<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-851/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0851</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:607">EU:C:2021:607</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20210715">15.7.2021</DATE> – Kawża C‑851/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">DK vs SEAE</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20210715">15 ta’ Lulju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri dixxiplinari</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjoni dixxiplinari</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni ta’ din is-sanzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żamma mill-ammont tal-pensjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kundanna kriminali u ċivili quddiem il-qrati nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens, totali jew parzjali, għad-dannu morali kkawżat lill-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ rilevanza ta’ dan il-kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑851/19 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fid-<DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">DK</HT>, inizjalment irrappreżentat minn S. Orlandi u T. Martin, sussegwentement minn S. Orlandi, avocats,</P><PARTY.STATUS>appellant,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P>Is-<HT TYPE="BOLD">Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)</HT>, irrappreżentat minn S. Marquardt u R. Spáč, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, A. Kumin, T. von Danwitz (Relatur), P. G. Xuereb u I. Ziemele, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20201126">26 ta’ Novembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, DK jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190910">10 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>DK vs SEAE</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑217/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:571">EU:T:2019:571</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tiegħu intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), tat-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE>, li timponi fuqu sanzjoni dixxiplinari (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa ġarrab minħabba allegat ksur mis-SEAE tad-drittijiet tad-difiża tiegħu fil-kuntest tal-proċedura kriminali tiegħu kontrih fil-Belġju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħhom applikabbli għat-tilwima (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li jinsab fit-Titolu II tagħhom, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Drittijiet u obbligi ta’ l-uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Uffiċjal jista’ jkun mitlub li jagħmel tajjeb, kompletament jew parzjalment, għal kull ħsara soffruta mill-Unjoni [Ewropea] minħabba riżultat ta’ mġieba ħażina serja min naħa tiegħu fil-kors jew f’konnessjoni mal-qadi tad-dmirijietu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jinsab fit-Titolu VI ta’ dawn ir-regolamenti, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Miżuri dixxiplinari<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="086.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull nuqqas minn uffiċjal jew minn dak li qabel kien uffiċjal biex iħares l-obbligi tiegħu taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, kemm jekk intenzjonalment jew b’negliġenza min-naħa tiegħu, tista’ tittieħed azzjoni kontrih.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-Awtorità tal-Ħatra jew OLAF [l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi] isiru jafu b’evidenza ta’ nuqqas fis-sens tal-paragrafu 1, jistgħu jibdew invetigazzjonijiet amministrattivi biex jivverifikaw jekk it-tali nuqqas sarx.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Regoli, proċeduri u miżuri dixxiplinarji, u r-regoli u l-proċeduri li jkopru l-investigazzjonijiet amministrattivi mniżżla fl-Anness IX.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal jirrigwarda, skont it-titolu tiegħu, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Proċeduri dixxiplinarji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. L-Artikolu 9 ta’ dan l-anness, li jinsab fit-Taqsima 3 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Miżuri dixxiplinarji<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Awtorità tal-Ħatra tista’ timponi wieħed mill-pieni li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>twissija bil-miktub;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ċanfira;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>posponiment ta’ promozzjoni għal skala ogħla għal perjodu ta’ bejn xahar u 23 xahar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>relegazzjoni fl-iskala;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>tnaqqis temporanju fil-posizzjoni għal perjodu ta’ bejn 15‑il ġurnata u sena;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>tnaqqis fil-posizzjoni fl-istess grupp tal-funzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>klassifikazzjoni fi grupp aktar baxx tal-funzjoni, bi jew mingħajr tnaqqis fil-posizzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>tneħħija minn posizzjoni u, fejn ikun il-każ, tnaqqis pro tempore ta’ pensjoni jew jinżamm, għal perjodu stabbilit, ammont mill-benefiċċju ta’ l-invalidità; l-effett ta’ din il-miżura m’għandux jestendi għad-dipendenti ta’ l-uffiċjal. Iżda, fil-każ tat-tali tnaqqis, id-dħul ta’ dak li qabel kien uffiċjal ma jistax ikun anqas mis-somma minima ta’ l-għajxien, imniżżla fl-Artikolu 6 ta’ l-Anness VIII, bl-addizzjoni ta’ xi benefiċċji pagabbli tal-familja.