32002D0529



Official Journal L 172 , 02/07/2002 P. 0057 - 0060


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Ġunju 2002

li tikkonċerna l-kwestjonarju għar-rapporti mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE rigward il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ komponenti volatili organiċi minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet

(notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 2234)

(2002/529/KE)

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 [1], dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ komponenti volatili organiċi minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE jeħtieġ li rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva jkunu mħejjija fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew qafas kif abbozzat mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE [2],

(2) L-Istati Membri, li jimplementaw il-pjanijiet nazzjonali skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/13/KE diġa huma meħtieġa li jippreżentaw dawk il-pjanijiet lill-Kummissjoni,

(3) Il-kwestjonarju jew il-qafas għandhu jintbagħat lill-Istati Membri sitt xhur qabel il-bidu tal-perijodu kopert bir-rapport,

(4) L-ewwel rapport għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004 inklussivi,

(5) Il-Kumitat stabbilit bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE ma wassalx l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kwestjonarju fl-Anness huwa b’dan adottat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fis-27 ta’ Ġunju 2002.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 85, tad-29.3.1999, p. 1.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------