European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2004

26.7.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2004

tat-23 ta’ Lulju 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-elenkar tal-pesti u r-regoli dwar l-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 35(2), l-Artikolu 37(2) u (4), l-Artikolu 40(2), l-Artikolu 41(2), l-Artikolu 53(2), l-Artikolu 54(2), l-Artikolu 72(1), l-Artikolu 74(2), l-Artikolu 79(2) u l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, ta’ pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti u ta’ pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni (“RNQPs” – regulated non-quarantine pests). Jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, jew għall-moviment fih, ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, sabiex jiġi evitat id-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid ta’ dawk il-pesti fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Informazzjoni xjentifika u teknika aġġornata jew ġdida mill-valutazzjonijiet tar-riskju tal-pesti, mill-kategorizzazzjonijiet tar-riskju tal-pesti u mill-analiżijiet tar-riskju tal-pesti mwettqa mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (“OEPP”) u l-Istati Membri, hija disponibbli u sservi bħala bażi għall-elenkar ta’ pesti ġodda. B’riżultat ta’ dan, ir-rekwiżiti speċjali rispettivi għall-introduzzjoni u l-moviment fl-Unjoni tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra affettwati minn dawk il-pesti, flimkien mar-regoli rispettivi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk il-komoditajiet, hemm bżonn li jiġu aġġornati. Barra minn hekk, minħabba l-preżenza ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fuq kunsinni importati minn ċerti oriġini jenħtieġ li jiġu adottati rekwiżiti speċjali ġodda li jikkonċernaw ċerti mogħdijiet u pajjiżi terzi.

(3)

Barra minn hekk, tifqigħat fit-territorju tal-Unjoni ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, juru li huwa meħtieġ li jiġi rivedut l-istatus ta’ ċerti pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni skont jekk humiex magħrufa jew le li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni.

(4)

L-isem tal-pest Guignardia laricina (Sawada) W. Yamam & Kaz. Itô jenħtieġ li jiġi sostitwit minn Neofusicoccum laricinum (Sawada) Y. Hattori & C. Nakashima (3), sabiex jiġu riflessi l-aħħar żviluppi tan-nomenklatura internazzjonali identifikata mill-OEPP (4).

(5)

Il-pest Melampsora medusae f. sp. tremuloidis Shain ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 u tat-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031 fir-rigward tal-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku inaċċettabbli potenzjali tiegħu minħabba l-ispeċifiċità tal-ospitant tiegħu. Għalhekk, ma għadux jikkwalifika bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni u jenħtieġ li jitneħħa mil-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni stabbilita fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(6)

Fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, ċerti entrati li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni tal-gruppi Choristoneura spp. u Cicadomorpha, li huma magħrufa li huma vetturi tal-Xylella fastidiosa, tal-Margarodidae, tat-Tephritidae u tal-viruses tas-Citrus leprosis, għadhom ma jinkludux il-kodiċijiet assoċjati assenjati mill-OEPP. Peress li l-OEPP ħoloq dawk il-kodiċijiet wara l-aħħar emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, l-Anness II ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi dawk il-kodiċijiet.

(7)

Barra minn hekk, instab li l-pesti Neoceratitis asiatica (Becker), Neoceratitis cyanescens (Bezzi) u Neotephritis finalis (Loew) li jappartjenu għall-familja Tephritidae jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 3 u tat-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031, fir-rigward tal-elenkar tagħhom bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni (5). Għalhekk jenħtieġ li dawn jiġu inklużi fil-lista tal-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni stabbilita fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1265 (6) jistabbilixxi miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-virus Rose rosette. Stħarriġ annwali fl-Istati Membri kollha wera li l-virus u l-vettur tiegħu Phyllocoptes fructiphilus (Germar) mhumiex preżenti fit-territorju tal-Unjoni. Abbażi tal-analiżi dwar ir-riskju tal-pesti tal-OEPP (7), instab li l-pest u l-vettur tiegħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 u tat-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031 fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu inklużi fil-lista tal-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni mhux magħrufa li huma preżenti fit-territorju tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, ir-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni tal-pjanti Rosa L., għajr iż-żrieragħ, li joriġinaw mill-Kanada, mill-Indja jew mill-Istati Uniti u li huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1265, jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(9)

Ripersiella hibisci Kawai u Takagi, il-virus Sweet potato chlorotic stunt u l-virus Sweet potato mild mottle ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 u tat-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031 biex jiġu elenkati bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni. Dan minħabba li l-impatt ta’ dawk il-pesti fuq il-pjanti ospitanti, osservat mill-Istati Membri fit-tifqigħat li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni, mhuwiex sinifikanti. Għalhekk, il-kriterju tal-impatt ekonomiku, soċjali u/jew ambjentali inaċċettabbli fuq it-territorju tal-Unjoni ma għadux issodisfat. Konsegwentement, jenħtieġ li jitħassru r-rekwiżiti speċjali għall-pjanti għat-tħawwil, għajr il-pjanti inattivi, il-pjanti fil-kultura tat-tessut, iż-żrieragħ, il-basal, it-tuberi, il-basal tuberużi u r-riżomi, stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 għal Sweet potato chlorotic stunt virus u Sweet potato mild mottle virus.

(10)

Barra minn hekk, Draeculacephala minerva Ball [DRAEMI] u Draeculacephala sp. [1DRAEG] huma elenkati bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-entrata Draeculacephala minerva Ball [DRAEMI] jenħtieġ li titħassar, peress li hija speċi tal-ġeneru Draeculacephala [1DRAEG].

(11)

Il-virus Tobacco ringspot u l-virus Tomato ringspot huma preżenti f’diversi pjanti ornamentali fit-territorju tal-Unjoni, iżda jiġi osservat impatt limitat fit-tifqigħat li jseħħu. Għalhekk, il-miżuri ta’ eradikazzjoni fuq dawk l-ospitanti ornamentali mhumiex ġustifikabbli. Ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 u tat-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031 fir-rigward tal-kriterju tal-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku inaċċettabbli fuq it-territorju tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li jitħassru r-rekwiżiti speċjali għall-pjanti għat-tħawwil tal-Malus Mill. u tal-Pelargonium L’Herit. ex Ait., għajr iż-żrieragħ, u għall-pjanti għat-tħawwil tal-Prunus L. u tar-Rubus L. stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 għall-virus Tomato ringspot.

(12)

Abbażi ta’ metodoloġija żviluppata mill-OEPP (8), huwa xieraq li jiġi konkluż li l-virus Tobacco ringspot jissodisfa l-kriterji għall-RNQPs kif stabbilit fl-Artikolu 36 u fit-Taqsima 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal ċerti pjanti ospitanti. Għalhekk huwa ġġustifikat li dak il-pest jiġi inkluż fil-Partijiet H u J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, li jelenka l-RNQPs fir-rigward taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u tal-materjal tal-propagazzjoni tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott tal-Glycine max (L.) Merr. u Vaccinium L., rispettivament. Barra minn hekk, u sabiex tiġi evitata l-preżenza ta’ dak il-pest fuq iż-żrieragħ ta’ Glycine max (L.) Merr, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi fil-Parti G tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(13)

Abbażi ta’ metodoloġija żviluppata mill-OEPP8, huwa xieraq li jiġi konkluż li l-virus Tomato ringspot jissodisfa l-kriterji għall-RNQPs kif stabbilit fl-Artikolu 36 u fit-Taqsima 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal ċerti pjanti ospitanti. Għalhekk huwa ġġustifikat li dak il-pest jiġi inkluż fil-Parti J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, li jelenka l-RNQPs fir-rigward tal-materjal tal-propagazzjoni tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott tal-Malus Mill., Prunus L., Rubus L. u Vaccinium L.

(14)

Abbażi ta’ metodoloġija żviluppata mill-OEPP8, huwa xieraq li jiġi konkluż li Pucciniastrum minimum (Schweinitz) Arthur jissodisfa l-kriterji għall-RNQPs kif stabbilit fl-Artikolu 36 u fit-Taqsima 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal ċerti pjanti ospitanti. Għalhekk huwa ġġustifikat li dak il-pest jiġi inkluż fil-Parti J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, li jelenka l-RNQPs fir-rigward tal-materjal tal-propagazzjoni tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, tal-Vaccinium L. b’limitu ta’ tolleranza ta’ 0 %.