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-uffiċjal jirċievi pensjoni ta’ l-irtirar jew benefiċċju ta’ l-invalidità, l-Awtorità tal-Ħatra tista’ tiddeċiedi li żżomm ammont mill-pensjoni jew mill-benefiċċju ta’ l-invalidità għal tali perjodu; l-effett ta’ din il-miżura m’għandux jestendi għad-dipendenti ta’ l-uffiċjal. Iżda, id-dħul ta’ l-uffiċjal ma jistax ikun anqas mis-somma minima ta’ l-għajxien, imniżżla fl-Artikolu 6 ta’ l-Anness VIII, bl-addizzjoni ta’ xi benefiċċji pagabbli tal-familja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Każ wieħed ta’ kondotta ħażina ma twassalx għal aktar minn piena dixxiplinarja waħda.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 ta’ dan l-anness:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kemm ikunu ħorox il-pieni dixxiplinarji imposti jiddependu kemm hija serja l-kondotta ħażina. Biex tkun stabbilita l-serjetà tal-kondotta ħażina u biex tkun deċiża l-piena dixxiplinarja li għandha tkun imposta, għandu jkun ikkunsidrat partikolarment:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-tip ta’ kondotta ħażina u f’liema ċirkostanzi ġrat,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>sa liema punt il-kondotta ħażina affettwat ħażin l-integrità, ir-reputazzjoni jew l-interessi ta’ l-istituzzjonijiet,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>sa liema punt il-kondotta ħażina tinvolvi azzjonijiet intenzjonali jew negliġenza,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ir-raġunijiet tal-kondotta ħażina ta’ l-uffiċjal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>il-grad u s-senjorità ta’ l-uffiċjal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>il-livell tar-responsabbiltà personali ta’ l-uffiċjal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>il-livell tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta’ l-uffiċjal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>jekk il-kondotta ħażina tinvolvix azzjoni jew imġiba ripetuta,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-kondotta ta’ l-uffiċjali matul il-karriera tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-imsemmi anness, li jinsab fit-Taqsima 7 ta’ dan, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Prosekuzzjoni kriminali paralella<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Meta uffiċjal jitħarrek għal dawk l-istess atti, deċiżjoni finali tittieħed biss wara li sentenza finali tingħata mill-qorti li qed jisma’ l-kawża.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>DK daħal fis-servizz tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bħala uffiċjal fl-1994. Matul is-sena 1999, huwa ġie inkarigat bil-ġestjoni tal-proprjetà immobbli ta’ din l-istituzzjoni fil-pajjiżi terzi. Mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, huwa ġie assenjat lis-SEAE. Fl-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, l-appellant irtira kmieni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura kriminali mibdija kontra DK fil-Belġju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Matul is-sena 2004, inbdew proċeduri kriminali kontra DK fil-Belġju għal atti ta’ korruzzjoni fil-ġestjoni ta’ kuntratti pubbliċi li seħħew, sa mis-sena 1999, fuq perijodu ta’ diversi snin. L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, kienet parti ċivili f’dawk il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20140516">16 ta’ Mejju 2014</DATE>, it-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża, il-Belġju) ikkundannat lil DK, fir-rigward ta’ diversi reati mwettqa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, għall-pieni li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>piena ta’ sentejn priġunerija, sospiżi għal ħames snin;</P></ITEM><ITEM><P>multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">27500</FT>;</P></ITEM><ITEM><P>projbizzjoni milli jaġixxi bħala direttur, maniġer jew awditur ta’ kumpannija kummerċjali għal perijodu ta’ 10 snin;</P></ITEM><ITEM><P>piena ta’ konfiska tas-somma ta’ EUR 176 367.15.