|
19.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 43/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/134/PESK
tat-18 ta’ Frar 2008
li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK tal-14 ta’ Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-14 ta’ Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK li tistabbilixxi Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) għal perijodu ta’ tlett snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta’ Jannar 2006. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Novembru 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/807/PESK (2) li tistabbilixxi l-baġit finali għall-EUPOL COPPS għas-sena 2007. |
|
(3) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2007 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/808/PESK, li tipprevedi li l-baġit għandu jkopri wkoll l-ispiża relatata mal-Missjoni mill-1 ta’ Jannar 2007 sad-29 ta’ Frar 2008. |
|
(4) |
Skond l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2007/808/PESK, il-baġit finali tal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandu jkun deċiż mill-Kunsill qabel id-29 ta’ Frar 2008, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-1 ta’ Marzu 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandu jkun ta’ EUR.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.
(2) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 76. Deciżjoni kif emendata b'Deciżjoni 2007/808/PESK (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 56)