċeduri, l-obbligi u r-rekwiżiti ta’ liċenzja għandhom ikunu trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq kriterji oġġettivi.
3.
Jekk awtorità kompetenti tirrifjuta l-applikazzjoni għal-liċenzja, hija għandha tinforma lill-applikant bir-raġunijiet għar-rifjut bil-miktub. Kull parti għandha tistabbilixxi proċedura tal-appell permezz ta’ korp indipendenti disponibbli għall-applikanti li l-liċenzja tagħhom tkun ġiet irrifjutata. Dak il-korp indipendenti jista’ jkun qorti.
ARTIKOLU 213
Indipendenza tal-korp regolatorju
1.
Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm korp regolatorju li għandu jkun legalment distint u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ konsenja. Jekk Parti tkun is-sid jew tikkontrolla fornitur ta’ servizzi ta’ konsenja, hija għandha tiżgura s-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja minn attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.
2.
Il-korpi regolatorji għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod trasparenti u f’waqtu u jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu l-kompitu assenjat lilhom. Id-deċiżjonijiet tagħhom għandhom ikunu imparzjali fir-rigward tal-parteċipanti kollha fis-suq.
SUBTAQSIMA C
SERVIZZI TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI
ARTIKOLU 214
Kamp ta’ applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi l-prinċipji tal-qafas regolatorju li jaffettwa n-networks u s-servizzi tat-telekomunikazzjoni li għalihom l-impenji huma mnaqqxin fl-Anness 12-A u fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea u fl-Annessi 12-B, 12-C u 12-D.
ARTIKOLU 215
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:
(a)
“faċilitajiet assoċjati” tfisser servizzi, infrastrutturi fiżiċi u faċilitajiet oħrajn assoċjati ma’ network jew ma’ servizz tat-telekomunikazzjoni li jippermettu jew jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi permezz ta’ dak in-network jew is-servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan;
(b)
“faċilitajiet essenzjali” tfisser faċilitajiet ta’ network jew ta’ servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni li:
(i)
ikunu pprovduti esklużivament jew b’mod predominanti minn fornitur wieħed jew minn numru limitat ta’ fornituri; u
(ii)
ma jistgħux jiġu ssostitwiti ekonomikament jew teknikament b’mod fattibbli biex jiġi pprovdut servizz;
(c)
“interkonnessjoni” tfisser il-konnessjoni ta’ networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni użati mill-istess fornituri jew minn fornituri differenti ta’ networks jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni biex l-utenti ta’ fornitur wieħed ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-utenti tal-istess fornitur jew ta’ fornitur ieħor jew jaċċessaw servizzi pprovduti minn fornitur ieħor. Is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti mill-fornituri involuti jew minn kwalunkwe fornitur ieħor li jkollu aċċess għan-network;
(d)
“ċirkwit mikri” tfisser servizzi ta’ telekomunikazzjoni jew faċilitajiet tat-telekomunikazzjoni, inklużi dawk ta’ natura virtwali, li jwarrbu l-kapaċità għall-użu dedikat jew għad-dispożizzjoni ta’ utent bejn żewġ punti ddeżinjati jew aktar;
(e)
“fornitur ewlieni” tfisser fornitur ta’ networks jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni li għandu l-kapaċità li jaffettwa materjalment it-termini tal-parteċipazzjoni (filwaqt li jitqiesu l-prezz u l-provvista) f’suq rilevanti għan-networks jew għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni bħala riżultat ta’ kontroll fuq il-faċilitajiet essenzjali jew tal-użu tal-pożizzjoni tiegħu f’dak is-suq;
(f)
“element tan-network” tfisser faċilità jew tagħmir użat fil-forniment ta’ servizz tat-telekomunikazzjoni, inklużi karatteristiċi, funzjonijiet u kapaċitajiet ipprovduti permezz ta’ dik il-faċilità jew dak it-tagħmir;
(g)
“network pubbliku tat-telekomunikazzjoni” tfisser kwalunkwe network tat-telekomunikazzjoni użat kompletament jew primarjament għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni bejn il-punti ta’ terminazzjoni tan-network;
(h)
“servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni” tfisser kwalunkwe servizz tat-telekomunikazzjoni li jiġi offrut lill-pubbliku b’mod ġenerali;
(i)
“telekomunikazzjonijiet” tfisser it-trażmissjoni u r-riċevuta ta’ sinjali bi kwalunkwe mezz elettromanjetiku;
(j)
“network tat-telekomunikazzjoni” tfisser sistemi ta’ trażmissjoni u, meta applikabbli, tagħmir ta’ switching jew ta’ routing u riżorsi oħrajn, inklużi elementi tan-network li ma jkunux attivi, li jippermettu t-trażmissjoni u r-riċevuta ta’ sinjali permezz ta’ wajer, radju, mezzi ottiċi jew mezzi elettromanjetiċi oħrajn;
(k)
“awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni” tfisser il-korp jew il-korpi inkarigati minn Parti bir-regolamentazzjoni tan-networks u tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni koperti minn din it-Taqsima;
(l)
“servizz tat-telekomunikazzjoni” tfisser servizz li jikkonsisti kompletament jew prinċipalment mit-trażmissjoni u mir-riċevuta ta’ sinjali, inklużi sinjali tax-xandir, fuq networks tat-telekomunikazzjoni, inklużi dawk użati għax-xandir, iżda mhux servizz li jipprovdi, jew li jeżerċita kontroll editorjali fuq, kontenut trażmess bl-użu ta’ networks u ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni;
(m)
“servizz universali” tfisser is-sett minimu ta’ servizzi ta’ kwalità speċifikata li jridu jkunu disponibbli għall-utenti kollha, jew għal sett ta’ utenti, fit-territorju ta’ Parti, jew f’suddiviżjoni tiegħu, irrispettivament mill-post ġeografiku tagħhom u bi prezz affordabbli; u
(n)
“utent” tfisser kwalunkwe persuna li tuża servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni.
ARTIKOLU 216
Awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni
1.
Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni li:
(a)
tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe fornitur ta’ networks tat-telekomunikazzjoni, ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni jew ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjoni;
(b)
tuża proċeduri u toħroġ deċiżjonijiet li jkunu imparzjali fir-rigward tal-parteċipanti kollha fis-suq;
(c)
taġixxi b’mod indipendenti u ma tfittixx jew tieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe korp ieħor fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilha bil-liġi biex tinforza l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli minn 218 sa 220, 222 u 223;
(d)
ikollha s-setgħa regolatorja, kif ukoll riżorsi finanzjarji u umani adegwati, biex twettaq dawk il-kompiti;
(e)
ikollha s-setgħa li tiżgura li l-fornituri tan-networks jew tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni jipprovduha, minnufih fuq talba, bl-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, neċessarja biex jitwettqu dawk il-kompiti; u
(f)
teżerċita s-setgħat tagħha b’mod trasparenti u f’waqtu.
2.
Kull Parti għandha tiżgura li l-kompiti tal-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni jsiru pubbliċi f’forma faċilment aċċessibbli u ċara, b’mod partikolari meta dawk il-kompiti jiġu assenjati lil aktar minn korp wieħed.
3.
Parti li jkollha sjieda jew kontroll ta’ fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni tistinka biex tiżgura separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja minn attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.
4.
Kull Parti għandha tiżgura li utent jew fornitur ta’ networks jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni affettwat minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni jkollu d-dritt ta’ appell quddiem korp ta’ appell li jkun indipendenti kemm mill-awtorità regolatorja kif ukoll minn partijiet affettwati oħrajn. Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-appell, id-deċiżjoni għandha tibqa’ tgħodd, sakemm ma jingħatawx miżuri interim f’konformità mad-dritt tal-Parti.
ARTIKOLU 217
Awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti networks u servizzi tat-telekomunikazzjoni
1.
Jekk Parti tkun teħtieġ awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ networks jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, hija għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku t-tipi ta’ servizzi li jeħtieġu awtorizzazzjoni, flimkien mal-kriterji kollha ta’ awtorizzazzjoni, mal-proċeduri applikabbli, u mat-termini u l-kundizzjonijiet ġeneralment assoċjati mal-awtorizzazzjoni rilevanti.
2.
Jekk Parti tkun teħtieġ deċiżjoni formali ta’ awtorizzazzjoni, hija għandha tiddikjara perjodu ta’ żmien raġonevoli normalment meħtieġ biex tali deċiżjoni tinkiseb u tiġi kkomunikata b’mod trasparenti. Għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li d-deċiżjoni tittieħed fil-perjodu ta’ żmien iddikjarat.
3.
Kwalunkwe kriterju ta’ awtorizzazzjoni u proċedura applikabbli għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati. Kwalunkwe obbligu u kundizzjoni imposti fuq awtorizzazzjoni, jew assoċjati magħha, għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti, proporzjonati u relatati mas-servizzi ipprovduti.
4.
Kull Parti għandha tiżgura li applikant jirċievi bil-miktub ir-raġunijiet għaċ-ċaħda jew għar-revoka ta’ awtorizzazzjoni, jew għall-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-fornitur. F’każijiet bħal dawn, applikant għandu jkollu dritt ta’ appell quddiem korp ta’ appell.
5.
It-tariffi amministrattivi imposti fuq il-fornituri għandhom ikunu raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorji.
ARTIKOLU 218
Interkonnessjoni
Kull Parti għandha tiżgura li fornitur ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jkollu d-dritt u, meta mitlub minn fornitur ieħor ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni, l-obbligu, li jinnegozja interkonnessjoni għall-fini tal-forniment ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni.
ARTIKOLU 219
Aċċess u użu
1.
Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe intrapriża stabbilita minn persuna ġuridika tal-Parti l-oħra jew fornitur ta’ servizz tal-Parti l-oħra jingħata l-aċċess għal networks jew għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni pubblika, u l-użu ta’ dawn, b’termini u b’kundizzjonijiet raġonevoli u mhux diskriminatorji . Dan l-obbligu għandu jiġi applikat, inter alia, permezz tal-paragrafi minn 2 sa 5.
2.
Kull Parti għandha tiżgura li l-intrapriżi stabbiliti minn persuni ġuridiċi tal-Parti l-oħra jew il-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra jingħataw aċċess għal kwalunkwe network jew servizz pubbliku tat-telekomunikazzjoni offrut fit-territorju tagħha jew f’livell transfruntier u l-użu tiegħu, inklużi ċirkwiti privati mikrija, u għal dan l-għan għandha tiżgura, soġġett għall-paragrafu 5, li tali impriżi u fornituri jkollhom il-permess li:
(a)
jixtru jew jikru u jqabbdu terminal jew tagħmir ieħor li joħloq interfaċċa man-network u li jkun neċessarju għat-twettiq tal-operazzjonijiet tagħhom;
(b)
joħolqu interkonnessjoni bejn ċirkwiti privati mikrija jew proprjetà tagħhom u networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew ċirkwiti mikrija jew proprjetà ta’ intrapriża jew fornitur ta’ servizz ieħor; u
(c)
jużaw il-protokolli operatorji tal-għażla tagħhom fl-operazzjonijiet tagħhom, għajr kif ikun neċessarju biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni lill-pubbliku b’mod ġenerali.
3.
Kull Parti għandha tiżgura li l-intrapriżi stabbiliti minn persuni ġuridiċi tal-Parti l-oħra jew il-fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra jkunu jistgħu jużaw in-networks u s-servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni għall-moviment ta’ informazzjoni fil-pajjiż u b’mod transfruntier, inkluż għall-komunikazzjoni intrakorporattiva tagħhom, u għall-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-bażijiet tad-data jew inkella maħżuna f’forma li tinqara minn magna fit-territorju ta’ kwalunkwe Parti.
4.
Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3, Parti tista’ tieħu miżuri bħal dawn li jkunu neċessarji biex tiżgura s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, soġġett għar-rekwiżit li tali miżuri ma jiġux applikati b’mod li jkun jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi jew mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata jew ta’ tixjin jew ta’ indeboliment tal-benefiċċji skont dan il-Kapitolu.
5.
Kull Parti għandha tiżgura li l-ebda kundizzjoni ma tkun imposta fuq l-aċċess għan-networks jew għas-servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni u għall-użu tagħhom minbarra dawk neċessarji biex:
(a)
jiġu ssalvagwardjati r-responsabbilitajiet tas-servizz pubbliku tal-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni, b’mod partikolari l-abilità tagħhom li jagħmlu s-servizzi tagħhom disponibbli għall-pubbliku b’mod ġenerali; jew
(b)
tiġi protetta l-integrità teknika tan-networks jew tas-servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni.
6.
Dan l-Artikolu għandu japplika 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan mad-WTO, skont liema jiġi l-ewwel.
ARTIKOLU 220
Soluzzjoni ta’ tilwimiet dwar it-telekomunikazzjoni
1.
Kull Parti għandha tiżgura li, fil-każ ta’ tilwima li tinqala’ bejn il-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni b’rabta mad-drittijiet u mal-obbligi li jirriżultaw minn din it-taqsima, u fuq talba ta’ parti involuta fit-tilwima, l-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni toħroġ deċiżjoni vinkolanti fi żmien raġonevoli biex tiġi riżolta t-tilwima.
2.
Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, wara li jkunu tqiesu r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità kummerċjali. Il-partijiet konċernati għandhom jingħataw dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata u għandu jkollhom id-dritt ta’ appell imsemmi fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 217.
3.
Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tipprekludi lil parti kkonċernata milli tiftaħ kawża quddiem awtorità ġudizzjarja.
ARTIKOLU 221
Salvagwardji kompetittivi fuq fornituri ewlenin
Kull Parti għandha tintroduċi jew iżżomm miżuri xierqa biex jiġi evitat li fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat‑telekomunikazzjoni li, waħidhom jew flimkien, ikunu fornitur ewlieni milli jipparteċipaw fi prattiki antikompetittivi jew jissoktawhom. Dawn il-prattiki antikompetittivi għandhom jinkludu b’mod partikolari:
(a)
l-involviment f’sussidjar reċiproku antikompetittiv;
(b)
l-użu ta’ informazzjoni miksuba mingħand kompetituri b’riżultati antikompetittivi; u
(c)
meta, għal fornituri oħrajn ta’ servizzi, ma ssirx disponibbli b’mod puntwali informazzjoni teknika dwar faċilitajiet essenzjali u informazzjoni kummerċjalment rilevanti li jkunu neċessarji għalihom biex jipprovdu servizzi.
ARTIKOLU 222
Interkonnessjoni ma’ fornituri ewlenin
1.
Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri ewlenin tan-networks jew tas-servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jipprovdu interkonnessjoni fi kwalunkwe punt teknikament fattibbli fin-network. Tali interkonnessjoni għandha tkun ipprovduta:
(a)
skont termini u kundizzjonijiet mhux diskriminatorji inkluż fir-rigward ta’ rati, ta’ standards tekniċi, ta’ speċifikazzjonijiet, ta’ kwalità u ta’ manutenzjoni u ta’ kwalità xejn anqas favorevoli minn dik ipprovduta għal servizzi simili proprji ta’ tali fornitur ewlieni, jew għal servizzi simili tas-sussidjarji tiegħu jew ta’ affiljati oħrajn;
(b)
b’mod f’waqtu, skont termini u kundizzjonijiet inkluż fir-rigward ta’ rati, ta’ standards tekniċi, ta’ speċifikazzjonijiet, ta’ kwalità u ta’ manutenzjoni li jkunu trasparenti, raġonevoli, u b’kunsiderazzjoni tal-fattibbiltà ekonomika, u diżaggregati biżżejjed biex il-fornitur ma jkollux bżonn iħallas għal elementi jew għal faċilitajiet tan-network li ma jkunx jeħtieġ biex jiġi pprovdut is-servizz; u
(c)
fuq talba, f’punti minbarra l-punti ta’ terminazzjoni tan-network offruti lill-maġġoranza tal-utenti, soġġetti għal imposti li jirriflettu l-kost tal-kostruzzjoni tal-faċilitajiet addizzjonali neċessarji.
2.
Il-proċeduri applikabbli għal interkonnessjoni ma’ fornitur ewlieni għandhom isiru disponibbli pubblikament.
3.
Il-fornituri ewlenin għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-ftehimiet ta’ interkonnessjoni tagħhom jew l-offerti ta’ interkonnessjoni ta’ referenza tagħhom, kif xieraq.
ARTIKOLU 223
Aċċess għall-faċilitajiet essenzjali ta’ fornituri ewlenin
1.
Kull Parti għandha tiżgura li fornitur ewlieni fit-territorju tagħha jagħmel il-faċilitajiet essenzjali tiegħu disponibbli għall-fornituri ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni b’termini u b’kundizzjonijiet raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-finijiet tal-forniment ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni, meta dan ikun neċessarju biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva.
2.
Meta tkun meħtieġa deċiżjoni mill-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 1:
(a)
tali deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata fuq il-bażi tal-fatti ddeterminati u tal-valutazzjoni tas-suq imwettqa mill-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni;
(b)
l-awtorità regolatorja tat-telekomunikazzjoni għandha tingħata s-setgħa li:
(i)
tiddetermina dawk il-faċilitajiet essenzjali meħtieġa li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn fornitur ewlieni; u
(ii)
jirrikjedu li fornitur ewlieni joffri aċċess fuq bażi separata għall-elementi tan-network tiegħu li huma faċilitajiet essenzjali.
ARTIKOLU 224
Riżorsi skarsi
1.
Kull Parti għandha tiżgura li l-allokazzjoni u l-għoti tad-drittijiet tal-użu ta’ riżorsi skarsi, inklużi l-ispettru tar-radju, in-numri u d-dritt tal-passaġġ, jitwettqu b’mod miftuħ, oġġettiv, f’waqtu, trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat u billi jitqiesu l-objettivi ta’ interess ġenerali. Il-proċeduri, u l-kundizzjonijiet u l-obbligi marbutin mad-drittijiet tal-użu, għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati.
2.
L-użu kurrenti ta’ meded ta’ frekwenzi allokati għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku, iżda ma hemmx bżonn ta’ identifikazzjoni dettaljata tal-frekwenzi allokati għal użu governattiv speċifiku.
ARTIKOLU 225
Servizz universali
1.
Kull Parti għandha d-dritt li tiddefinixxi t-tip ta’ obbligi ta’ servizz universali li tixtieq iżżomm u li tiddeċiedi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom.
2.
Kull Parti għandha tamministra l-obbligi ta’ servizz universali b’mod trasparenti, oġġettiv u mhux diskriminatorju, li jkun newtrali fir-rigward tal-kompetizzjoni u mhux aktar ta’ piż milli neċessarju għat-tip ta’ servizz universali ddefinit mill-Parti.
3.
Meta Parti tiddeċiedi li tiddeżinja fornitur ta’ servizz universali, hija għandha tiżgura li l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi universali jkunu miftuħin għall-fornituri kollha ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni. Id-deżinjazzjoni għandha ssir permezz ta’ mekkaniżmu effiċjenti, trasparenti u mhux diskriminatorju.
4.
Meta Parti tiddeċiedi li tikkumpensa lill-fornituri ta’ servizz universali, hija għandha tiżgura li tali kumpens ma jaqbiżx il-kost nett ikkawżat mill-obbligu ta’ servizz universali.
ARTIKOLU 226
Kunfidenzjalità tal-informazzjoni
1.
Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri li jiksbu informazzjoni mingħand fornitur ieħor fil-proċess ta’ arranġamenti ta’ negozjar skont l-Artikoli 219, 220, 223 u 224 jużaw dik l-informazzjoni biss għall-iskop li għalih ġiet ipprovduta u jirrispettaw f’kull ħin il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni trażmessa jew maħżuna.
2.
Kull Parti għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tad-data dwar il-komunikazzjoni u t-traffiku relatat trażmessa matul l-użu ta’ networks jew ta’ servizzi pubbliċi tat-telekomunikazzjoni, soġġetta għar-rekwiżit li l-miżuri applikati għal dak l-għan ma jikkostitwixxux mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi.
SUBTAQSIMA D
SERVIZZI FINANZJARJI
ARTIKOLU 227
Kamp ta’ applikazzjoni
1.
Din it-Taqsima tapplika għal miżuri li jaffettwaw il-provvista ta’ servizzi finanzjarji, li għalihom l-impenji huma miktubin fl-Anness 12-A u fl-iskedi tal-GATS ta’ impenji speċifiċi tal-Unjoni Ewropea u fl-Annessi 12-B, 12-C u 12-D.
2.
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “attivitajiet imwettqin jew servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva” msemmijin fis-subparagrafu (b) tal-Artikolu 189 tfisser dan li ġej:
(a)
attivitajiet immexxijin minn bank ċentrali jew minn awtorità monetarja jew minn xi entità pubblika oħra fit-twettiq ta’ politiki monetarji jew dwar ir-rati tal-kambju;
(b)
attivitajiet li jiffurmaw parti minn sistema statutorja ta’ skemi tas-sigurtà soċjali jew ta’ skemi pubbliċi ta’ rtirar; u
(c)
attivitajiet oħrajn immexxijin minn entità pubblika f’isem Parti jew bil-garanzija jew bl-użu tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi tal-Parti jew tal-entitajiet pubbliċi tagħha.
3.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (s) tal-Artikolu 189: jekk Parti tippermetti li kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (b) jew (c) ta’ dan l-Artikolu titwettaq mill-fornituri ta’ servizzi finanzjarji tagħha f’kompetizzjoni ma’ entità pubblika jew ma’ fornitur ta’ servizz finanzjarju, “servizz” għandha tinkludi dawk l-attivitajiet.
4.
Il-punt (b) tal-Artikolu 189 ma japplikax għal servizzi koperti minn din it-Taqsima.
ARTIKOLU 228
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu:
(a)
“servizz finanzjarju” tfisser kwalunkwe servizz ta’ natura finanzjarja offrut minn fornitur ta’ servizz finanzjarju ta’ Parti u jinkludi l-attivitajiet li ġejjin:
(i)
servizzi tal-assigurazzjoni u dawk relatati mal-assigurazzjoni:
(A)
l-assigurazzjoni diretta (inkluża l-koassigurazzjoni):
(1)
tal-ħajja;
(2)
mhux tal-ħajja;
(B)
ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni;
(C)
l-intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni, bħas-senserija u l-aġenzija; u
(D)
servizzi awżiljarji għall-assigurazzjoni, bħal servizzi ta’ konsulenza, attwarjali, ta’ valutazzjoni tar-riskju, u ta’ saldu tal-pretensjonijiet;
(ii)
servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħrajn (minbarra l-assigurazzjoni):
(A)
l-aċċettazzjoni ta’ depożiti u ta’ fondi ripagabbli oħrajn mingħand il-pubbliku;
(B)
self ta’ kull tip, inklużi l-kreditu għall-konsumatur, il-kreditu ipotekarju, il-fatturament u l-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali;
(C)
lokazzjoni finanzjarja;
(D)
is-servizzi kollha ta’ pagament u ta’ trażmissjoni tal-flus, inklużi karti ta’ kreditu, ta’ imposti u ta’ debitu, ċekkijiet tal-vjaġġaturi, u ċekkijiet bankarji;
(E)
garanziji u impenji;
(F)
negozjar akkont proprju jew għan-nom ta’ klijenti, kemm jekk f’borża jew f’suq finanzjarju barra l-borża, jew inkella dawn li ġejjin:
(1)
strumenti tas-suq monetarju (inklużi ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta’ depożitu);
(2)
muniti barranin;
(3)
prodotti derivattivi li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, futuri finanzjarji u opzjonijiet;
(4)
strumenti tar-rata tal-kambju u tar-rata tal-imgħax, inklużi prodotti bħal swaps, ftehimiet forward tar-rata tal-kambju;
(5)
titoli trasferibbli;
(6)
strumenti negozjabbli u assi finanzjarji oħrajn, inkluż bullion;
(G)
il-parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull tip ta’ titoli, inklużi s-sottoskrizzjoni u l-pjazzament bħala aġent (kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk privat) u l-forniment ta’ servizzi relatati mat-tali ħruġ;
(H)
senserija tal-flus;
(I)
l-immaniġġjar ta’ assi, bħall-mmaniġġjar tal-flus jew tal-portafoll, il-forom kollha ta’ mmaniġġjar ta’ investiment kollettiv, l-immaniġġjar ta’ fondi providenti, servizzi ta’ kustodja, depożitarji, u fiduċjarji;
(J)
servizzi ta’ saldu u ta’ kklerjar għal assi finanzjarji, inklużi titoli, prodotti derivattivi, u strumenti negozjabbli oħrajn;
(K)
il-forniment u t-trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju, u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u software relatat; u
(L)
il-konsulenza, l-intermedjazzjoni, u servizzi finanzjarji awżiljarji oħrajn dwar l-attivitajiet kollha stabbiliti fis-subparagrafi (A) sa (K), inklużi r-referenza u l-analiżi tal-kreditu, riċerka u pariri dwar l-investimenti u l-portafolli, pariri dwar akkwiżizzjonijiet u dwar ir-ristrutturar u l-istrateġija korporattivi;
(b)
“fornitur ta’ servizzi finanzjarji” tfisser kwalunkwe persuna ta’ Parti li tforni jew li tfittex li tforni servizzi finanzjarji u ma tinkludix entità pubblika;
(c)
“entità pubblika” tfisser:
(i)
gvern, bank ċentrali jew awtorità monetarja, ta’ Parti, jew entità li tkun proprjetà ta’ Parti, jew ikkontrollata minnha, li tkun prinċipalment involuta fit-twettiq ta’ funzjonijiet jew ta’ attivitajiet governattivi għal finijiet governattivi, li ma tinkludix entità prinċipalment involuta fil-forniment ta’ servizzi finanzjarji skont termini kummerċjali; jew
(ii)
entità privata, li twettaq funzjonijiet normalment imwettqin minn bank ċentrali jew minn awtorità monetarja, meta teżerċita dawk il-funzjonijiet;
(e)
“organizzazzjoni awtoregolatorja” tfisser kwalunkwe korp mhux governattiv, inkluż suq tat-titoli jew tal-futuri, aġenzija tal-ikklerjar, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni oħra, li teżerċita awtorità regolatorja jew superviżorja fuq il-fornituri ta’ servizzi finanzjarji permezz ta’ statut jew delegazzjoni minn gvernijiet jew minn awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali, meta applikabbli.
ARTIKOLU 229
Konċessjoni prudenzjali
1.
Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni lil Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri għal raġunijiet prudenzjali, fosthom:
(a)
il-protezzjoni tal-investituri, tad-depożitanti, tad-detenturi ta’ poloz jew tal-persuni li lilhom ikun dovut dmir fiduċjarju minn fornitur ta’ servizzi finanzjarji;
(b)
l-iżgurar tal-integrità u tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ Parti.
2.
Meta t-tali miżuri ma jikkonformawx ma’ dan il-Ftehim, dawn ma għandhomx jintużaw bħala mezz biex jiġu evitati l-impenji jew l-obbligi tal-Parti skont dan il-Ftehim.
3.
Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat b’mod li Parti tkun mistennija li tiddivulga informazzjoni relatata mal-affarijiet u mal-kontijiet ta’ klijenti individwali jew kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali jew rigward proprjetà fil-pussess ta’ entitajiet pubbliċi.
ARTIKOLU 230
Standards internazzjonali
Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li l-istandards miftiehma internazzjonalment għar-regolamentazzjoni u għas-superviżjoni, għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u għall-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fis-settur tas-servizzi finanzjarji jiġu implimentati u applikati fit-territorju tagħhom. Tali standards miftiehma internazzjonalment huma, fost l-oħrajn, dawk adottati mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS, Basel Committee on Banking Supervision), b’mod partikolari l-“Prinċipju Fundamentali għal Kontroll Bankarju Effikaċi” tiegħu, mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni (IAIS, International Association of Insurance Supervisors), b’mod partikolari l-“Prinċipji Fundamentali tal-Assigurazzjoni” tagħha, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO, International Organisation of Securities Commissions), b’mod partikolari l-“Objettivi u Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli” tagħha, mit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF, Financial Action Task Force), u mill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta’ Informazzjoni għal Finijiet tat-Taxxa tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD, Organisation for Economic Cooperation and Development).
ARTIKOLU 231
Organizzazzjonijiet ta’ awtoregolamentazzjoni
Meta Parti tkun teħtieġ sħubija jew parteċipazzjoni fi kwalunkwe organizzazzjoni ta’ awtoregolamentazzjoni, jew aċċess għal din, biex il-fornituri ta’ servizzi finanzjarji tal-Parti l-oħra jfornu servizzi finanzjarji fit-territorju tal-ewwel Parti, il-Parti għandha tiżgura l-osservanza minn dik l-organizzazzjoni ta’ awtoregolamentazzjoni tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 194.
ARTIKOLU 232
Sistemi tal-ikklerjar u ta’ pagament
Kull Parti għandha tagħti lill-fornituri ta’ servizzi finanzjarji tal-Parti l-oħra stabbiliti fit-territorju tagħha aċċess għal sistemi ta’ pagament u tal-ikklerjar operati minn entitajiet pubbliċi, u għal faċilitajiet uffiċjali ta’ finanzjament u ta’ rifinanzjament disponibbli fil-perkors normali ordinarju tan-negozju skont termini u kundizzjonijiet li jagħtu trattament nazzjonali. Dan l-Artikolu ma għandux jagħti aċċess għall-faċilitajiet tal-mutwanti tal-tal-aħħar istanza tal-Parti.
SUBTAQSIMA E
SERVIZZI INTERNAZZJONALI TAT-TRASPORT MARITTIMU
ARTIKOLU 233
Kamp ta’ applikazzjoni u obbligi
1.
Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-prinċipji għal-liberalizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali.
2.
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “trasport marittimu internazzjonali” jinkludi operazzjonijiet tat-trasport minn bieb sa bieb u multimodali, li huwa l-ġarr tal-merkanzija li matulu jintuża aktar minn mod wieħed tat-trasport, li jinvolvi komponent mill-vjaġġ fuq il-baħar, b’dokument uniku tat-trasport, u f’dan ir-rigward jinkludi d-dritt għall-fornituri tat-trasport marittimu internazzjonali li jkollhom kuntratt dirett ma’ fornituri ta’ modi oħrajn tat-trasport.
3.
Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 4 imwettqin mill-aġenziji tat-tbaħħir għall-forniment ta’ servizzi għat-trasport marittimu internazzjonali, kull Parti għandha tippermetti lill-persuni ġuridiċi tal-Parti l-oħra jkollhom stabbiliment fit-territorju tagħha fil-forma ta’ sussidjarji jew ta’ fergħat, b’kundizzjonijiet ta’ stabbiliment u ta’ operat mhux anqas favorevoli minn dawk mogħtijin lill-persuni ġuridiċi tagħha stess jew lil sussidjarji jew lil fergħat ta’ persuni ġuridiċi ta’ kwalunkwe pajjiż terz, skont liema minnhom ikunu l-aħjar.
4.
L-attivitajiet koperti mill-paragrafu 3 jinkludu:
(a)
il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ trasport marittimu u ta’ servizzi relatati permezz ta’ kuntatt dirett mal-klijenti, mill-kwotazzjoni sal-fattura;
(b)
ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid ta’ kwalunkwe servizz tat-trasport u servizz relatat, inklużi s-servizzi tat-trasport b’kull mod intern, neċessarji għall-provvista ta’ servizz intermodali;
(c)
it-tħejjija ta’ dokumentazzjoni li tikkonċerna dokumenti tat-trasport, dokumenti tad-dwana, jew dokumenti oħrajn relatati mal-oriġini u mal-karattru tal-merkanzija ttrasportata;
(d)
il-forniment ta’ informazzjoni kummerċjali bi kwalunkwe mezz, inklużi sistemi ta’ informazzjoni kompjuterizzati u skambju elettroniku ta’ data, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni mhux diskriminatorja dwar it-telekomunikazzjonijiet);
(e)
l-istabbiliment ta’ kwalunkwe arranġament kummerċjali ma’ aġenziji oħrajn tat-trasport fuq l-ilma; u
(f)
l-aġir f’isem il-persuni ġuridiċi, inter alia fl-organizzazzjoni tas-sejħa tal-bastiment jew fit-teħid ta’ kontroll tal-merkanziji meta jkun meħtieġ.
5.
Fid-dawl tal-livell eżistenti ta’ liberalizzazzjoni bejn il-Partijiet fit-trasport internazzjonali marittimu, kull Parti:
(a)
għandha tapplika b’mod effettiv il-prinċipju tal-aċċess mingħajr restrizzjoni għas-swieq u għall-kummerċ internazzjonali fuq bażi kummerċjali u mhux diskriminatorja; u
(b)
għandha tagħti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Parti l-oħra jew imħaddmin minn fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra, trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti lill-bastimenti tagħha stess jew lil dawk ta’ kwalunkwe pajjiż terz, skont liema jkun l-aħjar, fir-rigward, inter alia, tal-aċċess għall-portijiet, tal-użu tal-infrastruttura u tas-servizzi tal-portijiet, u tal-użu ta’ servizzi marittimi awżiljari, kif ukoll tat-tariffi u tal-imposti relatati, tal-faċilitajiet doganali u tal-allokazzjoni ta’ rmiġġi u ta’ faċilitajiet għat-tagħbija u għall-ħatt.
6.
Meta japplikaw il-prinċipji msemmijin f’dan l-Artikolu, il-Partijiet:
(a)
ma għandhomx jintroduċu arranġamenti ta’ qsim tal-merkanzija fi ftehimiet futuri ma’ pajjiżi terzi li jikkonċernaw servizzi tat-trasport marittimu, inklużi kummerċ ta’ merkanzija xotta bl-ingrossa u ta’ merkanzija likwida sfuża u kummerċ marittimu, u jtemmu, f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, arranġamenti ta’ qsim tal-merkanzija bħal dawn f’każ li jkunu jeżistu; u
(b)
għandhom jabolixxu u jastjenu milli jintroduċu kwalunkwe miżura unilaterali u ostakli amministrattivi, tekniki u ta’ xort’oħra li jistgħu jikkostitwixxu restrizzjoni moħbija jew ikollhom effetti diskriminatorji fuq il-provvista ħielsa ta’ servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali.
7.
Kull Parti għandha tagħmel disponibbli għall-fornituri internazzjonali tat-trasport marittimu tal-Parti l-oħra s-servizzi li ġejjin fil-port, b’termini u b’kundizzjonijiet raġonevoli u mhux diskriminatorji: pilotaġġ, assistenza fl-irmonk u fil-ġbid, proviżjonament, riforniment tal-fjuwil u tal-ilma, ġbir tal-iskart u rimi tal-ilma tal-ballast, servizzi tal-kaptan tal-port, għajnuniet għan-navigazzjoni, faċilitajiet ta’ tiswija ta’ emerġenza, ankraġġ, servizzi ta’ rmiġġ u ta’ rmiġġar kif ukoll servizzi operazzjonali bbażati fuq l-art li huma essenzjali għall-operazzjonijiet tal-bastimenti, inklużi l-komunikazzjonijiet, il-provvisti tal-ilma u tal-elettriku.
KAPITOLU 13
MOVIMENTI TA’ KAPITAL, PAGAMENTI U TRASFERIMENTI U MIŻURI TA’ SALVAGWARDJA
ARTIKOLU 234
Kont kurrenti u movimenti ta’ kapital
1.
Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tippermetti, f’munita liberament konvertibbli u f’konformità mal-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali adottat fil-Konferenza Monetarja u Finanzjarja tan-Nazzjonijiet Uniti fit-22 ta’ Lulju 1944, kif applikabbli, kwalunkwe ħlas u trasferiment fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fuq il-kont kurrenti tal-bilanċi tal-pagamenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
2.
Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tippermetti, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fuq il-kont kapitali u finanzjarju tal-bilanċ tal-pagamenti, il-moviment liberu tal-kapital relatat ma’ investimenti diretti magħmulin f’konformità mal-liġijiet applikabbli fit-territorju tagħha u mal-Kapitolu 12, inklużi l-likwidazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta’ dawn l-investimenti u kwalunkwe profitt li jirriżulta minnhom.
3.
Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra f’dan il-Ftehim, Parti ma għandhiex tintroduċi xi restrizzjoni ġdida b’rabta ma’ muniti barranin fuq il-moviment ta’ kapital u pagamenti kurrenti marbutin ma’ dawn bejn ir-residenti tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Użbekistan u ma għandhiex tagħmel l-arranġamenti eżistenti aktar restrittivi.
4.
Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiffaċilitaw il-moviment ta’ kapital bejniethom biex jippromwovu l-kummerċ u l-investiment.