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dik il-qorti kkundannat ukoll lil DK, fil-proċeduri ċivili, għall-ħlas <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lill-Unjoni li rriżulta mill-preġudizzju li l-persuna kkonċernata kienet ikkawżat lill-immaġni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20150630">30 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-cour d’appel de Bruxelles (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju) ikkonfermat is-sentenza tal-imsemmija qorti tal-ewwel istanza, filwaqt li żiedet madankollu l-piena ta’ priġunerija imposta fuq DK għal tliet snin sospiża għal ħames snin u stabbilixxiet għal EUR <FT TYPE="NUMBER">38814</FT> l-ammont li DK kien ikkundannat għalih bħala kumpens għad-dannu morali li huwa kien ikkawża lill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160210">10 ta’ Frar 2016</DATE>, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju) ċaħdet l-appell ippreżentat minn DK kontra s-sentenza ta’ dik il-qorti tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċeduri dixxiplinari skont ir-Regolamenti tal-Persunal</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20070502">2 ta’ Mejju 2007</DATE>, l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni bdiet proċeduri dixxiplinari kontra DK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress li dawn il-proċeduri dixxiplinari ġew sospiżi sakemm jingħalqu definittivament il-proċeduri kriminali nazzjonali mibdija kontra l-persuna kkonċernata għall-istess fatti, is-SEAE kompla, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160712">12 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-proċeduri dixxiplinari mibdija kontra DK.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>, wara li sema’ lil DK, il-Bord tad-Dixxiplina adotta opinjoni motivata li ġiet innotifikata lill-persuna kkonċernata. F’din l-opinjoni, dan il-Bord tad-Dixxiplina osserva, fost l-oħrajn, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>l-fatti [kienu] stabbiliti mill-qrati kriminali nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>l-imġiba tal-uffiċjal [kienet] tikkostitwixxi ksur tal-Artikoli 11, 11a, 12 u 21 tar-Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>l-unika sanzjoni possibbli [kienet tikkonsisti] fiż-żamma ta’ ammont mill-pensjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta’ ċirkustanzi aggravanti u attenwanti differenti, l-imsemmi Bord ta’ Dixxiplina ħa inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>il-fatt li l-qrati nazzjonali [kienu] diġà ordnaw lill-uffiċjal iħallas kumpens finanzjarju u morali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fuq dik il-bażi, l-istess bord ta’ dixxiplina rrakkomanda li l-Awtorità tal-Ħatra tadotta sanzjoni dixxiplinari li tikkonsisti f’żamma ta’ EUR 400 kull xahar mill-ammont tal-pensjoni netta ta’ DK għal perijodu ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, l-Awtorità tal-Ħatra imponiet fuq DK, wara li semgħetu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>is-sanzjoni ta’ żamma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1105</FT> mill-pensjoni fix-xahar sat-<DATE ISO="20250930">30 ta’ Settembru 2025</DATE> skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment li DK kien ressaq kontra d-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20180328">28 ta’ Marzu 2018</DATE>, DK ippreżenta rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa allegatament ġarrab minħabba ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu li s-SEAE allegatament wettaq fil-kuntest tal-proċeduri kriminali mibdija kontrih fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tiegħu għal annullament, DK qajjem żewġ motivi, li jikkonċernaw, rispettivament, id-determinazzjoni tas-sanzjoni dixxiplinari li għandha tiġi imposta u t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi attenwanti fil-kuntest ta’ din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn DK bħala infondat sa fejn kien intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża u bħala inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondat sa fejn kien intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab. Il-Qorti Ġenerali kkundannat ukoll lil DK għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 28 sa 53 tas-sentenza appellata, ċaħdet l-ewwel parti tal-ewwel motiv imqajjem minn DK, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dannu li diġà ta lok għal kumpens. Il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, qieset li l-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx obbligata, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, li tieħu inkunsiderazzjoni l-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni li kien diġà ngħata fil-livell nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>DK jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Is-SEAE jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala infondat; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil DK għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tiegħu, DK iqajjem aggravju wieħed. Permezz tiegħu, huwa jsostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, fil-punt 52 