(15)

L-esperjenza tal-Istati Membri mal-Fig mosaic agent uriet in-nuqqas ta’ impatt ekonomiku sinifikanti tal-preżenza ta’ dak il-pest fuq il-pjanti tal-Ficus carica L. Konsegwentement, dak il-pest ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 36 u fit-Taqsima 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031 fir-rigward tal-impatt ekonomiku inaċċettabbli potenzjali tiegħu fuq l-użu maħsub tal-pjanti tal-Ficus caricaL. Għalhekk, jenħtieġ li jitneħħa mil-lista ta’ pesti tal-RNQP fil-Parti J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(16)

F’konformità mal-punt 16 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti għat-tħawwil tal-ispeċijiet li jifformaw il-bagħal jew it-tuberi tas-Solanum L. jew l-ibridi tagħhom, għajr it-tuberi tas-Solanum tuberosum L. kif speċifikat fil-punt 15 ta’ dak l-Anness, hija pprojbita. Dawk il-pjanti jinkludu wkoll iż-żrieragħ ta’ Solanum L. Madankollu, il-kodiċijiet NM elenkati fil-punt 16 ma jinkludux dik għaż-żrieragħ ta’ Solanum L. Għalhekk, u għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, il-kodiċi NM għal dawk iż-żrieragħ jenħtieġ li jiżdied f’dak il-punt. Għall-istess raġuni, l-entrata rilevanti tal-kodiċi NM għaż-żrieragħ tas-Solanum L. fil-Parti A tal-Anness XI ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li titħassar.

(17)

Ċerti partijiet tat-territorju tal-Portugall ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Gonipterus scutellatus Gyllenhal. F’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-Portugall talab li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju kollu tiegħu bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għalhekk, wara dik it-talba, jenħtieġ li t-territorju kollu tal-Portugall ma jibqax jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Gonipterus scutellatus Gyllenhal, u jenħtieġ li jitħassru l-entrati rilevanti fl-Annessi III u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(18)

Opinjoni xjentifika reċenti tal-Awtorità dwar il-probabbiltà tal-introduzzjoni tat-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) fit-territorju tal-Unjoni permezz tal-importazzjonijiet tal-ward maqtugħ (9) ikkonkludiet li l-fjuri maqtugħa ta’ Rosa L. jipprovdu mogħdija ta’ introduzzjoni għal dak il-pest, li huwa elenkat fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni mhux magħruf li jeżisti fit-territorju tal-Unjoni. Minħabba n-nuqqasijiet ta’ konformità kontinwi tal-kunsinni tal-fjura maqtugħa Rosa L. minħabba l-preżenza ta’ dak il-pest, stabbiliti bħala riżultat tal-kontrolli fil-fruntieri fit-territorju tal-Unjoni, huwa ġġustifikat li jiġu introdotti rekwiżiti speċjali fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 għall-introduzzjoni ta’ dawn il-pjanti fit-territorju tal-Unjoni.

(19)

Aleurocanthus spiniferus (Quaintance) huwa pest ta’ kwarantina polifagu fl-Unjoni, preżenti fit-territorju tal-Unjoni. Fl-Annessi VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jeżistu rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ speċijiet ta’ pjanti li jinstabu infestati b’dak il-pest. Stħarriġ ulterjuri għall-pest fit-territorju tal-Unjoni identifika infestazzjonijiet ta’ aktar speċijiet ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-ospitanti tinkludi dawk l-ispeċijiet.

(20)

Ir-rekwiżiti dwar l-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra, huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/697/UE (10) biex jipprevjenu l-istabbiliment u t-tixrid tal-Pomacea (Perry). Fid-dawl tas-sejbiet reċenti ta’ dan il-pest fl-ispezzjonijiet tal-kontroll fil-fruntieri, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu adattati biex jiżguraw li l-komoditajiet rispettivi jkunu ħielsa minn dak il-pest. Għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċarezza legali, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu inklużi fl-Annessi VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, filwaqt li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE għandha titħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2013 (11).

(21)

Fl-Annessi VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jeżistu rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti li jospitaw l-Agrilus planipennis Fairmaire. Barra minn hekk, dawk l-ispeċijiet tal-pjanti huma inklużi fil-listi ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra soġġetti għal ċertifikati fitosanitarji jew passaport tal-pjanta tal-Annessi XI u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, rispettivament. F’konformità mal-karta tal-istħarriġ dwar il-pesti tal-Awtorità (12), il-pjanti ta’ Juglans ailantifolia Carr., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc ma ġewx ikkonfermati bħala ospitanti potenzjali ta’ dak il-pest, filwaqt li l-ispeċijiet ta’ dawk il-ġeneri nstabu li ma kinux adattati għall-iżvilupp tal-larva fit-testijiet fuq il-post.

(22)

Konsegwentement, ir-referenzi rispettivi kollha għal dawk il-pjanti fl-Annessi VII, VIII, XI u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ li jitħassru.

(23)

Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/434 (13) jistabbilixxi dispożizzjonijiet għal derogi mill-istabbiliment ta’ żona demarkata meta l-preżenza ta’ dak il-pest tiġi kkonfermata uffiċjalment. Għalhekk, u għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċarezza legali, il-punti 26 sa 29 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ li jipprevedu l-eżenzjoni tal-pjanti soġġetti għal dawk id-derogi mir-rekwiżiti rispettivi.

(24)

Ċerti kodiċijiet NM, jew id-deskrizzjonijiet tagħhom, użati fl-Annessi VI, VII, X, XI u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, jenħtieġ li jiġu allinjati mal-kodiċijiet aġġornati tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (14).

(25)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jiġi emendat skont dan.

(26)

Ir-regoli dwar l-elenkar ta’ pesti ta’ kwarantina ġodda fl-Unjoni, li għalihom ma ġiet adottata l-ebda miżura skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031, ir-regoli dwar l-elenkar tal-RNQPs u l-miżuri rilevanti, u l-miżuri għall-pjanti għat-tħawwil fir-rigward tal-pest Pomacea (Perry) u Aleurocanthus spiniferus (Quaintance) jenħtieġ li japplikaw mis-26 ta’ Jannar 2025. Dak il-perjodu huwa meħtieġ biex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda.

(27)

Abbażi tal-kummenti li waslu mingħand pajjiżi terzi, wara konsultazzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) u mal-partijiet ikkonċernati rispettivi tal-Unjoni, il-miżuri għall-fjuri maqtugħa ta’ Rosa L. fir-rigward tal-pest Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) jenħtieġ li japplikaw mis-26 ta’ April 2025. Dak il-perjodu huwa meħtieġ biex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda.

(28)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1)(b)(vii) u (c)(iv), il-punt (3), il-punt (4), il-punti (6)(a), (e) u (h) u l-punti (7)(a) u (b) tal-Anness għandhom japplikaw mis-26 ta’ Jannar 2025.

Il-punt 6(i) tal-Anness għandu japplika mis-26 ta’ April 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).

(3)  EPPO (2024) Neofusicoccum laricinum. Skedi tad-data tal-OEPP dwar il-pesti rakkomandati għar-regolamentazzjoni. Disponibbli online. https://gd.eppo.int.

(4)  Ir-Rapport Annwali u Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill 2022. EPPO Bulletin. 2023;53:675–690; DOI: 10.1111/epp.12975.

(5)  Pest categorisation of non-EU Tephritidae. EFSA Journal 2020;18(1):5931, 62 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.5931.

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1265 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi miżuri kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-virus Rose Rosette fit-territorju tal-Unjoni (ĠU L 192, 21.7.2022, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1265/oj).

(7)  OEPP (2018), Pest risk analysis for Rose rosette virus and its vector Phyllocoptes fructiphilus. Disponibbli fuq https://gd.eppo.int/taxon/RRV000/documents.

(8)  A methodology for preparing a list of recommended regulated non-quarantine pests (RNQPs). EPPO Bulletin (2017) 47(3), p. 551-558. https://doi.org/10.1111/epp.12420.

(9)  Assessment of the probability of introduction of Thaumatotibia leucotreta into the European Union with import of cut roses. EFSA Journal, 21(10), p. 1–166. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8107.

(10)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/697/UE tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar miżuri li jipprevjenu d-dħul u t-tixrid fl-Unjoni tal-ġeneru Pomacea (Perry) (ĠU L 311, 10.11.2012, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/697/oj).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2013 tat-23 ta’ Lulju 2024 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni u għall-qerda tal-Pomacea (Perry) u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE (ĠU L, 2024/2013, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2013/oj).

(12)  EFSA (European Food Safety Authority), 2023. Pest survey card on Agrilus planipennis. EFSA supporting publication 2023:EN-8479. Disponibbli fuq: https://efsa.europa.eu/plants/planthealth/monitoring/surveillance/agrilus-planipennis.

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/434 tal-5 ta’ Frar 2024 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u tat-tixrid tal-Agrilus planipennis Fairmaire fit-territorju tal-Unjoni (ĠU L, 2024/434, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/434/oj).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2364 tas-26 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L, 2023/2364, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2364/oj).