ARTIKOLU 235
Applikazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti relatati mal-movimenti ta’ kapital, mal-pagamenti jew mat-trasferimenti
1.
L-Artikolu 234(1), (2) u (3) ma għandhomx jiġu interpretati li jipprevjenu lil Parti milli tapplika l-liġijiet u r-regolamenti tagħha relatati ma’ dawn:
(a)
falliment, insolvenza, jew il-protezzjoni tad-drittijiet tal-kredituri;
(b)
il-ħruġ, in-negozjar jew it-trattament ta’ titoli, jew ta’ futuri, ta’ għażliet u ta’ strumenti finanzjarji oħrajn;
(c)
ir-rapportar finanzjarju jew iż-żamma ta’ rekords ta’ movimenti ta’ kapital, ta’ pagamenti jew ta’ trasferimenti meta jkunu meħtieġa biex jassistu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-awtoritajiet regolatorji finanzjarji;
(d)
reati kriminali jew penali, prattiki qarrieqa jew frawdolenti;
(e)
l-iżgurar tal-konformità ma’ ordnijiet jew ma’ sentenzi fi proċedimenti ġuridiċi jew amministrattivi; jew
(f)
skemi tas-sigurtà soċjali jew ta’ rtirar pubbliku jew ta’ tfaddil obbligatorju.
2.
Il-liġijiet u r-regolamenti msemmijin fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu applikati b’mod arbitrarju jew diskriminatorju, jew jikkostitwixxu b’xi mod ieħor restrizzjoni moħbija fuq il-movimenti tal-kapital, fuq il-pagamenti jew fuq it-trasferimenti.
ARTIKOLU 236
Miżuri temporanji ta’ salvagwardja
1.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ diffikultajiet serji għall-operat tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-Unjoni Ewropea, jew theddida tagħhom, jew ta’ diffikultajiet serji għall-operat ta’ politiki monetarji jew tar-rati tal-kambju, jew theddida tagħhom, fil-każ tal-Istati Membri li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fl-euro u tar-Repubblika tal-Użbekistan, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha jew ir-Repubblika tal-Użbekistan, rispettivament, jistgħu jadottaw jew iżommu miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward tal-movimenti ta’ kapital, tal-pagamenti jew tat-trasferimenti għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur.
2.
Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati sal-punt li jkun strettament neċessarju.
ARTIKOLU 237
Restrizzjonijiet f’każ ta’ diffikultajiet serji tal-bilanċ tal-pagamenti u ta’ diffikultajiet finanzjarji esterni serji
1.
Parti li tesperjenza diffikultajiet serji tal-bilanċ tal-pagamenti jew diffikultajiet finanzjarji esterni serji, jew theddida ta’ dawn, tista’ tadotta jew iżżomm miżuri restrittivi fir-rigward tal-movimenti ta’ kapital, tal-pagamenti jew tat-trasferimenti.
2.
Il-miżuri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1:
(a)
għandhom ikunu konsistenti mal-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali, kif applikabbli;
(b)
ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 1;
(c)
għandhom ikunu temporanji u eliminati progressivament hekk kif titjieb is-sitwazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1;
(d)
għandhom jevitaw ħsara mhux neċessarja għall-interessi kummerċjali, ekonomiċi jew finanzjarji tal-Parti l-oħra;
(e)
ma għandhomx ikunu diskriminatorji meta mqabblin ma’ pajjiżi terzi f’sitwazzjonijiet simili.
3.
Fil-każ tal-kummerċ ta’ prodotti, kull Parti tista’ tadotta miżuri restrittivi biex tissalvagwardja l-pożizzjoni finanzjarja esterna tagħha jew il-bilanċ tal-pagamenti tagħha. Dawk il-miżuri għandhom ikunu konformi mal-Ftehim GATT tal-1994 u mal-Fehim dwar id-dispożizzjonijiet tal-Bilanċ tal-Pagamenti tal-Ftehim Ġenerali tal-1994 dwar it-Tariffi u l-Kummerċ.
4.
Fil-każ ta’ kummerċ fis-servizzi, Parti tista’ tadotta miżuri restrittivi biex tissalvagwardja l-pożizzjoni finanzjarja esterna jew il-bilanċ tal-pagamenti tagħha. Dawk il-miżuri għandhom ikunu konformi mal-Artikolu XII tal-GATS.
5.
Parti li żżomm jew li tkun adottat il-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinnotifikahom minnufih lill-Parti l-oħra.
6.
Jekk jiġu adottati restrizzjonijiet jew dawn jinżammu skont dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw fil-pront fil-Kumitat ta’ Kooperazzjoni sakemm il-konsultazzjonijiet ma jsirux f’fora oħrajn. Il-konsultazzjonijiet għandhom jivvalutaw il-bilanċ tal-pagamenti jew id-diffikultajiet finanzjarji esterni li wasslu għall-miżuri rispettivi, filwaqt li jqisu, fost l-oħrajn, fatturi bħal:
(a)
in-natura u l-punt sa fejn ikunu waslu d-diffikultajiet tal-bilanċ tal-pagamenti u d-diffikultajiet finanzjarji esterni;
(b)
l-ambjent ekonomiku u kummerċjali estern; u
(c)
il-miżuri korrettivi alternattivi li jistgħu jkunu disponibbli.
7.
Il-konsultazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 għandhom jindirizzaw il-konformità ta’ kwalunkwe miżura restrittiva mal-paragrafi 1 u 2. Is-sejbiet rilevanti kollha ta’ natura statistika jew fattwali ppreżentati mill-Fond Monetarju Internazzjonali, fejn disponibbli, għandhom jiġu aċċettati u l-konklużjonijiet għandhom iqisu l-valutazzjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali tal-bilanċ tal-pagamenti u tas-sitwazzjoni finanzjarja esterna tal-Parti kkonċernata.
KAPITOLU 14
SOLUZZJONI TAT-TILWIM
TAQSIMA 1
OBJETTIV U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
ARTIKOLU 238
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jiġi stabbilit mekkaniżmu effettiv u effiċjenti biex jiġu evitati jew solvuti kwalunkwe tilwima bejn il-Partijiet rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu bl-għan li tinstab soluzzjoni maqbula miż-żewġ naħat.
ARTIKOLU 239
Kamp ta’ applikazzjoni
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-Ftehim, dan il-Kapitolu japplika għal kwalunkwe tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu (minn hawn ’il quddiem imsejħa “dispożizzjonijiet koperti”).
TAQSIMA 2
KONSULTAZZJONIJIET
ARTIKOLU 240
Konsultazzjonijiet
1.
Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu kwalunkwe tilwima msemmija fl-Artikolu 239 billi jikkonsultaw lil xulxin bona fide bl-għan li jilħqu soluzzjoni reċiproka.
2.
Parti għandha tfittex il-konsultazzjonijiet permezz ta’ talba bil-miktub ikkonsenjata lill-Parti l-oħra filwaqt li tidentifika l-miżura inkwistjoni u d-dispożizzjonijiet koperti li hija tqis applikabbli.
3.
Il-Parti li lilha ssir it-talba għall-konsultazzjonijiet għandha twieġeb it-talba minnufih, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ konsenja tagħha. Il-konsultazzjonijiet għandhom jinżammu fi żmien 30 jum wara d-data tal-konsenja tat-talba għall-konsultazzjonijiet u jsiru, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, fit-territorju tal-Parti li tkun saret it-talba lilha għall-konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 30 jum wara d-data meta tasal it-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jkomplu bil-konsultazzjonijiet.
4.
Konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ urġenza, inklużi dawk dwar merkanzija li titħassar jew merkanzija jew servizzi staġjonali, għandhom isiru fi żmien 15-il jum mid-data ta’ konsenja tat-talba għall-konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu konklużi fi żmien dawk il-15-il jum sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jkomplu l-konsultazzjonijiet.
5.
Matul il-konsultazzjonijiet, kull Parti għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni fattwali biex tippermetti eżami sħiħ tal-mod li bih il-miżura inkwistjoni tista’ taffettwa l-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu. Kull Parti għandha tieħu impenn li tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ persunal ta’ awtoritajiet governattivi kompetenti tagħha li għandhom l-għarfien espert fil-kwistjoni soġġetta għall-konsultazzjonijiet.
6.
Il-konsultazzjonijiet, u b’mod partikolari l-informazzjoni kollha indikata bħala kunfidenzjali u l-pożizzjonijiet meħudin mill-Partijiet matul il-konsultazzjonijiet, għandhom ikunu kunfidenzjali, u jkunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ xi waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe proċediment ulterjuri.
TAQSIMA 3
Proċeduri tal-Panel
ARTIKOLU 241
Bidu tal-proċeduri tal-panel
1.
Parti li tkun talbet konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 240 tista’ titlob l-istabbiliment ta’ panel jekk
(a)
il-Parti li kontriha jsir l-ilment ma tirrispondix għat-talba fi żmien 10 ijiem wara d-data tal-konsenja tagħha;
(b)
il-konsultazzjonijiet ma jsirux fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 240(3) jew (4);
(c)
il-Partijiet jaqblu li ma jsirux konsultazzjonijiet; jew
(d)
il-konsultazzjonijiet ikunu ġew konklużi u ma tkun intlaħqet l-ebda soluzzjoni maqbula reċiprokament.
2.
Parti li titlob l-istabbiliment ta’ panel (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Parti li tilmenta”) għandha tagħmel dan permezz ta’ talba bil-miktub mogħtija lill-Parti li allegatament tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet koperti (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Parti li kontriha jsir l-ilment”) u lil kwalunkwe korp estern fdat skont il-paragrafu 3, jekk applikabbli (minn hawn ’il quddiem imsejħa “talba għal panel”). Il-Parti li tilmenta għandha tidentifika l-miżura inkwistjoni fit-talba għal panel tagħha, u tispjega kif dik il-miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet koperti b’mod suffiċjenti biex tippreżenta l-bażi legali għall-ilment b’mod ċar.
3.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jiddeċiedi li jagħti lil korp estern il-ġestjoni tal-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ tilwim skont dan il-Kapitolu jew li jipprovdi appoġġ. Tali deċiżjoni għandha tindirizza wkoll il-kostijiet li jirriżultaw mill-inkarigu.
ARTIKOLU 242
Stabbiliment ta’ panel
1.
Għandu jitwaqqaf panel magħmul minn tliet membri tal-panel.
2.
Fi żmien 15-il jum wara d-data ta’ konsenja tat-talba għal panel, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bl-għan li jaqblu dwar il-kompożizzjoni tal-panel.
3.
Jekk il-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-kompożizzjoni tal-panel fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kull Parti għandha taħtar membru tal-panel mis-sublista tagħha stabbilita skont l-Artikolu 243 fi żmien 5 ijiem wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Jekk Parti ma taħtarx membru tal-panel mis-sublista tagħha fil-perjodu ta’ żmien previst fil-paragrafu 3, il-Kopresident tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni mill-Parti li tilmenta għandu jagħżel bil-polza, fi żmien 5 ijiem wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien previst fil-paragrafu 3, il-membru tal-panel mis-sublista tal-Parti. Il-kopresident tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni mill-Parti li tilmenta jista’ jiddelega tali għażla bil-polza tal-membru tal-panel.
4.
Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-president tal-panel fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 2, il-kopresident tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni mill-Parti li tilmenta għandu jagħżel bil-polza, fi żmien ħamest ijiem wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ żmien, mis-sublista ta’ presidenti stabbilita fl-Artikolu 243. Il-kopresident tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni mill-Parti li tilmenta jista’ jiddelega tali għażla bil-polza.
5.
Il-panel għandu jitqies li ġie stabbilit 15-il jum wara li t-tliet membri tal-panel magħżulin ikunu aċċettaw il-ħatra tagħhom f’konformità mal-Anness 14-A, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor. Kull Parti għandha tippubblika minnufih id-data tal-istabbiliment tal-panel.
6.
Jekk xi waħda mil-listi previsti fl-Artikolu 243 ma tkunx ġiet stabbilita jew ma jkunx fiha biżżejjed ismijiet fil-mument li ssir talba f’konformità mal-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, il-membri tal-panel għandhom jittellgħu bil-polza mill-individwi li jkunu ġew formalment proposti minn Parti waħda jew miż-żewġ Partijiet, f’konformità mal-Anness 14-A.
ARTIKOLU 243
Lista tal-membri tal-panel
1.
Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi lista ta’ mill-anqas 15-il individwu li jkunu lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-panel. Il-lista għandha tkun magħmula minn tliet sublisti:
(a)
sublista waħda ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mill-Unjoni Ewropea;
(b)
sublista waħda ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mir-Repubblika tal-Użbekistan; u
(c)
sublista waħda ta’ individwi li ma humiex nazzjonali ta’ xi waħda mill-Partijiet u li għandhom jaġixxu bħala president tal-panel.
2.
Kull sublista għandha tinkludi tal-anqas ħames individwi. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jiżgura li kull lista dejjem tinżamm f’dak in-numru minimu ta’ individwi.
3.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jistabbilixxi listi addizzjonali ta’ individwi b’għarfien espert f’setturi speċifiċi koperti minn dan it-Titolu. Soġġetti għall-qbil mill-Partijiet, tali listi addizzjonali għandhom jintużaw biex jitwaqqaf il-panel f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 242.
ARTIKOLU 244
Rekwiżiti għall-membri tal-panel
1.
Kull membru tal-panel għandu:
(a)
ikun wera għarfien espert fid-dritt, fil-kummerċ internazzjonali u fi kwistjonijiet oħrajn koperti minn dan it-Titolu;
(b)
ikun indipendenti mill-Partijiet, ma jkunx affiljat magħhom u lanqas ma jieħu struzzjonijiet mingħandhom;
(c)
iservi fil-kapaċità individwali u ma jiħux struzzjonijiet mingħand xi organizzazzjoni jew gvern fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mat-tilwima; u
(d)
jikkonforma mal-Anness 14-B.
2.
Il-President għandu jkollu wkoll esperjenza fi proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim.
3.
Fid-dawl tas-suġġett ta’ tilwima partikolari, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jidderogaw mir-rekwiżiti elenkati fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
ARTIKOLU 245
Funzjonijiet tal-panel
Il-panel:
(a)
għandu jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-kwistjoni quddiemu, li tinkludi valutazzjoni oġġettiva tal-fatti tal-każ u tal-applikabbiltà tal-miżuri inkwistjoni u tal-konformità mad-dispożizzjonijiet koperti;
(b)
għandu jistabbilixxi, fid-deċiżjonijiet u fir-rapporti tiegħu, is-sejbiet tal-fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet koperti u r-raġunament bażiku wara kwalunkwe sejba u konklużjoni li jagħmel; u
(c)
jenħtieġ li jikkonsulta b’mod regolari mal-Partijiet u jipprovdi opportunitajiet adegwati għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.
ARTIKOLU 246
Termini ta’ referenza
1.
Minbarra jekk il-Partijiet jaqblu mod ieħor, fi żmien ħamest ijiem mid-data tat-twaqqif tal-panel, it-termini ta’ referenza tal-panel għandhom ikunu:
“li jeżamina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan it-Titolu msemmijin mill-Partijiet, il-kwistjoni msemmija fit-talba għal panel, li jagħmel sejbiet dwar il-konformità tal-miżura inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu msemmijin fl-Artikolu 239 u li joħroġ rapport f’konformità mal-Artikoli 248 u 249.”
2.
Jekk il-Partijiet jaqblu dwar it-termini ta’ referenza minbarra dawk stabbiliti fil-paragrafu 1, huma għandhom jinnotifikaw it-termini ta’ referenza miftehmin lill-panel fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1.
ARTIKOLU 247
Deċiżjoni dwar l-urġenza
1.
Jekk Parti titlob hekk, il-panel għandu jiddeċiedi, fi żmien 10 ijiem wara t-twaqqif tiegħu, jekk il-każ jikkonċernax kwistjonijiet ta’ urġenza.
2.
Jekk il-panel jiddeċiedi li t-tilwima tikkonċerna kwistjonijiet ta’ urġenza, il-perjodi ta’ żmien applikabbli stabbiliti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu nofs iż-żmien stabbilit fih, ħlief għall-perjodi ta’ żmien imsemmijin fl-Artikolu 242 u fl-Artikolu 246.
ARTIKOLU 248
Rapport interim
1.
Il-panel għandu joħroġ rapport interim lill-Partijiet fi żmien 90 jum wara d-data tat-twaqqif tal-panel. Jekk il-panel iqis li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-President tal-panel għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-panel jippjana li joħroġ ir-rapport interim tiegħu. Il-panel qatt ma għandu joħroġ ir-rapport interim tiegħu aktar tard minn 120 jum wara d-data tat-twaqqif tal-panel.
2.
Kull Parti tista’ twassal talba bil-miktub lill-panel biex jirrieżamina aspetti preċiżi tar-rapport interim fi żmien 10 ijiem mill-konsenja tiegħu. Parti tista’ tikkummenta fuq it-talba tal-Parti l-oħra fi żmien 6 ijiem mill-konsenja tat-talba.
3.
Jekk ma tasal l-ebda talba bil-miktub għar-rieżami ta’ aspetti preċiżi tar-rapport interim fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rapport interim għandu jsir ir-rapport finali.
ARTIKOLU 249
Rapport finali
1.
Il-panel għandu joħroġ ir-rapport finali tiegħu lill-Partijiet fi żmien 120 jum wara d-data tat-twaqqif tal-panel. Jekk il-panel iqis li tali skadenza ma tistax tintlaħaq, il-President tal-panel għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-panel jippjana li joħroġ ir-rapport finali tiegħu. Il-panel qatt ma għandu joħroġ ir-rapport finali tiegħu aktar tard minn 150 jum wara d-data tat-twaqqif tal-panel.
2.
Ir-rapport finali għandu jinkludi diskussjoni dwar kwalunkwe talba bil-miktub mill-Partijiet dwar ir-rapport interim kif imsemmi fl-Artikolu 248(1) u jindirizza b’mod ċar il-kummenti tal-Partijiet.
ARTIKOLU 250
Miżuri ta’ konformità
1.
Jekk il-panel jikkonkludi li l-miżura inkwistjoni ma hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet koperti, il-Parti li kontriha jkun sar l-ilment għandha tieħu kwalunkwe miżura neċessarja biex tikkonforma fil-pront mas-sejbiet u mal-konklużjonijiet fir-rapport finali biex iġġib lilha nnifisha f’konformità mad-dispożizzjonijiet koperti.
2.
Mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konsenja tar-rapport finali, il-Parti li kontriha jsir l-ilment għandha tinnotifika lill-Parti li tilmenta dwar il-miżuri li tkun ħadet, jew li tipprevedi li tieħu, biex tikkonforma.
ARTIKOLU 251
Perjodu ta’ żmien raġonevoli
1.
Jekk il-konformità immedjata ma tkunx possibbli, il-Parti li kontriha jsir l-ilment għandha, mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta’ konsenja tar-rapport finali, tagħti notifika lill-Parti li tilmenta dwar it-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli li tkun teħtieġ għal tali konformità. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar it-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jikkonformaw mar-rapport finali.
2.
Jekk il-Partijiet ma jkunux qablu dwar it-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-Parti li tilmenta tista’, mhux qabel 20 jum wara d-data tal-konsenja tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, titlob bil-miktub lill-panel oriġinali biex jiddetermina t-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli. Il-panel għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 20 jum wara d-data ta’ konsenja ta’ tali talba.
3.
Il-Parti li kontriha jsir l-ilment għandha tinnotifika bil-miktub il-progress tagħha fil-konformità mar-rapport finali lill-Parti li tilmenta mhux aktar tard minn xahar qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli stabbilit f’konformità mal-paragrafu 2.
4.
Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jestendu l-perjodu ta’ żmien raġonevoli stabbilit f’konformità mal-paragrafu 2.
ARTIKOLU 252
Rieżami tal-konformità
1.
Il-Parti li kontriha jkun sar l-ilment għandha, mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli msemmi fl-Artikolu 251, twassal notifika lill-Parti li tilmenta dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet biex tikkonforma mar-rapport finali.
2.
Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar l-eżistenza ta’ miżuri meħudin biex jikkonformaw mar-rapport finali jew dwar il-konsistenza ta’ tali miżuri mad-dispożizzjonijiet koperti, il-Parti li tilmenta tista’ tagħmel talba bil-miktub lill-panel oriġinali biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Tali talba għandha tidentifika kwalunkwe miżura inkwistjoni u tispjega kif dik il-miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet koperti b’mod suffiċjenti biex tippreżenta l-bażi legali għall-ilment b’mod ċar. Il-panel għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 46 jum wara d-data ta’ konsenja ta’ tali talba.
ARTIKOLU 253
Rimedji temporanji
1.
Il-Parti li kontra jsir l-ilment għandha, fuq talba minn u wara konsultazzjonijiet mal-Parti li tilmenta, tippreżenta offerta għal kumpens temporanju jekk:
(a)
il-Parti li kontriha jsir l-ilment tinnotifika lill-Parti li tilmenta li ma jkunx possibbli li tinżamm konformità mar-rapport finali; jew
(b)
il-Parti li kontriha jsir l-ilment tonqos milli twassal notifika ta’ kwalunkwe miżura meħuda biex tikkonforma sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 250 jew qabel id-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli; jew
(c)
il-panel isib li ma tkun ittieħdet l-ebda miżura biex tikkonforma jew li l-miżura meħuda biex tikkonforma tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet koperti.
2.
Fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, il-Parti li tilmenta tista’ tibgħat notifika bil-miktub lill-Parti li kontriha jsir l-ilment li tkun biħsiebha tissospendi l-applikazzjoni tal-obbligi skont id-dispożizzjonijiet koperti jekk:
(a)
il-Parti li tilmenta tiddeċiedi li ma tagħmilx talba skont il-paragrafu 1; jew
(b)
meta l-Parti li tilmenta tkun għamlet talba skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet ma jaqblux dwar il-kumpens temporanju fi żmien 20 jum wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli msemmi fl-Artikolu 251 jew il-konsenja tad-deċiżjoni tal-panel skont l-Artikolu 252.
3.
In-notifika għandha tispeċifika l-livell ta’ sospensjoni tal-obbligi maħsuba.
4.
Il-Parti li tilmenta tista’ tissospendi l-obbligi skont id-dispożizzjonijiet koperti 10 ijiem wara d-data ta’ konsenja tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2, sakemm il-Parti li kontriha jsir l-ilment ma tibgħatx talba bil-miktub skont il-paragrafu 6.
5.
Il-livell tas-sospensjoni tal-obbligi ma għandux jaqbeż il-livell ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew għall-indeboliment ikkawżat mill-ksur.
6.
Jekk il-Parti li kontriha jsir l-ilment tqis li l-livell notifikat ta’ sospensjoni tal-obbligi jaqbeż il-livell ekwivalenti għat-tixjin jew għall-indeboliment ikkawżat mill-ksur, hija tista’ titlob lill-panel oriġinali qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 10 ijiem previst fil-paragrafu 4 biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Il-panel għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwar il-livell tas-sospensjoni tal-obbligi lill-Partijiet fi żmien 30 jum wara d-data ta’ dik it-talba. L-obbligi ma għandhomx jiġu sospiżi sakemm il-panel ikun ħareġ id-deċiżjoni tiegħu. Is-sospensjoni tal-obbligi għandha tkun konsistenti ma’ dik id-deċiżjoni.
7.
Is-sospensjoni tal-obbligi jew tal-kumpens imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jkun temporanju u ma għandux jiġi applikat wara li:
(a)
il-Partijiet ikunu laħqu soluzzjoni maqbula reċiprokament skont l-Artikolu 269;
(b)
il-Partijiet ikunu qablu li l-miżura meħuda biex jikkonformaw iġġib lill-Parti li kontriha jsir l-ilment f’konformità mad-dispożizzjonijiet koperti; jew
(c)
kwalunkwe miżura meħuda biex tinkiseb konformità li l-panel ikun sab li kienet inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet koperti ġiet irtirata jew emendata biex il-Parti li kontriha jsir l-ilment tinġieb f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
ARTIKOLU 254
Rieżami ta’ kwalunkwe miżura meħuda biex tinkiseb konformità wara l-adozzjoni ta’ rimedji temporanji
1.
Il-Parti li kontriha sar l-ilment għandha tibgħat notifika lill-Parti li tilmenta dwar kwalunkwe miżura meħuda biex tikkonforma wara s-sospensjoni tal-obbligi jew wara l-applikazzjoni ta’ kumpens temporanju, skont il-każ. Bl-eċċezzjoni tal-każijiet skont il-paragrafu 2, il-Parti li tilmenta għandha ttemm is-sospensjoni tal-obbligi fi żmien 30 jum mid-data ta’ konsenja tan-notifika. F’każijiet li fihom ikun ġie applikat kumpens, u bl-eċċezzjoni tal-każijiet skont il-paragrafu 2, il-Parti li kontriha jsir l-ilment tista’ ttemm l-applikazzjoni ta’ tali kumpens fi żmien 30 jum mid-data ta’ konsenja tan-notifika tagħha li hija kkonformat.
2.
Jekk il-Partijiet ma jilħqux ftehim dwar jekk il-miżura notifikata ġġibx il-Parti li kontriha jsir l-ilment konformi mad-dispożizzjonijiet koperti fi żmien 30 jum wara d-data tal-konsenja tan-notifika, il-Parti li tilmenta għandha twassal talba bil-miktub lill-panel oriġinali biex jiddeċiedi fuq il-kwistjoni. Il-panel għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 46 jum wara d-data tal-konsenja tat-talba. Jekk il-panel isib li l-miżura meħuda biex tinkiseb konformità tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet koperti, is-sospensjoni tal-obbligi jew il-kumpens, skont il-każ, għandu jintemm. Meta rilevanti, il-Parti li tilmenta għandha taġġusta l-livell ta’ sospensjoni tal-obbligi jew il-kumpens fid-dawl tad-deċiżjoni tal-panel.
3.
Jekk il-Parti li kontriha jsir l-ilment tqis li l-livell ta’ sospensjoni implimentat mill-Parti li tilmenta jisboq il-livell ekwivalenti għat-tixjin jew għall-indeboliment ikkawżat mill-ksur, tista’ titlob bil-miktub lill-panel oriġinali biex jieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni.
ARTIKOLU 255
Sostituzzjoni tal-membri tal-panel
Jekk matul kwalunkwe proċedura għas-soluzzjoni ta’ tilwim skont din it-Taqsima, membru tal-panel ma jkunx jista’ jipparteċipa, jirtira, jew jeħtieġ li jiġi ssostitwit minħabba li ma jikkonformax mal-Anness 14-B, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 242. Il-perjodu ta’ żmien biex jiġi kkonsenjat ir-rapport jew id-deċiżjoni tal-panel għandu jiġi estiż għaż-żmien neċessarju għall-ħatra tal-membru tal-panel il-ġdid.
ARTIKOLU 256
Regoli ta’ proċedura
1.
Il-proċeduri tal-panel għandhom ikunu rregolati b’din it-Taqsima u bl-Anness 14-A.
2.
Kwalunkwe seduta tal-panel għandha tkun miftuħa għall-pubbliku sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Anness 14-C.
ARTIKOLU 257
Sospensjoni u tmiem
Fuq it-talba taż-żewġ Partijiet, il-panel għandu jissospendi l-ħidma tiegħu fi kwalunkwe ħin għal perjodu ta’ żmien miftiehem mill-Partijiet li ma jaqbiżx 12-il xahar konsekuttiv.
Il-panel għandu jkompli bil-ħidma tiegħu qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ sospensjoni wara talba bil-miktub taż-żewġ Partijiet, jew mal-iskadenza tal-perjodu ta’ sospensjoni wara talba bil-miktub ta’ xi waħda mill-Partijiet. Il-Parti rikjedenti għandha tagħti notifika lill-Parti l-oħra kif xieraq. Jekk il-panel ma jerġax jibda l-ħidma tiegħu mal-iskadenza tal-perjodu ta’ sospensjoni f’konformità ma’ dan il-paragrafu, l-awtorità tal-panel għandha tintemm u l-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim għandha tiġi tterminata.
Jekk il-ħidma tal-panel tiġi sospiża, il-perjodi ta’ żmien rilevanti stabbiliti f’din it-Taqsima għandhom jiġu estiżi bl-istess perjodu ta’ żmien li għalih tkun ġiet sospiża l-ħidma tal-panel.
ARTIKOLU 258
Dritt li tintalab informazzjoni
1.
Fuq it-talba ta’ Parti, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, il-panel jista’ jfittex mingħand il-Partijiet l-informazzjoni rilevanti li hu jqis li tkun neċessarja u xierqa. Il-Partijiet għandhom iwieġbu mill-ewwel u b’mod sħiħ għal kwalunkwe talba mill-panel għal tali informazzjoni.
2.
Fuq talba ta’ Parti jew fuq inizjattiva tiegħu stess, il-panel jista’ jfittex kwalunkwe informazzjoni li jqis xierqa minn kwalunkwe sors. Il-panel jista’ jfittex ukoll l-opinjoni tal-esperti, kif iqis xieraq, u soġġett għal kwalunkwe terminu u kundizzjoni miftehmin mill-Partijiet, fejn applikabbli.
3.
Il-panel għandu jqis sottomissjonijiet amicus curiae minn persuni fiżiċi ta’ Parti jew minn persuni ġuridiċi stabbiliti f’Parti f’konformità mal-Anness 14-A.
4.
Kwalunkwe informazzjoni miksuba mill-panel skont dan l-Artikolu għandha tiġi ddivulgata lill-Partijiet u l-Partijiet jistgħu jipprovdu kummenti dwar dik l-informazzjoni.
ARTIKOLU 259
Regoli ta’ interpretazzjoni
1.
Il-panel għandu jinterpreta d-dispożizzjonijiet koperti f’konformità mar-regoli konswetudinarji tal-interpretazzjoni tad-dritt internazzjonali pubbliku, inklużi dawk kodifikati fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, magħmula fit-23 ta’ Mejju 1969.
2.
Il-panel għandu jqis ukoll l-interpretazzjonijiet rilevanti fir-rapporti tal-panels tad-WTO u tal-Korp tal-Appell adottat mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO.
3.
Ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tal-panel ma għandhomx iżidu jew inaqqsu d-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 260
Rapporti u deċiżjonijiet tal-panel
1.
Id-deliberazzjonijiet tal-panel għandhom jinżammu kunfidenzjali. Il-panel għandu jagħmel kull sforz biex jabbozza rapporti u jieħu deċiżjonijiet b’kunsens. Jekk dan ma jkunx possibbli, il-panel għandu jiddeċiedi l-kwistjoni b’vot ta’ maġġoranza. Fl-ebda każ ma għandhom jiġu żvelati l-opinjonijiet separati tal-membri tal-panel.
2.
Id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-panel għandhom jiġu aċċettati mingħajr kundizzjoni mill-Partijiet. Ma għandhom joħolqu ebda dritt jew obbligu fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi.
3.
Kull Parti għandha tagħmel ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tal-panel u s-sottomissjonijiet tiegħu disponibbli għall-pubbliku, soġġetta għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
4.
Il-panel u l-Partijiet għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni sottomessa minn Parti lill-panel f’konformità mal-Anness 14-A.
ARTIKOLU 261
Għażla tal-forum
1.
Jekk tinqala’ tilwima fir-rigward ta’ miżura partikolari f’allegat ksur ta’ obbligu tad-dispożizzjonijiet koperti u ta’ obbligu sostanzjalment ekwivalenti skont kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor li ż-żewġ Partijiet ikunu parti għalih, inkluż il-Ftehim tad-WTO, il-Parti li tfittex rimedju għandha tagħżel il-forum li fih għandha tissolva t-tilwima.
2.
Meta Parti tkun għażlet il-forum u tkun bdiet il-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont din it-Taqsima jew skont kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor, dik il-Parti ma għandhiex tibda proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont ftehim ieħor fir-rigward ta’ miżura partikolari msemmija fil-paragrafu 1, ħlief jekk il-forum magħżul l-ewwel ma jirnexxilux jagħmel sejbiet għal raġunijiet proċedurali jew ġuriżdizzjonali.
3.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
(a)
il-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont din it-Taqsima jitqiesu li jinbdew permezz ta’ talba mill-panel ta’ Parti f’konformità mal-Artikolu 241;
(b)
il-proċediuri ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont il-Ftehim tad-WTO huma meqjusin li jkunu nbdew mit-talba tal-panel ta’ Parti f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Qbil dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO; u
(c)
il-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont kwalunkwe ftehim ieħor jitqiesu li jinbdew f’konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dak il-ftehim kummerċjali internazzjonali.
4.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jipprekludi lil Parti milli tissospendi l-obbligi awtorizzati mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO jew awtorizzati skont il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim ta’ kwalunkwe ftehim kummerċjali internazzjonali ieħor li l-Partijiet għat-tilwima jkunu parti għalih. Parti ma għandhiex tinvoka l-Ftehim tad-WTO jew kwalunkwe ftehim kummerċjali internazzjonali ieħor bejn il-Partijiet biex tipprekludi Parti milli tissospendi l-obbligi skont din it-Taqsima.
TAQSIMA 4
MEDJAZZJONI
ARTIKOLU 262
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ medjazzjoni huwa li jiffaċilita s-sejba ta’ soluzzjoni bi ftehim reċiproku permezz ta’ proċedura komprensiva u espedjenti bl-assistenza ta’ medjatur.
ARTIKOLU 263
Talba għall-informazzjoni
1.
Qabel ma jingħata bidu għall-proċedura ta’ medjazzjoni, Parti tista’ tibgħat lill-Parti l-oħra talba bil-miktub għal informazzjoni rigward miżura li tkun qed taffettwa b’mod avvers il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet. Il-Parti li lilha tingħata tali talba għandha, fi żmien 20 jum wara d-data ta’ konsenja tat-talba, tagħti tweġiba bil-miktub li jkun fiha l-kummenti tagħha dwar l-informazzjoni mitluba.
2.
Jekk il-Parti li twieġeb tikkunsidra li ma hix se tkun tista’ twieġeb fi żmien 20 jum wara d-data ta’ konsenja tat-talba, hija għandha tinforma minnufih lill-Parti rikjedenti bir-raġunijiet għad-dewmien, flimkien ma’ stima tal-iqsar perjodu li fih se tkun tista’ tipprovdi t-tweġiba tagħha.
3.
Parti normalment tkun mistennija tagħmel talba għal informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 qabel il-bidu tal-proċedura ta’ medjazzjoni.
ARTIKOLU 264
Bidu tal-proċedura ta’ medjazzjoni
1.
Parti tista’ fi kwalunkwe ħin titlob li tidħol fi proċedura ta’ medjazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe miżura minn Parti li allegatament taffettwa b’mod negattiv il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet.
2.
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir permezz ta’ talba bil-miktub ikkonsenjata lill-Parti l-oħra. It-talba għandha tippreżenta t-tħassib tal-Parti rikjedenti b’mod ċar u f’dettall suffiċjenti u għandha:
(a)
tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni;
(b)
tipprovdi dikjarazzjoni dwar l-effetti avversi li l-Parti rikjedenti tqis li għandha, jew se jkollha, il-miżura fuq il-kummerċ jew fuq l-investiment bejn il-Partijiet; u
(c)
tispjega kif il-Parti rikjedenti tqis li dawk l-effetti huma marbutin mal-miżura.
3.
Il-proċedura ta’ medjazzjoni tista’ tinbeda biss permezz ta’ ftehim reċiproku tal-Partijiet biex jesploraw soluzzjonijiet miftehmin b’mod reċiproku u jqisu kwalunkwe parir u soluzzjoni proposti mill-medjatur. Il-Parti li lilha ssir it-talba biex tidħol fi proċedura ta’ medjazzjoni għandha tqis b’mod favorevoli t-talba u tibgħat l-aċċettazzjoni jew ir-rifjut bil-miktub tagħha lill-Parti rikjedenti fi żmien 10 ijiem wara d-data tal-konsenja tagħha. Jekk il-Parti li lilha ssir it-talba tonqos milli tikkonsenja l-aċċettazzjoni jew ir-rifjut tagħha bil-miktub f’dak il-perjodu, it-talba għandha titqies bħala rrifjutata.
ARTIKOLU 265
Għażla tal-medjatur
1.
Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar medjatur fi żmien 10 ijiem wara l-bidu tal-proċedura ta’ medjazzjoni.
2.
Fil-każ li l-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-medjatur fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1, kwalunkwe Parti tista’ titlob lill-ko-President tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni mill-Parti rikjedenti għad-dħul fi proċedura ta’ medjazzjoni biex jagħżel il-medjatur bil-polza, fi żmien 5 ijiem wara t-talba, mis-sublista ta’ Presidenti stabbilita f’konformità mal-Artikolu 243. Il-ko-President tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni mill-Parti rikjedenti li titlob id-dħul fi proċedura ta’ medjazzjoni jista’ jiddelega t-tali għażla bil-polza tal-medjatur.
