|
21.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 223/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 45/2008
tal-25 ta’ April 2008
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2007 ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim, |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 tad-9 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward ta’ l-għalf minn pakketti fl-ewwel sena tagħhom ta’ konverżjoni għall-biedja organika (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu f’punt 54b (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 2092/91 tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II tal-Ftehim:
|
“— |
32007 R 0807: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2007 ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 181, 11.7.2007, p. 10), |
|
— |
32007 R 1319: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 tad-9 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 293, 10.11.2007, p. 3).” |
Artikolu 2
Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 807/2007 u (KE) Nru 1319/2007 fl-ilsien Iżlandiz u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 182, 10.7.2008, p. 7.
(2) ĠU L 181, 11.7.2007, p. 10.
(3) ĠU L 293, 10.11.2007, p. 3.
(*1) L-ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.