ANNESS

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-parti A tal-Anness II hija emendata kif ġej:

(a)

it-tabella “2. Fungi u oomiċeti” hija emendata kif ġej:

(i)

il-punti 13 u 18 jitħassru;

(ii)

il-punt li ġej jiddaħħal bejn il-punti 21 u 22:

“21.1.

Neofusicoccum laricinum (Sawada) Y. Hattori & C. Nakashima [GUIGLA]”

(b)

it-tabella “3. Insetti u akari” hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt 22.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“22.5.

Choristoneura occidentalis biennis Freeman [CHONBI]”;

(ii)

il-punt 23 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“23.

Cicadomorpha, magħrufa li huma vetturi ta’ Xylella fastidiosa (Wells et al.):

23.1.

Acrogonia citrina Marucci [ACRGCI]

23.2.

Acrogonia virescens (Metcalf) [ACRGVI]

23.3.

Aphrophora angulata Ball [APHRAN]

23.4.

Aphrophora permutata Uhler [APHRPE]

23.5.

Bothrogonia ferruginea (Fabricius) [TETTFE]

23.6.

Bucephalogonia xanthophis (Berg) [BUCLXA]

23.7.

Clastoptera achatina Germar [CLASAC]

23.8.

Clastoptera brunnea Ball [CLASBR]

23.9.

Cuerna costalis (Fabricius) [CUERCO]

23.10.

Cuerna occidentalis Osman and Beamer [CUEROC]

23.11.

Cyphonia clavigera (Fabricius) [CYPACG]

23.12.

Dechacona missionum (Berg) [ONCMMI]

23.13.

Dilobopterus costalimai Young [DLBPCO]

23.14.

Draeculacephala sp. [DRAESP]

23.15.

Ferrariana trivittata (Signoret) [FRRATR]

23.16.

Fingeriana dubia Cavichioli [FINGDU]

23.17.

Friscanus friscanus (Ball) [FRISFR]

23.18.

Graphocephala atropunctata (Signoret) [GRCPAT]

23.19.

Graphocephala confluens (Uhler) [GRCPCF]

23.20.

Graphocephala versuta (Say) [GRCPVE]

23.21.

Helochara delta Oman [HELHDE]

23.22.

Homalodisca ignorata Melichar [HOMLIG]

23.23.

Homalodisca insolita Walker [HOMLIN]

23.24.

Homalodisca vitripennis (Germar) [HOMLTR]

23.25.

Lepyronia quadrangularis (Say) [LEPOQU]

23.26.

Macugonalia cavifrons (Stal) [MAGOCA]

23.27.

Macugonalia leucomelas (Walker) [MAGOLE]

23.28.

Molomea consolida Schroder [MOLMCO]

23.29.

Neokolla hieroglyphica (Say) [GRCPHI]

23.30.

Neokolla severini DeLong [NKOLSE]

23.31.

Oncometopia facialis Signoret [ONCMFA]

23.32.

Oncometopia nigricans Walker [ONCMNI]

23.33.

Oncometopia orbona (Fabricius) [ONCMUN]

23.34.

Oragua discoidula Osborn [ORAGDI]

23.35.

Pagaronia confusa Oman [PGARCO]

23.36.

Pagaronia furcata Oman [PGARFU]

23.37.

Pagaronia tredecimpunctata Ball [PGARTR]

23.38.

Pagaronia triunata Ball [PGARTN]

23.39.

Parathona gratiosa (Blanchard) [PTHOGR]

23.40.

Plesiommata corniculata Young [PLSOCO]

23.41.

Plesiommata mollicella (Fowler) [PLSOMO]

23.42.

Poophilus costalis (Walker) [POOPCO]

23.43.

Sibovia sagata (Signoret) [SIBOSA]

23.44.

Sonesimia grossa (Signoret) [SONEGR]

23.45.

Tapajosa rubromarginata (Signoret) [TAPARU]

23.46.

Xyphon flaviceps (Riley) [CARNFL]

23.47.

Xyphon fulgida (Nottingham) [CARNFU]

23.48.

Xyphon triguttata (Nottingham) [CARNTR]”

(iii)

il-punt 44.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“44.1.

Dimargarodes meridionalis Morrison [MARGME]”;

(iv)

il-punt 44.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“44.4.

Eurhizococcus colombianus Jakubski [EURHCO]”;

(v)

il-punt li ġej jiddaħħal bejn il-punti 52 u 53:

“52.1

Phyllocoptes fructiphilus (Germar) [PHYCFR]”

(vi)

il-punt 67 jitħassar;

(vii)

il-punt 77 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“77.

Tephritidae:

77.1.

Acidiella kagoshimensis (Miyake) [ACIEKA]

77.2.

Acidoxantha bombacis de Meijere [ACIXBO]

77.3.

Acroceratitis distincta (Zia) [ACRSDI]

77.4.

Adrama spp. [1ADRAG]

77.5.

Anastrepha spp. [1ANSTG]

77.6.

Anastrepha ludens (Loew) [ANSTLU]

77.7.

Asimoneura pantomelas (Bezzi) [ASIMPA]

77.8.

Austrotephritis protrusa (Hardy & Drew) [AUSHPR]

77.9.

Bactrocera spp. [1BCTRG], except Bactrocera oleae (Gmelin) [DACUOL]

77.10.

Bactrocera dorsalis (Hendel) [DACUDO]

77.11.

Bactrocera latifrons (Hendel) [DACULA]

77.12.

Bactrocera zonata (Saunders) [DACUZO]

77.13.

Bistrispinaria fortis (Speiser) [BISRFO]

77.14.

Bistrispinaria magniceps (Bezzi) [BISRMA]

77.15.

Callistomyia flavilabris Hering [CLMYFL]

77.16.

Campiglossa albiceps (Loew) [CAMGAL]

77.17.

Campiglossa californica (Novak) [CAMGCA]

77.18.

Campiglossa duplex (Becker) [CAMGDU]

77.19.

Campiglossa reticulata (Becker) [CAMGRE]

77.20.

Campiglossa snowi (Hering) [CAMGSN]

77.21.

Carpomya incompleta (Becker) [CARYIN]

77.22.

Carpomya pardalina (Bigot) [CARYPA]

77.23.

Ceratitis spp. [1CERTG], except Ceratitis capitata (Wiedemann) [CERTCA]

77.24.

Craspedoxantha marginalis (Wiedemann) [CRSXMA]

77.25.

Dacus spp. [1DACUG]

77.26.

Dioxyna chilensis (Macquart) [DIOXCH]

77.27.

Dirioxa pornia (Walker) [TRYEMU]

77.28.

Euleia separata (Becker) [EULISE]

77.29.

Euphranta camelliae (Ito) [EPHNCA]

77.30.

Euphranta canadensis (Loew) [EPOCCA]

77.31.

Euphranta cassiae (Munro) [RHACCA]

77.32.

Euphranta japonica (Ito) [RHACJA]

77.33.

Euphranta oshimensis (Shiraki) [EPHNOS]

77.34.

Eurosta solidaginis (Fitch) [EUOSSO]

77.35.

Eutreta spp. [1EUTTG]

77.36.

Gastrozona nigrifemur David & Hancock [GASZNI]

77.37.

Goedenia stenoparia (Steyskal) [GOEDST]

77.38.

Gymnocarena spp. [GYMRSP]

77.39.

Insizwa oblita (Munro) [INZWOB]

77.40.

Marriottella exquisita Munro [MARREX]

77.41.

Monacrostichus citricola Bezzi [MNAHCI]

77.42.

Neaspilota alba (Loew) [NEAIAL]

77.43.

Neaspilota reticulata Norrbom & Foote [NEAIRE]

77.44.

Neoceratitis asiatica (Becker) [NCERAS]

77.45.

Neoceratitis cyanescens (Bezzi) [CERTCY]

77.46.

Neotephritis finalis (Loew) [NTPRFI]

77.47.

Paracantha trinotata (Foote) [PCANTR]

77.48.

Parastenopa limata (Coquillett) [PSTELI]

77.49.

Paratephritis fukaii Shiraki [PTEPFU]

77.50.

Paratephritis takeuchii Ito [PTEPTA]

77.51.

Paraterellia varipennis (Coquillett) [PTLLVA]

77.52.

Philophylla fossata (Fabricius) [PHIPFO]

77.53.

Procecidochares spp. [1PROIG]

77.54.

Ptilona confinis (Walker) [PTIOCO]

77.55.

Ptilona persimilis Hendel [PTIOPE]

77.56.