3.
Jekk is-sublista ta’ Presidenti msemmijin fl-Artikolu 243 ma tkunx ġiet stabbilita fiż-żmien meta ssir talba skont l-Artikolu 264, il-medjatur għandu jittella’ bil-polza mill-individwi proposti formalment minn Parti waħda jew miż-żewġ Partijiet għal dik is-sublista.
4.
Medjatur ma għandux ikun ċittadin ta’ waħda mill-Partijiet jew impjegat ta’ waħda mill-Partijiet, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.
5.
Medjatur għandu jikkonforma mal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Panel u għall-Medjaturi stabbilit fl-Anness 14-B.
ARTIKOLU 266
Regoli tal-proċedura ta’ medjazzjoni
1.
Fi żmien 10 ijiem mill-ħatra tal-medjatur, il-Parti li tkun nediet il-proċedura ta’ medjazzjoni għandha twassal lill-medjatur u lill-Parti l-oħra deskrizzjoni dettaljata bil-miktub dwar it-tħassib tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-operat tal-miżura inkwistjoni u tal-effetti avversi possibbli tagħha fuq il-kummerċ jew fuq l-investiment bejn il-Partijiet. Fi żmien 20 jum wara l-konsenja ta’ din id-deskrizzjoni, il-Parti l-oħra tista’ tibgħat kummenti bil-miktub dwar din id-deskrizzjoni. Kwalunkwe Parti tista’ tinkludi kwalunkwe informazzjoni li jidhrilha li hija rilevanti fid-deskrizzjoni jew fil-kummenti tagħha.
2.
Il-medjatur għandu jassisti lill-Partijiet b’mod trasparenti biex tinkiseb ċarezza għall-miżura ikkonċernata u għall-effetti avversi possibbli tagħha fuq il-kummerċ jew fuq l-investiment bejn il-Partijiet. B’mod partikolari, il-medjatur jista’ jorganizza laqgħat bejn il-Partijiet, jikkonsulta lill-Partijiet b’mod konġunt jew individwalment, ifittex l-assistenza ta’ jew jikkonsulta lill-esperti u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u jipprovdi kwalunkwe appoġġ addizzjonali mitlub mill-Partijiet. Il-medjatur għandu jikkonsulta mal-Partijiet qabel ifittex l-assistenza jew jikkonsulta lill-esperti u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
3.
Il-medjatur jista’ joffri pariri u jipproponi soluzzjoni għall-kunsiderazzjoni tal-Partijiet. Il-Partijiet jistgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw is-soluzzjoni proposta jew jaqblu dwar soluzzjoni differenti. Il-medjatur ma għandux jagħti pariri jew kummenti dwar il-konsistenza tal-miżura inkwistjoni ma’ dan it-Titolu.
4.
Il-proċedura ta’ medjazzjoni għandha ssir fit-territorju tal-Parti li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba, jew bi ftehim reċiproku fi kwalunkwe post ieħor jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor.
5.
Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku fi żmien 60 jum mill-ħatra tal-medjatur. Sakemm jintlaħaq ftehim finali, il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw soluzzjonijiet interim possibbli, partikolarment jekk il-miżura tkun relatata ma’ merkanzija li titħassar jew ma’ merkanzija jew ma’ servizzi staġjonali.
6.
Is-soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku tista’ tiġi adottata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni. Kwalunkwe Parti tista’ tagħmel is-soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku soġġetta għat-tlestija ta’ kwalunkwe proċedura interna meħtieġa. Soluzzjonijiet miftehmin b’mod reċiproku għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Il-verżjoni ddivulgata lill-pubbliku ma għandhiex tinkludi kwalunkwe informazzjoni li Parti tkun iddeżinjat bħala kunfidenzjali.
7.
Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, il-medjatur għandu jagħti abbozz ta’ rapport fattwali lill-Partijiet, li jipprovdi:
(a)
sommarju qasir tal-miżura inkwistjoni;
(b)
il-proċeduri segwiti; u
(c)
jekk applikabbli, kwalunkwe soluzzjoni maqbula reċiprokament, inklużi soluzzjonijiet interim possibbli.
8.
Il-medjatur għandu jippermetti lill-Partijiet bi 15-il jum biex jikkummentaw dwar l-abbozz tar-rapport fattwali. Wara li jqis il-kummenti tal-Partijiet, il-medjatur għandu, fi żmien 15-il jum, jibgħat rapport fattwali finali lill-Partijiet. Ir-rapport fattwali finali ma għandux jinkludi kwalunkwe interpretazzjoni ta’ dan it-Titolu.
9.
Il-proċedura għandha tintemm:
(a)
bl-adozzjoni ta’ soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku mill-Partijiet, fid-data tal-adozzjoni tagħha;
(b)
bi qbil reċiproku tal-Partijiet fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, fid-data ta’ dak il-ftehim;
(c)
b’dikjarazzjoni bil-miktub tal-medjatur, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, li sforzi ulterjuri ta’ medjazzjoni ma jwasslu mkien, fid-data ta’ dik id-dikjarazzjoni; jew
(d)
b’dikjarazzjoni bil-miktub ta’ Parti wara li jkunu ġew esplorati s-soluzzjonijiet miftehmin b’mod reċiproku skont il-proċedura ta’ medjazzjoni u wara li tkun ingħatat kunsiderazzjoni lil kwalunkwe parir jew soluzzjoni proposta mill-medjatur, fid-data ta’ dik id-dikjarazzjoni.
ARTIKOLU 267
Kunfidenzjalità
Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, kull pass tal-proċedura ta’ medjazzjoni, inkluż kull parir jew soluzzjoni proposta, għandu jinżamm kunfidenzjali. Kull Parti tista’ tiżvela lill-pubbliku l-fatt li qed issir medjazzjoni.
ARTIKOLU 268
Relazzjoni mal-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim
1.
Il-proċedura ta’ medjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi tal-Partijiet skont it-Taqsimiet 2 u 3 jew skont il-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor.
2.
Parti ma għandhiex isserraħ fuq, jew tintroduċi bħala evidenza, fi proċeduri oħrajn ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont dan it-Titolu jew kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor, u panel lanqas ma għandu jikkunsidra:
(a)
pożizzjonijiet meħudin mill-Parti l-oħra matul il-proċedura ta’ medjazzjoni jew informazzjoni miġbura esklużivament f’konformità mal-Artikolu 266(2);
(b)
il-fatt li l-Parti l-oħra tkun indikat ir-rieda li taċċetta soluzzjoni għall-miżura soġġetta għall-medjazzjoni; jew
(c)
parir mogħti jew proposti magħmulin mill-medjatur.
3.
Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, medjatur ma għandux iservi bħala membru ta’ panel fi proċeduri oħrajn ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont dan it-Titolu jew skont kwalunkwe ftehim ieħor li jinvolvi l-istess materja li għaliha jkun medjatur.
TAQSIMA 5
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
ARTIKOLU 269
Soluzzjoni maqbula reċiprokament
1.
Il-Partijiet jistgħu jsibu soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku fi kwalunkwe waqt fir-rigward ta’ kwalunkwe tilwima msemmija fl-Artikolu 239.
2.
Jekk soluzzjoni maqbula reċiprokament tintlaħaq matul il-panel jew il-proċedura ta’ medjazzjoni, il-Partijiet għandhom jinnotifikaw b’mod konġunt dik is-soluzzjoni lill-President tal-panel jew lill-medjatur, kif applikabbli. Wara tali notifika, il-proċedura tal-panel jew il-proċedura ta’ medjazzjoni għandha tiġi mitmuma.
3.
Kull Parti għandha tieħu kwalunkwe miżura neċessarja biex timplimenta s-soluzzjoni maqbula reċiprokament fil-perjodu ta’ żmien miftiehem.
4.
Mhux aktar tard mill-iskadenza ta’ perjodu ta’ żmien miftiehem, il-Parti li tkun qiegħda timplimenta għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra, bil-miktub, dwar kwalunkwe miżura li hija tkun ħadet biex timplimenta s-soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.
ARTIKOLU 270
Perjodi ta’ żmien
1.
Il-perjodi ta’ żmien kollha stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandhom jgħoddu f’jiem kalendarji mill-jum ta’ wara l-att li jirreferu għalih.
2.
Kwalunkwe perjodu ta’ żmien stabbilit f’dan il-Kapitolu jista’ jiġi mmodifikat bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.
3.
Fir-rigward tat-Taqsima 3, il-panel jista’ fi kwalunkwe waqt jipproponi lill-Partijiet biex jimmodifikaw kwalunkwe perjodu ta’ żmien stabbilit f’dan il-Kapitolu, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għall-proposta.
ARTIKOLU 271
Kostijiet
1.
Kull Parti għandha ġġarrab l-ispejjeż kollha tagħha li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-panel jew fil-proċedura ta’ medjazzjoni.
2.
Il-Partijiet għandhom jaqsmu b’mod konġunt u indaqs l-ispejjeż li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzazzjonali, inklużi r-remunerazzjoni u l-ispejjeż tal-membri tal-panel u tal-medjaturi.
3.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-parametri jew dettalji oħra tar-remunerazzjoni u tar-rimborż tal-ispejjeż tal-membri tal-panel u tal-medjaturi, inkluż kwalunkwe kost relatat li jista’ jiġġarrab fil-proċedimenti. Sakemm tittieħed deċiżjoni bħal din, ir-remunerazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż tal-membri tal-panel u tal-medjaturi u ta’ kwalunkwe kost relatat għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mar-Regola 10 tal-Anness 14-A.
ARTIKOLU 272
Emendi tal-annessi
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jemenda l-Annessi 14-A u 14-B.
KAPITOLU 15
EĊĊEZZJONIJIET
ARTIKOLU 273
Eċċezzjonijiet ġenerali
1.
Għall-finijiet tal-Kapitoli 2, 4, 8 u 12, l-Artikolu XX tal-GATT 1994, inklużi n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu, huwa inkorporat u magħmul parti minn dan il-Ftehim, mutatis mutandis.
2.
Soġġett għar-rekwiżit li tali miżuri ma jiġux applikati b’mod li jikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u mhux ġustifikata bejn il-Partijiet, fejn ikun hemm kundizzjonijiet simili, jew restrizzjoni moħbija fuq l-investimenti jew fuq il-kummerċ fis-servizzi, xejn fil-Kapitolu 12 u fil-Kapitolu 8 ma għandu jiġi interpretat li jipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar minn Parti tal-miżuri neċessarji biex:
(a)
tipproteġi s-sigurtà pubblika jew il-morali pubblika jew biex iżommu l-ordni pubblika;
(b)
tipproteġi l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti;
(c)
tiġi żgurata konformità ma’ liġijiet jew regolamenti li ma humiex inkonsistenti ma’ dan il-Ftehim, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati ma’ dawn:
(i)
il-prevenzjoni ta’ prattiki qarrieqa u frodulenti;
(ii)
l-effetti ta’ inadempjenza fuq il-kuntratti;
(iii) il-protezzjoni tal-privatezza ta’ individwi fir-rigward tal-proċessar u tad-disseminazzjoni ta’ data personali u l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ rekords u ta’ kontijiet individwali; u
(iv)
is-sikurezza.
3.
Għal aktar ċertezza, il-Partijiet jikkondividu l-fehim għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 li:
(a)
il-miżuri msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu XX tal-GATT tal-1994 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jinkludu miżuri ambjentali li jkunu neċessarji għall-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti;
(b)
il-punt (g) tal-Artikolu XX tal-GATT 1994 japplika għal miżuri relatati mal-konservazzjoni ta’ riżorsi naturali eżawribbli ħajjin u mhux ħajjin; u
(c)
il-miżuri meħudin għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali jistgħu jkunu ġustifikati mill-punt (b) jew (g) tal-Artikolu XX tal-GATT 1994 jew mill-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4.
Qabel ma Parti tieħu kwalunkwe miżura prevista fil-punti (i) u (j) tal-Artikolu XX tal-GATT 1994, dik il-Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra bl-informazzjoni rilevanti kollha, bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim fi żmien 30 jum mill-għoti tat-tali informazzjoni, il-Parti li jkun biħsiebha tieħu l-miżuri tkun tista’ tieħu l-miżuri rilevanti. Jekk ċirkustanzi eċċezzjonali u kritiċi li jeħtieġu azzjoni immedjata jagħmlu l-informazzjoni jew l-eżami minn qabel impossibbli, il-Parti li jkun biħsiebha tieħu l-miżuri tista’ tapplika minnufih il-miżuri ta’ prekawzjoni neċessarji biex tindirizza s-sitwazzjoni. Dik il-Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra b’dan mingħajr dewmien.
ARTIKOLU 274
Tassazzjoni
1.
Xejn f’dan it-Titolu ma għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, jew tar-Repubblika tal-Użbekistan skont kwalunkwe trattat internazzjonali dwar it-taxxa. Fil-każ ta’ inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u kwalunkwe trattat internazzjonali dwar it-taxxa, dak it-trattat internazzjonali dwar it-taxxa għandu jipprevali fir-rigward tal-inkonsistenza.
2.
L-Artikoli 33 u 194 ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw għal vantaġġ mogħti minn Parti skont trattat internazzjonali dwar it-taxxa.
3.
Soġġett għar-rekwiżit li tali miżuri ma jiġux applikati b’mod li jikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli bejn il-Partijiet fejn jipprevalu kundizzjonijiet simili, jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ u fuq l-investiment, xejn f’dan it-Titolu ma għandu jinftiehem li jipprevjeni l-adozzjoni, iż-żamma jew l-infurzar minn Parti ta’ kwalunkwe miżura mmirata biex tiżgura l-impożizzjoni jew il-ġbir ekwitabbli jew effettiv ta’ taxxi diretti li:
(a)
tagħmel distinzjoni bejn kontribwenti li ma jkunux fl-istess sitwazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom jew fir-rigward tal-post fejn ikun investit il-kapital tagħhom; jew
(b)
ikollha l-għan li tipprevjeni l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi skont kwalunkwe trattat dwar it-taxxa jew leġiżlazzjoni fiskali domestika.
4.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
(a)
“residenza” tfisser residenza għall-finijiet tat-taxxa; u
(b)
“trattat internazzjonali dwar it-taxxa” tfisser trattat għall-evitar tat-taxxa doppja jew kwalunkwe ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor relatat kompletament jew primarjament mat-tassazzjoni li għalih huma parti l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha jew ir-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 275
Divulgazzjoni ta’ informazzjoni
1.
F’dan it-Titolu ma hemm xejn li għandu jiġi interpretat fis-sens li jeħtieġ li xi Parti tagħmel informazzjoni kunfidenzjali disponibbli, li d-divulgazzjoni tagħha tista’ timpedixxi l-infurzar tal-liġi, jew inkella li tmur kontra l-interess pubbliku, jew li tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ intrapriżi partikolari, pubbliċi jew privati, għajr meta panel ikun jirrikjedi t-tali informazzjoni kunfidenzjali fi proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu 14. F’każijiet bħal dawn, it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 14.
2.
Meta Parti tissottometti lill-Parti l-oħra, inkluż permezz tal-korpi stabbiliti skont dan il-Ftehim, informazzjoni li titqies kunfidenzjali skont il-liġijiet tagħha, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali, sakemm il-Parti li tissottometti ma taqbilx mod ieħor.
ARTIKOLU 276
Eżenzjonijiet tad-WTO
Jekk obbligu f’dan it-Titolu jkun sostanzjalment ekwivalenti għal obbligu li jinsab fil-Ftehim tad-WTO, kwalunkwe miżura meħuda f’konformità ma’ eżenzjoni adottata skont l-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO titqies li tkun f’konformità mad-dispożizzjoni sostanzjalment ekwivalenti ta’ dan il-Ftehim.
TITOLU V
KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOSTENIBBLI
ARTIKOLU 277
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fid-Djalogu Ekonomiku
1.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw dwar ir-riforma ekonomika billi jtejbu l-komprensjoni komuni tas-sitwazzjoni ekonomika fir-Repubblika tal-Użbekistan u fl-Unjoni Ewropea u l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi.
2.
Ir-Repubblika tal-Użbekistan għandha tieħu passi ulterjuri biex tiżviluppa ekonomija tas-suq sostenibbli u li tiffunzjona tajjeb, inklużi t-titjib tal-klima tal-investiment u inklużjoni akbar tas-settur privat. Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien biex jiżguraw politiki makroekonomiċi sodi u ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi li huma kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tal-effettività, tat-trasparenza u tar-responsabbiltà.
ARTIKOLU 278
Prinċipji ġenerali ta’ kooperazzjoni fid-Djalogu Ekonomiku
Il-Partijiet għandhom:
(a)
jiskambjaw l-esperjenza u l-aħjar prattiki relatati ma’ strateġiji għall-iżvilupp sostenibbli, inkluża l-promozzjoni ta’ drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;
(b)
jiskambjaw informazzjoni dwar ix-xejriet u l-politiki makroekonomiċi, kif ukoll dwar ir-riformi strutturali;
(c)
jiskambjaw għarfien espert u l-aħjar prattiki f’oqsma bħall-finanzi pubbliċi, l-oqfsa ta’ politika monetarja u dwar ir-rati tal-kambju, il-politika tas-settur finanzjarju u l-istatistiki ekonomiċi;
(d)
jiskambjaw informazzjoni u esperjenzi fl-integrazzjoni ekonomika reġjonali, inkluż il-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja Ewropea; u
(e)
jirrieżaminaw l-istatus tal-kooperazzjoni bilaterali fl-oqsma tal-ekonomija, finanzjarji u tal-istatistika.
ARTIKOLU 279
Il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, tal-awditjar estern pubbliku u tal-kontroll finanzjarju intern
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-oqsma ta’ sistemi pubbliċi ta’ ġestjoni finanzjarja robusti, kif ukoll ta’ awditjar estern pubbliku u ta’ kontroll finanzjarju intern bl-objettivi li ġejjin:
(a)
it-tisħiħ ulterjuri tal-Kamra tal-Kontabilità bħala istituzzjoni suprema pubblika għall-awditjar estern u għall-kontroll finanzjarju intern tar-Repubblika tal-Użbekistan f’termini tal-indipendenza finanzjarja, organizzazzjonali u operazzjonali tagħha u l-bini tal-kapaċitajiet f’konformità mal-istandards tal-awditjar estern aċċettati fuq livell internazzjonali (INTOSAI);
(b)
l-appoġġ għall-unità ċentrali ta’ armonizzazzjoni (id-Dipartiment tal-metodoloġija tal-baġit, tal-eżekuzzjoni tat-teżor, tal-kontroll finanzjarju u tal-awditjar intern) għall-iżvilupp ulterjuri tal-kontroll finanzjarju intern pubbliku tar-Repubblika tal-Użbekistan u għat-tisħiħ tal-kompetenzi u tal-istatus tagħha;
(c)
l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tas-sistema pubblika ta’ kontroll finanzjarju intern fuq il-bażi tal-prinċipju tal-akkontabilità maniġerjali, u l-inklużjoni ta’ funzjoni tal-awditu intern funzjonalment indipendenti għas-settur pubbliku kollu, permezz ta’ armonizzazzjoni ma’ standards u ma’ metodoloġiji internazzjonali ġeneralment aċċettati u ma’ prattika tajba tal-Unjoni Ewropea;
(d)
l-iżvilupp ta’ sistema adegwata ta’ spezzjoni finanzjarja biex tikkomplementa (iżda mhux tidduplika) il-funzjoni tal-awditu intern;
(e)
il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni effettivi bejn l-atturi involuti fil-ġestjoni finanzjarja u fil-kontroll, fl-awditjar u fl-ispezzjoni mal-atturi għall-baġit, għat-teżor u għall-kontabbiltà biex jitrawwem l-iżvilupp tal-governanza; u
(f)
l-iskambju ta’ informazzjoni, ta’ esperjenzi u ta’ prattika tajba fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, tal-awditjar estern pubbliku u tal-kontroll finanzjarju intern.
ARTIKOLU 280
Governanza tajba fil-qasam tat-taxxa
Il-Partijiet jieħdu impenn li jimplimentaw il-prinċipji ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, inklużi l-istandards globali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni, it-tassazzjoni ġusta u l-istandards minimi kontra l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti. Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, itejbu l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa u jiffaċilitaw il-ġbir tad-dħul leġittimu mit-taxxa.
ARTIKOLU 281
Statistika
1.
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-istandards Ewropej u internazzjonali u l-armonizzazzjoni tal-metodi u tal-prattika statistiċi, inklużi l-ġbir u d-disseminazzjoni tal-istatistika minn sistema statistika nazzjonali professjonalment indipendenti, sostenibbli u effiċjenti.
2.
Il-kooperazzjoni statistika għandha tiffoka fuq l-iskambju tal-għarfien, fuq it-trawwim ta’ prattiki tajbin u fuq ir-rispett għall-Prinċipji Fundamentali tal-Istatistika Uffiċjali tan-NU u għall-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea rivedut adottat mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika fis-16 ta’ Novembru 2017.
ARTIKOLU 282
Konnettività
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-konnettività sostenibbli fir-reġjun u lil hinn minnu. Għal dak l-għan, il-Partijiet għandhom jikkooperaw fi kwistjonijiet ta’ interess komuni, biex javvanzaw l-inizjattivi ta’ konnettività li jkunu ekonomikament, fiskalment, ambjentalment u soċjalment sostenibbli fit-tul u allinjati mar-regoli u mar-regolamenti maqbulin internazzjonalment.
ARTIKOLU 283
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fl-enerġija
1.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fi kwistjonijiet tal-enerġija u fl-iżvilupp tal-qafas legali meħtieġ bl-objettiv li jippromwovu l-introduzzjoni u l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u s-sigurtà tal-enerġija.
2.
Il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq sħubija komprensiva u għandha tkun iggwidata minn interess reċiproku, minn reċiproċità, minn trasparenza u minn prevedibbiltà f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija tas-suq u mat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija. Din il-kooperazzjoni għandu jkollha wkoll l-għan li tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali fl-enerġija, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-integrazzjoni tal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali ma’ xulxin u fi swieq u f’kurituri internazzjonali.
ARTIKOLU 284
Koperazzjoni fis-settur tal-enerġija
Il-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija għandha tkopri, inter alia, l-oqsma li ġejjin:
(a)
it-tisħiħ tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u s-sigurtà tal-enerġija, speċjalment l-affidabbiltà, is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-provvista tal-enerġija, inkluż l-iżgurar tas-sikurezza tal-faċilitajiet tal-enerġija u ż-żieda tal-effiċjenza enerġetika tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni billi tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali fl-enerġija, inklużi l-istabbiliment tas-swieq reġjonali tal-enerġija u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ u tal-iskambji interreġjonali u intrareġjonali tal-enerġija;
(b)
l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u tal-politiki dwar l-enerġija, id-diskussjoni tal-previżjonijiet u tax-xenarji, inklużi l-kundizzjonijiet tas-suq globali għal prodotti tal-enerġija, kif ukoll it-titjib tas-sistema tal-istatistika fis-settur tal-enerġija;
(c)
il-ħolqien ta’ klima ta’ investiment attraenti u stabbli u t-tħeġġiġ ta’ investimenti reċiproċi fil-qasam tal-enerġija fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti;
(d)
l-iskambji effettivi mal-Bank Ewropew tal-Investiment, mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u ma’ istituzzjonijiet u ma’ strumenti finanzjarji internazzjonali rilevanti oħrajn fil-qasam tal-enerġija;
(e)
l-iskambji xjentifiċi u tekniċi għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-enerġija b’attenzjoni partikolari għat-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
(f)
il-kollaborazzjoni f’fora, f’inizjattivi u f’istituzzjonijiet multilaterali tal-enerġija; u
(g)
l-iskambju ta’ għarfien u ta’ esperjenza kif ukoll it-trasferiment tat-teknoloġija fl-innovazzjoni, inkluż fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-ġestjoni u tal-enerġija u tad-diġitalizzazzjoni fl-industrija tal-enerġija, inkluża l-awtomatizzazzjoni tal-monitoraġġ tal-konsum u tal-minimizzazzjoni tat-telf.
ARTIKOLU 285
Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
Il-koperazzjoni għandha titfittex, inter alia, permezz ta’ dawn:
(a)
l-introduzzjoni u l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’manjiera ekonomikament u ambjentalment soda, inkluża l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet regolatorji, iċ-ċertifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni, kif ukoll dwar l-iżvilupp teknoloġiku;
(b)
l-iffaċilitar ta’ skambji bejn l-istituzzjonijiet, il-laboratorji u l-entitajiet tas-settur privat tal-Partijiet, bl-għan li jiġu implimentati l-aħjar prattiki lejn il-ħolqien tal-enerġija tal-ekonomija futura u ekoloġika; u
(c)
it-twettiq ta’ seminars konġunti, ta’ konferenzi u ta’ programmi ta’ taħriġ, u l-iskambju ta’ informazzjoni xjentifika u prattika u ta’ data statistika miftuħa, kif ukoll informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
ARTIKOLU 286
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-konservazzjoni tal-enerġija
Il-kooperazzjoni fil-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-iffrankar tal-enerġija, inkluż fis-settur tal-faħam, tal-ivvampjar tal-gass (u l-użu ta’ gass assoċjat), tal-bini, tat-tagħmir u tat-trasport, għandha issir, fost l-oħrajn, permezz ta’:
(a)
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar politiki tal-effiċjenza enerġetika u oqfsa legali u regolatorji u pjanijiet ta’ azzjoni;
(b)
il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ għarfien espert fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u tal-iffrankar tal-enerġija;
(c)
it-tnedija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti, inklużi proġetti ta’ dimostrazzjoni, għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji u ta’ soluzzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-iffrankar tal-enerġija; u
(d)
programmi u korsijiet ta’ taħriġ fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Artikolu.
ARTIKOLU 287
Enerġija tal-idrokarburi u elettriku
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija tal-idrokarburi għandha tkopri l-oqsma li ġejjin:
(a)
il-modernizzazzjoni u t-titjib ta’ infrastruttura tal-enerġija ta’ interess komuni eżistenti u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tal-enerġija ta’ interess komuni futuri skont il-prinċipji tas-suq, inkluż dawk immirati lejn id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija, tal-fornituri, tar-rotot u tal-metodi ta’ trasport, kif ukoll l-istabbiliment ta’ kapaċità ġdida ta’ ġenerazzjoni u l-integrità, l-effiċjenza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-infrastrutturi tal-enerġija, inklużi l-infrastrutturi tal-enerġija elettrika;
(b)
l-iżvilupp ta’ swieq tal-enerġija kompetittivi, trasparenti u mhux diskriminatorji f’konformità mal-aħjar prattiki permezz ta’ riformi regolatorji;
(c)
it-titjib u t-tisħiħ tal-istabbiltà u tas-sigurtà fit-tul tal-kummerċ tal-enerġija, inkluż l-iżgurar tal-prevedibbiltà u tal-istabbiltà tad-domanda għall-enerġija, fuq bażi mhux diskriminatorja, filwaqt li jiġu mminimizzati l-impatti u r-riskji ambjentali;
(d)
il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u ta’ żvilupp sostenibbli fis-settur tal-enerġija, inklużi l-estrazzjoni, l-irfinar, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-konsum; u
(e)
it-tisħiħ tas-sikurezza ta’ attivitajiet ta’ produzjoni u ta’ esplorazzjoni tal-idrokarburi, permezz ta’ skambju ta’ esperjenza dwar il-prevenzjoni tal-aċċidenti, analiżi wara l-inċidenti, politiki ta’ rispons u ta’ rimedju, kif ukoll l-aħjar prattiki dwar ir-responsabbiltà u l-prattika legali f’każ ta’ diżastru.
ARTIKOLU 288
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fit-trasport
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qasam tat-trasport bl-objettivi li ġejjin:
(a)
il-promozzjoni tal-komplementarjetà bejn is-setturi tat-trasport tagħhom;
(b)
it-tisħiħ tal-konnettività tan-networks tat-trasport tagħhom u tar-rabtiet bejn it-territorji tagħhom;
(c)
il-promozzjoni tat-titjib tal-infrastruttura tat-trasport u tal-interoperabbiltà;
(d)
il-promozzjoni ta’ operazzjonijiet u ta’ sistemi tat-trasport effiċjenti, sikuri u siguri;
(e)
it-titjib tal-livell tas-sikurezza tat-trasport;
(f)
l-iżvilupp ta’ sistemi tat-trasport sostenibbli, inklużi l-aspetti ekonomiċi, fiskali, ambjentali u soċjali tagħhom; u
(g)
it-titjib tal-moviment tal-passiġġieri u tal-merkanzija, iż-żieda fil-fluwidità tal-flussi tat-trasport bit-tneħħija ta’ ostakli amministrattivi, tekniċi u oħrajn, bil-mira ta’ integrazzjoni aktar mill-qrib tas-suq.
ARTIKOLU 289
Kooperazzjoni fil-qasam tat-trasport
Il-kooperazzjoni fil-qasam tat-trasport għandha tkopri, fost l-oħrajn:
(a)
l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar il-politiki tat-trasport;
(b)
l-iskambju ta’ informazzjoni u l-attivitajiet konġunti fil-livell reġjonali u internazzjonali inkluża l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet u ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom il-Partijiet huma partijiet;
(c)
l-iskambju ta’ esperjenza fit-teknoloġiji ekoloġiċi għas-sistemi tat-trasport, inkluża l-introduzzjoni tat-trasport ekoloġiku;
(d)
l-iskambju ta’ esperjenza fid-diġitalizzazzjoni tas-sistema tat-trasport u tal-loġistika, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ standards u ta’ teknoloġiji interoperabbli fid-disinn, fil-kostruzzjoni u fir-rikostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport;
(e)
l-assistenza fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan ma’ ftehimiet u ma’ konvenzjonijiet multilaterali internazzjonali skont il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jirregolaw it-trasport internazzjonali; u
(f)
il-faċilitazzjoni tal-mobilità tas-sewwieqa ta’ vetturi bil-mutur taż-żewġ Partijiet involuti fit-trasport internazzjonali bit-triq f’konformità mar-regoli applikabbli.
ARTIKOLU 290
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fl-ambjent
Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli u għall-governanza tajba fil-ħarsien tal-ambjent.
ARTIKOLU 291
Kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent
1.
Il-kooperazzjoni għandha timmira lejn il-preservazzjoni, l-protezzjoni, it-titjib u r-rijabilitazzjoni tal-kwalità tal-ambjent, il-ħarsien tas-saħħa umana, l-użu razzjonali u sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali biex jiġu trattati l-problemi ambjentali reġjonali jew globali, inkluż fl-oqsma ta’:
(a)
il-governanza ambjentali u l-kwistjonijiet orizzontali, inklużi l-ippjanar strateġiku, il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u l-valutazzjoni ambjentali strateġika, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-monitoraġġ u s-sistemi ta’ informazzjoni ambjentali, l-ispezzjoni u l-infurzar, ir-responsabbiltà għall-ħsara ambjentali, il-ġlieda kontra reati ambjentali, ir-rimedjazzjoni ambjentali, il-kooperazzjoni transkonfinali, il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali, il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-proċeduri effettivi ta’ rieżami amministrattiv u ta’ stħarriġ ġudizzjarju;
(b)
l-indirizzar tal-konsegwenzi ambjentali tad-dessikazzjoni tal-Baħar Aral inkluż billi titrawwem azzjoni reġjonali;
(c)
l-iżvilupp tas-sistema ta’ monitoraġġ ambjentali;
(d)
l-ekoloġizzazzjoni tal-bliet;
(e)
il-kwalità tal-arja;
(f)
il-kwalità tal-ilma u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, inkluż il-ġestjoni tar-riskju tal-għargħar, l-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa;
(g)
l-immaniġġjar tar-riżorsi u tal-iskart;
(h)
l-effiċjenza fir-riżorsi, l-ekonomija ekoloġika u ċirkolari;
(i)
il-protezzjoni tan-natura, inkluża l-forestrija, id-deżinjazzjoni ta’ network ta’ żoni protetti u l-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika;
(j)
it-tniġġis industrijali u l-perikli industrijali; u
(k)
il-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi.
2.
Il-kooperazzjoni għandha tkun immirata wkoll lejn l-integrazzjoni tal-ambjent f’oqsma ta’ politika minbarra l-politika ambjentali biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli.
ARTIKOLU 292
Integrazzjoni tal-ambjent f’setturi oħrajn
1.
Il-Partijiet għandhom jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fil-livell reġjonali u fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali multilaterali rilevanti.
2.
Il-Partijiet għandhom jiskambjaw esperjenzi fil-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-ambjent f’setturi oħrajn, inkluż l-iskambju tal-aħjar prattiki, iż-żieda tal-għarfien u tal-kompetenza, l-edukazzjoni ambjentali u s-sensibilizzazzjoni fl-oqsma msemmijin f’dan il-Kapitolu.
3.
Il-Partijiet għandhom jappoġġaw l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet xjentifiċi li jwettqu attivitajiet dwar l-ambjent u, b’mod partikolari, jippromwovu l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari kif ukoll l-użu razzjonali u sostenibbli tar-riżorsi naturali.
ARTIKOLU 293
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni dwar it-tibdil fil-klima
Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima u jadattaw għalih bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima. Il-kooperazzjoni għandha tqis l-interessi ta’ kull Parti fuq il-bażi tal-ugwaljanza u tal-benefiċċju reċiproku, kif ukoll b’kunsiderazzjoni tal-interdipendenza eżistenti bejn l-impenji bilaterali u multilaterali f’dak il-qasam.
ARTIKOLU 294
Il-kooperazzjoni dwar it-tibdil fil-klima fil-livell domestiku, reġjonali u internazzjonali
Il-kooperazzjoni għandha tippromwovi miżuri fil-livell domestiku, reġjonali u internazzjonali, inkluż fl-oqsma ta’:
(a)
il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;
(b)
l-adattament għat-tibdil fil-klima;
(c)
l-evitar, il-minimizzazzjoni u l-indirizzar tal-effetti avversi tat-tibdil fil-klima;
(d)
mekkaniżmi tas-suq u mhux tas-suq biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima;
(e)
il-promozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, innovattivi, sikuri u sostenibbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ta’ adattament;
(f)
l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima;
(g)
l-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet klimatiċi fil-politiki ġenerali u speċifiċi għas-setturi; u
(h)
is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ.
ARTIKOLU 295
Kooperazzjoni fil-qasam tat-tibdil fil-klima
1.
Il-Partijiet, fost l-oħrajn, għandhom:
(a)
jiskambjaw informazzjoni u għarfien espert;
(b)
jimplimentaw attivitajiet ta’ riċerka konġunti u jiskambjaw informazzjoni fuq teknoloġiji ambjentali sodi u aktar nodfa; u
(c)
jimplimentaw attivitajiet konġunti fil-livell reġjonali u internazzjonali, inkluż fir-rigward ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali rratifikati mill-Partijiet, bħall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima tal-1992 u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima.
2.
Il-kooperazzjoni għandha tkopri, inter alia:
(a)
miżuri li jtejbu l-kapaċità biex tittieħed azzjoni klimatika effettiva;
(b)
l-iżvilupp ta’ strateġiji u ta’ pjanijiet ta’ azzjoni fit-tul għall-iżvilupp ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra baxxi;
(c)
l-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet tar-riskju tat-tibdil fil-klima u tal-vulnerabbiltà;
(d)
l-iżvilupp tal-għarfien u tal-kapaċità amministrattiva għall-adattament u għall-mitigazzjoni;
(e)
l-identifikazzjoni u l-iżvilupp tal-prijoritajiet u tal-miżuri ta’ adattament, inklużi miżuri għall-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-isforzi, fil-pjanijiet, fil-politiki u fil-programmazzjoni tal-iżvilupp;
(f)
l-implimentazzjoni ta’ miżuri fit-tul biex jittaffa t-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;
(g)
it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, il-ġestjoni u l-miżuri ta’ tħejjija għal emerġenza relatati mal-klima;
(h)
miżuri għat-tħejjija għall-kummerċ tal-karbonju fil-qafas tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima;
(i)
miżuri għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija;
(j)
miżuri għall-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet klimatiċi fil-politiki settorjali; u
(k)
miżuri relatati mas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u mal-gassijiet fluworurati.
3.
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni interreġjonali u intrareġjonali.
ARTIKOLU 296
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fil-politika industrijali u tal-intrapriżi
Il-Partijiet għandhom jieħdu impenn li jiżviluppaw u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-politika industrijali u tal-intrapriżi, u b’hekk itejbu l-ambjent kummerċjali għall-operaturi ekonomiċi kollha, iżda b’enfasi partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”).