tas-sentenza appellata, billi interpretat il-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal fis-sens li jippermetti lill-Awtorità tal-Ħatra tibbaża ruħha fuq id-dannu morali kkawżat lill-Unjoni sabiex tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ sanzjoni dixxiplinari iktar serja minn dik irrakkomandata mill-Bord ta’ Dixxiplina, meta dan id-dannu diġà ta lok għal kumpens fuq il-livell nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Dan l-aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ewwel, DK isostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 52 tas-sentenza appellata, li l-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li, skont il-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, hija ma kinitx obbligata li tieħu inkunsiderazzjoni l-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni li kien diġà sar fuq il-livell nazzjonali. Huwa jqis li, skont l-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Awtorità tal-Ħatra kienet marbuta bil-konstatazzjonijiet ta’ fatt magħmula fuq il-livell nazzjonali kif ukoll mill-prinċipju li jgħid li dannu li ta lok għal kumpens totali huwa meqjus li qatt ma eżista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tieni, DK essenzjalment isostni li, billi qieset, fil-punt 52 tas-sentenza appellata, li l-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-kumpens għad-dannu morali kkawżat lill-Unjoni li kien diġà ngħata fuq il-livell nazzjonali, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità tas-sanzjoni dixxiplinari u l-prinċipju li jgħid li dannu li ta lok għal kumpens totali huwa meqjus li qatt ma eżista. B’riferiment għall-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990909">9 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Lucaccioni vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑257/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:402">EU:C:1999:402</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), DK isostni li, kuntrarjament għal dak li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fil-punt 34 tas-sentenza appellata, dan l-aħħar prinċipju mhux biss huwa stabbilit fid-dritt Belġjan, iżda jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri, li jipprojbixxi l-kumpens doppju għall-istess dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>It-tielet, DK josserva li, fil-punt 38 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, fil-fehma tiegħu, iddeċidiet ġustament li l-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal jirrifletti x-xewqa tal-leġiżlatur tal-Unjoni li ma jiksirx il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament billi jirriżerva trattament differenti għall-uffiċjali li jkunu wettqu l-ksur skont il-portata tad-dannu kkawżat lill-istituzzjoni tal-Unjoni li dawn ikunu jagħmlu parti minnha. Madankollu, huwa jsostni li, fil-punti 39 sa 41 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kisret dan il-prinċipju meta<?PAGE NO="7"?> kkunsidrat li l-fatt li d-dannu kkawżat lill-Unjoni diġà ta lok, totalment jew parzjalment, għal kumpens huwa irrilevanti fil-kuntest tad-determinazzjoni tas-sanzjonijiet dixxiplinari li għandhom jiġu imposti abbażi ta’ dan l-Artikolu 10. Fil-fatt, skont DK, uffiċjal li jkun ikkumpensa d-dannu kkawżat lill-Unjoni ma jinsabx fl-istess sitwazzjoni bħal uffiċjal li ma pprovdiex tali kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, is-SEAE jsostni li l-argument ta’ DK li l-Awtorità tal-Ħatra aggravat is-sanzjoni li kienet ġiet imposta fuqu bit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dannu li allegatament diġà ta lok għal kumpens huwa inammissibbli fl-istadju tal-appell, sa fejn dan l-argument ma huwiex intiż li juri eventwali żball ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali, iżda jikkontesta l-evalwazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra u jikkostitwixxi riformulazzjoni ta’ motiv imqajjem fl-ewwel istanza. Barra minn hekk, kieku DK kellu jinvoka ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, l-imsemmi argument jikkontesta wkoll l-evalwazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra u mhux is-sentenza appellata. Barra minn hekk, DK invoka l-istess argument għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, is-SEAE jsostni li l-aggravju uniku tal-appell għandu jiġi miċħud. Fil-fehma tiegħu, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset li l-kumpens għad-dannu morali kkawżat lill-Unjoni, kif dan tal-aħħar ġie kkonstatat fuq il-livell nazzjonali, ma għandux effett fuq l-evalwazzjoni tal-gravità tan-nuqqas dixxiplinari mwettaq skont l-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mis-SEAE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mis-SEAE hija, fl-ewwel lok, ibbażata fuq il-motiv li l-argument invokat minn DK ma huwiex intiż sabiex juri eventwali żball ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali, iżda li jikkontesta l-evalwazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra u jikkostitwixxi, barra minn hekk, riformulazzjoni ta’ motiv imqajjem fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 256 TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali mqajma speċifikament insostenn ta’ din it-talba. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan ir-rekwiżit ma jkunx issodisfatt minn appell li, mingħajr ma jinkludi argument li speċifikament jidentifika l-iżball ta’ liġi li allegatament jivvizzja s-sentenza appellata, sempliċement jirriproduċi l-motivi u l-argumenti li jkunu diġà tressqu quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, appell bħal dan fir-realtà jikkostitwixxi talba għal sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, li ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201216">16 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs K. Chrysostomides &amp; Co. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑597/18 P, C‑598/18 P, C‑603/18 P u C‑604/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1028">EU:C:2020:1028</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, ladarba appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jiġu diskussi mill-ġdid f’appell. Fil-fatt, li kieku appellant ma jkunx jista’ jibbaża l-appell tiegħu b’dan il-mod fuq motivi u argumenti li jkunu diġà ntużaw quddiem il-Qorti Ġenerali, il-proċedura ta’<?PAGE NO="8"?> appell tkun imċaħħda minn parti mis-sens tagħha (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Haswani vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑241/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:545">EU:C:2020:545</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201209">9 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1007">EU:C:2020:1007</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, permezz tal-appell, DK jikkritika l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali, li tinsab fil-punt 52 tas-sentenza appellata, li l-Awtorità tal-Ħatra ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, ma kellux jittieħed inkunsiderazzjoni l-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni li kien diġà seħħ fuq il-livell nazzjonali, kif ukoll l-analiżi legali li wasslitha sabiex tiċħad l-ewwel parti tal-ewwel motiv imqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, għalkemm l-appell jirreferi għall-evalwazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, huwa jagħmel dan biss sa fejn dan huwa kkonfermat mill-Qorti Ġenerali u għall-finijiet li jikkontesta allegati żbalji ta’ liġi mwettqa minn din tal-aħħar, mingħajr ma jillimita ruħu li jirriproduċi l-motivi u l-argumenti li diġà ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, l-argument tas-SEAE, li DK invoka ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell, għandu jitfakkar li, fil-kuntest ta’ appell, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi u għall-argumenti diskussi quddiem il-Qorti Ġenerali. Madankollu, fil-kuntest ta’ aggravju li huwa ammissibbli, bħala prinċipju huwa l-appellant li għandu jiżviluppa l-argumenti insostenn ta’ dan l-aggravju kif huwa jidhirlu xieraq, jew billi jibbaża ruħu fuq argumenti użati diġà quddiem il-Qorti Ġenerali jew billi jiżviluppa argumenti ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tal-pożizzjoni meħuda mill-Qorti Ġenerali. Jekk ikun mod ieħor, il-proċedura ta’ appell tkun imċaħħda minn parti mis-sens tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>PKK u KNK vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑229/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:32">EU:C:2007:32</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HK vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑460/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1119">EU:C:2019:1119</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u l-applikazzjoni tiegħu fil-kuntest ta’ dannu tal-Unjoni li diġà ta lok għal kumpens ġew diskussi quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-proċedura fl-ewwel istanza. Issa, l-argument invokat minn DK, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, huwa intiż li jikkontesta l-analiżi tal-Qorti Ġenerali dwar l-ewwel parti tal-ewwel motiv tar-rikors imqajjem quddiemha. Fil-kuntest ta’ din l-analiżi, din, fil-punti 38 sa 41 tas-sentenza appellata, enfasizzat il-fatt li n-nuqqasijiet imwettqa mill-uffiċjali tal-Unjoni kellhom jiġu ttrattati b’mod differenti skont il-portata tad-dannu kkawżat, filwaqt li kkunsidrat li l-fatt li dan id-dannu diġà ta lok, totalment jew parzjalment, għal kumpens, huwa irrilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-gravità tan-nuqqas imwettaq, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni. B’dan il-mod, dan l-argument huwa intiż sabiex jikkontesta b’mod iddettaljat l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali tal-imsemmija dispożizzjoni, f’dawn il-punti tas-sentenza appellata, u ma jikkostitwixxix aggravju