Rhagoletis spp. [1RHAGG], except Rhagoletis alternata (Fallén) [RHAGAL], Rhagoletis batava Hering [RHAGBA], Rhagoletis berberidis Jermy [RHAGBE], Rhagoletis cerasi L. [RHAGCE], Rhagoletis cingulata (Loew) [RHAGCI], Rhagoletis completa Cresson [RHAGCO], Rhagoletis meigenii (Loew) [CERTME], Rhagoletis suavis (Loew) [RHAGSU], Rhagoletis zernyi Hendel [RHAGZR]

77.57.

Rhagoletis pomonella (Walsh) [RHAGPO]

77.58.

Rioxoptilona dunlopi (Wulp) [ACNVDU]

77.59.

Sphaeniscus binoculatus (Bezzi) [SFANBI]

77.60.

Sphenella nigricornis Bezzi [SFENNI]

77.61.

Strauzia spp. [1STRAG], except Strauzia longipennis (Wiedemann) [STRALO]

77.62.

Taomyia marshalli Bezzi [TAOMMA]

77.63.

Tephritis leavittensis Blanc [TEPRLE]

77.64.

Tephritis luteipes Merz [TEPRLU]

77.65.

Tephritis ovatipennis Foote [TEPROV]

77.66.

Tephritis pura (Loew) [TEPRPU]

77.67.

Toxotrypana curvicauda Gerstaecker [TOXTCU]

77.68.

Toxotrypana recurcauda Tigrero [ANSTRE]

77.69.

Trupanea bisetosa (Coquillett) [TRUPBI]

77.70.

Trupanea femoralis (Thomson) [TRUPFE]

77.71.

Trupanea wheeleri (Curran) [TRUPWH]

77.72.

Trypanocentra nigrithorax Malloch [TRYNNI]

77.73.

Trypeta flaveola Coquillett [TRYEFL]

77.74.

Urophora christophi Loew [URORCH]

77.75.

Xanthaciura insecta (Loew) [XANRIN]

77.76.

Zacerata asparagi Coquillett [ZACEAS]

77.77.

Zeugodacus spp. [1ZEUDG]

77.78.

Zonosemata electa (Say) [ZONOEL]”

(c)

it-tabella “6. Viruses, virojdi u fitoplażmi” hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

Citrus leprosis viruses:

6.1.

Citrus leprosis virus C [CILVC0]

6.2.

Citrus leprosis virus C2 [CILVC2]

6.3.

Hibiscus green spot virus 2 [HGSV20]

6.4.

Ir-razza taċ-ċitru tal-Orchid fleck virus [OFV00] (ir-razza taċ-ċitru)

6.5.

Citrus leprosis virus N sensu novo [CILVNO]

6.6.

Citrus chlorotic spot virus [CICSV0]”

(ii)

il-punt li ġej jiddaħħal bejn il-punti 12 u 13:

“12.1

Rose rosette virus [RRV000]”

(iii)

il-punti 15 u 16 jitħassru;

(iv)

il-punti 17 u 21 jitħassru;

(2)

fl-Anness III, fit-tabella, fit-taqsima (c) “Insetti u akari”, fil-punt 6, fit-tielet kolonna “Żoni protetti”, jitħassar il-punt (b);

(3)

l-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti H, tiżdied it-tabella li ġejja:

“Viruses, virojdi, mard simili għal viruses u fitoplażmi

Pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni jew is-sintomi kkawżati minnhom

Pjanti għat-tħawwil (ġeneru jew speċi)

Limiti għaż-żerriegħa prebażika

Limiti għaż-żerriegħa bażika

Limiti għaż-żerriegħa ċċertifikata

Tobacco ringspot virus [TRSV00]

Glycine max (L.) Merr.

0 %

0 %

0 %”

(b)

il-parti J hija emendata kif ġej:

(i)

fit-tabella “Fungi u oomiċeti”, ir-ringiela li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati dwar “Podosphaera mors-uvae (Schweinitz) Braun & Takamatsu [SPHRMU]” u “Rhizoctonia fragariae Hussain & W.E.McKeen [RHIZFR]”:

“Pucciniastrum minimum (Schweinitz) Arthur [THEKMI]

Vaccinium L., għajr it-trab tad-dakra u ż-żrieragħ

0 %”

(ii)

it-tabella “Viruses, virojdi, mard simili għal viruses u fitoplażmi” hija emendata kif ġej:

(1)

titħassar l-entrata “Aġent tal-mużajk tat-tin [FGM000]”;

(2)

ir-ringiela li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati dwar “Strawberry vein banding virus [SVBV00]” u “Tomato black ring virus [TBRV00]”:

“Tobacco ringspot virus [TRSV00]

Pjanti għat-tħawwil għajr it-trab tad-dakra u ż-żrieragħ

Vaccinium L.

0 %”

(3)

tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Tomato ringspot virus [TORSV0]

Pjanti għat-tħawwil għajr it-trab tad-dakra u ż-żrieragħ

Malus Mill.; Prunus L. u Vaccinium L.

Pjanti għat-tħawwil għajr it-trab tad-dakra

Rubus L.

0 %”

(4)

fil-Parti G tal-Anness V, fil-punt “3. Miżuri addizzjonali għaż-żrieragħ tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra” jiddaħħal il-punt li ġej bejn il-punti 4 u 5:

“(4.1)

Miżuri għaż-żrieragħ tal-Glycine max (L.) Merr. biex tiġi evitata l-preżenza tat-Tobacco ringspot virus:

(a)

iż-żrieragħ tal-Glycine max (L.) Merr. ikunu joriġinaw minn żoni magħrufa li huma ħielsa mit-Tobacco ringspot virus,

jew

(b)

is-sit tal-produzzjoni jkun ġie soġġett għal mill-anqas żewġ spezzjonijiet fuq il-post matul l-istaġun tat-tkabbir fi żminijiet xierqa biex jiġu identifikati sintomi ta’ infezzjoni mit-Tobacco ringspot virus, u l-pjanti sintomatiċi kollha jkunu tneħħew u nqerdu immedjatament wara l-ispezzjoni u fl-aħħar spezzjoni ma tkun instabet l-ebda pjanta li turi sintomi tat-Tobacco ringspot virus”;

(5)

fl-Anness VI, fil-punt 16, fil-kolonna “Kodiċi NM”, tiżdied “ex 1209 91 80 ”;

(6)

l-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt li ġej jiddaħħal bejn il-punti 4.2 u 5:

“4.3

Pjanti għat-tħawwil li jitkabbru fl-ilma ħelu jew f’ħamrija li hija saturata b’mod permanenti bl-ilma ħelu, għajr iż-żrieragħ

ex 0602 20 20

ex 0602 20 80

ex 0602 30 00

ex 0602 40 00

ex 0602 90 20

ex 0602 90 30

ex 0602 90 41

ex 0602 90 45

ex 0602 90 46

ex 0602 90 47

ex 0602 90 48

ex 0602 90 50

ex 0602 90 70

ex 0602 90 91

ex 0602 90 99

Pajjiżi terzi

Dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti:

(a)

ikunu joriġinaw minn pajjiż li jkun rikonoxxut bħala ħieles mill-Pomacea (Perry), f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti,

jew

(b)

ikunu joriġinaw minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mill-Pomacea (Perry), f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, li tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’,

jew

(c)

ikunu ġew spezzjonati immedjatament qabel l-esportazzjoni u nstabu ħielsa mill-Pomacea (Perry).”

(b)

fil-punt 7, fil-kolonna “Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn”, it-tieni sentenza, l-inċiżi “Sweet potato chlorotic stunt virus” u “Sweet potato mild mottle virus” jitħassru;

(c)

il-punt 27 jitħassar;

(d)

il-punti li ġejjin jiddaħħlu bejn il-punti 27 u 28:

“27.1

Pjanti għat-tħawwil ta’ Rosa L.,

għajr it-trab tad-dakra, iż-żrieragħ u l-pjanti fil-kultura tat-tessut

ex 0602 40 00

Il-Kanada, l-Indja u l-Istati Uniti

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

l-pjanti jkunu joriġinaw minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mir-Rose rosette virus u mill-vettur tiegħu Phyllocoptes fructiphilus (Germar), f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, li tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’,

jew

(b)

il-pjanti:

(i)

ikunu joriġinaw minn post tal-produzzjoni fejn ma jkun ġie osservat la ebda sintomu tar-Rose rosette virus u tal-vettur tiegħu Phyllocoptes fructiphilus (Germar), u lanqas il-preżenza tal-vettur, matul l-ispezzjonijiet uffiċjali mill-bidu tal-aħħar staġun tat-tkabbir,

u

(ii)

qabel l-esportazzjoni, ikunu ttieħdu l-kampjuni tagħhom u jkunu ġew ittestjati għar-Rose rosette virus u nstabu ħielsa minn dak il-pest f’dawk it-testijiet

u

(iii)

ikunu tqandlu, ġew ippakkjati u ttrasportati b’mod li jipprevjeni l-infestazzjoni mill-vettur Phyllocoptes fructiphilus (Germar).