ARTIKOLU 297
Kooperazzjoni fil-qasam tal-politika industrijali u tal-intrapriżi
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika industrijali u tal-intrapriżi għandha tinkludi:
(a)
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki biex jiġu appoġġati l-politiki tal-intraprenditorija u tal-iżvilupp tal-SMEs;
(b)
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika dwar il-produttività u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, inklużi t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-produzzjoni aktar nadifa;
(c)
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki biex jissaħħu r-responsabbiltà soċjali tan-negozju u tal-industrija fl-iżvilupp sostenibbli u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
(d)
miżuri ta’ appoġġ pubbliku għas-setturi tal-industrija, ibbażati fuq ir-rekwiżiti tad-WTO u fuq regoli internazzjonali oħrajn applikabbli għall-Partijiet;
(e)
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aqwa prattika biex jitħeġġeġ l-iżvilupp tal-politika dwar l-innovazzjoni bil-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati ta’ riċerka u ta’ żvilupp (inklużi strumenti ta’ appoġġ għal negozji ġodda bbażati fuq it-teknoloġija), l-iżvilupp ta’ ragruppamenti u l-aċċess għall-finanzjament;
(f)
il-promozzjoni ta’ inizjattivi kummerċjali u l-kooperazzjoni industrijali bejn intrapriżi tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Użbekistan;
(g)
il-promozzjoni ta’ ambjent tan-negozju aktar favorevoli, bl-għan li jissaħħu l-potenzjal għat-tkabbir u l-opportunitajiet tal-kummerċ tal-investiment; u
(h)
l-istabbiliment ta’ kuntatti mill-qrib bejn l-intraprendituri tal-Partijiet, u l-organizzazzjoni ta’ missjonijiet tan-negozju, it-twaqqif ta’ fora tan-negozju, preżentazzjonijiet, diskussjonijiet madwar mejda, il-parteċipazzjoni f’wirjiet u f’fieri fl-Unjoni Ewropea u fir-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 298
Dritt tal-Kumpaniji
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta’ sett effettiv ta’ regoli u ta’ prattiki fl-oqsma tad-dritt tal-kumpanniji u tal-governanza korporattiva, kif ukoll fil-kontabilità u fl-awditjar, f’ekonomija tas-suq li tiffunzjona b’ambjent tan-negozju prevedibbli u trasparenti, u jissottolinjaw l-importanza tal-promozzjoni ta’ konverġenza regolatorja f’dan il-qasam.
2.
Il-Partijiet għandhom jikkoperaw dwar:
(a)
l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-iżgurar tad-disponibbiltà tal-informazzjoni u tal-aċċess għall-informazzjoni rigward l-organizzazzjoni u r-rappreżentazzjoni ta’ kumpaniji reġistrati b’mod trasparenti u aċċessibbli faċilment;
(b)
l-iżvilupp ulterjuri tal-politika tal-governanza korporattiva f’konformità ma’ standards internazzjonali u b’mod partikolari tal-OECD;
(c)
it-tkomplija tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni konsistenti tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju għall-kontijiet konsolidati ta’ kumpaniji kkwotati;
(d)
ir-regoli kontabilistiċi u r-rapportar finanzjarju, inkluż fir-rigward tal-SMEs;
(e)
ir-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tal-attività professjonali tal-awdituri; u
(f)
l-istandards internazzjonali tal-awditjar u l-kodiċi ta’ etika bħal dak tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti, bl-għan li jittejjeb il-livell professjonali tal-awdituri permezz tal-osservanza ta’ standards u ta’ normi etiċi minn organizzazzjonijiet professjonali, minn organizzazzjonijiet tal-awditjar u mill-awdituri.
ARTIKOLU 299
Servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji oħrajn
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta’ leġiżlazzjoni u ta’ prattiki effettivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u jistgħu jikkooperaw bl-objettivi li:
(a)
titjieb ir-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji;
(b)
tkun żgurata protezzjoni effettiva u adegwata tad-drittijiet tal-investituri u tal-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji, speċjalment fil-kuntest tal-iżvilupp tas-swieq tat-titoli;
(c)
tkun promossa l-kooperazzjoni bejn atturi differenti tas-sistema finanzjarja, inklużi regolaturi u superviżuri, u
(d)
tkun promossa s-superviżjoni indipendenti u effettiva.
2.
Il-Partijiet għandhom jippromwovu konverġenza regolatorja ma’ standards internazzjonali rikonoxxuti għal sistemi finanzjarji sodi.
ARTIKOLU 300
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-ekonomija u tas-soċjetà diġitali
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-ekonomija u tas-soċjetà diġitali għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tan-negozji permezz tad-disponibbiltà mifruxa tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u permezz ta’ kwalità aħjar tas-servizzi elettroniċi bi prezzijiet affordabbli, b’mod partikolari fl-oqsma tan-negozju u tal-kummerċ, tas-saħħa u tal-edukazzjoni kif ukoll tal-gvern u tal-amministrazzjoni b’mod ġenerali. Din il-kooperazzjoni għandha tkun immirata lejn il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-ICT, u l-ftuħ tas-swieq tal-ICT, u lejn it-tħeġġiġ tal-investimenti f’dan is-settur.
ARTIKOLU 301
Kooperazzjoni ġenerali fil-qasam tal-ekonomija u tas-soċjetà diġitali
Il-kooperazzjoni għandha tkopri, inter alia, is-suġġetti li ġejjin:
(a)
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika dwar l-implimentazzjoni ta’ strateġiji diġitali fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni, tat-telekomunikazzjoni, tal-gvern elettroniku u tal-ekonomija diġitali inklużi, inter alia, inizjattivi li għandhom l-għan li jippromwovu l-aċċess għall-broadband, itejbu r-regoli għat-trasferiment transfruntier tad-data u għas-sigurtà tan-network u jiżviluppaw servizzi online; u
(b)
l-iskambju ta’ informazzjoni, tal-aħjar prattiki u tal-esperjenza biex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ qafas regolatorju komprensiv għall-komunikazzjonijiet elettroniċi inklużi regolaturi nazzjonali indipendenti, biex jitrawwem użu aħjar tar-riżorsi tal-ispettru u biex tiġi promossa l-interoperabbiltà tal-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn il-Partijiet.
ARTIKOLU 302
Kooperazzjoni bejn ir-regolaturi fil-qasam tal-ekonomija u tas-soċjetà diġitali
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi fl-Unjoni Ewropea u fir-Repubblika tal-Użbekistan fl-oqsma tat-telekomunikazzjoni, tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), tal-gvern elettroniku u tal-ekonomija diġitali.
ARTIKOLU 303
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu
Il-Partijiet għandhom jieħdu impenn li jikkooperaw fil-qasam tat-turiżmu, bl-għan li jsaħħu l-iżvilupp ta’ industrija tat-turiżmu kompetitittiva u sostenibbli bħala ġeneratur tat-tkabbir ekonomiku, tal-awtonomizzazzjoni, tal-impjiegi, tal-edukazzjoni, u tal-iskambji fis-settur tat-turiżmu.
ARTIKOLU 304
Prinċipji ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu sostenibbli
Il-kooperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tat-turiżmu sostenibbli li ġejjin:
(a)
ir-rispett għall-integrità u għall-interessi tal-komunitajiet lokali, b’mod partikolari fiż-żoni rurali;
(b)
l-importanza li jiġi ppreservat il-wirt kulturali, storiku u naturali;
(c)
l-interazzjoni pożittiva bejn it-turiżmu u l-preżervazzjoni tal-ambjent; u
(d)
ir-responsabbiltà soċjali tat-turiżmu inkluż fir-rigward tal-komunitajiet lokali.
ARTIKOLU 305
Kooperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu
Il-kooperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu tista’ tinkludi, inter alia:
(a)
l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ prattiki kummerċjali dwar l-istatistika, l-istandards u l-investimenti fit-turiżmu, f’teknoloġiji innovattivi, f’talbiet ġodda għas-suq u dwar l-użu ta’ siti ta’ wirt kulturali għal skopijiet turistiċi;
(b)
il-promozzjoni ta’ mudelli ta’ żvilupp sostenibbli u responsabbli tat-turiżmu u l-iskambju tal-aħjar prattika, tal-esperjenza u tal‑għarfien espert;
(c)
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fit-taħriġ u fl-iżvilupp tal-ħiliet fit-turiżmu; u
(d)
kuntatti mtejbin bejn il-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi responsabbli għas-settur tat-turiżmu kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati tal-komunità fl-Unjoni Ewropea u fir-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 306
Objettivi ta’ kooperazzjoni ġenerali fil-qasam tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jippromwovu l-iżvilupp agrikolu u rurali, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ għarfien u tal-aħjar prattiki u permezz tal-konverġenza progressiva tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni, fl-oqsma ta’ interess għaż-żewġ Partijiet.
ARTIKOLU 307
Kooperazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali
Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fil-qasam tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali għandha tkopri, fost l-oħrajn:
(a)
il-faċilitazzjoni tal-fehim reċiproku tal-politiki tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali;
(b)
l-iskambju tal-aħjar prattika fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi fil-livell ċentrali u lokali fl-ippjanar, fl-evalwazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki;
(c)
il-promozzjoni tal-modernizzazzjoni u tas-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola inkluż it-titjib tal-metodi ta’ wara l-ħsad;
(d)
il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattika fir-rigward tal-politiki tal-iżvilupp rurali bl-għan li jiġu promossi l-benessri ekonomiku għall-komunitajiet rurali u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom;
(e)
it-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu u tal-effiċjenza u tat-trasparenza tas-swieq;
(f)
il-promozzjoni ta’ politiki ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll tagħhom, b’mod partikolari l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u l-biedja organika;
(g)
it-tixrid tal-għarfien u l-estensjoni tas-servizzi għall-produtturi agrikoli;
(h)
l-iskambju ta’ esperjenza f’politiki relatati mal-iżvilupp sostenibbli tan-negozju agrikolu, u l-proċessar u d-distribuzzjoni ta’ prodotti agrikoli;
(i)
il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-imprendituri f’setturi ta’ interess għaż-żewġ Partijiet; u
(j)
il-promozzjoni tal-kummerċ agrikolu.
ARTIKOLU 308
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-estrazzjoni u tal-materja prima
Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fl-oqsma tal-industriji tal-estrazzjoni u tal-produzzjoni tal-materja prima, bl-objettivi li jiġi promoss il-fehim reċiproku, jitjieb l-ambjent tan-negozju, tiġi skambjata l-informazzjoni u jkun hemm kooperazzjoni dwar kwistjonijiet mhux tal-enerġija, li jirrigwardaw b’mod partikolari l-esplorazzjoni sikura u sostenibbli u l-estrazzjoni ta’ minerali metalliċi u ta’ minerali industrijali mhux metalliċi.
ARTIKOLU 309
Kooperazzjoni fil-qasam tal-estrazzjoni u tal-materja prima
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-estrazzjoni u tal-materja prima għandha tinkludi, inter alia:
(a)
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-iżviluppi fis-setturi rispettivi tagħhom tal-estrazzjoni u tal-materja prima;
(b)
l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ tal-materja prima, bl-għan li jiġu promossi l-iskambji reċiproku;
(c)
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli tal-industriji tal-estrazzjoni, inkluż fl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji nodfa fil-proċessi tal-estrazzjoni;
(d)
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fir-rigward taż-żamma tas-saħħa u tas-sikurezza tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni; u
(e)
il-kooperazzjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament eżistenti għall-iżvilupp ta’ inizjattivi xjentifiċi u teknoloġiċi konġunti.
ARTIKOLU 310
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni fir-riċerka xjentifika, fl-iżvilupp teknoloġiku u fl-innovazzjoni fuq il-bażi ta’ interess komuni, ta’ benefiċċju reċiproku u, meta possibbli, ta’ reċiproċità, f’konformità mar-regoli u mad-dispożizzjonijiet interni tagħhom. Il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp soċjali u ekonomiku, tindirizza l-isfidi tas-soċjetà globali u reġjonali, tikseb eċċellenza xjentifika, tippromwovi l-integrità tar-riċerka u ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.
ARTIKOLU 311
Kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni
Il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni għandha tinkludi, inter alia:
(a)
djalogi ta’ politika u l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika dwar l-istrumenti ta’ appoġġ għar-riċerka u għall-innovazzjoni;
(b)
il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-programmi rispettivi ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni, għall-infrastrutturi u għall-faċilitajiet tar-riċerka, għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi u għad-data xjentifika ta’ kull Parti;
(c)
it-titjib tal-kapaċità ta’ riċerka fl-entitajiet ta’ riċerka u fl-universitajiet tar-Repubblika tal-Użbekistan u, meta xieraq, il-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-entitajiet ta’ riċerka tar-Repubblika tal-Użbekistan fil-Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea u fl-inizjattivi nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;
(d)
il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fir-riċerka u fl-istandardizzazzjoni prenormattivi;
(e)
it-trawwim ta’ networks u ta’ rabtiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, tar-riċerka u tal-innovazzjoni taż-żewġ Partijiet;
(f)
l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ programmi ta’ mobilità għal xjenzati, għal riċerkaturi u għal persunal ieħor involut f’attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fiż-żewġ Partijiet f’koordinazzjoni mal-programmi rispettivi tagħhom fis-settur tal-edukazzjoni għolja u vokazzjonali;
(g)
il-promozzjoni ta’ prinċipji komuni għat-trattament ġust u ekwu tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fi proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni;
(h)
il-promozzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati ta’ proġetti konġunti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni;
(i)
l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattika rigward l-istrumenti ta’ appoġġ għal negozji ġodda bbażati fuq it-teknoloġija, l-iżvilupp ta’ raggruppamenti, u l-aċċess għall-finanzjament;
(j)
il-faċilitazzjoni tal-aċċess għat-teknoloġija ġdida għas-swieq domestiċi tal-Partijiet;
(k)
l-appoġġ ta’ programmi ta’ innovazzjoni soċjali u pubblika mmirati lejn it-titjib tal-iżvilupp soċjali tar-reġjuni u b’mod partikolari l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini; u
(l)
il-faċilitazzjoni, fil-qafas tal-leġiżlazzjoni applikabbli, tal-moviment liberu tar-riċerkaturi, tax-xjenzati, tal-esperti, tal-istudentei u tal-intraprendituri li jipparteċipaw fl-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim u l-moviment transfruntier tal-merkanzija maħsuba għall-użu f’attivitajiet bħal dawn.
ARTIKOLU 312
Promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-attivitajiet li ġejjin li għandhom jinvolvu organizzazzjonijiet tal-gvern, ċentri tar-riċerka pubbliċi u privati, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, aġenziji u networks tal-innovazzjoni, kif ukoll partijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fuq bażi volontarja:
(a)
azzjonijiet konġunti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni, inklużi networks tematiċi, f’oqsma ta’ interess komuni;
(b)
inizjattivi konġunti biex titqajjem kuxjenza fuq programmi dwar ix-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni u opportunitajiet għall-bini tal-kapaċitajiet għall-parteċipazzjoni fil-programmi ta’ xulxin;
(c)
laqgħat u workshops konġunti mmirati lejn l-iskambju ta’ informazzjoni, tal-aħjar prattika u l-identifikazzjoni ta’ oqsma għar-riċerka konġunta;
(d)
valutazzjoni u evalwazzjoni rikonoxxuti reċiprokament tal-kooperazzjoni xjentifika u fl-innovazzjoni, u d-disseminazzjoni tar-riżultati korrispondenti;
(e)
sforzi konġunti biex tissaħħaħ il-mobilità tal-istudenti, tar-riċerkaturi u tal-persunal f’oqsma ta’ interess komuni; u
(f)
forom oħrajn ta’ kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż permezz ta’ approċċi u inizjattivi reġjonali tal-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi ta’ ftehim reċiproku.
TITOLU VI
U OQSMA OĦRAJN TA’ KOOPERAZZJONI
ARTIKOLU 313
Protezzjoni tal-konsumatur
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u, għal dak l-għan, għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw fil-qasam tal-politika tal-konsumatur. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi, sa fejn ikun possibbli:
(a)
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika dwar l-oqfsa rispettivi tagħhom għall-protezzjoni tal-konsumatur, inkluż dwar il-liġijiet tal-konsumatur, is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur, ir-rimedju għall-konsumatur u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar il-konsumatur;
(b)
it-tħeġġiġ tal-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet tal-konsumatur indipendenti u ta’ kuntratti bejn rappreżentanti tal-konsumatur; u
(c)
l-iskambju ta’ informazzjoni u l-promozzjoni ta’ attivitajiet konġunti bejn il-korpi tal-konsumatur taż-żewġ Partijiet soġġetti għall-qbil reċiproku tagħhom.
ARTIKOLU 314
Kooperazzjoni ġenerali fil-qasam tal-impjiegi, tal-politika soċjali u tal-opportunitajiet indaqs
1.
Il-Partijiet, filwaqt li jqisu l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-SDG Nru 8 dwar l-Okkupazzjoni Sħiħa u Produttiva u x-Xogħol Deċenti, jirrikonoxxu li l-okkupazzjoni sħiħa u produttiva u x-xogħol deċenti għal kulħadd huma elementi ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli.
2.
Il-Partijiet għandhom isaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni tagħhom biex jippromwovu l-Aġenda tal-ILO għal Xogħol Deċenti, il-politika tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, id-djalogu soċjali, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u b’hekk jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ aktar impjiegi u ta’ impjiegi aħjar, għat-titjib tal-koeżjoni soċjali, għall-iżvilupp sostenibbli u għal kwalità tal-ħajja u għal standards tal-għajxien aħjar.
3.
Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jtejbu l-kooperazzjoni fil-kwistjonijiet marbutin max-xogħol diċenti, mal-impjiegi u mal-politika soċjali fil-fora u fl-organizzazzjonijiet rilevanti kollha.
4.
Kull Parti għandha tipprevjeni u teqred kwalunkwe forma ta’ tħaddim furzat jew tat-tfal.
ARTIKOLU 315
Il-konvenzjonijiet tal-ILO u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati
1.
Il-Partijiet itennu l-impenn tagħhom li jimplimentaw il-konvenzjonijiet tal-ILO li huma parti għalihom u li jippromwovu l-adeżjoni ulterjuri. Itennu l-impenn tagħhom għal sistema effettiva ta’ spezzjonijiet tax-xogħol, f’konformità mal-istandards tal-ILO kif ukoll għal mekkaniżmi effettivi ta’ infurzar u ta’ aċċess għal rimedju legali.
2.
Il-Partijiet għandhom iħeġġu, f’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-1998 u mad-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni ġusta tal-2008, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, b’mod partikolari s-sħab soċjali, fl-iżvilupp tal-politika soċjali rispettiva tagħhom u fil-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan skont dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 316
Kooperazzjoni addizzjonali fil-qasam tal-impjiegi, tal-politika soċjali, u tal-opportunitajiet indaqs
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-impjiegi, tal-politika soċjali u tal-opportunitajiet indaqs, fuq il-bażi tal-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika, tista’ tinkludi kwistjonijiet fl-oqsma li ġejjin:
(a)
it-titjib tal-istandards tal-għajxien u t-titjib tal-koeżjoni soċjali u tas-swieq tax-xogħol inklużivi u l-integrazzjoni ta’ persuni vulnerabbli;
(b)
il-promozzjoni ta’ aktar impjiegi u ta’ impjiegi aħjar b’kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, notevolment bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ekonomija informali u l-impjiegi informali u li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien;
(c)
it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari l-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tax-xogħol, bħall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe forma ta’ tħaddim furzat jew tat-tfal u forom moderni ta’ skjavitu, kif ukoll it-titjib tal-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;
(d)
it-tisħiħ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja soċjali u ekonomika u bl-iżgurar ta’ opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa fl-impjiegi, fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fl-ekonomija, fis-soċjetà u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet;
(e)
il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-impjiegi u fl-affarijiet soċjali f’konformità mal-obbligi ta’ kull Parti skont l-istandards u l-konvenzjonijiet internazzjonali;
(f)
it-titjib tal-livell ta’ protezzjoni soċjali għal kulħadd u l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, f’termini ta’ kwalità, ta’ adegwatezza, ta’ aċċessibbiltà u ta’ sostenibbiltà finanzjarja; u
(g)
it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali, anki permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab soċjali.
ARTIKOLU 317
Kooperazzjoni dwar il-ġestjoni responsabbli tal-ktajjen tal-provvista
1.
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-ġestjoni responsabbli tal-ktajjen tal-provvista permezz ta’ mġiba responsabbli fin-negozju u prattiki ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva u permezz tal-provvista ta’ ambjent abilitanti. Kull Parti għandha tappoġġa t-tixrid u l-użu ta’ strumenti internazzjonali rilevanti, bħal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO tal-Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, il-Patt Globali tan-NU u l-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.
2.
Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattika u, meta xieraq, jikkooperaw mal-Parti l-oħra, reġjonalment u f’fora internazzjonali, dwar il-kwistjonijiet koperti minn dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 318
Objettivi ġenerali ta’ kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa
Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw il-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tas-saħħa pubblika, bl-għan li jgħollu l-livell tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u jsaħħu l-opportunitajiet indaqs fis-saħħa, f’konformità ma’ prinċipji u ma’ valuri komuni tas-saħħa, u bħala prekundizzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u għat-tkabbir ekonomiku.
ARTIKOLU 319
Kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa
Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa għandha tindirizza l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed u mard li ma jitteħidx, fosthom permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-saħħa, il-promozzjoni ta’ approċċ tas‑saħħa fil‑politiki kollha, il‑kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“WHO”), u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali dwar is-saħħa bħall-Konvenzjoni ta’ Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk u r-Regolamenti Internazzjonali tad-WHO dwar is-Saħħa.
ARTIKOLU 320
Kooperazzjoni biex jiġu miġġielda d-drogi, is-sustanzi psikotropiċi u l-prekursuri tagħhom
1.
Il-Partijiet għandhom l-intenzjoni li jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-politika dwar id-droga fl-Asja Ċentrali f’perjodu ta’ żmien miftiehem.
2.
L-Unjoni Ewropea għandha l-ħsieb li tipprovdi assistenza lir-Repubblika tal-Użbekistan f’perjodu ta’ żmien miftiehem biex jiġu żviluppati sistemi xierqa għal twissija bikrija u għal valutazzjoni tar-riskju dwar sustanzi psikoattivi ġodda biex tiġi protetta s-saħħa pubblika.
3.
L-Unjoni Ewropea, f’perjodu ta’ żmien miftiehem, se ttejjeb il-koordinazzjoni tagħha mar-Repubblika tal-Użbekistan dwar approċċ bilanċjat u integrat għall-kwistjonijiet tad-droga għall-forniment ta’ programmi ta’ taħriġ li jistgħu jkunu rilevanti għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga fiċ-ċiberspazju.
ARTIKOLU 321
Kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ
1.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ biex jippromwovu l-apprendiment tul il-ħajja, il-kollaborazzjoni u t-trasparenza fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, b’enfasi speċjali fuq l-edukazzjoni vokazzjonali u għolja.
2.
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għandha tiffoka, inter alia, fuq:
(a)
il-promozzjoni tal-apprendiment tul il-ħajja, li huwa kruċjali għat-tkabbir u għall-impjiegi u li jista’ jippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà;
(b)
il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, inklużi l-bini tal-kapaċitajiet, is-sistemi ta’ taħriġ u ta’ taħriġ mill-ġdid għall-uffiċjali pubbliċi jew taċ-ċivil, u t-titjib tal-kwalità, tar-relevanza u tal-aċċess tul il-katina tal-edukazzjoni kollha mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni terzjarja;
(c)
il-promozzjoni tal-konverġenza u tar-riformi koordinati fl-edukazzjoni għolja u vokazzjonali;
(d)
it-tisħiħ tal-kooperazzjoni akkademika internazzjonali, bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fil-programmi ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u tittejjeb il-mobilità tal-istudenti, tal-persunal u tar-riċerkaturi;
(e)
it-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-settur tal-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol;
(f) l-iżvilupp ulterjuri tal-qafas nazzjonali tal-kwalifiki biex jittejbu t-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u tal-kompetenzi fl-edukazzjoni għolja u fl-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali;
(g)
it-titjib tal-kooperazzjoni bil-ħsieb li jkomplu jiġu żviluppati l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, filwaqt li titqies il-prattika tajba fl-Unjoni Ewropea;
(h)
l-appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-universitajiet fir-Repubblika tal-Użbekistan filwaqt li jiġu żgurati edukazzjoni ta’ kwalità tajba u kundizzjonijiet rilevanti;
(i)
il-promozzjoni tal-investiment fis-settur tal-edukazzjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan; u
(j)
il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-ħolqien ta’ ċentri ta’ taħriġ u ta’ adattament u ta’ taħriġ vokazzjonali f’diversi oqsma fit-territorju tar-Repubblika tal-Użbekistan.
3.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw ukoll fil-qasam taż-żgħażagħ biex:
(a)
isaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambji fl-oqsma tal-politika dwar iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni mhux formali għaż-żgħażagħ u għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ;
(b)
jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ kollha fis-soċjetà;
(c)
jappoġġaw il-mobilità għaż-żgħażagħ u tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ bħala mezz biex jippromwovu d-djalogu interkulturali u l-akkwist ta’ għarfien, ta’ ħiliet u ta’ kompetenzi lil hinn mis-sistemi edukattivi formali inkluż permezz tal-volontarjat; u
(d)
jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex jappoġġaw is-soċjetà ċivili.
ARTIKOLU 322
Kooperazzjoni fil-qasam tal-kultura
1.
Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jippromwovu skambji kulturali, biex iħeġġu inizjattivi konġunti f’diversi oqsma kulturali u biex jiskambjaw l-aħjar prattika fil-qasam tal-bini tat-taħriġ u tal-kapaċitajiet għall-artisti u għall-professjonisti kulturali u kreattivi, u għall-organizzazzjonijiet.
2.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qafas ta’ trattati internazzjonali multilaterali u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, li jinkludu l-UNESCO, biex jappoġġaw id-diversità kulturali u jippreservaw u jivvalorizzaw il-wirt kulturali u storiku.
ARTIKOLU 323
Kooperazzjoni fil-qasam tal-politika awdjoviżiva u tal-media
1.
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-koperazzjoni fl-oqsma tal-politika tal-media u awdjoviżiva, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattika rigward il-politiki awdjoviżivi u tal-media u permezz tat-taħriġ għall-ġurnalisti u għal professjonisti oħrajn tal-media, taċ-ċinema u tal-qasam awdjoviżiv.
2.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex isaħħu l-indipendenza u l-professjonaliżmu tal-media, fuq il-bażi tal-istandards stabbiliti fil-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, inklużi dawk tal-UNESCO u tal-Kunsill tal-Ewropa, fejn xieraq.
3.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw f’fora internazzjonali, bħall-UNESCO.
ARTIKOLU 324
Kooperazzjoni fil-qasam tal-isport u tal-attività fiżika
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-isport u tal-attività fiżika biex jippromwovu stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa, governanza tajba kif ukoll il-valuri soċjali u edukattivi u biex jiġġieldu kontra theddidiet għall-isport bħad-doping, il-logħob mixtri, ir-razziżmu u l-vjolenza. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari, l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ prattika tajba.
ARTIKOLU 325
Kooperazzjoni dwar sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u l-protezzjoni ċivili
1.
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex itejbu l-attivitajiet ta’ prevenzjoni, ta’ mitigazzjoni, ta’ tħejjija, ta’ rispons u ta’ rkupru biex jitnaqqas l-impatt tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u biex tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetajiet u tal-infrastruttura tagħhom. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-livell xieraq biex itejbu l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri.
2.
Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jiskambjaw informazzjoni u għarfien espert u biex jimplimentaw attivitajiet konġunti, meta xieraq u soġġett għad-disponibbiltà ta’ riżorsi suffiċjenti.
ARTIKOLU 326
Kooperazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp reġjonali
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-fehim reċiproku u l-kooperazzjoni bilaterali fil-qasam tal-politika reġjonali tal-iżvilupp, inklużi metodi ta’ formulazzjoni u ta’ implimentazzjoni ta’ politiki reġjonali, governanza u sħubija f’diversi livelli, b’enfasi speċjali fuq l-iżvilupp ta’ żoni żvantaġġati u l-kooperazzjoni territorjali, bl-objettiv li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien, jippromowvu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jtejbu l-iskambju tal-informazzjoni u tal-esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-atturi soċjoekonomiċi u tas-soċjetà ċivili.
ARTIKOLU 327
Kooperazzjoni fil-politika reġjonali u transfruntiera
Il-Partijiet għandhom jappoġġaw u jsaħħu l-involviment tal-awtoritajiet fil-livell lokali u reġjonali fil-kooperazzjoni fil-politika reġjonali u fil-kooperazzjoni transfruntiera, biex jippromwovu l-fehim reċiproku u l-iskambju ta’ informazzjoni, jiżviluppaw miżuri ta’ bini tal-kapaċità, jippromwovu l-istabbiliment ta’ strutturi u ta’ qafas leġiżlattiv rilevanti u jsaħħu n-networks ekonomiċi u kummerċjali transfruntiera.
ARTIKOLU 328
Kooperazzjoni transfruntiera f’oqsma oħrajn
Il-Partijiet għandhom isaħħu u jħeġġu ulterjorment l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni transfruntiera f’oqsma oħrajn koperti minn dan il-Ftehim bħall-kummerċ, it-trasport, l-enerġija, l-ilma, l-ambjent, il-klima, l-ekonomija diġitali, il-kultura, l-edukazzjoni, ir-riċerka, u t-turiżmu.
ARTIKOLU 329
Kooperazzjoni bejn ir-reġjuni
Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-reġjuni tar-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 330
Implimentazzjoni u bini tal-kapaċitajiet
1.
Il-Partijiet iqisu li aspett importanti tat-tisħiħ tar-rabtiet bejn ir-Repubblika tal-Użbekistan u l-Unjoni Ewropea huwa konverġenza gradwali tal-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan ma’ dik tal-Unjoni Ewropea f’oqsma speċifikati koperti minn dan il-Ftehim.
2.
Din il-kooperazzjoni għandha timmira, inter alia, li tiżviluppa l-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali tar-Repubblika tal-Użbekistan, sa fejn ikun neċessarju biex jiġi implimentat dan il-Ftehim u biex jitwettqu r-riformi strutturali u l-approssimazzjoni leġiżlattiva neċessarji.
3.
L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel ħilitha biex tipprovdi lir-Repubblika tal-Użbekistan b’assistenza teknika għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, inter alia permezz ta’:
(a)
l-iskambju ta’ esperti;
(b)
l-għoti ta’ informazzjoni bikrija b’mod partikolari fir-rigward tal-leġiżlazzjoni rilevanti;
(c)
l-organizzazzjoni ta’ seminars; u
(d)
attivitajiet ta’ taħriġ.
TITOLU VII
KOOPERAZZJONI FINANZJARJA U TEKNIKA
ARTIKOLU 331
Assistenza finanzjarja u teknika
1.
Biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim, ir-Repubblika tal-Użbekistan tista’ tirċievi għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea fil-forma ta’ għotjiet u ta’ self, possibbilment bi sħubija mal-Bank Ewropew tal-Investiment u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn. Ir-Repubblika tal-Użbekistan tista’ tirċievi wkoll assistenza teknika.
2.
L-assistenza finanzjarja tista’ tiġi pprovduta f’konformità mal-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti tal-Unjoni Ewropea dwar l-azzjoni esterna. Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni għandhom japplikaw għall-finanzjament mill-Unjoni Ewropea.
3.
L-assistenza finanzjarja għandha tkun ibbażata fuq programmi ta’ azzjoni anwali stabbiliti mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Użbekistan.
4.
L-Unjoni Ewropea u r‑Repubblika tal-Użbekistan jistgħu jikkofinanzjaw programmi u proġetti. Il-Partijiet għandhom jikkoordinaw il-programmi u l-proġetti ta’ kooperazzjoni finanzjarja u teknika u jiskambjaw informazzjoni dwar is-sorsi kollha ta’ assistenza.
5.
Bbiex jiġi żgurat il-prinċipju tat-trasparenza tal-proċess ta’ assistenza finanzjarja u teknika tal-Unjoni Ewropea għall-Użbekistan, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan fuq bażi regolari b’informazzjoni dwar in-nefqiet f’kull programm u proġett allokat lir-Repubblika tal-Użbekistan fil-programmi bilaterali tal-Unjoni Ewropea.
6.
L-effett tal-għajnuna, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-OECD dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna adottata fit-2 ta’ Marzu 2005, l-Istrateġija ta’ Qafas dwar ir-Riforma tal-Kooperazzjoni Teknika tal-Unjoni Ewropea, ir-rapporti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u t-tagħlimiet meħudin minn programmi ta’ kooperazzjoni implementati u li għaddejjin bħalissa tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Użbekistan, għandhom ikunu l-bażi għat-twassil tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea lir-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 332
Prinċipji ġenerali
1.
Il-Partijiet għandhom jimplimentaw l-assistenza finanzjarja f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u ta’ trasparenza u jikkooperaw fl-iżgurar tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Użbekistan. Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri effettivi biex jipprevjenu u jiġġieldu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Użbekistan.
2.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni diretta tal-paragrafu 3, kwalunkwe ftehim jew strument ta’ finanzjament ieħor li għandu jiġi konkluż bejn il-Partijiet matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim għandu jipprevedi klawżoli speċifiċi ta’ kooperazzjoni finanzjarja li jkopru verifiki fuq il-post, spezzjonijiet, kontrolli u miżuri kontra l-frodi, inkluż dawk immexxijin mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ OLAF).
3.
Għotjiet u proġetti oħrajn ta’ żvilupp iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea implimentati fir-Repubblika tal-Użbekistan u servizzi u provvisti relatati ma għandhomx ikunu soġġetti għal tassazzjoni, għal dazji doganali, u għal kwalunkwe imposta simili fir-Repubblika tal-Użbekistan skont il-proċedura stabbilita mil-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 333
Koordinazzjoni tad-Donaturi
Biex tagħmel użu ottimali mir-riżorsi disponibbli, kull Parti għandha tiżgura li l-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jsiru f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ kontribuzzjonijiet minn sorsi oħrajn, minn pajjiżi terzi u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Għal dan l-għan, il-Partijiet għandhom jiskambjaw b’mod regolari informazzjoni dwar is-sorsi kollha ta’ assistenza. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea tista’ tiġi kofinanzjata mir-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 334
Prevenzjoni u Komunikazzjoni
Meta jkunu fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea jew bħala benefiċjarju tal-fondi tal-Unjoni Ewropea b’ġestjoni diretta, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprevjenu irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni, u kwalunkwe attività illegali oħra għad-detriment tal-fondi tal-Unjoni Ewropea u, meta applikabbli, tal-fondi ta’ kofinanzjament tar-Repubblika tal-Użbekistan. L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“OLAF”) mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni li tkun inġibditilhom l-attenzjoni lejha rigward każijiet suspettati jew attwali ta’ frodi, ta’ korruzzjoni, jew ta’ kwalunkwe irregolarità oħra inkluż kunflitt ta’ interess b’rabta mal-fondi tal-Unjoni Ewropea.
ARTIKOLU 335
Kooperazzjoni mal-OLAF
1.
Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, l-OLAF għandu jkun awtorizzat iwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-11 ta’ Settembru 2013, mar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2185/96 u mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.
2.
Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew mill-OLAF f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan.
3.
Meta operatur ekonomiku jirreżisti verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Użbekistan għandhom jagħtu lill-OLAF l-assistenza meħtieġa biex jippermettulu jwettaq dmiru fit-twettiq ta’ verifiki jew ta’ spezzjonijiet fuq il-post.
4.
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan għandhom, fuq talba, jiskambjaw informazzjoni mal-OLAF li tista’ tkun rilevanti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.
5.
Għat-trasferiment ta’ data personali, għandhom japplikaw ir-regoli tal-parti li tittrasferixxi dwar il-protezzjoni ta’ data personali.
6.
L-OLAF jista’ jaqbel mal-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan dwar aktar kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, inkluża l-konklużjoni ta’ arranġamenti amministrattivi.
ARTIKOLU 336
Investigazzjoni u prosekuzzjoni
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan għandhom jiżguraw l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet suspettati u attwali ta’ frodi, ta’ korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra għad-detriment tal-fondi tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan. Meta jkun xieraq u fuq talba bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan, l-OLAF għandu jassisti lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan f’dan il-kompitu.
TITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI
ARTIKOLU 337
Kunsill ta’ Kooperazzjoni
1.