ġdid li l-produzzjoni tiegħu fl-istadju tal-appell hija pprojbita (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>PKK u KNK vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑229/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:32">EU:C:2007:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HK vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑460/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1119">EU:C:2019:1119</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mis-SEAE għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel parti tal-aggravju uniku tal-appell, ibbażata fuq ksur tal-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, moqri flimkien mal-Artikolu 25 ta’ dan l-anness tar-Regolamenti tal-Persunal, DK isostni, essenzjalment, li dannu li ta lok għal kumpens totali ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-gravità tan-nuqqas dixxiplinari mwettaq, għar-raġuni li, skont din id-dispożizzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra hija marbuta bil-konstatazzjonijiet ta’ fatt magħmula mill-qrati kriminali nazzjonali kif ukoll mill-prinċipju li jgħid li dannu li ta lok għal kumpens totali jitqies li qatt ma eżista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, is-sanzjoni dixxiplinari imposta għandha tkun fi proporzjon mal-gravità tan-nuqqas imwettaq. It-tieni sentenza tal-Artikolu 10 ta’ dan l-anness tippreċiża, b’mod mhux eżawrjenti, fil-punti (a) sa (i) tagħha, ċertu numru ta’ elementi li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> meħuda inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-gravità tan-nuqqas imwettaq u sabiex tiġi deċiża s-sanzjoni dixxiplinari li għandha tiġi imposta. Fost dawn l-elementi hemm, skont il-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tal-imsemmi anness, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>sa liema punt il-kondotta ħażina affettwat ħażin l-integrità, ir-reputazzjoni jew l-interessi ta’ l-istituzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, meta l-uffiċjal ikkonċernat ikun is-suġġett ta’ proċeduri kriminali għall-istess fatti bħal dawk li għalihom huwa s-suġġett ta’ proċeduri dixxiplinari, is-sitwazzjoni tiegħu tiġi definittivament deċiża biss wara li d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kriminali nazzjonali adita tkun saret definittiva. Din id-dispożizzjoni tirrispondi, minn naħa, għax-xewqa li ma tiġix affettwata l-pożizzjoni tal-uffiċjal inkwistjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali li jinbdew kontrih minħabba fatti li barra minn hekk huma s-suġġett ta’ proċedura dixxiplinari fi ħdan l-istituzzjoni tiegħu u tippermetti, min-naħa l-oħra, li jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ din il-proċedura dixxiplinari, konstatazzjonijiet ta’ fatt magħmula mill-qorti kriminali nazzjonali meta d-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar tkun saret definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-imsemmija dispożizzjoni ma tippreċiżax jekk il-konstatazzjonijiet ta’ fatt magħmula mill-qorti kriminali nazzjonali jistgħux jorbtu lill-Awtorità tal-Ħatra fil-kuntest tal-imsemmija proċedura dixxiplinari. Fi kwalunkwe każ, il-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, bħall-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, tappartjeni biss lill-awtoritajiet tal-Unjoni kompetenti. Dawn l-awtoritajiet ma jistgħux ikunu marbuta b’eventwali klassifikazzjoni ta’ dawn il-fatti magħmula fil-kuntest tal-proċedura kriminali nazzjonali (ara b’analoġija, fir-rigward ta’ proċedura dixxiplinari rigward membru tal-Kummissjoni, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, peress li dan l-Artikolu 10 ma jagħmilx riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiddetermina s-sens u l-portata tiegħu, huwa għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament tal-uffiċjali fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal (ara b’analoġija, fir-rigward tal-Artikolu 85a tar-Regolamenti tal-Persunal, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Axa Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:692">EU:C:2015:692</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punti 8, 10 u 11 ta’ din is-sentenza jirriżulta li t-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża) u, fl-appell, il-cour d’appel de Bruxelles (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell) ikkundannaw lil DK sabiex<?PAGE NO="10"?