27.2

Pjanti fil-kultura tat-tessut ta’ Rosa L.

ex 0602 40 00

Il-Kanada, l-Indja u l-Istati Uniti

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

l-pjanti jkunu joriġinaw minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mir-Rose rosette virus u mill-vettur tiegħu Phyllocoptes fructiphilus (Germar), f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, li tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’,

jew

(b)

il-pjanti:

(i)

ikunu ġew prodotti minn pjanti omm ittestjati u jkunu nstabu ħielsa mir-Rose rosette virus,

u

(ii)

ikunu tqandlu b’mod li jipprevjeni l-infestazzjoni mill-vettur Phyllocoptes fructiphilus (Germar).

27.3

Fjuri maqtugħin ta’ Rosa L.

ex 0603 11 00

Il-Kanada, l-Indja u l-Istati Uniti

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

il-fjuri maqtugħin jkunu joriġinaw minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mir-Rose rosette virus u mill-vettur tiegħu Phyllocoptes fructiphilus (Germar), f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, li tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’,

jew

(b)

il-fjuri maqtugħin:

(i)

ikunu joriġinaw minn post tal-produzzjoni fejn ma jkun ġie osservat la ebda sintomu tar-Rose rosette virus u tal-vettur tiegħu Phyllocoptes fructiphilus (Germar), u lanqas il-preżenza tal-vettur, matul l-ispezzjonijiet uffiċjali mill-bidu tal-aħħar staġun tat-tkabbir,

u

(ii)

qabel l-esportazzjoni, ikunu ġew spezzjonati u, fil-każ ta’ sintomi tar-Rose rosette virus, ikun ittieħed kampjun minnhom u jkunu ġew ttestjati u nstabu ħielsa mir-Rose rosette virus

u

(iii)

ikunu tqandlu, ġew ippakkjati u ttrasportati b’mod li jipprevjeni l-infestazzjoni mill-vettur Phyllocoptes fructiphilus (Germar).”

(e)

fil-punt 30.1, fil-kolonna “Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn”, it-test huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Pjanti għat-tħawwil ta’ Ceratonia siliqua L., Cercis siliquastrum L., Clematis vitalba L., Cotoneaster Medik., Crataegus L., Cydonia oblonga L., Diospyros kaki L., Eriobotrya japonica (Thunb.) Lindl., Ficus carica L., Hedera L., Magnolia L., Malus Mill., Melia L., Mespilus germanica L., Myrtus communis L., Parthenocissus Planch., Photinia Lindley., Prunus L., Psidium guajava L., Punica granatum L., Pyracantha M. Roem., Pyrus L., Rosa L. u Wisteria Nutt., għajr iż-żrieragħ, it-trab tad-dakra u l-pjanti fil-kultura tat-tessut”;

(f)

il-punt 36 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“36.

Pjanti ta’ Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L., għajr il-frott, it-trab tad-dakra, iż-żrieragħ u l-pjanti fil-kultura tat-tessut

ex 0602 10 90

ex 0602 90 41

ex 0602 90 45

ex 0602 90 46

ex 0602 90 48

ex 0602 90 50

ex 0602 90 70

ex 0602 90 99

ex 0604 20 90

Il-Belarussja, il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti

Dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti joriġinaw minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 4(*), u li jinsabu f’distanza minima ta’ 100 km mill-eqreb żona magħrufa, fejn il-preżenza tal-Agrilus planipennis Fairmaire ġiet ikkonfermata uffiċjalment.

Iż-żona ħielsa mill-pesti tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’, dment li dan l-istatus ta’ ħelsien ikun ġie kkomunikat minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż ta’ oriġini.”

(g)

il-punt 40 jitħassar;

(h)

il-punti 46, 47 u 48 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“46.

Pjanti għat-tħawwil tal-Malus Mill., għajr iż-żrieragħ

ex 0602 10 90

ex 0602 20 20

ex 0602 20 80

ex 0602 90 45

ex 0602 90 46

ex 0602 90 48

ex 0602 90 70

ex 0602 90 91

ex 0602 90 99

Pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li jseħħ iċ-Cherry rasp leaf virus

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

il-pjanti jkunu ġew:

(i)

iċċertifikati uffiċjalment skont skema ta’ ċertifikazzjoni li tirrikjedi li dawn ikunu derivati f’linja diretta minn materjal li jkun inżamm f’kundizzjonijiet xierqa u li jkun ġie soġġett għal ittestjar uffiċjali għal mill-anqas iċ-Cherry rasp leaf virus bl-użu ta’ indikaturi xierqa jew metodi ekwivalenti u jkun instab ħieles, f’dawn it-testijiet, minn dan il-pest,

jew

(ii)

ikunu derivati f’linja diretta minn materjal li jkun inżamm f’kundizzjonijiet xierqa u li jkun ġie soġġett, fl-aħħar tliet ċikli sħaħ tal-veġetazzjoni, mill-anqas darba, għal ittestjar uffiċjali għal mill-anqas iċ-Cherry rasp leaf virus bl-użu ta’ indikaturi xierqa jew metodi ekwivalenti u jkun instab ħieles, f’dawn it-testijiet, minn dan il-pest;

(b)

ma jkun ġie osservat l-ebda sintomu kkawżat miċ-Cherry rasp leaf virus fuq il-pjanti fil-post tal-produzzjoni, jew fuq pjanti suxxettibbli fil-viċinanza immedjata tiegħu, mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tal-veġetazzjoni.

47.

Pjanti għat-tħawwil tal-Prunus L., għajr iż-żrieragħ

ex 0602 10 90

ex 0602 20 20

ex 0602 20 80

ex 0602 90 41

ex 0602 90 45

ex 0602 90 46

ex 0602 90 48

ex 0602 90 70

ex 0602 90 91

ex 0602 90 99

Pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li jseħħu l-American plum line pattern virus, iċ-Cherry rasp leaf virus, il-Peach mosaic virus, il-Peach rosette mosaic virus

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

il-pjanti jkunu ġew:

(i)

iċċertifikati uffiċjalment skont skema ta’ ċertifikazzjoni li tirrikjedi li dawn ikunu derivati f’linja diretta minn materjal li jkun inżamm f’kundizzjonijiet xierqa u li jkun ġie soġġett għal ittestjar uffiċjali għal mill-anqas il-pesti ta’ kwarantina rilevanti fl-Unjoni bl-użu ta’ indikaturi xierqa għall-preżenza ta’ dawk il-pesti jew metodi ekwivalenti u jkun instab ħieles, f’dawn it-testijiet, minn dawk il-pesti,

jew

(ii)

i kunu derivati f’linja diretta minn materjal li jinżamm f’kundizzjonijiet xierqa u jkun ġie soġġett, fl-aħħar tliet ċikli sħaħ tal-veġetazzjoni, mill-anqas darba, għal ittestjar uffiċjali għal mill-anqas il-pesti ta’ kwarantina rilevanti fl-Unjoni, bl-użu ta’ indikaturi xierqa għall-preżenza ta’ dawk il-pesti jew metodi ekwivalenti u jkun instab ħieles, f’dawn it-testijiet, minn dawk il-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni;

(b)

ma jkun ġie osservat l-ebda sintomu ta’ mard ikkawżat mill-pesti ta’ kwarantina rilevanti fl-Unjoni fuq il-pjanti fil-post tal-produzzjoni jew fuq pjanti suxxettibbli fil-viċinanza immedjata tiegħu, mill-bidu tal-aħħar tliet ċikli sħaħ tal-veġetazzjoni.

48.