B’dan qiegħed jiġi stabbilit Kunsill ta’ Kooperazzjoni, li għandu jissorvelja l-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim u jagħmel superviżjoni tal-implimentazzjoni tiegħu. Għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni ewlenija li tinqala’ fi ħdan il-qafas ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe kwistjoni bilaterali jew internazzjonali oħra ta’ interess reċiproku.
2.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari, normalment fuq bażi annwali jew kif miftiehem b’mod reċiproku.
3.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet fil-livell ministerjali, jew il-persuni nominati tagħhom. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jiltaqa’ fil-konfigurazzjonijiet neċessarji kollha, bi ftehim reċiproku. Meta l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jindirizza kwistjonijiet relatati mat-Titolu IV ta’ dan il-Ftehim, huwa għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Użbekistan b’responsabbiltà għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ.
4.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess, u r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni.
5.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jiġi ppresedut b’mod alternat minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tar-Repubblika tal-Użbekistan.
6.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa, kif previst f’dan il-Ftehim u f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu. Fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titoli I, II, III, V, VI, VII, VIII u IX ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet kif miftiehem b’mod reċiproku mill-Partijiet. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu jorbtu lill-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jimplimentawhom.
7.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tiegħu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.
ARTIKOLU 338
Kumitat ta’ Kooperazzjoni
1.
B’dan qiegħed jiġi stabbilit Kumitat ta’ Kooperazzjoni, li għandu jassisti lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni fit-twettiq ta’ dmirijietu.
2.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ġenerali ta’ dan il-Ftehim.
3.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jiġi ppresedut b’mod alternat minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tar-Repubblika tal-Użbekistan.
4.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet fil-livell uffiċjali superjuri, jew kif indikat mod ieħor minn kull Parti.
5.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjoni speċifika biex jindirizza l-kwistjonijiet kollha relatati mat-Titolu IV ta’ dan il-Ftehim. Meta l-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jindirizza kwistjonijiet relatati mat-Titolu IV ta’ dan il-Ftehim, huwa għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ kull waħda mill-Partijiet b’responsabbiltà għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ.
6.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jiltaqa’ darba fis-sena, jew kif miftiehem b’mod reċiproku, f’data u b’aġenda miftehmin minn qabel mill-Partijiet, fi Brussell u f’Tashkent b’mod alternat jew b’kunsens reċiproku mill-bogħod bi kwalunkwe mezz teknoloġiku disponibbli għall-Partijiet. Jistgħu jsiru laqgħat speċjali, bi ftehim reċiproku, fuq it-talba ta’ waħda mill-Partijiet.
7.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjoni fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim jew meta setgħa bħal din tkun ġiet iddelegata lilu mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu jorbtu lill-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jimplimentawhom. Meta jeżerċita setgħat delegati, il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu f’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni.
ARTIKOLU 339
Sottokumitati u korpi oħrajn
1.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni jista’ jistabbilixxi Sottokumitati jew korpi oħrajn biex jassistu fit-twettiq ta’ dmirijietu u biex jindirizzaw kompiti jew suġġetti speċifiċi. Huwa jista’ jbiddel il-kompiti assenjati lil kwalunkwe Sottokumitat jew korp ieħor imwaqqaf skont l-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu, jew ixoljih.
2.
Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitati jew ta’ korpi oħrajn stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3.
Is-Sottokumitati u korpi oħrajn għandhom jiltaqgħu meta jintalbu minn waħda mill-Partijiet jew mill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, ħlief kif previst mod ieħor f’dan il-Ftehim jew miftiehem bejn il-Partijiet. Il-laqgħat għandhom isiru personalment jew b’kunsens reċiproku bi kwalunkwe mezz teknoloġiku disponibbli għall-Partijiet. Meta r-rappreżentanti jkunu preżenti personalment, il-laqgħat għandhom isiru b’mod alternat fi Brussell jew f’Tashkent.
4.
Ħlief meta previst mod ieħor f’dan il-Ftehim jew miftiehem bejn il-Partijiet, is-Sottokumitati u korpi oħrajn stabbiliti skont dan il-Ftehim jew mill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandhom jirrapportaw dwar l-attivitajiet tagħhom lill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni regolarment jew meta jintalbu jagħmlu dan.
5.
L-istabbiliment jew l-eżistenza ta’ Sottokumitat jew ta’ korpi oħrajn ma għandux iwaqqaf lil Parti milli tressaq kwalunkwe kwistjoni direttament quddiem il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni.
ARTIKOLU 340
Kumitat Parlamentari ta’ Kooperazzjoni
1.
B’dan huwa stabbilit Kumitat Parlamentari ta’ Kooperazzjoni. Għandu jkun magħmul minn Membri tal-Parlament Ewropew u minn Membri tal-Oliy Majlis tar-Repubblika tal-Użbekistan.
2.
Il-Kumitat Parlamentari ta’ Kooperazzjoni għandu jkun forum għal-laqgħat u għall-iskambju ta’ fehmiet bl-għan li jiġu approfonditi u jissaħħu r-relazzjonijiet tal-Partijiet. Għandu jiltaqa’ f’intervalli li jiddetermina huwa stess.
3.
Il-Kumitat Parlamentari ta’ Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.
4.
Il-Kumitat Parlamentari ta’ Kooperazzjoni għandu jiġi informat bid-deċiżjonijiet u bir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni.
5.
Il-Kumitat Parlamentari ta’ Kooperazzjoni jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni.
ARTIKOLU 341
Parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili
Bl-għan li jinformaw u jikkonsultaw lis-soċjetà ċivili dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim kif stipulat fl-Artikolu 6 [Is-soċjetà ċivili], il-Partijiet jistgħu jistabbilixxu korp speċifiku għal dan l-għan, f’konformità mal-proċedura definita fl-Artikolu 339 [Sottokumitati u korpi oħrajn].
TITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
ARTIKOLU 342
Applikazzjoni Territorjali
1.
Dan il-Ftehim għandu japplika:
a)
għat-territorji li fihom huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjonijiet stipulati f’dawk it-Trattati; u
b)
għat-territorju taħt is-sovranità tar-Repubblika tal-Użbekistan, li fir-rigward tiegħu jeżerċita drittijiet sovrani u ġuriżdizzjoni kif iddeterminat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, b’mod konsistenti mad-dritt internazzjonali.
2.
Ir-referenzi għal “territorju” f’dan il-Ftehim għandhom jinftiehmu kif stabbilit fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx previst espliċitament mod ieħor.
3.
Ir-referenzi għal “territorju” f’dan il-Ftehim għandhom jinkludu l-ispazju tal-ajru u l-baħar territorjali kif previst fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar li saret fil-Bajja ta’ Montego fl-10 ta’ Diċembru 1982.
4.
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni doganali, dan il-Ftehim għandu japplika wkoll fir-rigward tal-Unjoni Ewropea għal dawk iż-żoni tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, kif definiti mill-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi tal-Unjoni Doganali, mhux kopert mis-subparagrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 343
Twettiq ta’ obbligi u sospensjoni
1.
Il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim.
2.
Jekk waħda mill-Partijiet tqis li l-Parti l-oħra tkun naqset milli tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-obbligi skont it-Titolu IV ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw il-mekkaniżmi speċifiċi previsti f’dak it-Titolu.
3.
Jekk kwalunkwe Parti tqis li l-Parti l-oħra tkun naqset milli tissodisfa kwalunkwe obbligu li huwa identifikat bħala element essenzjali fl-Artikolu 2 (Prinċipji ġenerali) u fl-Artikolu 11 (Ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-AQM), hija għandha tinnotifika minnufih lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tieħu miżuri xierqa. Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru għal perjodu massimu ta’ 15-il jum mid-data tan-notifika minn kwalunkwe Parti bl-intenzjoni tagħha li tieħu miżuri xierqa. Wara dan il-perjodu, ikunu jistgħu jittieħdu miżuri xierqa. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, “miżuri xierqa” jistgħu jinkludu s-sospensjoni, parzjalment jew kompletament, ta’ dan il-Ftehim.
4.
Jekk waħda mill-Partijiet tqis li l-Parti l-oħra tkun naqset milli tissodisfa kwalunkwe obbligu f’dan il-Ftehim, ħlief dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet taħt l-awspiċji tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bil-ħsieb li jilħqu soluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku. F’każ li l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni ma jistax jilħaq soluzzjoni reċiprokament aċċettabbli, il-Parti notifikanti tista’ tieħu miżuri xierqa. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, “miżuri xierqa” jistgħu jinkludu s-sospensjoni biss tat-Titoli I, II, III, V, VI, VII, VIII, u IX ta’ dan il-Ftehim.
5.
Il-Miżuri xierqa msemmijin fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jittieħdu b’rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali u għandhom ikunu proporzjonati għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim. Trid tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li l-anqas li jfixklu l-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 344
Eċċezzjonijiet dwar is-sigurtà
Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat:
(a)
li jirrikjedi li Parti tagħti jew tippermetti l-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni, li hija tqis li d-divulgazzjoni tagħha tmur kontra l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha; jew
(b)
li jeħtieġ li Parti tieħu azzjoni li hija tqis li hija neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha:
(i)
li tkun marbuta mal-produzzjoni jew mat-traffikar tal-armi, tal-munizzjon u tal-istrumenti tal-gwerra u ma’ tali traffikar u tranżazzjonijiet li jsiru f’merkanzija u f’materjali oħrajn, u ma’ attivitajiet ekonomiċi, imwettqin direttament jew indirettament għall-fini ta’ provvista lil stabbiliment militari;
(ii)
li għandha x’taqsam ma’ materjali fissili u fużjonabbli jew mal-materjali li minnhom jittieħdu; jew
(iii)
meħuda fi żmien ta’ gwerra jew f’emerġenza oħra fir-relazzjonijiet internazzjonali; jew
(c)
li jżomm lil xi Parti milli tieħu kwalunkwe azzjoni biex twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha skont il-Karta tan-NU għall-fini li żżomm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali.
ARTIKOLU 345
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja
1.
Dan il-Ftehim għandu jkun soġġett għar-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Partijiet skont il-proċeduri interni tagħhom u l-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak l-għan.
2
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha tkun saret l-aħħar notifika prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3.
Minkejja l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan jistgħu japplikaw dan il-Ftehim, kompletament jew parzjalment, fuq bażi provviżorja, f’konformità mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom. L-applikazzjoni provviżorja għandha tibda fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar dawn li ġejjin:
(a)
Għall-Unjoni Ewropea, it-tlestija tal-proċeduri interni neċessarji għal dan l-għan, flimkien ma’ indikazzjoni ta’ dawk il-partijiet tal-Ftehim li l-Unjoni Ewropea tipproponi jenħtieġ li jiġu applikati b’mod provviżorju; u
(b)
Għar-Repubblika tal-Użbekistan, it-tlestija tal-proċeduri interni neċessarji għal dan l-għan, flimkien ma’ indikazzjoni ta’ dawk il-partijiet tal-Ftehim li l-Unjoni Ewropea tipproponi li jenħtieġ li jiġu applikati b’mod provviżorju.
4.
Kwalunkwe Parti tista’ tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li ttemm l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim. It-terminazzjoni tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara dik in-notifika.
5.
Għall-fini tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim” għandu jinftiehem li jfisser id-data tal-applikazzjoni provviżorja. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni u s-Sottokumitati tiegħu, u korpi oħrajn stabbiliti skont dan il-Ftehim jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom matul l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim. Kwalunkwe deċiżjoni adottata fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ma għandhiex tibqa effettiva jekk l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim tiġi tterminata f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
6.
Meta, f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim tiġi applikata mill-Partijiet fuq bażi provviżorja, kwalunkwe referenza f’dispożizzjoni bħal din għad-data tad-dħul fis-seħħ għandha tinftiehem li tirreferi għad-data li minnha l-Partijiet jaqblu li japplikaw dik id-dispożizzjoni fuq bażi provviżorja.
ARTIKOLU 346
Emendi
1.
Il-Partijiet jistgħu jaqblu, bil-miktub, biex jemendaw dan il-Ftehim. Għad-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-emendi, għandu japplika l-Artikolu 345 [Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja].
2.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jadotta deċiżjonijiet li jemendaw dan il-Ftehim fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 27 [Kompiti speċifiċi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni li jaġixxi fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ tiegħu] u l-Artikolu 28 [Kompiti speċifiċi tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni li jaġixxi fil-konfigurazzjoni tal-kummerċ tiegħu].
ARTIKOLU 347
Ftehimiet oħrajn
1.
Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Ftehim ta’ Sħubija u ta’ Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Firenze fil-21 ta’ Ġunju 1996 għandu jitħassar u jiġi ssostitwit b’dan il-Ftehim.
2.
Dan il-Ftehim jissostitwixxi l-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Ir-referenzi għall-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-ftehimiet kollha l-oħrajn bejn il-Partijiet għandhom jinftiehmu li jirreferu għal dan il-Ftehim.
3.
Il-Partijiet jistgħu jikkomplementaw dan il-Ftehim billi jikkonkludu ftehimiet speċifiċi fi kwalunkwe qasam ta’ kooperazzjoni li jaqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Tali ftehimiet speċifiċi għandhom jifformaw parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali ġenerali kif irregolati b’dan il-Ftehim u għandhom ikunu soġġetti għal qafas istituzzjonali stabbilit b’dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 348
Annessi, appendiċijiet, protokolli, noti u noti f’qiegħ il-paġna
L-Annessi, l-Appendiċijiet, il-Protokolli u n-Noti, in-Noti f’Qiegħ il-Paġna ta’ dan il-Ftehim u għalih għandhom jifformaw parti integrali minnu.
ARTIKOLU 349
Drittijiet privati
Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat li jagħti lil persuni drittijiet jew jimponi fuqhom obbligi li ma humiex drittijiet jew obbligi istitwiti bejn il-Partijiet skont id-dritt internazzjonali pubbliku, u lanqas li jippermetti li dan il-Ftehim jiġi direttament invokat fl-ordinamenti ġuridiċi domestiċi tal-Partijiet.
ARTIKOLU 350
Ir-referenzi għal-liġijiet u għar-regolamenti u għal Ftehimiet oħrajn
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, meta ssir referenza fit-Titolu IV għal-liġijiet u għar-regolamenti ta’ Parti, dawk il-liġijiet u r-regolamenti għandhom jinftiehmu li jinkludu l-emendi tagħhom.
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-Titolu IV, fejn issir referenza għall-ftehimiet internazzjonali jew dawn jiġu inkorporati kompletament jew parzjalment f’dan il-Ftehim, dawn għandhom jinftiehmu li jinkludu l-emendi tagħhom jew fil-ftehimiet suċċessuri tagħhom li jidħlu fis-seħħ għaż-żewġ Partijiet fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim jew wara l-iffirmar. Jekk tqum xi kwistjoni rigward l-implimentazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim bħala riżultat tat-tali emendi jew tal-ftehimiet suċċessuri, il-Partijiet, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jistgħu jikkonsultaw ma’ xulxin bl-għan li jsibu soluzzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku għal din il-kwistjoni skont il-bżonn.
ARTIKOLU 351
Durata
Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu mhux limitat.
ARTIKOLU 352
Terminazzjoni
Parti jew oħra tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara dak li matulu tkun saret in-notifika tat-terminazzjoni.
ARTIKOLU 353
Notifiki
In-notifiki li jsiru f’konformità mal-Artikoli 345, 346 u 352 ta’ dan il-Ftehim għandhom jintbagħtu, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u, fil-każ tar-Repubblika tal-Użbekistan, lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Użbekistan.
ARTIKOLU 354
Testi awtentiċi
Dan il-Ftehim huwa mfassal f’kopji duplikati bil-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Iżvediż u l-Użbek, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.
ANNESS 5-A
ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI TAL-ISTANDARDIZZAZZJONI
1.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO)
2.
Il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC)
3.
L-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT)
4.
Il-Kummissjoni Codex Alimentarius (CODEX)
5.
L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO)
6.
Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) fil-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE)
7.
Is-Sottokumitat ta’ Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikettar ta’ Sustanzi Kimiċi (UN/SCEGHS)
8.
Il-Kunsill Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tar-Rekwiżiti Tekniċi għall-Farmaċewtiċi għall-Użu mill-Bniedem (ICH)
9.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Metroloġija Legali (OIML)
10.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV)
11.
L-Unjoni Postali Universali (UPU)
12.
L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE)
________________
ANNESS 5-B
DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-FORNITUR – OQSMA U MODALITAJIET
1.
Kull Parti għandha taċċetta d-Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-Fornitur (SDoC), bħala prova ta’ konformità mar-regolamenti tekniċi eżistenti fl-oqsma li ġejjin:
(a)
aspetti tas-sikurezza ta’ tagħmir elettriku u elettroniku kif iddefiniti fil-paragrafu 2;
(b)
aspetti tas-sikurezza ta’ makkinarju kif iddefiniti fil-paragrafu 3;
(c)
il-kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir kif iddefinita fil-paragrafu 4;
(d)
l-effiċjenza enerġetika, inklużi r-rekwiżiti tal-ekodisinn, kif iddefiniti fil-paragrafu 5;
(e)
ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku; u
(f)
apparati sanitarji kif iddefiniti fil-paragrafu 6.
2.
Għall-fini ta’ dan l-Anness, “aspetti tas-sikurezza ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” tfisser l-aspetti tas-sikurezza ta’ tagħmir li jiddependi fuq kurrenti elettriċi biex jaħdem kif suppost, u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ tali kurrenti u li huwa ddisinjat għall-użu b’vultaġġ attribwit ta’ bejn 50 u 1 000 V għall-kurrent alternat u bejn 75 u 1 500 V għall-kurrent dirett, kif ukoll tagħmir li intenzjonalment jemetti jew jirċievi mewġ elettromanjetiku ta’ frekwenzi ta’ anqas minn 3 000 GHz bl-għan ta’ komunikazzjoni bir-radju jew ta’ radjudeterminazzjoni, bl-eċċezzjoni, fost l-oħrajn, ta’:
(a) tagħmir għall-użu f’atmosfera splussiva;
(b) tagħmir għall-użu għal skopijiet radjoloġiċi jew mediċi;
(c) partijiet elettriċi għal-liftijiet tal-merkanzija u tal-passiġġieri;
(d) tagħmir tar-radju użat mid-dilettanti tar-radju;
(e)
miters tal-elettriku;
(f)
plakek u żbokki għas-sokits għall-użu domestiku;
(g)
kontrolluri taċ-ċnut tal-elettriku;
(h)
ġugarelli;
(i)
kitts ta’ evalwazzjoni mibnija apposta maħsuba għall-professjonisti biex jintużaw biss f’faċilitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp għal skopijiet bħal dawn; u
(j)
prodotti tal-kostruzzjoni għall-inkorporazzjoni permanenti f’bini jew f’xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili, li l-prestazzjoni tagħhom ikollha effett fuq il-prestazzjoni tal-bini jew tax-xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili, bħal kejbils, allarmi tan-nar jew bibien elettriċi.
3.
Għall-fini ta’ dan l-Anness, “aspetti tas-sikurezza ta’ makkinarju” tfisser l-aspetti tas-sikurezza ta’ assemblaġġ li jikkonsisti f’mill-anqas parti waħda li tiċċaqlaq, imħaddma b’sistema motorizzata li tuża sors wieħed jew aktar ta’ enerġija bħall-enerġija termali, elettrika, pnewmatika, idrawlika jew mekkanika, irranġati u kkontrollati biex jiffunzjonaw bħala entità sħiħa integrali, bl-eċċezzjoni ta’ makkinarju ta’ riskju għoli, kif definit mill-Partijiet.
4.
Għall-fini ta’ dan l-Anness, “kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir” tfisser il-kompatibbiltà elettromanjetika (disturb u immunità) ta’ tagħmir li jiddependi fuq kurrenti elettriċi jew fuq kampi elettromanjetiċi biex jaħdem kif suppost, u tagħmir għall-ġenerazzjoni, għat-trasferiment u għall-kejl ta’ tali kurrenti, bl-eċċezzjoni ta’:
(a) tagħmir għall-użu f’atmosfera splussiva;
(b) tagħmir għall-użu għal skopijiet radjoloġiċi jew mediċi;
(c) partijiet elettriċi għal-liftijiet tal-merkanzija u tal-passiġġieri;
(d) tagħmir tar-radju użat mid-dilettanti tar-radju;
(e)
strumenti tal-kejl;
(f)
strumenti tal-użin mhux awtomatiċi;
(g)
tagħmir inerentement benevoli; u
(h)
kitts ta’ evalwazzjoni mibnija apposta maħsuba għall-professjonisti biex jintużaw biss f’faċilitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp għal skopijiet bħal dawn.
5.
Għall-fini ta’ dan l-Anness, “effiċjenza enerġetika” tfisser il-proporzjon tal-output ta’ prestazzjoni, ta’ servizz, ta’ merkanzija jew ta’ enerġija mal-input tal-enerġija ta’ prodott b’impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, u fid-dawl tal-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi.
6.
Għall-fini ta’ dan l-Anness, “apparati sanitarji” huwa mifhum li jkopri l-prodotti li ġejjin: tojlits, whirlpools, sinkijiet tal-kċina, awrinarji, banjijiet, trejs tad-doċċa, bidejiet u sinkijiet tal-kamra tal-banju.
7.
Dan l-Anness ma jkoprix inġenji tal-ajru, bastimenti, ferroviji u vetturi bil-mutur sħaħ, kif ukoll tagħmir marittimu, ferrovjarju, tal-avjazzjoni u tal-vetturi speċjalizzat.
8.
Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandu jirrieżamina l-lista ta’ oqsma stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness.
9.
Kull Parti tista’ tintroduċi rekwiżiti għall-ittestjar jew għaċ-ċertifikazzjoni obbligatorja minn terzi persuni għall-oqsma tal-prodotti msemmija f’dan l-Anness, dment li dawn ir-rekwiżiti jkunu ġġustifikati fuq il-bażi ta’ objettivi leġittimi u jkunu proporzjonati għall-iskop li jagħtu lill-Parti li timporta kunfidenza adegwata li l-prodotti jikkonformaw mar-regolamenti jew mal-istandards tekniċi applikabbli, filwaqt li jitqiesu r-riskji li joħloq in-nuqqas ta’ konformità.
10.
Parti li tipproponi li tintroduċi l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmijin fil-paragrafu 9 għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi stadju bikri u għandha tqis il-kummenti tal-Parti l-oħra fit-tfassil ta’ kwalunkwe proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità bħal din.
________________
ANNESS 5-C
ARRANĠAMENT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 61(4)
GĦALL-ISKAMBJU SISTEMATIKU TA’ INFORMAZZJONI
FIR-RIGWARD TAS-SIKUREZZA TA’ PRODOTTI MHUX TAL-IKEL
U TAL-MIŻURI PREVENTIVI, RESTRITTIVI U KORRETTIVI RELATATI
Dan l-Anness għandu jistabbilixxi arranġament għall-iskambju regolari ta’ informazzjoni bejn is-sistema ta’ twissija rapida tal-Unjoni Ewropea u l-bażi tad-data tar-Repubblika tal-Użbekistan dwar is-sikurezza ta’ prodotti mhux tal-ikel għall-konsumatur u miżuri preventivi, restrittivi u korrettivi relatati.
F’konformità mal-Artikolu 61(8) ta’ dan il-Ftehim, l-arranġament għandu jispeċifika t-tip ta’ informazzjoni li għandha tkun skambjata, il-modalitajiet tal-iskambju u l-applikazzjoni tar-regoli tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni ta’ data personali.
________________
ANNESS 5-D
ARRANĠAMENT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 61(5)
GĦALL-ISKAMBJU REGOLARI TA’ INFORMAZZJONI
RIGWARD IL-MIŻURI MEĦUDA FUQ IL-PRODOTTI MHUX TAL-IKEL
MHUX KONFORMI, GĦAJR DAWK KOPERTI MILL-ARTIKOLU 61(4)
Dan l-Anness għandu jistabbilixxi arranġament dwar l-iskambju regolari ta’ informazzjoni, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi, dwar miżuri meħudin fuq prodotti mhux tal-ikel mhux konformi, minbarra dawk koperti mill-Artikolu 61(4) ta’ dan il-Ftehim.
F’konformità mal-Artikolu 61(8) ta’ dan il-Ftehim, l-arranġament għandu jispeċifika t-tip ta’ informazzjoni li għandha tkun skambjata, il-modalitajiet tal-iskambju u l-applikazzjoni tar-regoli tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni ta’ data personali.
________________
ANNESS 6
TABELLA LI TISTABBILIXXI R-RIKONOXXIMENT TAL-EKWIVALENZA
Għall-ftehim fi stadju aktar tard.
________________
ANNESS 7-A
TAQSIMA A
LEĠIŻLAZZJONI TAL-PARTIJIET
Il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan
(a)
il-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Użbekistan (it-Taqsima IV) datat id-29 ta’ Awwissu 1996;
(b)
il-Liġi Nru 267-II tar-Repubblika tal-Użbekistan dwar Trademarks, Marki tas-Servizz u Denominazzjonijiet ta’ Oriġini datata t-30 ta’ Awwissu 2001 u l-Atti ta’ implimentazzjoni tagħha;
(c)
il-Liġi Nru 757 tar-Repubblika tal-Użbekistan dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi datata t-3 ta’ Marzu, l-2022 u l-Atti ta’ implimentazzjoni tagħha.
Leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea:
(a)
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u l-Atti ta’ implimentazzjoni tiegħu
;
(b)
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007
, b’mod partikulari l-Artikoli 92 sa 111 dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u l-Atti ta’ implimentazzjoni tiegħu;
(c)
Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu;
TAQSIMA B
ELEMENTI GĦAR-REĠISTRAZZJONI U GĦALL-KONTROLL TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI
1.
Reġistru li jelenka l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fit-territorju;
2.
Proċess amministrattiv li jivverifika li l-indikazzjonijiet ġeografiċi jidentifikaw merkanzija partikolari bħala merkanzija li toriġina f’territorju, f’reġjun jew f’lokalità ta’ waħda mill-Partijiet, fejn il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-merkanzija tkun attribwibbli essenzjalment għall-oriġini ġeografika tagħha;
3.
Rekwiżit li isem reġistrat jikkorrispondi għal prodott jew prodotti speċifiċi li għalihom tkun stabbilita speċifikazzjoni tal-prodott li tista’ tiġi emendata biss permezz ta’ proċess amministrattiv xieraq;
4.
Dispożizzjonijiet dwar kontroll li japplikaw għall-produzzjoni;
5.
Infurzar tal-protezzjoni tal-ismijiet reġistrati permezz ta’ azzjoni amministrattiva xierqa mill-awtoritajiet pubbliċi;
6.
Dispożizzjonijiet legali li jistabbilixxu li isem reġistrat jista’ jintuża minn kwalunkwe operatur li jqiegħed fis-suq prodotti li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti;
7.
Dispożizzjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni, li jistgħu jinkludu r-rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ termini li jkunu omonimi jew parzjalment omonimi ma’ ismijiet reġistrati, ta’ termini li jkunu abitwali f’lingwaġġ komuni bħala l-isem komuni ta’ oġġetti, u ta’ termini li fihom jew li jinkludu l-ismijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti u ta’ razez ta’ annimali; dispożizzjonijiet bħal dawn għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-partijiet kollha kkonċernati;
8.
Ir-regoli dwar ir-relazzjoni bejn l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-trademarks li jipprovdu għal eċċezzjoni limitata għad-drittijiet mogħtijin skont il-liġi dwar it-trademarks li tgħid li l-eżistenza ta’ trademark preċedenti ma hijiex raġuni għall-prevenzjoni tar-reġistrazzjoni u tal-użu ta’ isem bħala indikazzjoni ġeografika rreġistrata, ħlief meta, minħabba l-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, il-konsumaturi jistgħu jiġu żgwidati mir-reġistrazzjoni u mill-użu tal-indikazzjoni ġeografika fuq prodotti mhux koperti bit-trademark;
9.
Dritt għal kwalunkwe produttur stabbilit fiż-żona ġeografika li jissottometti għas-sistema ta’ kontrolli li jipproduċi l-prodott bit-tikketta tal-isem protett, dment li huwa jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott;
10.
Proċedura ta’ oppożizzjoni li tippermetti li jitqiesu l-interessi leġittimi ta’ utenti preċedenti ta’ ismijiet, kemm jekk dawk l-ismijiet ikunu protetti bħala forma ta’ proprjetà intellettwali, kif ukoll jekk ma jkunux.
________________
ANNESS 7-B
KRITERJI GĦALL-PROĊEDURA TA’ OPPOŻIZZJONI
1.
Lista ta’ isem/ismijiet bit-traskrizzjoni korrispondenti għall-karattri Latini jew Użbeki;
2.
It-tip ta’ prodott;
3.
Stedina:
(a)
fil-każ tal-Unjoni Ewropea, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għajr dawk stabbiliti jew residenti fir-Repubblika tal-Użbekistan;
(b)
fil-każ tar-Repubblika tal-Użbekistan, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika ħlief dawk stabbiliti jew residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li għandhom interess leġittimu,
biex jissottomettu oġġezzjonijiet għall-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika billi jippreżentaw dikjarazzjoni debitament sostanzjata.
4.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Użbekistan fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni;
5.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu riċevuti sal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 4 u jekk juru li l-protezzjoni tal-isem propost:
(a)
tkun f’kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanti, inkluża varjetà ta’ għeneb tal-inbid jew razza ta’ annimali u għaldaqstant aktarx li tqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;
(b)
tkun isem omonimu li jqarraq bil-konsumatur li jispiċċa jemmen li l-prodotti ġejjin minn territorju ieħor;
(c)
tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott, minħabba r-reputazzjoni u l-fama tat-trademark u minħabba t-tul ta’ żmien li ilha tintuża;
(d) tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ ta’ trademark totalment jew parzjalment identika jew l-eżistenza ta’ prodotti li ilhom legalment fuq is-suq għal tal-anqas ħames snin qabel id-data meta ġie ppubblikat l-avviż ta’ oppożizzjoni; jew
(e)
jagħtu dettalji li jindikaw li l-isem li għalih ikunu qegħdin jiġu kkunsidrati l-protezzjoni u r-reġistrazzjoni huwa ġeneriku.
6.
Il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 5 għandhom jiġu evalwati mill-awtoritajiet kompetenti u fir-rigward tat-territorju tal-Parti kkonċernata, li fil-każ ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn ikunu protetti t-tali drittijiet.
________________
ANNESS 7-C
INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI GĦALL-PRODOTTI LI GĦANDHOM JIĠU PROTETTI
TAQSIMA A
INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI GĦALL-PRODOTTI TAL-UNJONI EWROPEA LI GĦANDHOM JIĠU PROTETTI FIR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN
1.
Lista’ ta’ prodotti agrikoli u ta’ oġġetti tal-ikel minbarra nbejjed, xorb spirituż u nbejjed aromatizzati
|
Stat Membru
|
L-isem li jrid jiġi protett
|
Kategorija tal-prodott
|
Traskrizzjoni Latina
|
|
AT
|
Steirisches Kürbiskernöl
|
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
|
|
|
AT
|
Tiroler Speck
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
AT
|
Vorarlberger Bergkäse
|
Ġobon
|
|
|
BE
|
Jambon d'Ardenne
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
BG
|
Българско розово масло
|
Żjut essenzjali
|
Bulgarsko rozovo maslo
|
|
BG
|
Странджански манов мед / Maнов мед от Странджа
|
|
Strandzhanski manov med/ Manov med ot Strandzha
|
|
CZ
|
Budějovické pivo
|
Birer
|
|
|
CZ
|
Budějovický měšťanský var
|
Birer
|
|
|
CZ
|
České pivo
|
Birer
|
|
|
CZ
|
Českobudějovické pivo
|
Birer
|
|
|
CZ
|
Žatecký chmel
|
Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
|
|
|
DE
|
Aachener Printen
|
Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
|
|
|
DE
|
Bayerisches Bier
|
Birer
|
|
|
DE
|
Dresdner Stollen
|
Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
|
|
|
DE
|
Lübecker Marzipan
|
Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
|
|
|
DE
|
Münchener Bier
|
Birer
|
|
|
DE
|
Nürnberger Bratwürste / Nürnberger Rostbratwürste
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
DE
|
Nürnberger Lebkuchen
|
Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
|
|
|
DE
|
Rheinisches Zuckerrübenkraut / Rheinischer Zuckerrübensirup / Rheinisches Rübenkraut
|
Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
|
|
|
DK
|
Danablu
|
Ġobon
|
|
|
EL
|
Ελιά Καλαμάτας
|
Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
|
Elia Kalamatas
|
|
EL
|
Καλαμάτα
|
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
|
Kalamata
|
|
EL
|
Κεφαλογραβιέρα
|
Ġobon
|
Kefalograviera
|
|
EL
|
Κολυμβάρι Χανίων Κρήτης
|
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
|
Kolymvari Chanion Kritis
|
|
EL
|
Κρόκος Κοζάνης
|
Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
|
Krokos Kozanis
|
|
EL
|
Μαστίχα Χίου
|
Gomma naturali u reżini
|
Masticha Chiou
|
|
EL
|
Σητεία Λασιθίου Κρήτης
|
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
|
Sitia Lasithiou Kritis
|
|
EL
|
Φέτα
|
Ġobon
|
Feta
|
|
ES
|
Vinagre de Jerez
|
Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
|
|
|
ES
|
Baena
|
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
|
|
|
ES
|
Kaki Ribera del Xúquer
|
Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
|
|
|
ES
|
Jabugo (ex Jamón de Huelva)
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
ES
|
Jamón de Teruel/Paleta de Teruel
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
ES
|
Jijona
|
Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
|
|
|
ES
|
Priego de Córdoba
|
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
|
|
|
ES
|
Queso Manchego
|
Ġobon
|
|
|
ES
|
Sierra de Segura
|
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
|
|
|
ES
|
Siurana
|
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
|
|
|
ES
|
Turrón de Alicante
|
Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
|
|
|
FR
|
Brie de Meaux
|
Ġobon
|
|
|
FR
|
Camembert de Normandie
|
Ġobon
|
|
|
FR
|
Canard à foie gras du Sud-Ouest (Chalosse, Gascogne, Gers, Landes, Périgord, Quercy)
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
FR
|
Comté
|
Ġobon
|
|
|
FR
|
Emmental de Savoie
|
Ġobon
|
|
|
FR
|
Gruyère
|
Ġobon
|
|
|
FR
|
Huile essentielle de lavande de Haute-Provence
|
Żjut essenzjali
|
|
|
FR
|
Jambon de Bayonne
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
FR
|
Pruneaux d’Agen; Pruneaux d’Agen mi-cuits
|
Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
|
|
|
FR
|
Reblochon / Reblochon de Savoie
|
Ġobon
|
|
|
FR
|
Roquefort
|
Ġobon
|
|
|
HU
|
Szegedi szalámi / Szegedi téliszalámi
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
IT
|
Aceto Balsamico di Modena
|
Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
|
|
|
IT
|
Aceto balsamico tradizionale di Modena
|
Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
|
|
|
IT
|
Asiago
|
Ġobon
|
|
|
IT
|
Bresaola della Valtellina
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
IT
|
Fontina
|
Ġobon
|
|
|
IT
|
Gorgonzola
|
Ġobon
|
|
|
IT
|
Grana Padano
|
Ġobon
|
|
|
IT
|
Mortadella Bologna
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
IT
|
Mozzarella di Bufala Campana
|
Ġobon
|
|
|
IT
|
Parmigiano Reggiano
|
Ġobon
|
|
|
IT
|
Pecorino Romano
|
Ġobon
|
|
|
IT
|
Prosciutto di Parma
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
IT
|
Prosciutto di San Daniele
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
IT
|
Prosciutto Toscano
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
IT
|
Provolone Valpadana
|
Ġobon
|
|
|
IT
|
Taleggio
|
Ġobon
|
|
|
NL
|
Edam Holland
|
Ġobon
|
|
|
NL
|
Gouda Holland
|
Ġobon
|
|
|
PL
|
Jabłka Grójeckie
|
Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
|
|
|
RO
|
Magiun de prune Topoloveni
|
Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
|
|
|
RO
|
Salam de Sibiu
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
PT
|
Queijo S. Jorge
|
Ġobon
|
|
|
SI
|
Kranjska Klobasa
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
|
SI
|
Kraški pršut
|
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
|
|
2.