> jikkumpensa, fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">38814</FT>, id-dannu morali li huwa kkawża lill-Unjoni, skont il-konstatazzjonijiet ta’ dawn il-qrati kriminali, permezz ta’ atti ta’ korruzzjoni fil-ġestjoni ta’ kuntratti pubbliċi mwettqa matul il-perijodu bejn is-sena 1999 u s-sena 2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, id-determinazzjoni, mill-imsemmija qrati kriminali, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali, tal-portata tad-dannu morali mġarrab mill-Unjoni u tal-kumpens li jirriżulta minnu, bl-ebda mod ma tippreġudika t-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmi dannu u tal-eventwali kumpens tiegħu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-gravità tan-nuqqas dixxiplinari mwettaq mill-persuna kkonċernata, peress li tali operazzjoni ma tikkostitwixxix kwistjoni ta’ fatt, iżda taqa’ taħt il-klassifikazzjoni legali tal-fatti li għandha ssir mill-Awtorità tal-Ħatra fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, mingħajr ma l-Awtorità tal-Ħatra hija marbuta, f’dan ir-rigward, minn eventwali klassifikazzjoni magħmula fil-kuntest tal-proċeduri kriminali fuq il-livell nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, xejn fil-kliem tal-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal ma jissuġġetta d-determinazzjoni tal-gravità tan-nuqqas imwettaq mill-uffiċjal ikkonċernat u tas-sanzjoni dixxiplinari li għandha tiġi imposta fuq dan tal-aħħar, fid-dawl tal-importanza tad-dannu kkawżat lill-integrità, lir-reputazzjoni jew lill-interessi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni minħabba n-nuqqas imwettaq, għall-kundizzjoni li dan id-dannu ma jkunx għadu ta lok għal kumpens. Fil-fatt, kif il-Qorti Ġenerali osservat ġustament fil-punt 39 tas-sentenza appellata, fil-kuntest tal-proċedura dixxiplinari tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, huwa irrilevanti li d-dannu seta’ ta lok, parzjalment jew totalment, għal kumpens billi l-iskop tal-Artikolu 10(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal ma huwiex li jingħata kumpens iżda li tiġi imposta piena. Fi kwalunkwe każ, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 40 u 41 ta’ din is-sentenza, mill-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal ma jistax jiġi dedott li l-prinċipju tad-dritt ċivili ta’ Stat Membru, li jgħid li dannu li ta lok għal kumpens totali huwa meqjus li qatt ma eżista, jista’ jiġi applikat <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> fil-kuntest ta’ proċedura dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-ewwel parti tal-aggravju uniku għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tal-aggravju uniku tal-appell, li għandha tiġi eżaminata fit-tieni lok, DK isostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta ddeċidiet, fil-punti 39 sa 41 tas-sentenza appellata, li huwa irrilevanti, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-gravità tan-nuqqas dixxiplinari mwettaq, li d-dannu kkawżat lill-Unjoni diġà ta lok, totalment jew parzjalment, għal kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm dan ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170307">7 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>RPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:174">EU:C:2017:174</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>CSUE/KF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:492">EU:C:2020:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-elementi li jiddistingwu sitwazzjonijiet differenti, kif ukoll in-natura eventwalment komparabbli tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti u evalwati fid-dawl tas-suġġett tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni u tal-għan segwit minnhom, bil-kundizzjoni li jittieħdu inkunsiderazzjoni, għal dan il-għan, il-prinċipji u l-għanijiet tal-qasam inkwistjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170307">7 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>RPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:174">EU:C:2017:174</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180906">6 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Piessevaux vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:680">EU:C:2018:680</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, DK isostni li uffiċjal li jkun ikkumpensa d-dannu kkawżat lill-Unjoni ma huwiex fl-istess sitwazzjoni bħal uffiċjal li ma pprovdiex tali kumpens, b’tali mod li, fil-fehma tiegħu, id-dannu kkawżat mill-ewwel wieħed minn dawn l-uffiċjali ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-punt 39 ta’ din is-sentenza tfakkar li dan l-Artikolu 10 jirregola d-determinazzjoni tas-sanzjoni dixxiplinari li għandha tiġi imposta u jipprovdi li din is-sanzjoni għandha tkun fi proporzjon mal-gravità tan-nuqqas imwettaq, b’mod partikolari fid-dawl tal-importanza tad-dannu kkawżat lill-Unjoni. Kif il-Qorti Ġenerali rrilevat, essenzjalment, fil-punt 37 tas-sentenza appellata, mill-kliem stess tal-imsemmi Artikolu 10 jirriżulta li l-miżura dixxiplinari li huwa jipprevedi għandha l-għan li tissanzjona aġir żbaljat. Skont l-Artikolu 86(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, tali aġir żbaljat jirriżulta minn kull nuqqas tal-uffiċjal ikkonċernat li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal. Għalhekk, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-Regolamenti tal-Persunal huma intiżi sabiex jiżguraw l-osservanza