|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/228 |
15.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/228
tat-12 ta’ Jannar 2024
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni: ChemVet dk A/S) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1876/2006
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 (li qabel kienet identifikata tassonomikament bħala Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R) kienet awtorizzata għal 4 snin f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin u għat-tiġieġ tal-bajd permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006 (3). Sussegwentement dik il-preparazzjoni iddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin u għat-tiġieġ tal-bajd. L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tad-19 ta’ Marzu 2020 (4), tal-5 ta’ Mejju 2021 (5) u tal-11 ta’ Mejju 2023 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 hija preżunta sikura għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin u għat-tiġieġ tal-bajd, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Fir-rigward tas-sikurezza għall-utent, l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar il-potenzjal tal-preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 li tkun irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn jew il-potenzjal ta’ sensitizzazzjoni dermali minħabba n-nuqqas ta’ data, iżda kkonkludiet li dak l-addittiv jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 hija effikaċi bħala addittiv żootekniku fit-tiġieġ għat-tismin u fid-dundjani għat-tismin b’konċentrazzjoni ta’ 8,5 × 108 CFU/kg għalf komplet. Hija ma kinitx tal-fehma li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2023, l-applikant impenja ruħu li jissottometti informazzjoni supplimentari bl-għan li juri l-effikaċja tal-Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 għat-tiġieġ tal-bajd. Barra minn hekk, permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Awwissu 2023, l-applikant aċċetta li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali” minflok “addittivi żootekniċi oħra”. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għall-użu fit-tiġieġ għat-tismin u fid-dundjani għat-tismin. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat għat-tiġieġ għat-tismin u għad-dundjani għat-tismin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Bħala konsegwenza tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u għad-dundjani għat-tismin, jenħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1876/2006. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali għat-tiġieġ għat-tismin u għad-dundjani għat-tismin, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1876/2006
It-test fil-kolonna “Speċi jew kategorija ta’ annimal” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1876/2006 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Tiġieġ għall-bajd”.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
1. Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dak il-preparazzjoni, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Frar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li jkun fihom il-preparazzjoni imsemmija fl-Anness, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta’ Frar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-4 ta’ Frar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 360, 19.12.2006, p. 126).
(4) EFSA Journal 2020;18(4):6083.
(5) EFSA Journal 2021;19(5):6627.
(6) EFSA Journal 2023;21(6):8049.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali |
|||||||||||||||||
|
4b1852 |
ChemVet dk A/S |
Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740 b’konċentrazzjoni minima ta’ 1 × 109 CFU/g ta’ addittiv. Forma solida. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Companilactobacillus farciminis CNCM I-3740. Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni:
Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf u fl-għalf kompost: metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787). |
Tiġieġ għat-tismin Dundjani għat-tismin |
— |
8,5 × 108 |
— |
|
l-4 ta’ Frar 2034 |
||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/228/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)