Lista ta’ xorb spirituż
|
Stat Membru
|
L-isem li jrid jiġi protett
|
Traskrizzjoni Latina
|
|
AT
|
Inländerrum
|
|
|
AT
|
Jägertee / Jagertee / Jagatee
|
|
|
CY
|
Ζιβανία / Τζιβανία / Ζιβάνα
|
Zivania
|
|
DE/AT/BE
|
Korn / Kornbrand
|
|
|
EL / CY
|
Ούζο
|
Ouzo
|
|
EL
|
Τσίπουρo/Τσικουδιά
|
Tsipouro/Tsikoudia
|
|
EE
|
Estonian Vodka
|
|
|
ES
|
Brandy de Jerez
|
|
|
ES
|
Pacharán Navarro
|
|
|
FI
|
Suomalainen Marjalikööri / Suomalainen Hedelmälikööri / Finsk Bärlikör / Finsk Fruktlikör / Likur tal-frott artab tal-Finlandja / Likur tal-frott tal-Finlandja
|
|
|
FI
|
Suomalainen Vodka / Finsk Vodka / Vodka Finlandiża
|
|
|
FR
|
Armagnac
|
|
|
FR
|
Calvados
|
|
|
FR
|
Cognac/Eau de vie de Cognac/Eau de vie des Charentes
|
|
|
HU
|
Pálinka
|
|
|
HU
|
Törkölypálinka
|
|
|
IE
|
Irish Cream
|
|
|
IE
|
Irish Whiskey / Uisce Beatha Eireannach / Whisky Irlandiż
|
|
|
IT
|
Grappa
|
|
|
LT
|
Originali lietuviška degtinė / Vodka oriġinali mil-Litwanja
|
|
|
NL / BE / DE / FR
|
Genièvre / Jenever / Genever
|
|
|
PL
|
Vodka bi ħxejjex aromatiċi mit-Tramuntana tal-Pjanura Podlasie aromatizzata b’estratt ta’ ħaxix tal-biżonti / Wódka ziołowa z Niziny Północnopodlaskiej aromatyzowana ekstraktem z trawy żubrowej
|
|
|
PL
|
Polska Wódka / Vodka Pollakka
|
|
|
RO
|
Țuica Zetea de Medieșu Aurit
|
|
|
SE
|
Svensk Vodka / Vodka Żvediża
|
|
3.
Lista ta’ nbejjed
|
Stat Membru
|
L-isem li jrid jiġi protett
|
Traskrizzjoni Latina
|
|
BG
|
Дунавска равнина
|
Pjanura tad-Danubju
|
|
BG
|
Тракийска низина
|
Thracian Lowlands
|
|
CY
|
Κουμανδαρία
|
Commandaria
|
|
DE
|
Moselle
|
|
|
DE
|
Rheingau
|
|
|
DE
|
Rheinhessen
|
|
|
EL
|
Σάμος
|
Samos
|
|
ES
|
Cariñena
|
|
|
ES
|
Campo de Borja
|
|
|
ES
|
Cataluña/ Catalunya
|
|
|
ES
|
Cava
|
|
|
ES
|
Jerez-Xérès-Sherry / Jerez / Xérès / Sherry
|
|
|
ES
|
Jumilla
|
|
|
ES
|
La Mancha
|
|
|
ES
|
Málaga
|
|
|
ES
|
Navarra
|
|
|
ES
|
Rías Baixas
|
|
|
ES
|
Ribera del Duero
|
|
|
ES
|
Rioja
|
|
|
ES
|
Rueda
|
|
|
ES
|
Toro
|
|
|
ES
|
Utiel-Requena
|
|
|
ES
|
Valdepeñas
|
|
|
ES
|
Valencia
|
|
|
ES
|
Yecla
|
|
|
FR
|
Alsace / Vin d'Alsace
|
|
|
FR
|
Anjou
|
|
|
FR
|
Beaujolais
|
|
|
FR
|
Bordeaux
|
|
|
FR
|
Bourgogne
|
|
|
FR
|
Chablis
|
|
|
FR
|
Champagne
|
|
|
FR
|
Châteauneuf-du-Pape
|
|
|
FR
|
Coteaux du Languedoc / Languedoc
|
|
|
FR
|
Côtes de Provence
|
|
|
FR
|
Côtes du Rhône
|
|
|
FR
|
Côtes du Roussillon
|
|
|
FR
|
Graves
|
|
|
FR
|
Haut-Médoc
|
|
|
FR
|
Margaux
|
|
|
FR
|
Médoc
|
|
|
FR
|
Saint-Émilion
|
|
|
FR
|
Sauternes
|
|
|
FR
|
Touraine
|
|
|
FR
|
Val de Loire
|
|
|
HR
|
Dingač
|
|
|
HU
|
Tokaj / Tokaji
|
|
|
IT
|
Asti
|
|
|
IT
|
Brunello di Montalcino
|
|
|
IT
|
Chianti
|
|
|
IT
|
Chianti Classico
|
|
|
IT
|
Conegliano Valdobbiadene – Prosecco / Conegliano – Prosecco / Valdobbiadene – Prosecco
|
|
|
IT
|
Franciacorta
|
|
|
IT
|
Lambrusco di Sorbara
|
|
|
IT
|
Lambrusco Grasparossa di Castelvetro
|
|
|
IT
|
Montepulciano d'Abruzzo
|
|
|
IT
|
Prosecco
|
|
|
IT
|
Soave
|
|
|
IT
|
Toscano / Toscana
|
|
|
IT
|
Vino Nobile di Montepulciano
|
|
|
PT
|
Alentejo
|
|
|
PT
|
Bairrada
|
|
|
PT
|
Dão
|
|
|
PT
|
Douro
|
|
|
PT
|
Madeira / Madera / Vinho da Madeira /Madeira Wein / Madeira Wine / Vin de Madère / Vino di Madera / Madeira Wijn
|
|
|
PT
|
Lisboa
|
|
|
PT
|
Porto / Oporto / Vinho do Porto / Vin de Porto / Port / Port Wine / Portwein / Portvin / Portwijn
|
|
|
PT
|
Tejo
|
|
|
PT
|
Vinho Verde
|
|
|
RO
|
Cotnari
|
|
|
RO
|
Dealu Mare
|
|
|
RO
|
Murfatlar
|
|
|
SK
|
Vinohradnícka blast Tokaj
|
|
TAQSIMA B
INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI GĦALL-PRODOTTI TAR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN LI GĦANDHOM JIĠU PROTETTI FL-UNJONI EWROPEA
|
L-isem li jrid jiġi protett
|
Kategorija tal-Podott
|
|
БОҒИЗАҒОН/BOG'IZOG'ON'/'БАГИЗАГАН /BAGIZAGAN'
|
Inbid
|
________________
ANNESS 9-A
AKKWIST PUBBLIKU
TAQSIMA 1
ENTITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI
Limiti:
Il-Kapitolu 9 japplika għall-entitajiet tal-akkwist tal-Partijiet elenkati fis-Subtaqsimiet A u B ta’ din it-Taqsima jekk il-valur tal-akkwist ikun daqs jew jaqbeż il-livelli limitu segwenti:
(a)
400 000 dritt speċjali ta’ prelevament (SDR, special drawing rights) għall-merkanzija kollha u għas-servizzi elenkati;
(b) SDR 6 000 000 għas-servizzi kollha tal-kostruzzjoni elenkati fid-Diviżjoni 51 tal-UN CPC.
1.
ENTITAJIET KOPERTI:
SUBTAQSIMA A – L-UNJONI EWROPEA
L-awtoritajiet tal-gvern ċentrali kollha tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea li huma inklużi fil-lista fl-Anness I tal-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku, magħmul f’Marrakexx fil-15 ta’ April 1994, li jinsab fl-Anness 4 tal-Ftehim tad-WTO, ħlief:
(a)
entitajiet immarkati b’* jew b’** f’dik il-lista; u
(b)
ministeri tad-difiża u aġenziji għall-attivitajiet tad-difiża jew tas-sigurtà tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
SUBTAQSIMA B – IR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN
1.
Il-Ministeru għar-Riżorsi tal-Agrikoltura tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Qishlоq хo’jаligi vаzirligi)
2.
Il-Ministeru għall-Kostruzzjoni u għas-Servizzi tal-Akkomodazzjoni-Komunali tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Qurilish va uy-joy kommunal xo’jaligi vazirligi)
3.
Il-Ministeru għall-Kultura u għat-Turiżmu tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Madaniyat va turizm vazirligi)
4.
Il-Ministeru għat-Teknoloġiji Diġitali tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Raqamli texnologiyalar vazirligi)
5.
Il-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Finanzi tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Iqtisodiyot va moliya vazirligi)
6.
Il-Ministeru għall-Impjiegi u tat-Tnaqqis tal-Faqar tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Kambag’allikni qisqartirish va bandlik vazirligi)
7.
Il-Ministeru għall-Enerġija tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Energetika vazirligi)
8.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbеkistоn Rеspublikаsi Tаshqi ishlаr vаzirligi)
9.
Il-Ministeru għas-Saħħa tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbеkistоn Rеspublikаsi Sоg`liqni sаqlаsh vаzirligi)
10.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni Għolja, għax-Xjenza u għall-Innovazzjonijiet tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Oliy ta’lim, fan va innovatsiyalar vazirligi)
11.
Il-Ministeru għall-Investiment, għall-Industrija u għall-Kummerċ tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi investitsiyalar, sanoat va savdo vazirligi)
12.
Il-Ministeru għall-Ekoloġija, għall-Ħarsien tal-Ambjent u għat-Tibdil fil-Klima tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Ekologiya, atrof-muhitni muhofaza qilish va iqlim o’zgarish vazirligi)
13.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni Preprimarja u għall-Edukazzjoni fl-Iskejjel tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Maktabgacha va maktab ta’limi vazirligi)
14.
Il-Ministeru għat-Trasport tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Transport vazirligi)
15.
Il-Ministeru għar-Riżorsi tal-Ilma tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Suv хo’jаligi vаzirligi)
16.
Il-Ministeru għall-Politika taż-Żgħażagħ u għall-Isport tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Yoshlar siyosati va sport vazirligi)
17.
Il-Kumitat għall-Promozzjoni tal-Kompetizzjoni u għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Konsumatur tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Raqobatni rivojlantirish va iste’molchilar huquqlarini himoya qilish qo’mitasi)
18.
Il-Kumitat tat-Taxxa (Soliq qo’mitasi)
19.
L-Aġenzija għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (Eksportni rag’batlantirish agentligi)
20.
L-Aġenzija tal-Forestrija (O’rmon xo’jaligi agentligi)
21.
L-Aġenzija tas-Servizz Idrometeoroloġiku (Gidrometeorologiya xizmati agentligi)
22.
L-Aġenzija tal-Istatistika (Statistika agentligi)
23.
L-Aġenzija ta’ “Uzarkhiv” (O’zarxiv’ agentligi)
24.
L-ispezzjoni għas-sikurezza tal-faċilitajiet għall-ġestjoni tal-ilma (Suv xo’jaligi obyektlari xavfsizligini nazorat qilish inspeksiyasi)
25.
L-Akkademja tax-Xjenzi tar-Repubblika tal-Użbekistan (O’zbekiston Respublikasi Fanlar akademiyasi)
TAQSIMA 2
ENTITAJIET TAL-GVERN SUBĊENTRALI
Limiti:
Il-Kapitolu 9 japplika għall-entitajiet tal-akkwist tal-Partijiet elenkati fis-Subtaqsimiet A u B ta’ din it-Taqsima jekk il-valur tal-akkwist ikun daqs jew jaqbeż il-livelli limitu segwenti:
(a)
400 000 SDR għall-merkanzija kollha u għas-servizzi elenkati;
(b) SDR 6 000 000 għas-servizzi kollha tal-kostruzzjoni elenkati fid-Diviżjoni 51 tal-UN CPC.
Entitajiet koperti:
SUBTAQSIMA A – L-Unjoni Ewropea
L-awtoritajiet kontraenti reġjonali kollha tal-Istati Membri kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 1 u 2, kif imsemmi mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS).
SUBTAQSIMA B – Ir-Repubblika tal-Użbekistan
Entitajiet koperti:
I.
Ir-reġjun ta’ Andijan (Andijon viloyati)
1.
Il-Belt ta’ Andijan (Andijon shahri)
2.
Id-Distrett ta’ Andijan (Andijon tuman)
3.
Id-Distrett ta’ Asaka (Asaka tumani)
4.
Id-Distrett ta’ Balikchi (Baliqchi tumani)
5.
Id-Distrett ta’ Bulakbashi (Buloqboshi tumani)
6.
Id-Distrett ta’ Buston (Bo’ston tumani)
7.
Id-Distrett ta’ Izbaskan (Izboskan tumani)
8.
Id-Distrett ta’ Jalaquduk (Jalaquduq tumani)
9.
Il-Belt ta’ Khanabod (Xonabod shahri)
10.
Id-Distrett ta’ Khodjaobad (Xo’jaobod tumani)
11.
Il-Belt ta’ Korasuv (Qorasuv shahri)
12.
Id-Distrett ta’ Kurgantepa (Qo’rg’ontepa tumani)
13.
Id-Distrett ta’ Markhamat (Marhamat tumani)
14.
Id-Distrett ta’ Oltinkol (Oltinko’l tumani)
15.
Id-Distrett ta’ Pakhtaabad (Paxtaobod tumani)
16.
Id-Distrett ta’ Shakhrikhan (Shahrixon tumani)
17.
Id-Distrett ta’ Ulugnar (Ulug’nor tumani)
II.
Ir-reġjun ta’ Bukhara (Buxoro viloyati)
18.
Il-Belt ta’ Bukhara (Buxoro shahri)
19.
Id-Distrett ta’ Bukhara (Buxoro tumani)
20.
Id-Distrett ta’ Djondor (Jondor tumani)
21.
Id-Distrett ta’ Gijduvon (G’ijduvon tumani)
22.
Id-Distrett ta’ Karakul (Qorako’l tumani)
23.
Id-Distrett ta’ Karaulbazar (Qorovulbozor tumani)
24.
Il-Belt ta’ Kogan (Kogon shahri)
25.
Id-Distrett ta’ Kogon (Kogon tumani)
26.
Id-Distrett ta’ Olot (Olot tumani)
27.
Id-Distrett ta’ Peshku (Peshku tumani)
28.
Id-Distrett ta’ Romitan (Romitan tumani)
29.
Id-Distrett ta’ Shofirkon (Shofirkon tumani)
30.
Id-Distrett ta’ Vobkent (Vobkent tumani)
III.
Ir-reġjun ta’ Fergana (Farg’ona viloyati)
31.
Id-Distrett ta’ Altyariq (Oltiariq tumani)
32.
Id-Distrett ta’ Baghdad (Bag’dod tumani)
33.
Id-Distrett ta’ Beshariq (Beshariq tumani)
34.
Id-Distrett ta’ Buvayda (Buvayda tumani)
35.
Id-Distrett ta’ Dangara (Dang’ara tumani)
36.
Il-Belt ta’ Fergana (Farg’ona shahri)
37.
Id-Distrett ta’ Fergana (Farg’ona tumani)
38.
Id-Distrett ta’ Furkat (Furqat tumani)
39.
Il-Belt ta’ Kokon (Qo’qon shahri)
40.
Il-Belt ta’ Kuvasay (Quvasoy shahri)
41.
Il-Belt ta’ Margilan (Marg’ilon shahri)
42.
Id-Distrett ta’ Qushtepa (Qushtepa tumani)
43.
Id-Distrett ta’ Quva (Quva tumani)
44.
Id-Distrett ta’ Rishton (Rishton tumani)
45.
Id-Distrett ta’ Sokh (So’x tumani)
46.
Id-Distrett ta’ Tashlaq (Toshloq tumani)
47.
Id-Distrett ta’ Uchkuprik (Uchko’prik tumani)
48.
Distrett tal-Użbekistan (O’zbekiston tumani)
49.
Id-Distrett ta’ Yazyavan (Yozyovon tumani)
IV.
Ir-reġjun ta’ Jizzakh (Jizzax viloyati)
50.
Id-Distrett ta’ Arnasay (Arnasoy tumani)
51.
Id-Distrett ta’ Bakhmal (Baxmal tumani)
52.
Id-Distrett ta’ Dustlik (Do’stlik tumani)
53.
Id-Distrett ta’ Forish (Forish tumani)
54.
Id-Distrett ta’ Gallaorol (G’allaorol tumani)
55.
Il-Belt ta’ Jizzakh (Jizzax shahri)
56.
Id-Distrett ta’ Mirzachul (Mirzacho’l tumani)
57.
Id-Distrett ta’ Pakhtakor (Paxtakor tumani)
58.
Id-Distrett ta’ Sharof Rashidov (Sharof Rashidov tumani)
59.
Id-Distrett ta’ Yangiobod (Yangiobod tumani)
60.
Id-Distrett ta’ Zafarobod (Zafarobod tumani)
61.
Id-Distrett ta’ Zarbdor (Zarbdor tumani)
62.
Id-Distrett ta’ Zomin (Zomin tumani)
V.
Ir-reġjun ta’ Kashkadarya (Qashqadaryo viloyati)
63.
Id-Distrett ta’ Chirakchi (Chiroqchi tumani)
64.
Id-Distrett ta’ Dekhkanabad (Dehqonobod tumani)
65.
Id-Distrett ta’ Guzar (G’uzor tumani)
66.
Id-Distrett ta’ Kamashi (Qamashi tumani)
67.
Il-Belt ta’ Karshi (Qarshi shahri)
68.
Id-Distrett ta’ Karshi (Qarshi tumani)
69.
Id-Distrett ta’ Kasby (Kasbi tumani)
70.
Id-Distrett ta’ Kitаb (Kitob tumani)
71.
Id-Distrett ta’ Koson (Koson tumani)
72.
Id-Distrett ta’ Mirishkor (Mirishkor tumani)
73.
Id-Distrett ta’ Muborak (Mirishkor tumani)
74.
Id-Distrett ta’ Nishon (Nishon tumani)
75.
Il-Belt ta’ Shakhrisabz (Shahrisabz shahri)
76.
Id-Distrett ta’ Shakhrisabz (Shahrisabz tumani)
77.
Id-Distrett ta’ Yakkabog (Yakkabog’ tumani)
VI.
Ir-reġjun ta’ Khorezm (Xorazm viloyati)
78.
Id-Distrett ta’ Bogot (Bog’ot tumani)
79.
Id-Distrett ta’ Gurlan (Gurlan tumani)
80.
Id-Distrett ta’ Khazorasp (Hazorasp tumani)
81.
Id-Distrett ta’ Khiva (Xiva tumani)
82.
Id-Distrett ta’ Khonqa (Xonqa tumani)
83.
Id-Distrett ta’ Qushkupir (Qo’shko’pir tumani)
84.
Id-Distrett ta’ Shovot (Shovot tumani)
85.
Id-Distrett ta’ Tuproqqala (Tuproqqal’a tumani)
86.
Il-Belt ta’ Urgench (Urganch shahri)
87.
Id-Distrett ta’ Urgench (Urganch tumani)
88.
Id-Distrett ta’ Yangiariq (Yangiariq tumani)
89.
Id-Distrett ta’ Yangibozor (Yangibozor tumani)
VII.
Ir-reġjun ta’ Namangan (Namangan viloyati)
90.
Id-Distrett ta’ Chartak (Chortoq tumani)
91.
Id-Distrett ta’ Chust (Chust tumani)
92.
Id-Distrett ta’ Davlatobod (Davlatobod tumani)
93.
Id-Distrett ta’ Kasansay (Kosonsoy tumani)
94.
Id-Distrett ta’ Mingbulak (Mingbuloq tumani)
95.
Il-Belt ta’ Namangan (Namangan shahri)
96.
Id-Distrett ta’ Namangan (Namangan tumani)
97.
Id-Distrett ta’ Naryn (Norin tumani)
98.
Id-Distrett ta’ Pop (Pop tumani)
99.
Id-Distrett ta’ Turakurgan (To’raqo’rg’on tumani)
100.
Id-Distrett ta’ Uchkurgan (Uchqo’rg’on tumani)
101.
Id-Distrett Uychi (Uychi tumani)
102.
Id-Distrett ta’ Yangi Namangan (Yangi Namangan tumani)
103.
Id-Distrett ta’ Yangikurgan (Yangiqo’rg’on tumani)
VIII.
Ir-reġjun ta’ Navoi (Navoiy viloyati)
104.
Il-Belt ta’ Gazgan (G’ozg’on shahri)
105.
Id-Distrett ta’ Kanimekh (Konimex tumani)
106.
Id-Distrett ta’ Karmana (Karmana tumani)
107.
Id-Distrett ta’ Khatirchi (Xatirchi tumani)
108.
Id-Distrett ta’ Kyzyltepa (Qiziltepa tumani)
109.
Id-Distrett ta’ Navbakhor (Navbahor tumani)
110.
Il-Belt ta’ Navoi (Navoiy shahri)
111.
Id-Distrett ta’ Nurata (Nurota tumani)
112.
Id-Distrett ta’ Tomdi (Tomdi tumani)
113.
Id-Distrett ta’ Uchkuduk (Uchquduq tumani)
114.
Il-Belt ta’ Zarafshan (Zarafshon shahri)
IX.
Ir-reġjun ta’ Samarkand (Samarqand viloyati)
115.
Id-Distrett ta’ Akdarya (Oqdaryo tumani)
116.
Id-Distrett ta’ Bulungur (Bulung’ur tumani)
117.
Id-Distrett ta’ Ishtikhon (Ishtixon tumani)
118.
Id-Distrett ta’ Jambay (Jomboy tumani)
119.
Il-Belt ta’ Kattakurgan (Kattaqo’rg’on shahri)
120.
Id-Distrett ta’ Kattakurgan (Kattaqo’rg’on tumani)
121.
Id-Distrett ta’ Koshrabot (Qo’shrabot tumani)
122.
Id-Distrett ta’ Narpay (Narpay tumani)
123.
Id-Distrett ta’ Nurobod (Nurobod tumani)
124.
Id-Distrett ta’ Pakhtachi (Paxtachi tumani)
125.
Id-Distrett ta’ Pastdargom (Pastdarg’om tumani)
126.
Id-Distrett ta’ Payariq (Payariq tumani)
127.
Il-Belt ta’ Samarkand (Samarqand shahri)
128.
Id-Distrett ta’ Samarkand (Samarqand tumani)
129.
Id-Distrett Taylak (Tayloq tumani)
130.
Id-Distrett ta’ Urgut (Urgut tumani)
X.
Ir-reġjun ta’ Sirdarya (Sirdaryo viloyati)
131.
Id-Distrett ta’ Akaltyn (Oqoltin tumani)
132.
Id-Distrett ta’ Bayaut (Boyovut tumani)
133.
Il-Belt ta’ Gulistan (Guliston tumani)
134.
Id-Distrett ta’ Gulistan (Guliston tumani)
135.
Id-Distrett ta’ Khovos (Xovos tumani)
136.
Id-Distrett ta’ Mirzaabad (Mirzaobod tumani)
137.
Id-Distrett ta’ Sardaba (Sardoba tumani)
138.
Id-Distrett ta’ Saykhunabad (Sayxunobod tumani)
139.
Il-Belt ta’ Shirin (Shirin tumani)
140.
Id-Distrett ta’ Syrdarya (Sirdaryo tumani)
141.
Il-Belt ta’ Yangier (Yangiyer tumani)
XI.
Ir-reġjun ta’ Surkhandarya (Surxondaryo viloyati)
142.
Id-Distrett ta’ Angor (Angor tumani)
143.
Id-Distrett ta’ Bandikhan (Bandixon tumani)
144.
Id-Distrett ta’ Boysun (Boysun tumani)
145.
Id-Distrett ta’ Denou (Denov tumani)
146.
Id-Distrett ta’ Djarkurgan (Jarqo’rg’on tumani)
147.
Id-Distrett ta’ Kumkurgan (Qumqo’rg’on tumani)
148.
Id-Distrett ta’ Muzrabot (Muzrabot tumani)
149.
Id-Distrett ta’ Oltinsoy (Oltinsoy tumani)
150.
Id-Distrett ta’ Qiziriq (Qiziriq tumani)
151.
Id-Distrett ta’ Saryasia (Sariosiyo tumani)
152.
Id-Distrett ta’ Sherobod (Sherobod tumani)
153.
Id-Distrett ta’ Shurchi (Sho’rchi tumani)
154.
Il-Belt ta’ Termez (Termiz shahri)
155.
Id-Distrett ta’ Termiz (Termiz tumani)
156.
Id-Distrett ta’ Uzun (Uzun tumani)
XII.
Il-belt ta’ Tashkent (Toshkent shahri)
157.
Id-Distrett ta’ Almazar (Olmazor tumani)
158.
Id-Distrett ta’ Bektemir (Bektemir tumani)
159.
Id-Distrett ta’ Chilanzar (Chilonzor tumani)
160.
Id-Distrett ta’ Mirabad (Mirobod tumani)
161.
Id-Distrett ta’ Mirzo Ulugbek (Mirzo Ulug’bek tumani)
162.
Id-Distrett ta’ Sergeli (Sergeli tumani)
163.
Id-Distrett ta’ Shaykhantakhur (Shayxontohur tumani)
164.
Id-Distrett ta’ Uchtepa (Uchtepa tumani)
165.
Id-Distrett ta’ Yakkasaray (Yakkasaroy tumani)
166.
Id-Distrett ta’ Yangihayot (Yangihayot tumani)
167.
Id-Distrett ta’ Yashnobod (Yashnobod tumani)
168.
Id-Distrett ta’ Yunusabad (Yunusobod tumani)
XIII.
Ir-reġjun ta’ Tashkent (Toshkent viloyati)
169.
Id-Distrett ta’ Akkurgan (Oqqo’rg’on tumani)
170.
Il-Belt ta’ Almalyk (Olmaliq shahri)
171.
Il-Belt ta’ Angren (Angren shahri)
172.
Il-Belt ta’ Bekabad (Bekobod shahri)
173.
Id-Distrett ta’ Bekabad (Bekobod tumani)
174.
Id-Distrett ta’ Buka (Bo’ka tumani)
175.
Id-Distrett ta’ Bustonliq (Bo’stonliq tumani)
176.
Id-Distrett ta’ Chinoz (Chinoz tumani)
177.
Il-Belt ta’ Chirchik (Chirchiq shahri)
178.
Il-Belt ta’ Nurafshon (Nurafshon shahri)
179.
Id-Distrett ta’ Okhangaron (Ohangaron tumani)
180.
Id-Distrett ta’ Orta Chirchiq (O’rta Chirchiq tumani)
181.
Id-Distrett ta’ Parkent (Parkent tumani)
182.
Id-Distrett ta’ Piskent (Piskent tumani)
183.
Id-Distrett ta’ Qibray (Qibray tumani)
184.
Id-Distrett ta’ Quyi Chirchiq (Quyi Chirchiq tumani)
185.
Id-Distrett ta’ Yangiyol (Yangiyo’l tumani)
186.
Id-Distrett ta’ Yukori Chirchiq (Yuqori Chirchiq tumani)
187.
Id-Distrett ta’ Zangiata (Zangiota tumani)
XIV.
Ir-Repubblika awtonoma ta’ Karakalpakstan (Qoraqalpog’iston avtonom Respublikasi)
188.
Id-Distrett ta’ Amudarya (Amudaryo tumani)
189.
Id-Distrett ta’ Beruni (Beruniy tumani)
190.
Id-Distrett ta’ Bozatov (Bo’zatov tumani)
191.
Id-Distrett ta’ Chimbay (Chimboy tumani)
192.
Id-Distrett ta’ Ellikkala (Ellikqal’a tumani)
193.
Id-Distrett ta’ Kanlikul (Qanliko’l tumani)
194.
Id-Distrett ta’ Karauzak (Qorao’zak tumani)
195.
Id-Distrett ta’ Kegeyli (Kegeyli tumani)
196.
Id-Distrett ta’ Khodzhayli (Xo’jayli tumani)
197.
Id-Distrett ta’ Kungrad (Qo’ng’irot tumani)
198.
Id-Distrett ta’ Muynak (Mo’ynoq tumani)
199.
Il-Belt ta’ Nukus (Nukus shahri)
200.
Id-Distrett ta’ Nukus (Nukus tumani)
201.
Id-Distrett ta’ Shumanai (Shumanay tumani)
202.
Id-Distrett ta’ Takhiatosh (Taxiatosh tumani)
203.
Id-Distrett ta’ Takhtakupir (Taxtako’pir tumani)
204.
Id-Distrett ta’ Turtkul (To’rtko’l tumani)
TAQSIMA 3
ENTITAJIET OĦRAJN KOPERTI
L-ebda entità elenkata.
TAQSIMA 4
MERKANZIJA
Il-Kapitolu 9 għandu jkopri l-akkwisti tal-merkanzija kollha mwettqin minn kwalunkwe entità koperta mit-Taqsimiet minn 1 sa 3, soġġett għan-noti u għad-derogi ġenerali stabbiliti fit-Taqsima 7.
TAQSIMA 5
SERVIZZI
Soġġett għan-noti u għad-derogi ġenerali stabbiliti fit-Taqsima 7, dan il-Kapitolu għandu jkopri l-akkwisti mwettqin minn kwalunkwe entità koperta mit-Taqsimiet minn 1 sa 3 għas-servizzi li ġejjin, li huma identifikati f’konformità mal-Klassifikazzjoni Ċentrali Provviżorja tal-Prodotti tan-Nazzjonijiet Uniti (CPC Prov) kif stabbilit fil-Lista ta’ Klassifikazzjoni Settorjali tas-Servizzi tad-WTO (MTN.GNS/W/120)
:
|
Nru
|
Tipi ta’ servizzi
|
CPC Prov
|
|
1
|
Servizzi ta’ trasport fuq l-art, inkluż servizzi ta’ vetturi korazzati, u servizzi ta’ kurrier, ħlief it-trasport tal-posta
|
712 (minbarra 71235), 7512, 87304
|
|
2
|
Servizzi ta’ trasport bl-ajru ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija, bl-esklużjoni tat-trasport tal-posta
|
73 (minbarra 7321)
|
|
3
|
Servizzi tal-kompjuter u servizzi relatati
|
84
|
|
4
|
Servizzi arkitettoniċi
|
8671
|
|
5
|
Servizzi tal-inġinerija
|
8672
|
|
6
|
Servizzi tal-inġinerija integrata
|
8673
|
|
7
|
Servizzi arkitettoniċi tal-ippjanar urban u tal-pajsaġġ u servizzi ta’ konsulenza xjentifika u teknika relatati
|
8674
|
|
8
|
Servizzi ta’ riċerka tas-suq u stħarriġ tal-opinjoni pubblika
|
8640
|
|
9
|
Servizzi ta’ konsulenza fl-amministrazzjoni u servizzi relatati
|
865/866
|
|
10
|
Servizzi relatati ta’ konsulenza xjentifika u teknika
|
8675
|
|
11
|
Tneħħija tad-drenaġġ u tal-iskart; servizzi tas-sanità u simili
|
94
|
TAQSIMA 6
SERVIZZI TA’ KOSTRUZZJONI
Il-Kapitolu 9 għandu jkopri l-akkwisti mwettqin minn kwalunkwe entità koperta taħt it-Taqsimiet minn 1 sa 3 għas-servizzi kollha elenkati fid-Diviżjoni 51 tas-CPC Prov, soġġett għan-noti u għad-derogi stabbiliti fit-Taqsima 7.
TAQSIMA 7
NOTI ĠENERALI U DEROGI
1.
Il-Kapitolu 9 ma jkoprix:
(a)
l-akkwist ta’ prodotti agrikoli li jsiru biex jiġu elaborati programmi ta’ sostenn agrikolu u programmi ta’ provvista ta’ ikel għall-bnedmin (eż. għajnuna alimentari inkluża dik umanitarja ta’ emerġenza),
(b)
l-akkwist għall-akkwiżizzjoni, għall-iżvilupp, għall-produzzjoni jew għall-koproduzzjoni ta’ materjal ta’ programmi minn xandara u kuntratti għal ħin ta’ xandir.
2.
L-akkwist mill-entitajiet tal-akkwist kopert mit-Taqsimiet 1 u 2 b’rabta mal-attivitajiet fl-oqsma tal-ilma tajjeb għax-xorb, tal-enerġija u tat-trasport ma huwiex kopert minn dan il-Ftehim, sakemm ma jkunx kopert mit-Taqsima 3.
3.
Fir-rigward tal-Gżejjer Åland (Ahvenanmaa), japplikaw il-kundizzjonijiet speċjali tal-Protokoll Nru 2 dwar il-Gżejjer Åland għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Finlandja mal-Unjoni Ewropea.
TAQSIMA 8
MEDIA GĦALL-PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI DWAR L-AKKWIST
SUBTAQSIMA A – L-UNJONI EWROPEA
1.
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-akkwist
Il-media ddeżinjata u użata mill-Unjoni Ewropea biex tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali ta’ pubblikazzjoni skont l-Artikolu 161(1) ta’ dan il-Ftehim u kif imsemmi f’dak l-Artikolu, il-paragrafu 2, il-punt (a) hija din li ġejja:
(a) LIVELL TAL-UNJONI EWROPEA
http://simap.ted.europa.eu
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(b) L-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA
IL-BELĠJU
(i)
Liġijiet, regolamenti rjali, regolamenti ministerjali, ċirkulari ministerjali:
le Moniteur Belge
(ii)
Ġurisprudenza:
Pasicrisie
IL-BULGARIJA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Държавен вестник (Il-Gazzetta tal-Gvern)
(ii)
Deċiżjonijiet ġudizzjarji:
http://www.sac.government.bg
(iii)
Deċiżjonijiet amministrattivi ta’ applikazzjoni ġenerali u ta’ kwalunkwe proċedura:
http://www.aop.bg
http://www.cpc.bg
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Il-Ġabra tal-Liġijiet tar-Repubblika Ċeka
(ii)
Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni:
Il-Ġabra tad-Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni
ID-DANIMARKA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Lovtidende
(ii)
Deċiżjonijiet ġudizzjarji:
Ugeskrift for Retsvæsen
(iii)
Deċiżjonijiet u proċeduri amministrattivi:
Ministerialtidende
(iv)
Deċiżjonijiet mill-Bord Daniż tal-Ilmenti għall-Akkwist Pubbliku:
Kendelser fra Klagenævnet for Udbud
IL-ĠERMANJA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Bundesgesetzblatt
Bundesanzeiger
(ii)
Deċiżjonijiet ġudizzjarji:
Entscheidungssammlungen des Bundesverfassungsgerichts, des Bundesgerichtshofs, des Bundesverwaltungsgerichts, des Bundesfinanzhofs sowie der Oberlandesgerichte
L-ESTONJA
(i)
Liġijiet, regolamenti u deċiżjonijiet ammnistrattivi ta’ applikazzjoni ġenerali:
Riigi Teataja — http://www.riigiteataja.ee
(ii)
Proċeduri rigward l-akkwist pubbliku:
https://riigihanked.riik.ee
L-IRLANDA
Liġijiet u regolamenti:
Iris Oifigiuil (Il-Gazzetta Uffiċjali tal-Gvern Irlandiż)
IL-GREĊJA
Epishmh efhmerida eurwpaikwn koinothtwn (Il-Gazzetta tal-Gvern tal-Greċja)
SPANJA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Boletin Oficial del Estado
(ii)
Deċiżjonijiet ġudizzjarji:
L-ebda pubblikazzjoni uffiċjali
FRANZA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Journal Officiel de la République française
(ii)
Ġurisprudenza:
Recueil des arrêts du Conseil d'État
(iii)
Revue des marchés publics
IL-KROAZJA
Narodne novine — http://www.nn.hr
L-ITALJA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Gazzetta Ufficiale
(ii)
Ġurisprudenza:
L-ebda pubblikazzjoni uffiċjali
ĊIPRU
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Επίσημη Εφημερίδα της Δημοκρατίας (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika)
(ii)
Deċiżjonijiet ġudizzjarji:
Αποφάσεις ανωτάτου δικαστηρίου 1999 — Τυπογραφείο της Δημοκρατίας (Deċiżjonijiet tal-Qorti Għolja Suprema — Stamperija)
IL-LATVJA
Liġijiet u regolamenti:
Latvijas vēstnesis (Il-Gazzetta Uffiċjali)
IL-LITWANJA
(i)
Liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi:
Teisės aktų registras (Ir-Reġistru tal-Atti Legali)
(ii) Deċiżjonijiet ġudizzjarji, ġurisprudenza:
Il-Bullettin tal-Qorti Suprema tal-Litwanja “Teismų praktika”
Il-Bullettin tal-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja “Administracinių teismų praktika”
IL-LUSSEMBURGU
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Mémorial
(ii)
Ġurisprudenza:
Pasicrisie
L-UNGERIJA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Magyar Közlöny (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Ungerija)
(ii)
Ġurisprudenza:
Közbeszerzési Értesítő — a Közbeszerzések Tanácsa Hivatalos Lapja (Il-Bullettin dwar l-Akkwist Pubbliku – Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Kunsill tal-Akkwist Pubbliku)
MALTA
Liġijiet u regolamenti:
Il-Gazzetta tal-Gvern
IN-NETHERLANDS
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Nederlandse Staatscourant jew Staatsblad
(ii)
Ġurisprudenza:
L-ebda pubblikazzjoni uffiċjali
L-AWSTRIJA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Österreichisches Bundesgesetzblatt
Amtsblatt zur Wiener Zeitung
(ii)
Deċiżjonijiet ġudizzjarji:
Entscheidungen des Verfassungsgerichtshofes, des Verwaltungsgerichtshofes, des Obersten Gerichtshofes, der Oberlandesgerichte, des Bundesverwaltungsgerichtes und der Landesverwaltungsgerichte — http://ris.bka.gv.at/Judikatur/
IL-POLONJA
(i)
Leġiżlazzjoni:
Dziennik Ustaw Rzeczypospolitej Polskiej (Il-Ġurnal tal-Liġijiet — Ir-Repubblika tal-Polonja)
(ii) Deċiżjonijiet ġudizzjarji, ġurisprudenza:
'Zamówienia publiczne w orzecznictwie. Wybrane orzeczenia zespołu arbitrów i Sądu Okręgowego w Warszawie” (Il-ġabra tas-sentenzi ta’ bord ta’ arbitraġġ u tal-Qorti Reġjonali f’Varżavja)
IL-PORTUGALL
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Diário da República Portuguesa 1a Série A e 2a série
(ii)
Pubblikazzjonijiet Ġudizzjarji:
Boletim do Ministério da Justiça
Colectânea de Acordos do Supremo Tribunal Administrativo
Colectânea de Jurisprudencia Das Relações
IR-RUMANIJA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Monitorul Oficial al României (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija)
(ii)
Deċiżjonijiet ġudizzjarji, deċiżjonijiet amministrattivi ta’ applikazzjoni ġenerali u kwalunkwe proċedura:
http://www.anrmap.ro
IS-SLOVENJA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja
(ii)
Deċiżjonijiet ġudizzjarji:
L-ebda pubblikazzjoni uffiċjali
IS-SLOVAKKJA
(i)
Liġijiet u regolamenti:
Zbierka zákonov (Il-Ġabra tal-Liġijiet)
(ii)
Deċiżjonijiet ġudizzjarji:
L-ebda pubblikazzjoni uffiċjali
IL-FINLANDJA
Suomen Säädöskokoelma — Finlands Författningssamling (Il-Ġabra tal-Istatuti tal-Finlandja)
L-IŻVEZJA
Svensk Författningssamling (Il-Kodiċi Żvediż tal-Istatuti)
2.