Pjanti għat-tħawwil tar-Rubus L.

ex 0602 10 90

ex 0602 20 20

ex 0602 20 80

ex 0602 90 45

ex 0602 90 46

ex 0602 90 47

ex 0602 90 48

ex 1209 99 91

ex 1209 99 99

Pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li jseħħ il-Black raspberry latent virus

Dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti huma ħielsa mill-afidi, inkluż il-bajd tagħhom,

u

(i)

li l-pjanti jkunu ġew:

—

iċċertifikati uffiċjalment skont skema ta’ ċertifikazzjoni li tirrikjedi li dawn ikunu derivati f’linja diretta minn materjal li jkun inżamm f’kundizzjonijiet xierqa u li jkun ġie soġġett għal ittestjar uffiċjali għal mill-anqas il-Black raspberry latent virus, bl-użu ta’ indikaturi xierqa għall-preżenza tal-Black raspberry latent virus jew metodi ekwivalenti u jkun instab ħieles, f’dawn it-testijiet, mill-Black raspberry latent virus,

jew

—

ikunu derivati f’linja diretta minn materjal li jinżamm f’kundizzjonijiet xierqa u li jkun ġie soġġett, fl-aħħar tliet ċikli sħaħ tal-veġetazzjoni, mill-anqas darba, għal ittestjar uffiċjali għal mill-anqas il-Black raspberry latent virus, bl-użu ta’ indikaturi xierqa għall-preżenza tal-Black raspberry latent virus jew metodi ekwivalenti u jkun instab ħieles, f’dawn it-testijiet, mill-Black raspberry latent virus;

(ii)

ma jkun ġie osservat l-ebda sintomu ta’ mard ikkawżat mill-Black raspberry latent virus fuq il-pjanti fil-post tal-produzzjoni, jew fuq pjanti suxxettibbli fil-viċinanza immedjata tiegħu, mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tal-veġetazzjoni.

48.1

Pjanti għat-tħawwil tar-Rubus L., għajr iż-żrieragħ

ex 0602 10 90

ex 0602 20 20

ex 0602 20 80

ex 0602 90 45

ex 0602 90 46

ex 0602 90 47

ex 0602 90 48

Pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li jseħħu r-Raspberry leaf curl virus, iċ-Cherry rasp leaf virus

Dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti huma ħielsa mill-afidi, inkluż il-bajd tagħhom,

u

(i)

li l-pjanti jkunu ġew:

—

iċċertifikati uffiċjalment skont skema ta’ ċertifikazzjoni li tirrikjedi li dawn ikunu derivati f’linja diretta minn materjal li jkun inżamm f’kundizzjonijiet xierqa u li jkun ġie soġġett għal ittestjar uffiċjali għal mill-anqas il-pesti ta’ kwarantina rilevanti fl-Unjoni, bl-użu ta’ indikaturi xierqa għall-preżenza ta’ dawk il-pesti jew metodi ekwivalenti u jkun instab ħieles, f’dawn it-testijiet, minn dawk il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni,

jew

—

ikunu derivati f’linja diretta minn materjal li jinżamm f’kundizzjonijiet xierqa u li jkun ġie soġġett, fl-aħħar tliet ċikli sħaħ tal-veġetazzjoni, mill-anqas darba, għal ittestjar uffiċjali għal mill-anqas il-pesti ta’ kwarantina rilevanti fl-Unjoni, bl-użu ta’ indikaturi xierqa għall-preżenza ta’ dawk il-pesti jew metodi ekwivalenti u jkun instab ħieles, f’dawn it-testijiet, minn dawk il-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni;

(ii)

ma jkun ġie osservat l-ebda sintomu ta’ mard ikkawżat mill-pesti ta’ kwarantina rilevanti fl-Unjoni fuq il-pjanti fil-post tal-produzzjoni, jew fuq pjanti suxxettibbli fil-viċinanza immedjata tiegħu, mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tal-veġetazzjoni.”

(i)

il-punt 62 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“62.

Citrus L., għajr Citrus aurantiifolia (Christm.) SwingleCitrus limon (L.) Fjuri maqtugħin tar-Rosa L. u frott tal-Capsicum (L.), Osbeck u Citrus sinensis Pers., Prunus persica (L.) Batsch u Punica granatum L.

0603 11 00

0709 60 10

0709 60 91

0709 60 95

0709 60 99

ex 0805 10 80

0805 21 10

0805 21 90

0805 22 00

0805 29 00

0805 40 00

ex 0805 90 00

0809 30 20

0809 30 30

0809 30 80

ex 0810 90 75

Pajjiżi tal-kontinent Afrikan, Cabo Verde, Saint Helena, Madagascar, Réunion, Mauritius u Iżrael

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

il-fjuri maqtugħin u l-frott joriġinaw minn pajjiż rikonoxxut bħala ħieles mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, dment li dan l-istatus ta’ ħelsien ikun ġie kkomunikat minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini,

jew

(b)

il-fjuri maqtugħin u l-frott joriġinaw minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick), f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 4(*). Iż-żona ħielsa mill-pesti tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’, dment li dan l-istatus ta’ ħelsien ikun ġie kkomunikat minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż ta’ oriġini,

jew

(c)

il-fjuri maqtugħin u l-frott:

(i)

ikunu joriġinaw minn post tal-produzzjoni stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħieles mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 10(* *), u li huwa inkluż fil-lista tal-kodiċijiet tal-postijiet tal-produzzjoni li l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini tkun ikkomunikat minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni,

u

(ii)

li jkunu ġew soġġetti għal spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fil-post tal-produzzjoni fi żminijiet xierqa matul l-istaġun tat-tkabbir u qabel l-esportazzjoni, inkluż eżami viżwali b’intensità li tippermetti mill-anqas id-detezzjoni ta’ livell ta’ 2 % ta’ infestazzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 % f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 31(***) u inkluż kampjunar distruttiv għall-frott f’każ ta’ sintomi, u li jkunu nstabu ħielsa mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick),

u

(iii)

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jindika l-kodiċijiet tal-post tal-produzzjoni,

jew

(d)

il-fjuri maqtugħin u l-frott:

(i)

ikunu ġew prodotti f’sit tal-produzzjoni approvat, li jkun inkluż fil-lista tal-kodiċijiet tas-sit tal-produzzjoni li tkun ġiet ikkomunikata minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini,

u

(ii)

ikunu ġew soġġetti għal approċċ sistemiku effettiv biex jiġi żgurat li huma ħielsa mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick), f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 14(****), jew għal trattament awtonomu effettiv ta’ wara l-ħsad biex jiġi żgurat li huma ħielsa mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick), dment li l-approċċ sistemiku rispettiv użat jew it-trattament ta’ wara l-ħsad, flimkien ma’ evidenza dokumentarja tal-effettività tiegħu, ikunu ġew ikkomunikati minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini u li t-trattament ta’ wara l-ħsad ikun ġie vvalutat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

u

(iii)

qabel l-esportazzjoni, ikunu ġew soġġetti għal spezzjonijiet uffiċjali għall-preżenza tat-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick), b’intensità li tippermetti mill-anqas id-detezzjoni ta’ livell ta’ 2 % ta’ infestazzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 % f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 31 (***) u inkluż kampjunar distruttiv għall-frott f’każ ta’ sintomi,

u

(iv)

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jindika l-kodiċijiet tas-sit tal-produzzjoni u jsemmi d-dettalji tat-trattament ta’ wara l-ħsad użat, jew l-użu tal-approċċ sistemiku.”

(j)

il-punti 87, 87.1, 87.2, 88 u 89 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“87.

Injam ta’ Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L., għajr fil-forma ta’

—

laqx, partikoli, serratura, ċana, skart u fdalijiet tal-injam, miksub kollu jew parzjalment minn dawn is-siġar,

—

materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta’ kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, bċejjeċ tal-injam, kemm jekk effettivament jintużawx jew le fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kwalunkwe tip, minbarra l-bċejjeċ tal-injam li jintużaw biex jirfdu l-kunsinni tal-injam, li jkunu magħmulin minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-kunsinna u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-kunsinna, iżda inkluż l-injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, u oġġetti oħrajn magħmulin minn injam mhux ittrattat.

ex 4401 12 00

ex 4403 12 00

ex 4403 99 00

ex 4404 20 00

ex 4406 12 00

ex 4406 92 00

4407 95 10

4407 95 91

4407 95 99

ex 4407 99 27

ex 4407 99 40

ex 4407 99 90

ex 4408 90 15

ex 4408 90 35

ex 4408 90 95

ex 4409 29 10

ex 4409 29 91

ex 4409 29 99

ex 4416 00 00

ex 9406 10 00

Il-Belarussja, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan u l-Ukrajna

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

l-injam ikun joriġina f’żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 4(*), u li jkun jinsab f’distanza minima ta’ 100 km mill-eqreb żona magħrufa, fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment. Iż-żona ħielsa mill-pesti tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’, dment li dan l-istatus ta’ ħelsien ikun ġie kkomunikat minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż ta’ oriġini,

jew

(b)

il-qoxra u tal-anqas 2,5 cm mill-ilbieba tal-injam ikunu tneħħew f’faċilità awtorizzata u ssorveljata mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti,

jew

(c)

l-injam ikun għadda minn irradjazzjoni jonizzanti biex tinkiseb doża assorbita minima ta’ 1 kGy mat-tul u l-ħxuna kollha tiegħu.