tar-regoli u tal-obbligi li għandhom jiggarantixxu l-funzjonament tajjeb ta’ istituzzjoni tal-Unjoni permezz tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, billi dehret bħala parti ċivili fil-kuntest tal-proċeduri kriminali mibdija kontra DK fil-Belġju, l-Unjoni fittxet li tikseb kumpens għad-dannu morali kkawżat lir-reputazzjoni tagħha. Issa, kif l-Avukat Ġenerali osserva, essenzjalment, fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għoti ta’ tali kumpens ma huwiex intiż sabiex jissanzjona l-aġir żbaljat tal-uffiċjal ikkonċernat, iżda sabiex jikseb kumpens ċivili tali li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti għal dan l-aġir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li s-suġġett u l-għan, minn naħa, tas-sanzjoni dixxiplinari imposta fuq DK u, min-naħa l-oħra, tal-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni invokat minnu huma differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Dan huwa iktar u iktar il-każ peress li, għalkemm l-Artikolu 86(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi bħala prinċipju li kull nuqqas ta’ uffiċjal mit-twettiq tal-obbligi tiegħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal jista’ jwassal għall-applikazzjoni ta’ sanzjoni dixxiplinari fil-konfront tal-persuna kkonċernata, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 ta’ dawn jipprevedi li dan l-uffiċjal jista’ jkun obbligat jikkumpensa, totalment jew parzjalment, id-dannu subit mill-Unjoni minħabba nuqqasijiet personali serji li huwa wettaq fl-eżerċizzju jew fl-okkażjoni tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, b’tali mod li l-applikazzjoni ta’ sanzjoni dixxiplinari u l-kumpens tad-dannu subit mill-Unjoni huma indipendenti wieħed mill-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li uffiċjal ikun ikkumpensa d-dannu morali li huwa kkawża lill-Unjoni ma huwiex tali li jqiegħdu f’sitwazzjoni differenti minn dik ta’ uffiċjal li ma wettaqx tali kumpens għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-gravità tan-nuqqas imwettaq minnu u tas-sanzjoni dixxiplinari li għandha tiġi imposta fuqu fid-dawl, b’mod partikolari, tal-importanza tad-dannu kkawżat lill-Unjoni, skont il-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma kisritx il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta ddeċidiet, fil-punti 39 sa 41 tas-sentenza appellata, li, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-gravità tan-nuqqas dixxiplinari mwettaq minn uffiċjal u tas-sanzjoni dixxiplinari li għandha tiġi imposta fuqu abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, huwa irrilevanti li d-dannu kkawżat lill-Unjoni jkun diġà ta lok, totalment jew parzjalment, għal kumpens.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet parti tal-aggravju uniku għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tat-tieni parti tal-aggravju uniku tal-appell, ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm l-Awtorità tal-Ħatra imponiet fuq DK sanzjoni pekunjarja, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punt 50 ta’ din is-sentenza, din la għandha bħala suġġett u lanqas bħala għan il-kumpens tad-dannu kkawżat lill-Unjoni, iżda li tissanzjona n-nuqqas dixxiplinari li DK wettaq billi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li jsostni dan tal-aħħar, l-applikazzjoni ta’ tali sanzjoni ma tistax titqies li twassal sabiex dan id-dannu jiġi kkumpensat darbtejn bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Minn dan isegwi li l-kwistjoni dwar jekk il-prinċipju msemmi fil-punt 26 ta’ din is-sentenza huwiex biss prinċipju tad-dritt ċivili Belġjan, inkella jikkostitwixxix, kif isostni r-rikorrent, prinċipju ġenerali tad-dritt komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri, li jipprojbixxi l-kumpens doppju tal-istess dannu, ma hijiex rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990909">9 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Lucaccioni vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑257/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:402">EU:C:1999:402</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), invokata minn DK insostenn tat-tielet parti tal-uniku aggravju tal-appell, sa fejn dik is-sentenza ma kinitx tikkonċerna, bħal f’dan il-każ, il-kumulu ta’ kumpens u ta’ sanzjoni dixxiplinari, iżda kienet tirrigwarda l-kumulu ta’ forom differenti ta’ kumpens għad-dannu kkawżat lil uffiċjal minħabba inċident jew mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet parti tal-aggravju uniku għandha wkoll tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm hu bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn l-istess regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li DK tilef fl-uniku aggravju tiegħu, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż, kif mitlub mis-SEAE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">DK huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>