Pubblikazzjoni ta’ avviżi dwar l-akkwist
Il-media elettronika jew stampata ddeżinjata u użata mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi meħtieġa mill-Artikoli 162, 164(7) u 171(2) ta’ dan il-Ftehim, skont il-punt (b) tal-Artikolu 161(2) ta’ dan il-Ftehim hija din li ġejja:
(a) LIVELL TAL-UNJONI EWROPEA
Suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-verżjoni elettronika tiegħu:
TED (tenders electronically daily)
http://ted.europa.eu
(aċċessibbli wkoll mill-portal
http://simap.ted.europa.eu
)
(b) L-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA
IL-BELĠJU
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Le Bulletin des Adjudications
Pubblikazzjonijiet oħrajn fl-istampa speċjalizzata
IL-BULGARIJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Държавен вестник (Il-Gazzetta tal-Gvern) — http://dv.parliament.bg
Ir-Reġistru tal-Akkwist Pubbliku — http://www.aop.bg
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
ID-DANIMARKA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
IL-ĠERMANJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
L-ESTONJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
L-IRLANDA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Gazzetti ta’ Kuljum: “Irish Independent”, “Irish Times”, “Irish Press”, “Cork Examiner”
IL-GREĊJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Pubblikazzjonijiet fl-istampa ta’ kuljum, finanzjarja, reġjonali u speċjalizzatata
SPANJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
FRANZA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Bulletin officiel des annonces des marchés publics
IL-KROAZJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Elektronički oglasnik javne nabave Republike Hrvatske (Ġurnal Elettroniku tar-Reklami tal-Akkwist Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja)
L-ITALJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
ĊIPRU
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika
Gazzetti Lokali ta’ Kuljum
IL-LATVJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Latvijas vēstnesis (Il-Gazzetta uffiċjali)
IL-LITWANJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Centrinė viešųjų pirkimų informacinė sistema (Portal Ċentrali tal-Akkwist Pubbliku)
Is-Suppliment Informattiv “Informaciniai pranešimai” mal-Gazzetta Uffiċjali (“Valstybės žinios”) tar-Repubblika tal-Litwanja.
IL-LUSSEMBURGU
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Gazzetti ta’ Kuljum
L-UNGERIJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Közbeszerzési Értesítő — a Közbeszerzések Tanácsa Hivatalos Lapja (Il-Bullettin dwar l-Akkwist Pubbliku – Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Kunsill tal-Akkwist Pubbliku)
MALTA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Il-Gazzetta tal-Gvern
IN-NETHERLANDS
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
L-AWSTRIJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Amtsblatt zur Wiener Zeitung
IL-POLONJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Biuletyn Zamówień Publicznych (Il-Bulettin dwar l-Akkwist Pubbliku)
IL-PORTUGALL
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu.
IR-RUMANIJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Monitorul Oficial al României (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija)
Sistema Elettronika għall-Akkwist Pubbliku — http://www.e-licitatie.ro
IS-SLOVENJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Portal javnih naročil — http://www.enarocanje.si/?podrocje=portal
IS-SLOVAKKJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Vestník verejného obstarávania (Il-Ġurnal tal-Akkwist Pubbliku)
IL-FINLANDJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
Julkiset hankinnat Suomessa ja ETA-alueella, Virallisen lehden liite (L-Akkwist Pubbliku fil-Finlandja u fiż-żona ŻEE, is-Suppliment mal-Gazzetta Uffiċjali tal-Finlandja)
L-IŻVEZJA
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
3.
Pubblikazzjonijiet li jikkonċernaw kuntratti mogħtijin
L-indirizz tas-sit web fejn l-Unjoni Ewropea tippubblika l-avviżi tagħha dwar kuntratti mogħtijin minn entitajiet koperti mit-Taqsimiet minn 1 sa 3 ta’ dan l-Anness, kif meħtieġ skont l-Artikolu 171(2) ta’ dan il-Ftehim u f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 161(2) ta’ dan il-Ftehim, huwa dan li ġej:
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, verżjoni online, Tenders Electronic Daily — http://ted.europa.eu
SUBTAQSIMA B – Ir-Repubblika tal-UŻBEKISTAN
1.
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-akkwist
Il-media ddeżinjata u użata mir-Repubblika tal-Użbekistan biex tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali ta’ pubblikazzjoni skont l-Artikolu 161(1) ta’ dan il-Ftehim u kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 161(2) ta’ dan il-Ftehim hija din li ġejja:
Portal informazzjonali speċjali tal-akkwist pubbliku - xarid.mf.uz
2.
Pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ akkwist u ta’ avviżi li jikkonċernaw kuntratti mogħtijin
Il-media ddeżinjata u użata mir-Repubblika tal-Użbekistan għall-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe avviż meħtieġ mill-Artikoli 162, 164(7) u 171(2) ta’ dan il-Ftehim u skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 161(2) ta’ dan il-Ftehim, hija din li ġejja:
Portal fuq il-web uffiċjali tal-akkwist pubbliku Portal informazzjonali speċjali tal-akkwist pubbliku - xarid.mf.uz
________________
ANNESS 12-A
IMPENJI U RIŻERVI TAL-UNJONI EWROPEA
Għal aktar ċertezza, għall-Unjoni Ewropea, l-obbligu li jingħata trattament nazzjonali ma jinvolvix ir-rekwiżit li jiġi estiż għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi tar-Repubblika tal-Użbekistan it-trattament mogħti fi Stat Membru, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe miżura adottata skont dak it-Trattat, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri, lil:
(i)
persuni fiżiċi jew residenti ta’ Stat Membru ieħor; jew
(ii)
persuni ġuridiċi kostitwiti jew organizzati skont id-dritt ta’ Stat Membru ieħor jew tal-Unjoni Ewropea u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew is-sede prinċipali tagħhom fl-Unjoni Ewropea.
L-iskeda tapplika biss għat-territorji tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 342 u hija rilevanti biss fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan. Ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea.
Il-lista ta’ impenji ta’ hawn taħt tindika l-attivitajiet ekonomiċi liberati skont l-Artikoli 194 u 195, u, permezz ta’ riżervi, il-limitazzjonijiet li japplikaw għall-intrapriżi u għall-persuni fiżiċi tar-Repubblika tal-Użbekistan f’dawk l-attivitajiet.
1.
Riżervi orizzontali
(i)
Tipi ta’ stabbiliment - Is-setturi kollha fejn jittieħdu l-impenji
Fir-rigward tat-Trattament Nazzjonali:
It-trattament mogħti skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea lil persuni ġuridiċi ffurmati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fl-Unjoni, inklużi dawk stabbiliti fl-Unjoni minn investituri tar-Repubblika tal-Użbekistan, ma jingħatax lil persuni ġuridiċi stabbiliti barra mill-Unjoni, u lanqas lil fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi ta’ tali persuni ġuridiċi, inkluż lil fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi ta’ persuni ġuridiċi tar-Repubblika tal-Użbekistan.
Trattament mogħti lil persuni ġuridiċi stabbiliti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi tar-Repubblika tal-Użbekistan f’konformità mad-dritt tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew lis-sussidjarji jew lill-fergħat tagħhom, huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kundizzjoni jew obbligu li setgħu kienu applikabbli għal tali persuni ġuridiċi, jew għas-sussidjarji jew għall-fergħat tagħhom, meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni Ewropea, u li għandhom ikomplu japplikaw.
F’xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, jistgħu japplikaw restrizzjonijiet għat-trattament nazzjonali fir-rigward tat-tip ta’ stabbiliment.
(ii)
Privatizzazzjoni
Fir-rigward tat-Trattament nazzjonali u tal-Maniġment superjuri u tal-bordijiet tad-diretturi:
Fir-Repubblika tal-Bulgarija, fir-Repubblika Franċiża, fl-Ungerija u fir-Repubblika Taljana, il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw mal-bejgħ jew mad-disponiment tal-interessi ta’ ekwità ta’ Stat Membru f’intrapriża tal-Istat eżistenti jew f’entità governattiva eżistenti, jew tal-assi tagħha.
(iii)
Approvazzjoni minn qabel
Fir-rigward tat-Trattament Nazzjonali, it-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u l-Maniġment superjuri u l-bord tad-diretturi:
Fir-Repubblika Franċiża, fir-Repubblika Taljana u fir-Repubblika tal-Latvja, l-investimenti barranin jistgħu jkunu soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti.
(iv)
L-akkwist ta’ proprjetà immobbli, inkluża l-art.
Fir-rigward tat-Trattament nazzjonali u tat-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit:
F’xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali u l-kundizzjoni ta’ reċiproċità jistgħu japplikaw għall-akkwiżizzjoni ta’ proprjetà immobbli, inkluża l-art, minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ pajjiżi terzi jew minn entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom.
2.
Lista ta’ setturi impenjati
(i)
Agrikoltura, kaċċa u forestrija (ISIC Rev 3.1: 01 u 02)
Fir-rigward tat-Trattament nazzjonali:
Fl-Irlanda, fir-Repubblika tal-Finlandja, fir-Repubblika Franċiża, fir-Repubblika tal-Kroazja, fl-Ungerija u fir-Renju tal-Iżvezja, ir-restrizzjonijiet għat-trattament nazzjonali jistgħu japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ pajjiżi terzi jew għal entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom.
(ii)
Manifattura (ISIC Rev 3.1: minn15 sa 37)
Fir-rigward tat-Trattament Nazzjonali, it-Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u l-Maniġment superjuri u l-bord tad-diretturi:
Fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Taljana, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika Slovakka u fir-Renju tal-Iżvezja, jistgħu japplikaw projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjoni, tal-istampar u tar-riproduzzjoni ta’ media reġistrata.
Manifattura ta’ prodotti tal-petroleum raffinat: Mingħajr restrizzjonijiet.
Armi, munizzjon u materjal tal-gwerra: Mingħajr restrizzjonijiet.
________________
ANNESS 12-B
RIŻERVI TAR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN
L-Artikolu 194, il-paragrafu 2, u l-Artikolu 195 ma japplikaw għal ebda miżura soġġetta għal limitazzjoni jew għal kundizzjoni elenkata f’dan l-Anness, sal-punt tal-limitazzjoni jew tal-kundizzjoni.
Proprjetà immobbli
Is-sjieda privata għall-kategoriji kollha ta’ rqajja’ tal-art hija pprojbita. Persuni fiżiċi barranin, persuni ġuridiċi barranin u l-fergħat tagħhom, kif ukoll intrapriżi b’investimenti barranin
jistgħu jikru biss irqajja’ tal-art għal perjodu ta’ mhux aktar minn 25 sena, li jista’ jkun estiż. Il-kiri ta’ rqajja’ tal-art li jinsabu f’żoni tal-fruntiera u f’territorji tal-fruntiera jista’ jkun ristrett.
Privatizzazzjoni
Il-privatizzazzjoni ta’ intrapriżi, ta’ assi u ta’ faċilitajiet li huma ta’ importanza strateġika sa fejn il-privatizzazzjoni tagħhom tikkostitwixxi theddida partikolari ta’ dannu għall-interess pubbliku fl-operat u fis-sigurtà tan-networks u tal-provvisti u hija tal-interessi tal-Istat, tista’ tkun ristretta jew ipprojbita, sal-punt kopert mil-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan, għal persuni fiżiċi barranin, għal persuni ġuridiċi barranin u għall-fergħat tagħhom, kif ukoll għal persuni ġuridiċi tar-Repubblika tal-Użbekistan b’kapital barrani.
Tipi ta’ preżenza kummerċjali
L-uffiċċji rappreżentattivi ma humiex permessi jwettqu attivitajiet kummerċjali fir-Repubblika tal-Użbekistan.
Fergħat ta’ persuni ġuridiċi barranin fis-settur tas-servizzi finanzjarji ma humiex permessi.
Avukat
, nutar u avukat tal-privattivi jeħtiġilhom ikunu nazzjonali tar-Repubblika tal-Użbekistan.
Preżenza ta’ persuni fiżiċi
Għas-setturi tas-servizzi, in-numru totali ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija fil-qafas tat-trasferiment intraazjendali ma għandux jaqbeż it-30 % tan-numru totali ta’ persunal impjegat ta’ intrapriża barranija, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Tal-anqas 80 % tal-persunal kollu impjegat għall-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni tal-produzzjoni għandu jkun nazzjonal tar-Repubblika tal-Użbekistan. L-impjieg ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li jaqbeż kwota ta’ 20 % għandu jitwettaq biss fin-nuqqas ta’ nazzjonali tar-Repubblika tal-Użbekistan bħala persunal impjegat — bi speċjalitajiet u bi kwalifiki rilevanti.
Tal-anqas membru wieħed ta’ bord superviżorju tal-bank u żewġ membri ta’ bord maniġerjali tal-bank għandhom ikunu kompetenti fil-lingwa tal-Istat tar-Repubblika tal-Użbekistan.
Servizzi ta’ konsulenza legali pprovduti permezz ta’ preżenza kummerċjali: f’każijiet li fihom hemm biss kariga konsultattiva legali stabbilita waħda fl-intrapriża, allura hija għandha tkun nazzjonal tar-Repubblika tal-Użbekistan. Jekk ikun hemm aktar minn kariga konsultattiva legali waħda fl-intrapriża, tal-anqas 50 % tan-numru totali tal-konsulenti legali
ta’ din l-intrapriża għandhom ikunu nazzjonali tar-Repubblika tal-Użbekistan.
Servizzi tat-telekomunikazzjoni
Il-konnessjoni man-networks internazzjonali tat-telekomunikazzjoni għandha ssir esklużivament permezz ta’ mezzi tekniċi tal-JSC “Uzbektelecom”.
L-attivitajiet ekonomiċi kollha relatati mal-armi, mal-munizzjon u mal-materjal tal-gwerra: mingħajr restrizzjonijiet.
L-attivitajiet ekonomiċi kollha relatati mal-produzzjoni u mad-distribuzzjoni ta’ drogi narkotiċi, ta’ sustanzi psikotropiċi u ta’ prekursuri: mingħajr restrizzjonijiet.
________________
ANNESS 12-C
IMPENJI U LIMITAZZJONIJIET TAR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN
L-impenji u l-limitazzjonijiet (ħlief l-Aċċess għas-Suq, li fuqhom l-impenji ma humiex marbutin) tar-Repubblika tal-Użbekistan, li japplikaw għall-intrapriżi u għall-persuni fiżiċi tal-Unjoni Ewropea fil-kummerċ transfruntier fis-servizzi skont l-Artikolu 198.
|
Settur jew Subsettur
|
Limitazzjonijiet fuq it-Trattament Nazzjonali
|
|
I.
IMPENJI ORIZZONTALI
|
|
F’din l-iskeda:
- asterisks (*) u (**) ifissru “parti” minn settur jew subsettur tas-servizzi relatati;
- in-numri tas-CPC indikati fir-rigward tas-setturi jew tas-subsetturi tas-servizzi huma referenzi għall-Klassifikazzjoni Ċentrali tal-Prodotti Provviżorja tan-NU (is-Serje ta’ Dokumenti Statistiċi Nru 77, Klassifikazzjoni Ċentrali tal-Prodotti Provviżorja, id-Dipartiment tal-Ekonomija Internazzjonali u tal-Affarijiet Soċjali, l-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, New York, 1991), kif ukoll għad-dokument MTN.GNS/W/120.
|
|
Is-setturi jew is-subsetturi kollha inklużi f’din l-iskeda
|
|
Ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-produzzjoni fir-rigward tal-esplorazzjoni, tal-iżvilupp u tal-produzzjoni ta’ riżorsi minerali
|
(1), (2) Il-persuni ġuridiċi tar-Repubblika tal-Użbekistan għandu jkollhom dritt ta’ prijorità li jieħdu sehem fl-implimentazzjoni ta’ ftehim fil-kapaċità ta’ kuntratturi, ta’ fornituri, ta’ trasportaturi jew f’kapaċità oħra skont ftehimiet (kuntratti) mal-investituri.
Tal-anqas 80 % tal-persunal impjegat kollu involut fl-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni tal-produzzjoni għandu jkun ċittadin tar-Repubblika tal-Użbekistan.
|
II.
IMPENJI SETTORJALI SPEĊIFIĊI DWAR IL-KUMMERĊ TRANSFRUNTIER FIS-SERVIZZI
|
|
1.
SERVIZZI KUMMERĊJALI
|
|
Servizzi professjonali
|
|
86190 Servizzi legali oħrajn ta’ konsulenza u ta’ informazzjoni
|
(1) Ebda
(2) Ebda
|
|
862 Servizzi ta’ kontabilità, ta’ awditjar u ta’ żamma tal-kotba, ħlief għal 86220 Servizzi ta’ żamma tal-kotba ħlief dikjarazzjonijiet tat-taxxa
|
(1) (2) Ebda, ħlief għal dawn li ġejjin:
- ir-rapporti tal-awditjar iridu jiġu ffirmati minn awditur iċċertifikat skont id-dritt tar-Repubblika tal-Użbekistan, li jaħdem ma’ persuna ġuridika tar-Repubblika tal-Użbekistan bil-liċenzja biex twettaq attività ta’ awditjar, li hija inkluża fir-roster tal-entitajiet tal-awditjar.
|
|
86220 Servizzi ta’ żamma tal-kotba, ħlief dikjarazzjonijiet tat-taxxa
|
(1) Ebda.
(2) Ebda.
|
|
863 Servizzi ta’ tassazzjoni
|
(1) Ebda.
(2) Ebda
|
|
8671 Servizzi arkitettoniċi
8672 Servizzi tal-inġinerija
8673 Servizzi tal-inġinerija integrata
86742 Servizzi arkitettoniċi tal-pajsaġġ
|
(1) (2) Ebda, ħlief għal dawn li ġejjin:
- il-provvista ta’ servizzi hija permessa biss jekk kuntratt ikun disponibbli ma’ persuna ġuridika tar-Repubblika tal-Użbekistan, li hija entità kummerċjali debitament liċenzjata minn awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Użbekistan.
|
|
9320 Servizzi veterinarji
|
(1) Ebda
(2) Ebda
|
|
B. Servizzi tal-kompjuter u oħrajn relatati
|
|
84 Servizzi tal-kompjuter u oħrajn relatati
|
(1) Ebda
(2) Ebda
|
|
D.
Servizzi tal-proprjetà immobbli
|
|
82101 Servizzi ta’ kiri li jinvolvu proprjetà residenzjali proprja jew mikrija
82102 Servizzi ta’ kiri li jinvolvu proprjetà mhux residenzjali proprja jew mikrija
|
(1) Ebda
(2) Ebda
|
|
F.
Servizzi kummerċjali oħrajn
|
|
87120 Servizzi ta’ ppjanar, ta’ ħolqien u ta’ tqegħid ta’ reklamar
|
(1) Ebda.
(2) Ebda
|
|
86401 Servizzi ta’ riċerka dwar is-suq
865 Servizzi ta’ konsulenza dwar il-ġestjoni
86601 Servizzi ta’ ġestjoni tal-proġetti minbarra dawk għall-kostruzzjoni
|
(1) Ebda.
(2) Ebda
|
|
2.
SERVIZZI TAL-KOMUNIKAZZJONI
|
|
Servizzi ta’ kurrier
|
|
75121 Servizzi ta’ kurrier multimodali
|
(1) Ebda.
(2) Ebda
|
|
2. Servizzi tat-telekomunikazzjoni
|
|
L-impenji dwar is-servizzi tat-telekomunikazzjoni qegħdin iqisu d-dispożizzjonijiet tad-dokumenti li ġejjin: “Noti għal Skeda tal-Impenji tas-Servizzi tat-Telekomunikazzjoni” (S/GBT/W/2/Rev.1) u “Limitazzjonijiet tal-Aċċess għas-Suq fuq Disponibbiltà tal-Ispettru” (S/GBT/W/3).
Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda, is-servizzi tat-telekomunikazzjoni ma jinkludux servizzi għat-trażmissjoni ta’ programmi tat-televiżjoni u/jew tar-radju
.
|
|
7521 a) Servizzi pubbliċi tat-telefonija
7523** (b) Servizzi ta’ trażmissjoni tad-data b’packet-switching
7523** (c) Servizzi ta’ trażmissjoni tad-data b’circuit-switching
7523** (d) Servizzi tat-telex
7522 (e) Servizzi tat-telegrafija
7521**+7529** (f) Servizzi tal-fax
7522**+7523** (g) Servizzi ta’ ċirkwiti mikrijin privati
7523**(h) Posta elettronika
7523** (i) Posta bil-vuċi
7523** (j) Informazzjoni online u sejbien minn bażi tad-data
7523** (k) Skambju elettroniku ta’ data (EDI)
7523** (l) Servizzi tal-fax imtejbin/b’valur miżjud, inkl. aħżen u ttrażmetti, aħżen u sib
843** (n) Ipproċessar ta’ informazzjoni u/jew ta’ data online (inkluż l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet)
|
(1), (2) Ebda, ħlief għal:
-
dritt ta’ konnessjoni ma’ networks internazzjonali tat-telekomunikazzjoni esklużivament permezz ta’ mezzi tekniċi tal-JSC “Uztelecom”;
-
mingħajr restrizzjonijiet fir-rigward tal-komunikazzjoni lokali;
-
mingħajr restrizzjonijiet fir-rigward tas-servizzi tan-network ta’ komunikazzjoni bis-satellita.
|
|
3.
SERVIZZI TA’ KOSTRUZZJONI U SERVIZZI TA’ INĠINERIJA RELATATI
|
|
Xogħol ta’ kostruzzjoni ġenerali għall-bini
|
|
A. 512 Xogħol ta’ kostruzzjoni għall-bini
C. 514 Assemblaġġ u bini ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati
51660 Xogħol ta’ kostruzzjoni relatat mal-bini ta’ stekkati u railings
D. 517 Ikkompletar tal-bini u xogħol tal-finitura
E. 511 Xogħol ta’ qabel il-bini fis-siti tal-kostruzzjoni (ħlief għal 5113 Xogħol ta’ formazzjoni u ta’ kklerjar tas-sit; u 5115 Xogħol ta’ preparazzjoni tas-sit għall-estrazzjoni
515 Xogħol speċjali ta’ kostruzzjoni
|
(1) Mingħajr restrizzjonijiet, minħabba raġunijiet tekniċi
(2) Ebda
|
|
5.
SERVIZZI EDUKATTIVI
|
|
92390 Servizzi oħrajn tal-edukazzjoni għolja
|
(1) Mingħajr restrizzjonijiet
(2) Ebda
|
|
6. SERVIZZI AMBJENTALI
Dawn l-impenji japplikaw biss għal servizzi pprovduti fuq bażi kummerċjali minn kumpaniji privati.
|
|
d) Servizzi oħrajn
9404 Servizzi ta’ tindif tal-gassijiet tal-egżost
9405 Servizzi ta’ tnaqqis tal-istorbju
Rikultivazzjoni u tindif tal-ħamrija u tal-ilma, parti mis-CPC 9406 Servizzi ta’ protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ
|
(1) Mingħajr restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi relatati mal-konsultazzjoni
(2) Ebda
|
|
7.
SERVIZZI FINANZJARJI
|
|
Servizzi tal-assigurazzjoni u servizzi relatati mal-assigurazzjoni
|
|
A.(b) 8129 Servizzi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja
|
(1), (2) L-ebda biss fir-rigward tar-riskji relatati mat-trasport marittimu, mat-trasport kummerċjali bl-ajru, mal-varar spazjali kummerċjali, b’tali assigurazzjoni li tkopri, kompletament jew parzjalment, il-merkanzija li tiġi ttrasportata, il-vettura li tittrasporta l-merkanzija u kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta minnha.
|
|
Servizz bankarju u servizzi finanzjarji oħrajn (minbarra l-assigurazzjoni):
|
|
(v) Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi ripagabbli oħrajn mill-pubbliku (81115-81119)
(vi) Self ta’ kull tip inkużi, inter alia, kreditu għall-konsumatur, kreditu ipotekarju, fatturar u finanzjament ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali (8113)
(viii) Is-servizzi kollha ta’ ħlas u ta’ trażmissjoni tal-flus, inklużi l-karti ta’ kreditu, ta’ ħlas u ta’ debitu (81339**)
(ix) Garanziji u impenji (81199**)
|
(1) Mingħajr restrizzjonijiet
(2) Ebda
|
|
9.
SERVIZZI TAT-TURIŻMU U SERVIZZI RELATATI MAL-IVVJAĠĠAR
|
|
64110 Servizzi ta’ akkomodazzjoni f’lukandi
64120 Servizzi ta’ akkomodazzjoni f’motels
|
(1) Ebda
(2) Ebda
|
|
74710 Servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar u ta’ operaturi tat-tours
|
(1) Ebda
(2) Ebda
|
|
10.
SERVIZZI TA’ RIKREAZZJONI, KULTURALI U TAL-ISPORT
|
|
96194 Ċirku, park ta’ divertiment u servizzi simili ta’ attrazzjoni
|
(1) Ebda
(2) Ebda
|
|
11.
SERVIZZI TAT-TRASPORT
|
|
C. Servizzi tat-trasport bl-ajru
|
|
Manutenzjoni u tiswija ta’ inġenji tal-ajru, parti mis-CPC 8868**
Il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru
Is-servizzi ta’ sistema kompjuterizzata ta’ prenotazzjoni
|
(1) Ebda
(2) Ebda
|
|
E. Servizzi tat-trasport bil-ferrovija
|
|
(d) Manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir tat-trasport bil-ferrovija, parti mis-CPC 8868**
|
(1) Mingħajr restrizzjonijiet
(2) Ebda
|
|
F. Servizzi tat-trasport bit-triq
|
|
d) Il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ apparat tat-trasport bil-ferrovija 6112 + 8867
|
(1) Mingħajr restrizzjonijiet
(2) Ebda
|
|
H. Servizzi awżiljari għall-modalitajiet kollha tat-trasport
|
|
(a) Servizzi ta’ mmaniġġjar tal-merkanzija CPC 741* biss fir-rigward tas-servizzi tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija
(b) Servizzi ta’ ħżin u ta’ mħażen CPC 742*, fir-rigward biss tas-servizzi tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija
(с) Servizzi ta’ aġenzija tat-trasport tal-merkanzija CPC 748*, biss fir-rigward tas-servizzi tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija
|
(1) Mingħajr restrizzjonijiet
(2) Ebda
|
________________
ANNESS 12-D
IMPENJI FUQ FORNITURI TA’ SERVIZZI KUNTRATTWALI
MIR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN
1.
L-impenn tar-Repubblika tal-Użbekistan skont l-Artikolu 203 ikopri s-setturi jew is-subsetturi li ġejjin:
(i)
servizzi kontabilistiċi u ta’ żamma tal-kotba;
(ii)
servizzi ta’ tassazzjoni;
(iii)
servizzi arkitettoniċi;
(iv)
servizzi tal-inġinerija;
(v)
servizzi tal-inġinerija integrata;
(vi)
servizzi tal-kompjuters u servizzi relatati;
(vii)
servizzi ta’ reklamar;
(viii)
riċerka dwar is-suq;
(ix)
servizzi ta’ konsulenza dwar il-ġestjoni; u
(x)
manutenzjoni u tiswija ta’ tagħmir, inkluż tagħmir tat-trasport, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ.
2.
Id-dħul temporanju ta’ fornituri ta’ servizzi kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea fit-territorju tar-Repubblika tal-Użbekistan jista’ jkun soġġett għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.
________________
ANNESS 14-A
REGOLI TA’ PROĊEDURA
I.
Definizzjonijiet
1.
Għall-finijiet tal-Kapitolu 14 u skont dawn ir-Regoli ta’ Proċedura:
(a)
“persunal amministrattiv” fir-rigward ta’ membru tal-panel, tfisser individwi taħt id-direzzjoni u taħt il-kontroll ta’ membru tal-panel, minbarra l-assistenti;
(b)
“konsulent” tfisser individwu magħżul minn Parti biex jagħti pariri jew jassisti lil dik il-Parti b’konnessjoni mal-proċedimenti tal-panel;
(c)
“assistent” tfisser individwu li, skont it-termini tal-ħatra u taħt id-direzzjoni u l-kontroll ta’ membru tal-panel, iwettaq riċerka jew jassisti lil dak il-membru tal-panel;
(d)
“Parti li tilmenta” tfisser il-Parti li titlob it-twaqqif ta’ panel skont l-Artikolu 241;
(e)
“panel” tfisser panel imwaqqaf skont l-Artikolu 242;
(f)
“membru tal-panel” tfisser membru ta’ panel;
(g)
“Parti li kontriha jsir l-ilment” tfisser il-Parti li allegatament tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet koperti;
(h)
“rappreżentant ta’ Parti” tfisser impjegat jew kwalunkwe individwu maħtur minn dipartiment tal-gvern, minn aġenzija jew minn kwalunkwe entità pubblika oħra ta’ Parti li jirrappreżenta lill-Parti għall-finijiet ta’ tilwima skont dan il-Ftehim.
II.
Notifiki
2.
Kwalunkwe talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor (minn hawn ’il quddiem imsejħin “notifika”) ta’:
(a)
il-panel għandha tintbagħat liż-żewġ Partijiet fl-istess ħin;
(b)
Parti, indirizzata lill-panel, għandha tiġi kkupjata lill-Parti l-oħra fl-istess ħin; u
(c)
Parti, indirizzata lill-Parti l-oħra, għandha tiġi kkupjata lill-panel fl-istess ħin, kif xieraq.
3.
Kwalunkwe notifika msemmija fir-regola 2 għandha ssir bil-posta elettronika jew, meta xieraq, bi kwalunkwe mezz elettroniku ieħor ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdi prova li jkun intbagħat. Sakemm ma jkunx ipprovat mod ieħor, in-notifika għandha titqies li tkun waslet fl-istess jum li tkun intbagħtet.
4.
In-notifiki għandhom jiġu indirizzati lid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministeru għall-Ġustizzja u lill-Ministeru għall-Investiment, għall-Industrija u għall-Kummerċ tar-Repubblika tal-Użbekistan, rispettivament.
5.
Żbalji minuri ta’ natura klerikali f’notifika relatat mal-proċedimenti tal-panel jistgħu jiġu kkoreġuti bil-preżentazzjoni ta’ dokument ġdid li jindika l-bidliet b’mod ċar.
6.
Jekk l-aħħar jum biex jasal dokument jaħbat f’jum mhux tax-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Użbekistan, il-perjodu ta’ żmien biex jasal id-dokument għandu jintemm fl-ewwel jum tax-xogħol segwenti.
III.
Ħatra tal-membri tal-panel
7.
Jekk, skont l-Artikolu 242, membru tal-panel jintgħażel bil-polza, il-kopresident tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni tal-Parti li tilmenta għandu jinforma minnufih lill-kopresident tal-Parti li kontriha jsir l-ilment bid-data, bil-ħin u bil-post tal-għażla bil-polza. Il-Parti li kontriha jsir l-ilment tista’, jekk tagħżel hekk, tkun preżenti meta titella’ l-polza. F’kull każ, il-polza għandha ssir bil-Parti jew bil-Partijiet li jkunu preżenti.
8.
Il-kopresident tal-Parti li tilmenta għandu jinnotifika, bil-miktub, lil kull individwu li jkun intgħażel biex iservi bħala membru tal-panel dwar il-ħatra tiegħu. Kull individwu għandu jikkonferma d-disponibbiltà tiegħu liż-żewġ Partijiet fi żmien 5 ijiem mid-data li fiha jkun ġie infurmat bil-ħatra tiegħu.
9.
Il-kopresident tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni tal-Parti li tilmenta għandu jagħżel bil-polza lill-membru tal-panel jew lill-president, fi żmien 5 ijiem mill-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 242(2), jekk xi waħda mis-sublisti msemmijin fl-Artikolu 243(1):
(a)
ma tkunx għadha ġiet stabbilita, minn fost dawk l-individwi li jkunu ġew proposti b’mod formali minn Parti waħda jew miż-żewġ Partijiet għall-istabbiliment ta’ dik is-sublista partikolari; jew
(b)
ma jkunx għad fiha tal-anqas ħames individwi, minn fost dawk l-individwi li jkunu għadhom f’dik is-sublista partikolari.
10.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 241(3), il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li, sa mhux aktar tard minn meta l-membri tal-panel kollha jkunu aċċettaw il-ħatra tagħhom f’konformità mal-Artikolu 242(5), huma jaqblu dwar ir-remunerazzjoni u r-rimbors tal-ispejjeż tal-membri tal-panel u tal-assistenti, u jkunu ħejjew il-kuntratti ta’ ħatra neċessarji, bil-ħsieb li dawn jiġu ffirmati minnufih. Ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż tal-membri tal-panel għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards tad-WTO. Ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż ta’ assistent jew tal-assistenti kollha ta’ membru tal-panel ma għandhomx jaqbżu l-50 % tar-remunerazzjoni ta’ dak il-membru tal-panel.
IV.
Laqgħa organizzazzjonali
11.
Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, huma għandhom jiltaqgħu mal-panel fi żmien 7 ijiem wara l-istabbiliment tiegħu biex jiddeterminaw kwistjonijiet li l-Partijiet jew il-panel iqisu xierqa, inkluża l-iskeda tal-proċedimenti.
Il-membri tal-panel u r-rappreżentanti tal-Partijiet jistgħu jieħdu sehem f’din il-laqgħa permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni, inkluż it-telefown jew il-vidjokonferenza.
V.
Sottomissjonijiet bil-miktub
12.
Il-Parti li tilmenta għandha tippreżenta s-sottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tat-twaqqif tal-panel. Il-Parti li kontriha jsir l-ilment għandha tippreżenta s-sottomissjoni tagħha bil-miktub sa mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta’ konsenja tas-sottomissjoni bil-miktub tal-Parti li tilmenta.
VI.
Operat tal-panel
13.
Il-President tal-panel għandu jippresjedi l-laqgħat kollha tal-panel. Il-panel jista’ jiddelega l-awtorità lill-President biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali.
14.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Kapitolu 14 jew f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-panel jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkluż b’mod elettroniku jew bit-telefown, b’vidjokonferenza jew bi kwalunkwe mezz elettroniku ieħor ta’ telekomunikazzjoni.
15.
Il-membri tal-panel biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-panel, iżda l-panel jista’ jippermetti li l-assistenti tal-membri tal-panel ikunu preżenti fid-deliberazzjonijiet tiegħu.