87.1

Injam ta’ Fraxinus L. għajr fil-forma ta’

—

laqx, partikoli, serratura, ċana, skart u fdalijiet tal-injam, miksub kollu jew parzjalment minn dawn is-siġar,

—

materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta’ kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, bċejjeċ tal-injam, kemm jekk effettivament jintużawx jew le fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kwalunkwe tip, minbarra l-bċejjeċ tal-injam li jintużaw biex jirfdu l-kunsinni tal-injam, li jkunu magħmulin minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-kunsinna u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-kunsinna, iżda inkluż l-injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, u oġġetti oħrajn magħmulin minn injam mhux ittrattat.

ex 4401 12 00

ex 4403 12 00

ex 4403 99 00

ex 4404 20 00

ex 4406 12 00

ex 4406 92 00

4407 95 10

4407 95 91

4407 95 99

ex 4408 90 15

ex 4408 90 35

ex 4408 90 95

ex 4409 29 10

ex 4409 29 91

ex 4409 29 99

ex 4416 00 00

ex 9406 10 00

Il-Kanada u l-Istati Uniti

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

l-injam ikun joriġina f’żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 4(*), u li jkun jinsab f’distanza minima ta’ 100 km mill-eqreb żona magħrufa, fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment. Iż-żona ħielsa mill-pesti tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’, dment li dan l-istatus ta’ ħelsien ikun ġie kkomunikat minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż ta’ oriġini,

jew

(b)

l-injam ikun għadda minn irradjazzjoni jonizzanti biex tinkiseb doża assorbita minima ta’ 1 kGy mat-tul u l-ħxuna kollha tiegħu,

jew

(c)

 

(i)

l-injam ikun għadda mill-passi kollha li ġejjin:

—

it-tneħħija tal-qoxra, jiġifieri l-injam jew ikun kompletament tneħħietlu l-qoxra jew ikun fih biss biċċiet ta’ qoxra viżivament separati u distinti b’mod ċar. Kull waħda mill-biċċiet ikollha wisa’ ta’ anqas minn 3 cm jew, jekk tkun akbar minn 3 cm fil-wisa’, ikollha wiċċ ta’ anqas minn 50 cm2;

—

l-isserrar;

—

it-trattament bis-sħana, jiġifieri l-injam jissaħħan permezz tal-profil tiegħu sa mill-anqas 71 C għal 1 200 minuta f’kamra tas-sħana approvata mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż terz jew minn aġenzija approvata minn dik l-organizzazzjoni; u

—

it-tnixxif, jiġifieri l-injam jitnixxef skont skedi tat-tnixxif industrijali b’durata ta’ mill-anqas ġimagħtejn, li jkunu rikonoxxuti mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż terz, u l-kontenut tal-umdità tal-injam ma jaqbiżx 10 % espress bħala perċentwal tal-materja niexfa;

u

(ii)

l-injam ikun ġie prodott, immaniġġjat jew maħżun f’faċilità li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

—

ikun approvat uffiċjalment mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż terz jew minn aġenzija approvata minn dik l-organizzazzjoni, skont il-programm ta’ ċertifikazzjoni tagħha li jikkonċerna l-Agrilus planipennis Fairmaire;

—

ikun irreġistrat f’bażi tad-data ppubblikata fuq is-sit web tal-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż terz;

—

ikun awditjat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż terz jew minn aġenzija approvata minn dik l-organizzazzjoni, mill-anqas darba fix-xahar u jkun ġie konkluż li dan jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-punt tal-Anness. F’każ li l-awditi jkunu twettqu minn aġenzija oħra għajr l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż terz, dik l-organizzazzjoni trid tkun wettqet awditi ta’ dan ix-xogħol mill-anqas kull sitt xhur. Dawk l-awditi jkunu inkludew il-verifika tal-proċeduri u tad-dokumentazzjoni tal-aġenzija u l-awditi f’faċilitajiet approvati;

—

juża tagħmir għat-trattament tal-injam li jkun ġie kkalibrat b’mod konsistenti mal-manwal tat-tħaddim tat-tagħmir;

—

iżomm rekord tal-proċeduri tiegħu għall-verifika mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti f’dak il-pajjiż jew minn aġenzija approvata minn dik l-organizzazzjoni, inkluż id-durata tat-trattament, it-temperaturi matul it-trattament u għal kull lott speċifiku li għandu jiġi esportat, il-kontroll tal-konformità u l-kontenut tal-umdità finali,

u

(iii)

kull lott tal-injam juri b’mod viżibbli kemm numru kif ukoll tikketta bil-kliem ‘HT-KD’ jew ‘Trattat bis-Sħana— Imnixxef fil-Forn’. Dik it-tikketta tkun inħarġet minn uffiċjal maħtur tal-faċilità approvata, jew taħt is-superviżjoni tiegħu, wara li jkun ivverifika li r-rekwiżiti tal-ipproċessar stabbiliti fil-punt (i) u r-rekwiżiti għall-faċilitajiet stabbiliti fil-punt (ii) ikunu ġew issodisfati,

u

(iv)

l-injam destinat għall-Unjoni jkun ġie spezzjonat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti f’dak il-pajjiż, jew minn aġenzija approvata uffiċjalment minn dik l-awtorità, biex ikun żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (i) u (iii) jiġu ssodisfati. In-numru/i tal-lott li jikkorrispondu għal kull lott speċifiku li jkun qed jiġi esportat u l-isem tal-faċilità/ajiet approvati fil-pajjiż tal-oriġini għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat fitosanitarju msemmi taħt ir-rubrika ‘Dikjarazzjoni addizzjonali’.

87.2

Injam tal-Chionanthus virginicus L., għajr fil-forma ta’

—

laqx, partikoli, serratura, ċana, skart u fdalijiet tal-injam, miksub kompletament jew parzjalment minn dawn is-siġar,

—

materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta’ kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, bċejjeċ tal-injam, kemm jekk effettivament jintużawx jew le fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kwalunkwe tip, minbarra l-bċejjeċ tal-injam li jintużaw biex jirfdu l-kunsinni tal-injam, li jkunu magħmulin minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-kunsinna u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-kunsinna, iżda inkluż l-injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, u oġġetti oħrajn magħmulin minn injam mhux ittrattat.

ex 4401 12 00

ex 4403 12 00

ex 4403 99 00

ex 4404 20 00

ex 4406 12 00

ex 4406 92 00

ex 4407 99 27

ex 4407 99 40

ex 4407 99 90

ex 4408 90 15

ex 4408 90 35

ex 4408 90 95

ex 4409 29 10

ex 4409 29 91

ex 4409 29 99

ex 4416 00 00

ex 9406 10 00

Il-Kanada u l-Istati Uniti

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

l-injam ikun joriġina f’żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 4 (*), u li jkun jinsab f’distanza minima ta’ 100 km mill-eqreb żona magħrufa, fejn il-preżenza ta’ dak il-pest tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment. Iż-żona ħielsa mill-pesti tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’, dment li dan l-istatus ta’ ħelsien ikun ġie kkomunikat minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż ta’ oriġini,

jew

(b)

l-injam ikun għadda minn irradjazzjoni jonizzanti biex tinkiseb doża assorbita minima ta’ 1 kGy mat-tul u l-ħxuna kollha tiegħu.

88.

Injam fil-forma ta’ laqx, partikoli, ċana, skart u fdalijiet tal-injam miksub kompletament jew parzjalment minn Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L.

ex 4401 22 90

ex 4401 49 00

Il-Belarussja, il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti

Dikjarazzjoni uffiċjali li l-injam ikun joriġina f’żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 4 (*), u li jkun jinsab f’distanza minima ta’ 100 km mill-eqreb żona magħrufa, fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment. Iż-żona ħielsa mill-pesti tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’, dment li dan l-istatus ta’ ħelsien ikun ġie kkomunikat minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż ta’ oriġini.

89.

Il-qoxra tas-siġar iżolata u oġġetti magħmulin mill- Chionanthus virginicus L. u mill-Fraxinus L.

ex 1404 90 00

ex 4401 49 00

Il-Belarussja, il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti

Dikjarazzjoni uffiċjali li l-qoxra tas-siġar tkun toriġina f’żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji ISPM 4 (*), u li tkun tinsab f’distanza minima ta’ 100 km mill-eqreb żona magħrufa, fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment.

Iż-żona ħielsa mill-pesti tissemma fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika ‘Post tal-oriġini’, dment li dan l-istatus ta’ ħelsien ikun ġie kkomunikat minn qabel u bil-miktub lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż ta’ oriġini.”

(7)

l-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt li ġej jiddaħħal bejn il-punti 2.1 u 3:

“2.2

Pjanti għat-tħawwil li tkabbru fl-ilma ħelu jew f’ħamrija li hija saturata b’mod permanenti bl-ilma ħelu, għajr iż-żrieragħ.

Dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti:

(a)

ikunu joriġinaw f’żoni li nstabu ħielsa mill-Pomacea (Perry),

jew

(b)

ikunu ġew spezzjonati immedjatament qabel ma nġarru u nstabu ħielsa mill-Pomacea (Perry).”

(b)

fil-punt 17.1, fil-kolonna “Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn”, it-test huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Pjanti għat-tħawwil tas-Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, Ceratonia siliqua L., Cercis siliquastrum L., Clematis vitalba L., Cotoneaster Medik., Crataegus L., Cydonia oblonga L., Diospyros kaki L., Eriobotrya japonica (Thunb.) Lindl., Ficus carica L., Hedera L., Magnolia L., Malus Mill., Melia L., Mespilus germanica L., Myrtus communis L., Parthenocissus Planch., Photinia Lindley., Prunus L., Psidium guajava L., Punica granatum L., Pyracantha M. Roem., Pyrus L., Rosa L., Vitis L. u Wisteria Nutt., għajr iż-żrieragħ, it-trab tad-dakra u l-pjanti fil-kultura tat-tessut”;

(c)

il-punti 26 sa 29 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“26.

Pjanti ta’ Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L., għajr il-frott u ż-żrieragħ.

Il-pjanti għandhom joriġinaw f’żona magħrufa li hija ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire u li tinsab f’distanza ta’ mhux anqas minn 100 km mill-eqreb żona fejn il-preżenza tal-Agrilus planipennis Fairmaire tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, ħlief fil-każijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/434.

27.

Injam tal-Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L., li jkun joriġina f’żona li tinsab f’distanza ta’ anqas minn 100 km mill-eqreb żona, fejn il-preżenza tal-Agrilus planipennis Fairmaire tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, ħlief fil-każijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/434, għajr fil-forma ta’

—

laqx, partikoli, serratura, ċana, skart u fdalijiet tal-injam, miksub kollu jew parzjalment minn dawn is-siġar,

—

materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta’ kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, bċejjeċ tal-injam, kemm jekk effettivament jintużawx jew le fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kwalunkwe tip, minbarra l-bċejjeċ tal-injam li jintużaw biex jirfdu l-kunsinni tal-injam, li jkunu magħmulin minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-kunsinna u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-kunsinna, iżda inkluż l-injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, u oġġetti oħrajn magħmulin minn injam mhux ittrattat.

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(a)

il-qoxra u tal-anqas 2,5 cm mill-bieba tal-injam ikunu tneħħew f’faċilità awtorizzata u ssorveljata mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti,

jew

(b)

l-injam ikun għadda minn irradjazzjoni jonizzanti biex tinkiseb doża assorbita minima ta’ 1 kGy mat-tul u l-ħxuna kollha tiegħu.

28.

Injam fil-forma ta’ laqx, partikoli, ċana, skart u fdalijiet tal-injam miksub kompletament jew parzjalment mill-Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L.

L-injam għandu joriġina f’żona magħrufa li hija ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire u li tinsab f’distanza ta’ mhux anqas minn 100 km mill-eqreb żona fejn il-preżenza tal-Agrilus planipennis Fairmaire tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, ħlief fil-każijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/434.

29.

Il-qoxra tas-siġar iżolata u oġġetti magħmulin mill- Chionanthus virginicus L. u mill-Fraxinus L.

Il-qoxra tas-siġar għandha toriġina f’żona magħrufa li hija ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire u li tinsab f’distanza ta’ mhux anqas minn 100 km mill-eqreb żona fejn il-preżenza tal-Agrilus planipennis Fairmaire tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, ħlief fil-każijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/434.”

(8)

fl-Anness X, fit-tabella, fil-punt 19, fil-kolonna “Żoni protetti”, jitħassar il-punt (b);

(9)

il-parti A tal-Anness XI hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 3 (“Partijiet tal-pjanti, għajr il-frott u ż-żrieragħ, ta’”) huwa emendat kif ġej:

(i)

l-entrata “Zea mays L.” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Zea mays L.

Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin:

– – –

Qamħirrum ħelu:

ex 0709 99 60

Qamħirrum,

oħrajn:

ex 1005 90 00

Prodotti veġetali tal-qamħirrun (Zea mays), li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, friski:

ex 1404 90 00

Pajjiżi terzi, minbarra l-Iżvizzera”

(ii)

l-entrata “Chionanthus virginicus L., Fraxinus L., Juglans L., Pterocarya Kunth u Ulmus davidiana Planch.” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L.

Weraq, friegħi u partijiet oħrajn ta’ pjanti, mingħajr fjuri jew blanzuni, li huma oġġetti adattati għall-bukketti jew għal għanijiet ornamentali, friski:

ex 0604 20 90

Il-Belarussja, il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti”

(b)

fil-punt 8 (“Iż-żrieragħ ta’:”), titħassar l-entrata “Solanum tuberosum L.”;

(c)

fil-punt 11 (“Il-qoxra tas-siġar iżolata ta’:”), l-entrata “Chionanthus virginicus L., Fraxinus L., Juglans L., Pterocarya Kunth u Ulmus davidiana Planch.” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L.

Prodotti veġetali tal-qoxra tas-siġar, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

ex 1404 90 00

Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew frak; serratura u skart u fdalijiet tal-injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le:

–

Oħrajn:

 

ex 4401 49 00

Il-Belarussja, il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti”

(d)

fil-punt 12 (“Injam, meta dan:”), l-entrata “Chionanthus virginicus L., Fraxinus L., Juglans L., Pterocarya Kunth u Ulmus davidiana Planch., …” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L., u inkluż l-injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu

Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew frak; serratura u skart u fdalijiet tal-injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le:

–

Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili:

– –

Mhux koniferu:

 

ex 4401 12 00

–

Injam f’laqx jew frak:

– –

Mhux koniferu:

---

Minbarra l-ewkaliptu (Eucalyptus spp.):

 

ex 4401 22 90

–

Serratura u skart u fdalijiet tal-injam, mhux agglomerati:

– –

Oħrajn:

 

ex 4401 49 00

Injam għadu aħrax, mhux bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija, jew magħmul kwadru raff:

–

Trattat b’żebgħa, likwidu għat-tlewwin, krijożott jew preservattivi oħrajn:

– –

Mhux koniferu:

 

ex 4403 12 00

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija, jew magħmul kwadru raff:

–

Għajr ittrattat biż-żebgħa, b’likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħrajn:

 

ex 4403 99 00

Arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul:

–

Mhux koniferu:

 

ex 4404 20 00

Travi tal-injam mhux koniferu mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm:

–

Mhux imsappin:

 

ex 4406 12 00

–

Oħrajn (għajr dawk li mhux imsappin):

 

ex 4406 92 00

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imminċottat fit-truf, eħxen minn 6 mm:

– –

Tal-fraxxnu (Fraxinus spp.):

 

4407 95 10

 

4407 95 91

 

4407 95 99

– –

Oħrajn:

 

ex 4407 99 27

 

ex 4407 99 40

 

ex 4407 99 90

Folji għall-fuljetta (inkluż dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm:

 

ex 4408 90 15

 

ex 4408 90 35

 

ex 4408 90 95

Injam (inkluż strixxi u freġji għal pavimentar bil-parkè, mhux armat) iffurmat b’mod kontinwu (b’ħanek, imħaffer, bit-tarf imtarraġ, imċanfar, imżebbeġ u magħqud forma ta’ V, iffurmat, magħmul tond jew simili) tul kwalunkwe wieħed mix-xfar, mit-trufijiet jew mill-uċuħ tiegħu, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le:

---

Mhux koniferu, oħrajn:

 

ex 4409 29 10

 

ex 4409 29 91

 

ex 4409 29 99

Btieti (casks, barrels, vats), tnelli u prodotti oħrajn ta’ buttar u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż l-injam imqawwes (staves):

 

ex 4416 00 00

Bini prefabbrikat tal-injam:

 

ex 9406 10 00

Il-Belarussja, il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti”

(10)

fl-Anness XIII, il-punt 4.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.1.

Injam ta’ Chionanthus virginicus L. u Fraxinus L., kif imsemmi fil-punt 27 tal-Anness VIII.”;

(11)

fl-Annessi VI, VII, X, XI u XII, ir-referenzi kollha għall-kodiċi NM “ex 4401 40 90 ” huma sostitwiti bi “ex 4401 49 00 ”;

(12)

fl-Annessi VII, X u XI, ir-referenzi kollha għall-kodiċi NM “ex 4401 40 10 ” huma sostitwiti bi “ex 4401 41 00 ”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2004/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)