Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - L-Ewwel parti - Prinċipji - Artikolu 13
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0048 - 0048
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0043 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0185 - Consolidated version
Artikolu 13 1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnu lill-Komunità, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, jista' jieħu l-azzjoni xierqa biex jiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-disabilità, l-età jew it-tendenzi sesswali. 2. B’ deroga għall-paragrafu 1, meta l-Kunsill jadotta miżuri ta’ inċentiva komunitarji, b’esklużjoni ta’ kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri, bl-iskop li jappoġġja azzjoni ta’ l-Istati Membri meħuda biex jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri msemmija fil-paragrafu 1, huwa għandu jaġixxi skond il-proċedura fl-Artikolu 251. --------------------------------------------------