16.
L-abbozzar ta’ kwalunkwe deċiżjoni jew rapport għandu jibqa’ r-responsabbiltà esklużiva tal-panel u ma għandux jiġi ddelegat.
17.
Meta tinqala’ kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta mill-Kapitolu 14 u mill-Annessi tiegħu, il-panel, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, jista’ jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
18.
Jekk il-panel iqis li jkun hemm bżonn li jiġi mmodifikat xi wieħed mill-perjodi ta’ żmien għall-proċedimenti għajr il-perjodi ta’ żmien stabbiliti fil-Kapitolu 14 jew li jagħmel kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet dwar il-perjodu ta’ żmien jew l-aġġustament meħtieġ u r-raġunijiet għal dan. Il-panel jista’ jadotta l-modifika jew l-aġġustament wara konsultazzjoni mal-Partijiet.
VII.
Sostituzzjoni
19.
Jekk Parti tqis li membru tal-panel ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 14-B u għal din ir-raġuni jkollu bżonn jiġi ssostitwit, dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum wara d-data li fiha tkun kisbet biżżejjed evidenza tan-nuqqas allegat tal-membru tal-panel milli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 14-B.
20.
Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi żmien 15-il jum wara d-data tan-notifika msemmija fir-regola 18. Għandhom jinformaw lill-membru tal-panel dwar in-nuqqas allegat tiegħu u jistgħu jitolbu lill-membru tal-panel biex jieħu passi bl-għan li jirrimedja n-nuqqas. Jekk jaqblu fuq hekk, jistgħu anki jneħħu lill-membru tal-panel u jagħżlu membru tal-panel ġdid f’konformità mal-Artikolu 242.
21.
Jekk il-Partijiet ma jirnexxilhomx jaqblu dwar il-bżonn li jinbidel membru tal-panel, minbarra l-President, kwalunkwe Parti tista’ titlob li din il-kwistjoni tiġi riferita lill-President tal-panel, u d-deċiżjoni tiegħu għandha tkun finali.
Jekk il-President tal-panel isib li membru tal-panel ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 14-B, għandu jintgħażel membru tal-panel ġdid f’konformità mal-Artikolu 242.
22.
Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jiġi ssostitwit il-President, kwalunkwe Parti tista’ titlob li l-kwistjoni tiġi riferita lil wieħed mill-individwi li jifdal fis-sublista ta’ Presidenti stabbilita skont l-Artikolu 243. Ismu għandu jittella’ bil-polza mill-ko-President tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mill-Parti rikjedenti, jew mid-delegat tal-President. Id-deċiżjoni mill-individwu magħżul dwar il-ħtieġa li jinbidel il-President għandha tkun finali.
Jekk l-individwu magħżul isib li l-President ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 14-B, għandu jintgħażel President ġdid f’konformità mal-Artikolu 242.
VIII.
Seduti
23.
F’konformità mal-iskeda ta’ żmien iddeterminata skont ir-regola 10, wara li jikkonsulta mal-Partijiet u mal-membri l-oħrajn tal-panel, il-President tal-panel għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar id-data, il-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament mill-Parti li fit-territorju tagħha ssir is-seduta, sakemm is-seduta ma tkunx magħluqa għall-pubbliku.
24.
Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-seduta għandha ssir fi Brussell jekk il-Parti li tilmenta tkun ir-Repubblika tal-Użbekistan u f’Tashkent jekk il-Parti li tilmenta tkun l-Unjoni Ewropea. Il-Parti li kontriha jsir l-ilment għandha ġġarrab l-ispejjeż li jirriżultaw mill-amministrazzjoni organizzazzjonali tas-seduta. Fuq talba ta’ Parti, il-panel jista’ jiddeċiedi li jkollu seduta ta’ smigħ virtwali jew ibrida u jagħmel arranġamenti xierqa, filwaqt li jqis id-drittijiet ta’ proċess xieraq u l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza.
25.
Il-panel jista’ jlaqqa’ aktar minn seduti addizzjonali jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan.
26.
Il-membri kollha tal-panel għandhom ikunu preżenti matul is-seduta kollha.
27.
Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-persuni li ġejjin jistgħu jkunu preżenti għal seduta, irrispettivament minn jekk il-proċedimenti jkunux miftuħin għall-pubbliku jew le:
(a)
ir-rappreżentanti ta’ Parti;
(b)
il-konsulenti;
(c)
l-assistenti u l-persunal amministrattiv;
(d)
l-interpreti, it-tradutturi u l-korrispondenti tal-qorti tal-panel; u
(e)
l-esperti, kif deċiż mill-panel skont l-Artikolu 258(2).
28.
Mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data ta’ seduta, kull Parti għandha tagħti lill-panel u lill-Parti l-oħra lista bl-ismijiet tar-rappreżentanti tagħha li jagħmlu argumenti jew preżentazzjonijiet orali matul is-seduta f’isem dik il-Parti, kif ukoll ta’ rappreżentanti u ta’ konsulenti oħrajn li jkunu se jattendu s-seduta.
29.
Il-panel għandu jmexxi s-seduta b’dan il-mod, filwaqt li jiżgura li l-Parti li tilmenta u l-Parti li kontriha jsir l-ilment jingħataw l-istess ħin kemm fl-argument kif ukoll fil-kontroargument:
Argument
(a)
l-argument tal-Parti li tilmenta;
(b)
l-argument tal-Parti li kontriha jsir l-ilment.
Kontroargument
(c)
ir-replika tal-Parti li tilmenta;
(d)
il-kontroreplika tal-Parti li kontriha jsir l-ilment.
30.
Il-panel jista’ jindirizza mistoqsijiet lil kwalunkwe waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe ħin matul is-seduta.
31.
Il-panel għandu jara li titħejja traskrizzjoni jew reġistrazzjoni tas-seduta u li din tiġi ppreżentata lill-Partijiet mill-aktar fis wara s-seduta. Il-Partijiet jistgħu jikkummentaw dwar it-traskrizzjoni, u l-panel jista’ jqis dawk il-kummenti.
32.
Kull Parti tista’ tippreżenta sottomissjoni supplimentari bil-miktub rigward kwalunkwe kwistjoni li setgħet qamet matul is-seduta fi żmien 10 ijiem mid-data tas-seduta.
IX.
Mistoqsijiet bil-miktub
33.
Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti, il-panel jista’ jissottometti mistoqsijiet bil-miktub lil waħda mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Kwalunkwe mistoqsija sottomessa lil waħda mill-Partijiet għandha tiġi kkupjata lill-Parti l-oħra.
34.
Kull Parti għandha tipprovdi wkoll lill-Parti l-oħra b’kopja tat-tweġibiet tagħha għall-mistoqsijiet tal-panel. Il-Parti l-oħra għandu jkollha opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar it-tweġibiet tal-Parti fi żmien ħamest ijiem mid-data ta’ konsenja ta’ tali kopja.
X.
Kunfidenzjalità
35.
Kull Parti u l-panel għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni ppreżentata mill-Parti l-oħra lill-panel li dik il-Parti tkun iddeżinjat bħala kunfidenzjali. Meta Parti tissottometti lill-panel sottomissjoni bil-miktub li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, għandha tipprovdi wkoll, fi żmien 15-il jum, sottomissjoni mingħajr l-informazzjoni kunfidenzjali u li għandha tiġi divulgata lill-pubbliku.
36.
Ma hemm xejn f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura li għandu jipprekludi lil Parti milli tiddivulga dikjarazzjonijiet biex turi l-pożizzjonijiet tagħha lill-pubbliku sal-punt li, meta tirreferi għal informazzjoni ppreżentata mill-Parti l-oħra, ma tiddivulgax kwalunkwe informazzjoni ddeżinjata bħala kunfidenzjali mill-Parti l-oħra.
37.
Il-panel għandu jiltaqa’ in camera meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta’ xi Parti jkun fihom informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Il-partijiet għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduti tal-panel meta s-seduti jsiru in camera.
XI.
Kuntatti ex parte
38.
Il-panel ma għandux jiltaqa’ jew jikkomunika ma’ Parti fl-assenza tal-Parti l-oħra.
39.
Membru tal-panel ma għandu jiddiskuti l-ebda aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma’ Parti jew maż-żewġ Partijiet fin-nuqqas tal-membri tal-panel l-oħrajn.
XII.
Sottomissjonijiet amicus curiae
40.
Ħlief jekk il-Partijiet jaqblu mod ieħor, fi żmien 5 ijiem mid-data tal-istabbiliment tal-panel, il-panel jista’ jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub mhux mitlubin minn persuni fiżiċi ta’ Parti jew minn persuni ġuridiċi stabbiliti fit-territorju ta’ Parti li jkunu indipendenti mill-gvernijiet tal-Partijiet, dment li dawn:
(a)
jaslu għand il-panel fi żmien 10 ijiem wara d-data tat-twaqqif tal-panel;
(b)
ikunu konċiżi u fl-ebda każ ma jkunu itwal minn 15-il paġna, inkluż kwalunkwe anness, u ttajpjati bi spazju doppju;
(c)
ikunu direttament rilevanti għal kwistjoni fattwali jew legali li jkunu qed jiġu kkunsidrati mill-panel;
(d)
jinkludu deskrizzjoni tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel is-sottomissjoni, inkluż, għal persuna fiżika, in-nazzjonalità tagħha u, għal persuna ġuridika, il-post ta’ stabbiliment tagħha, in-natura tal-attivitajiet tagħha, l-istatus legali tagħha, l-objettivi ġenerali u s-sorsi ta’ finanzjament tagħha;
(e)
jispeċifikaw in-natura tal-interess sinifikanti li dik il-persuna jkollha fil-proċedimenti tal-panel; u
(f)
ikunu mfasslin bil-lingwi magħżula mill-Partijiet f’konformità mar-Regoli 45 u 46 tar-Regoli ta’ Proċedura.
41.
Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Partijiet għall-kummenti tagħhom. Il-Partijiet jistgħu jippreżentaw il-kummenti lill-panel fi żmien 10 ijiem mid-data ta’ meta jirċevuhom.
42.
Il-panel għandu jelenka fir-rapport tiegħu s-sottomissjonijiet kollha li jkun irċieva skont ir-regola 39. Il-panel ma għandux ikun obbligat jindirizza, fir-rapport tiegħu, l-argumenti magħmulin f’dawn is-sottomissjonijiet. Madankollu, jekk il-panel jindirizza dawk l-argumenti fir-rapport tiegħu, huwa għandu jqis ukoll kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Partijiet skont ir-regola 40.
XIII.
Każijiet urġenti
43.
F’każijiet ta’ urġenza msemmijin fl-Artikolu 247, il-panel, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, għandu jaġġusta, kif xieraq, il-perjodi ta’ żmien imsemmijin f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. Il-panel għandu jinnotifika lill-Partijiet b’tali aġġustamenti.
XIV.
Traduzzjoni u interpretazzjoni
44.
Matul il-konsultazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 240, u mhux aktar tard mid-data tal-laqgħa msemmija fir-regola 10 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu qbil dwar lingwa ta’ ħidma komuni għall-proċedimenti quddiem il-panel.
45.
Jekk il-Partijiet ma jistgħux jaqblu fuq lingwa ta’ ħidma komuni, kull Parti għandha tagħmel is-sottomissjonijiet bil-miktub bil-lingwa tal-għażla tagħha. Fl-istess ħin, kull Parti għandha tipprovdi traduzzjoni fil-lingwa magħżula mill-Parti l-oħra, sakemm is-sottomissjonijiet ma jkunux miktubin f’waħda mil-lingwi ta’ ħidma tad-WTO. Il-Parti li konrtiha jsir l-ilment għandha tagħmel l-arranġamenti għall-interpretazzjoni tas-sottomissjonijiet orali fil-lingwi magħżula mill-partijiet.
46.
Ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jinħarġu bil-lingwa jew bil-lingwi magħżulin mill-Partijiet. Jekk il-partijiet ma jaqblux dwar lingwa ta’ ħidma komuni, ir-rapport interim u r-rapport finali tal-panel għandhom jinħarġu f’waħda mil-lingwi ta’ ħidma tad-WTO.
47.
Kull Parti involuta fit-tilwima tista’ tipprovdi kummenti dwar l-akkuratezza tat-traduzzjoni ta’ kwalunkwe verżjoni tradotta ta’ dokument imfassal f’konformità ma’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.
48.
Kull Parti għandha ġġarrab il-kostijiet tat-traduzzjoni tas-sottomissjonijiet miktubin tagħha. Kwalunkwe kost imġarrab għat-traduzzjoni ta’ deċiżjoni għandu jinqasam b’mod ugwali bejn il-Partijiet.
XV.
Proċeduri oħrajn
49.
Il-perjodi ta’ żmien stabbiliti f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu aġġustati skont il-perjodi ta’ żmien speċjali stipulati għall-adozzjoni ta’ rapport jew ta’ deċiżjoni tal-panel fil-proċediment skont l-Artikolu 251, l-Artikolu 252, l-Artikolu 253 u l-Artikolu 254.
________________
ANNESS 14-B
KODIĊI TA’ KONDOTTA
GĦALL-MEMBRI TAL-PANEL U GĦALL-MEDJATURI
I.
Definizzjonijiet
1.
F’dan il-Kodiċi ta’ Kondotta:
(a)
“persunal amministrattiv” tfisser, fir-rigward ta’ membru tal-panel, individwi taħt id-direzzjoni u l-kontroll ta’ membru tal-panel, minbarra assistenti;
(b)
“assistent” tfisser individwu li, skont it-termini tal-ħatra ta’ membru tal-panel, iwettaq riċerka jew jassisti lil dak il-membru tal-panel;
(c)
“kandidat” tfisser individwu li ismu jkun fil-lista ta’ membri tal-panel imsemmija fl-Artikolu 243 u li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat għall-għażla bħala membru tal-panel skont l-Artikolu 242;
(d)
“medjatur” tfisser individwu li jkun intgħażel bħala medjatur f’konformità mal-Artikolu 265;
(e)
“membru tal-panel” tfisser membru ta’ panel.
II.
Prinċipji ta’ governanza
2.
Biex jinżammu l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim, kull kandidat u kull membru tal-panel għandu:
(a)
jiffamiljarizza ruħu ma’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta;
(b)
ikun indipendenti u imparzjali;
(c)
jevita kunflitti ta’ interess diretti jew indiretti;
(d)
jevita kondotta skorretta u l-impressjoni ta’ kondotta skorretta jew ta’ preġudizzju;
(e)
josserva standards għolja ta’ mġiba; u
(f)
ma jkunx influwenzat minn interessi personali, minn pressjoni esterna, minn kunsiderazzjonijiet politiċi, mill-għagħa pubbliku u mil-lealtà lejn xi Parti jew minn biża’ mill-kritika.
3.
Membru tal-panel ma għandux jidħol, la direttament u lanqas indirettament, għal xi obbligu jew jaċċetta kwalunkwe benefiċċju li jista’ bi kwalunkwe mod ifixkel, jew jidher li jfixkel, fit-twettiq xieraq ta’ dmirijietu.
4.
Membru tal-panel ma għandux juża l-pożizzjoni tiegħu fuq il-panel biex javvanza kwalunkwe interess personali jew privat. Membru tal-panel għandu jevita azzjonijiet li jistgħu joħolqu l-impressjoni li xi oħrajn ikunu f’pożizzjoni speċjali li jinfluwenzawh.
5.
Membru tal-panel ma għandux iħalli relazzjonijiet jew responsabbiltajiet finanzjarji, kummerċjali, professjonali, personali jew soċjali, passati jew preżenti, jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tiegħu.
6.
Membru tal-panel għandu jevita li jidħol fi kwalunkwe relazzjoni jew li jakkwista kwalunkwe interess finanzjarju, li x’aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista’, b’mod raġonevoli, joħloq dehra ta’ mġiba mhux xierqa jew ta’ preġudizzju.
III.
Obbligi dwar x’għandu jiġi ddivulgat
7.
Qabel ma jaċċetta l-ħatra tiegħu bħala membru tal-panel skont l-Artikolu 242, kandidat mitlub iservi ta’ membru tal-panel għandu jiddivulga kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni li aktarx taffettwa l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu, jew li tista’ toħloq b’mod raġonevoli dehra ta’ kondotta mhux xierqa jew ta’ preġudizzju fil-proċedimenti tal-panel. Għal dak l-għan, kandidat għandu jagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex isir konxju ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni bħal dawn, inklużi interessi finanzjarji, professjonali, jew ta’ impjieg jew tal-familja.
8.
L-obbligi ta’ divulgazzjoni skont il-paragrafu 7 huwa dmir kontinwu li jirrikjedi li membru tal-panel jiddivulga kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni bħal dawn li jistgħu jinqalgħu matul kwalunkwe stadju tal-proċedimenti.
9.
Kandidat jew membru tal-panel għandu jikkomunika lill-[Kumitat ta’ Kooperazzjoni] u għall-kunsiderazzjoni mill-Partijiet kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna ksur reali jew potenzjali ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta malli jsir konxju minnhom.
IV.
Dmirijiet tal-Membri tal-Panel
10.
Wara l-aċċettazzjoni tal-ħatra, membru tal-panel għandu jkun disponibbli biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu u għandu jwettaqhom fil-fond u malajr matul il-proċedimenti, u b’mod ġust u b’diliġenza.
11.
Membru tal-panel għandu jikkunsidra biss dawk il-kwistjonijiet imqajmin fil-proċedimenti tal-panel u li jitqiesu meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni u dan id-dmir ma għandux jiġi delegat lil xi persuna oħra.
12.
Membru tal-panel għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jiżgura li l-assistenti u l-persunal amministrattiv tiegħu jkunu konxji tal-obbligi tal-membri tal-panel skont il-Partijiet II, III, IV u VI ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, u josservawhom.
V.
Obbligi tal-eks membri tal-panel
13.
Eks membru tal-panel għandu jevita azzjonijiet li jistgħu joħolqu dehra li kellu preġudizzji fit-twettiq ta’ dmirijietu jew li ħa vantaġġ mid-deċiżjoni tal-panel.
14.
Eks membru tal-panel għandu jikkonforma mal-obbligi fil-Parti VI ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta.
VI.
Kunfidenzjalità
15.
Membru tal-panel ma għandux, fi kwalunkwe ħin, jiddivulga xi informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna l-proċedimenti jew li akkwista waqt proċedimenti li għalihom kien inħatar. Membru tal-panel ma għandux, fi kwalunkwe każ, jiddivulga jew juża kwalunkwe informazzjoni bħal din biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn, jew biex jaffettwa b’mod negattiv l-interess ta’ oħrajn.
16.
Membru tal-panel ma għandux jiddivulga deċiżjoni tal-panel jew ta’ partijiet minnu qabel il-pubblikazzjoni tiegħu f’konformità mal-Kapitolu 14.
17.
Membru tal-panel ma għandux, fi kwalunkwe ħin, jiddivulga d-deliberazzjonijiet ta’ panel, jew l-opinjoni tal-panel, jew jagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni dwar il-proċedimenti li għalihom ikun inħatar jew dwar il-kwistjonijiet f’tilwima fil-proċedimenti.
VII.
Spejjeż
18.
Membru tal-panel għandu jżomm rekords u jagħti rendikont finali tal-ħin dedikat għall-proċedimenti u tal-ispejjeż tiegħu, kif ukoll tal-ħin u tal-ispejjeż tal-assistenti u tal-persunal amministrattiv tiegħu.
VIII.
Medjaturi
19.
Dan il-Kodiċi ta’ Kondotta japplika għall-medjaturi, mutatis mutandis.
________________
PROTOKOLL
DWAR L-ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA REĊIPROKA
F’AFFARIJIET DOGANALI
ARTIKOLU 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll:
(a)
“leġiżlazzjoni doganali” tfisser kwalunkwe dispożizzjoni legali jew regolatorja applikabbli fit-territorju ta’ kwalunkwe Parti, u li tirregola l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta’ merkanzija u t-tqegħid tagħha taħt kwalunkwe sistema jew proċedura doganali oħra, inklużi miżuri ta’ projbizzjoni, ta’ restrizzjoni u ta’ kontroll;
(b)
“l-awtorità applikanti” tfisser awtorità kompetenti amministrattiva ddeżinjata minn Parti għal dan l-għan u li tagħmel talba għal assistenza fuq il-bażi ta’ dan il-Protokoll;
(c)
“l-awtorità li ssirilha t-talba ” tfisser awtorità kompetenti amministrattiva ddeżinjata minn Parti għal dan l-għan u li tirċievi talba għal assistenza fuq il-bażi ta’ dan il-Protokoll;
(d)
“informazzjoni” tfisser kwalunkwe data, dokument, immaġni, rapport, komunikazzjoni jew kopja awtentikata, fi kwalunkwe format, inkluż elettroniku, kemm jekk ipproċessata jew analizzata kif ukoll jekk le;
(e)
“persuna” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali;
(f) “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli;
(g)
“ksur tal-leġiżlazzjoni doganali” tfisser kwalunkwe ksur jew tentattiv ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.
ARTIKOLU 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1.
Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin, fl-oqsma fil-kompetenza tagħhom, bil-mod u fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll, biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali, b’mod partikolari billi jipprevjenu, jinvestigaw u jiġġieldu operazzjonijiet li jiksrul-ksur ta’ dik il-leġiżlazzjoni.
2.
L-assistenza fi kwistjonijiet doganali, kif prevista f’dan il-Protokoll, tapplika għal kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet li tkun kompetenti biex tapplika dan il-Protokoll. Tali assistenza ma għandhiex tippreġudika d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-assistenza reċiproka f’materji kriminali. Ma għandhiex tkopri informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ poteri eżerċitati b’talba ta’ awtorità ġudizzjarja, ħlief meta komunikazzjoni ta’ informazzjoni ta’ din ix-xorta tkun awtorizzata minn dik l-awtorità.
3.
L-assistenza għall-ġbir tad-dazji, tat-taxxi jew tal-multi ma għandhiex tkun koperta minn dan il-Protokoll.
ARTIKOLU 3
Assistenza fuq talba
1.
Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipprovdilha l-informazzjoni relevanti kollha li tista’ tippermettilha tiżgura li l-leġiżlazzjoni doganali hija applikata b’mod korrett, inkluża informazzjoni li tirrigwarda attivitajiet innotati jew ippjanati li huma jew jista’ jkunksur tal-leġiżlazzjoni doganali.
2.
Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinformaha dwar jekk:
(a)
il-merkanzija esportata mit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet ġietx importata kif xieraq fit-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, meta jkun il-każ, il-proċedura doganali li ġiet applikata għall-merkanzija;
(b)
il-merkanzija importata fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet ġietx esportata kif xieraq mit-territorju tal-Parti l-oħra, filwaqt li tispeċifika, meta jkun il-każ, il-proċedura doganali applikata għall-merkanzija.
3.
Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha, fil-qafas tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji tagħha, tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura s-sorveljanza speċjali tal-awtorità applikanti u biex tipprovdilha informazzjoni dwar:
(a)
persuni li fir-rigward tagħhom jeżistu motivi raġonevoli biex wieħed jemmen li dawn huma jew kienu involuti fit-twettiq ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali;
(b)
merkanzija li tkun jew tista’ tkun trasportata b’tali mod li jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li kienet maħsuba jew tkun maħsuba biex tintuża bl-għan li jitwettaq ksur tal-leġiżlazzjoni doganali;
(c)
postijiet fejn ħażniet ta’ merkanzija kienu jew setgħu nġabru b’tali mod li jkun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għaliex wieħed jemmen li dik il-merkanzija ntużat jew tkun maħsuba biex tintuża biex jitwettaq ksur tal-leġiżlazzjoni doganali; u
(d)
mezzi tat-trasport li jintużaw jew li jistgħu jintużaw b’mod li jkun hemm motivazzjonijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li jkunu intenzjonati biex jintużaw biex jitwettaq ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.
ARTIKOLU 4
Assistenza spontanja
Kull meta jkun possibbli, fuq inizjattiva tagħhom stess, il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin mingħajr dewmien, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni dwar attivitajiet konklużi, ippjanati jew li għadhom għaddejjin li jikkostitwixxu jew jidhru li jikkostitwixxu ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Parti l-oħra. L-informazzjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq:
(a)
persuni, merkanzija u mezzi tat-trasport; u
(b)
mezzi jew metodi ġodda li jintużaw biex jitwettaq ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.
ARTIKOLU 5
Forma u sustanza tat-talbiet għall-assistenza
1.
It-talbiet skont dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub f’format stampat jew elettroniku. Għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti neċessarji biex jippermettu l-konformità mat-talba. F’każ ta’ urġenza, l-awtorità li ssirilha t-talba tista’ taċċetta talbiet orali, iżda tali talbiet orali għandhom jiġu kkonfermati mill-awtorità applikanti immedjatament bil-miktub.
2.
It-talbiet kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-awtorità applikanti u l-uffiċjal rikjedenti;
(b)
l-informazzjoni u/jew it-tip ta’ assistenza mitluba;
(c)
l-għan u r-raġuni tat-talba;
(d)
id-dispożizzjonijiet legali jew regolamentari u l-elementi ġuridiċi l-oħrajn ikkonċernati;
(e)
indikazzjonijiet kemm jista’ jkun eżatti u komprensivi dwar il-persuni li jkunu fil-mira tal-investigazzjonijiet;
(f)
sommarju tal-fatti rilevanti u tal-inkjesti li diġà jkunu saru; u
(g)
kwalunkwe dettall disponibbli addizzjonali li jippermetti lill-awtorità li ssirilha t-talba tikkonforma mat-talba.
3.
It-talbiet għandhom jiġu sottomessi f’lingwa uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba jew f’lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità, bl-Ingliż li dejjem tkun lingwa aċċettabbli. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kwalunkwe dokument li jakkumpanja t-talba skont il-paragrafu 1.
4.
Jekk talba ma tissodisfax ir-rekwiżiti formali stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 3, l-awtorità li ssirilha t-talba tista’ teħtieġ il-korrezzjoni jew il-kompletezza tat-talba; sadanittant, jistgħu jiġu ordnati miżuri ta’ prekawzjoni.
ARTIKOLU 6
Eżekuzzjoni tat-talbiet
1.
Biex tikkonforma ma’ talba għall-assistenza, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipproċedi, fil-limiti tal-kompetenza u tar-riżorsi disponibbli tagħha, daqslikieku qiegħda taġixxi minn rajha jew fuq it-talba ta’ awtorità oħra ta’ dik l-istess Parti, billi tagħti l-informazzjoni li hija diġà jkollha, billi twettaq l-inkjesti xierqa jew billi tieħu ħsieb li jitwettqu.
2.
Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal kwalunkwe awtorità oħra li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba mill-awtorità li ssirilha t-talba meta din tal-aħħar ma tkunx tista’ taġixxi waħidha.
3.
It-talbiet għall-assistenza għandhom jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji tal-Parti li ssirilha t-talba.
ARTIKOLU 7
Il-forma li fiha trid tkun ikkomunikata l-informazzjoni
1.
L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tikkomunika r-riżultati tal-inkjesti lill-awtorità applikanti bil-miktub, flimkien mad-dokumenti relevanti, mal-kopji ċċertifikati veri jew ma’ affarijiet oħrajn. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’format elettroniku.
2.
Id-dokumenti oriġinali għandhom jiġu trażmessi f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji ta’ kull Parti, biss fuq talba tal-awtorità applikanti, f’każijiet li fihom il-kopji veri ċċertifikati ma jkunux biżżejjed. L-awtorità applikanti għandha tirritorna t-tali dokumenti oriġinali mal-ewwel opportunità.
3.
Fil-każ ta’ trażmissjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tagħti lill-awtorità applikanti kwalunkwe informazzjoni relatata mal-awtentiċità tad-dokumenti maħruġin jew iċċertifikati minn aġenziji uffiċjali fit-territorju tagħha b’appoġġ għal dikjarazzjoni tal-merkanzija.
ARTIKOLU 8
Preżenza ta’ uffiċjali ta’ Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra
1.
L-uffiċjali debitament awtorizzati ta’ Parti jistgħu, bi qbil mal-Parti l-oħra u soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti minn din tal-aħħar, ikunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtorità li ssirilha t-talba jew ta’ kwalunkwe awtorità oħra kkonċernata msemmija fl-Artikolu 6(1) biex jiksbu informazzjoni relatata ma’ attivitajiet li huma jew li jista’ jkun ksur tal-leġiżlazzjoni doganali li l-awtorità applikanti teħtieġ għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll.
2.
L-uffiċjali debitament awtorizzati ta’ Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra u soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti minn din tal-aħħar, ikunu preżenti għall-inkjesti mwettqin fit-territorju ta’ din tal-aħħar.
3.
Il-preżenza ta’ uffiċjali ta’ Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra għandha tkun biss f’funzjoni konsultattiva. Filwaqt li jkunu preżenti fit-territorju tal-Parti l-oħra, dawn l-uffiċjali:
(a)
għandhom ikunu jistgħu jipprovdu prova tal-kapaċità uffiċjali tagħhom;
(b)
ma għandhomx jilbsu uniformi, u lanqas ma jġorru armi; u
(c)
għandhom igawdu l-istess protezzjoni bħal dik mogħtija lill-uffiċjali tal-Parti l-oħra, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji applikabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra.
ARTIKOLU 9
Konsenja u notifika
1.
Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji applikabbli għal dik l-awtorità, għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tforni kwalunkwe dokument, jew tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità applikanti li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll lil persuna residenti jew stabbilit fit-territorju tal-awtorità li ssirilha t-talba.
2.
Talbiet għall-konsenja ta’ dokumenti jew għan-notifika ta’ deċiżjonijiet kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom isiru bil-miktub f’lingwa uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba jew f’lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità.
ARTIKOLU 10
Skambju awtomatiku ta’ informazzjoni
1.
Il-Partijiet jistgħu, permezz ta’ arranġament reċiproku f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dan il-Protokoll:
(a)
jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni koperta minn dan il-Protokoll fuq bażi awtomatika;
(b)
jiskambjaw informazzjoni speċifika qabel il-wasla tal-konsenji fit-territorju tal-Parti l-oħra.
2.
Biex jimplimentaw l-iskambji msemmijin fil-paragrafu 1, il-Partijiet se jistabbilixxu arranġamenti dwar it-tip ta’ informazzjoni li jixtiequ jiskambjaw u dwar il-format u l-frekwenza tat-trażmissjoni.
ARTIKOLU 11
Eċċezzjonijiet għall-obbligu ta’ għoti tal-assistenza
1.
L-assistenza tista’ tiġi rrifjutata jew tista’ tiġi sottomessa għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet jew rekwiżiti f’każijiet li fihom Parti tkun tal-fehma li l-assistenza skont dan il-Protokoll:
(a)
x’aktarx li tkun tippreġudika s-sovranità tar-Repubblika tal-Użbekistan jew dik ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jkun intalab jipprovdi l-assistenza skont dan il-Protokoll;
(b)
x’aktarx li tkun tippreġudika l-ordni pubbliku, is-sigurtà jew interessi essenzjali oħrajn, b’mod partikolari fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 12(5) ta’ dan il-Protokoll; jew
(c)
tkun tikser sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.
2.
L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ tipposponi l-assistenza fuq il-bażi li tali assistenza tkun tinterferixxi ma’ investigazzjonijiet, ma’ prosekuzzjonijiet jew ma’ proċedimenti li jkunu għaddejjin. F’tali każ, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tikkonsulta mal-awtorità applikanti biex tiddetermina jekk l-assistenza tistax tingħata soġġetta għat-termini jew għall-kundizzjonijiet li tista’ teħtieġ l-awtorità li ssirilha t-talba.
3.
Meta l-awtorità applikanti tfittex l-assistenza li hija stess ma tkunx tista’ tipprovdi li kieku ssirilha talba, għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Imbagħad, għandha tkun l-awtorità li ssirilha t-talba li tiddeċiedi kif twieġeb għal talba bħal din.
4.
Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha u r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien.
ARTIKOLU 12
Skambju ta’ informazzjoni u kunfidenzjalità
1.
L-informazzjoni riċevuta skont dan il-Protokoll għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll.
2.
L-użu ta’ informazzjoni miksuba skont dan il-Protokoll fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji mibdijin fir-rigward ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali huwa meqjus li jkun għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll. Għalhekk, il-Partijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni miksuba u d-dokumenti kkonsultati f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll bħala evidenza fir-rekords ta’ evidenza, fir-rapporti u fit-testimonjanzi tagħhom u fi proċedimenti u f’akkużi ppreżentati quddiem il-qrati. L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ tissoġġetta l-għoti ta’ informazzjoni jew l-għoti ta’ aċċess għal dokumenti għall-kundizzjoni li tiġi nnotifikata b’dan l-użu.
3.
Meta waħda mill-Partijiet turi x-xewqa li tuża informazzjoni miksuba skont dan il-Protokoll għal finijiet oħrajn, hija għandha tikseb il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità li tkun ipprovdiet dik l-informazzjoni. Imbagħad, użu bħal dan għandu ikun soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stabbilita minn dik l-awtorità.
4.
Kwalunkwe informazzjoni kkomunikata, tkun xi tkun il-forma tagħha, skont dan il-Protokoll, għandha tkun ta’ natura kunfidenzjali jew ristretta, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti applikabbli fit-territorju ta’ kull Parti. Dik l-informazzjoni għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija għal informazzjoni simili skont il-liġijiet u r-regolamenti relevanti tal-Parti li tkun irċivietha. Il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin informazzjoni dwar il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħhom.
5.
Id-data personali tista’ tiġi ttrasferita biss f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tal-Parti li tipprovdi d-data. Kull Parti se tinforma lill-Parti l-oħra bir-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel l-aħjar sforzi biex taqbel dwar protezzjonijiet addizzjonali.
ARTIKOLU 13
Esperti u xhieda
L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ tawtorizza lill-uffiċjali tagħha biex jidhru, fil-limitazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mogħtija, bħala esperti jew xhieda fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi rigward il-kwistjonijiet koperti minn dan il-Protokoll, u jipproduċu tali oġġetti, dokumenti jew kopji veri ċċertifikati tagħhom, skont kif ikun meħtieġ għall-proċedimenti. It-talba għad-dehra trid tindika speċifikatament quddiem liema awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva l-uffiċjal se jkollu jidher, dwar liema kwistjonijiet u x’inhu t-titlu jew il-kwalifika li fid-dawl tagħha se jsiru l-mistoqsijiet lill-uffiċjal.
ARTIKOLU 14
Spejjeż tal-assistenza
1.
Soġġetti għall-paragrafi 2 u 3, il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw għal kwalunkwe pretensjoni fuq xulxin għar-rimborżi tal-ispejjeż imġarrbin fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
2.
L-ispejjeż u l-allowances imħallsin lill-esperti, lix-xhieda, lill-interpreti u lit-tradutturi, minbarra lill-impjegati tas-servizz pubbliku, għandhom jiġġarrbu kif xieraq mill-Parti rikjedenti.
3.
Jekk ikunu meħtieġa spejjeż ta’ natura straordinarja biex tiġi eżegwita talba, il-Partijiet għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet li fihom għandha tiġi eżegwita t-talba, kif ukoll il-mod li bih għandhom jiġġarrbu dawn il-kostijiet.
ARTIKOLU 15
Implimentazzjoni
1.
L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi fdata min-naħa l-waħda lill-awtoritajiet doganali tar-Repubblika tal-Użbekistan u, min-naħa l-oħra, lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri u l-arranġamenti prattiċi kollha neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, filwaqt li jqisu l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli rispettivi tagħhom, b’mod partikolari għall-protezzjoni ta’ data personali.
2.
Sont kif ikun neċessarju, il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati bil-miżuri ta’ implimentazzjoni dettaljati li jiġu adottati minn kull Parti f’konformità ma’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi u tal-uffiċjali debitament awtorizzati deżinjati bħala kompetenti biex jibagħtu u jirċievu l-komunikazzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll.
3.
Fl-Unjoni Ewropea, dan il-Protokoll ma għandux jippreġudika l-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni miksuba skont dan il-Protokoll bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
ARTIKOLU 16
Ftehimiet oħrajn
Dan il-Protokoll għandu jieħu preċedenza fuq kwalunkwe ftehim bilaterali dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali li ġie konkluż jew jista’ jiġi konkluż bejn l-Istati Membri individwali tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan f’każijiet li fihom dan tal-aħħar ma jkunx kompatibbli ma’ dan il-Protokoll.
ARTIKOLU 17
Konsultazzjonijiet
Fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif ikun neċessarju fil-qafas tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni mwaqqaf skont l-Artikolu 338 ta’ dan il-Ftehim.