|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1884 |
11.7.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1884
tal-10 ta’ Lulju 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 fir-rigward tal-kwantitajiet totali ta’ kwoti tal-EU ETS ikkanċellati li jistgħu jitqiesu għall-konformità ta’ ċerti Stati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/842 jipprevedi l-possibbiltà li titqies kanċellazzjoni limitata ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-EU ETS għall-konformità ta’ ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament (il-“flessibbiltà tal-ETS”). |
|
(2) |
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 (2) jistabbilixxi l-kwantitajiet totali li jistgħu jintużaw għall-flessibbiltà tal-ETS skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2018/842. L-għadd totali ġie ddeterminat bl-applikazzjoni tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 2019 skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2018/842 għall-valuri tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kkalkolati għall-2005. |
|
(3) |
Wara l-emenda tar-Regolament (UE) 2018/842 bir-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-perċentwal massimu ta’ flessibbiltà tal-ETS ta’ Malta għas-snin 2025–2030 żdied minn 2 % għal 7 %. Barra minn hekk, xi Stati Membri ngħataw opportunità ġdida biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2023 dwar jekk kellhomx l-intenzjoni li jużaw jew ikomplu jużaw il-flessibbiltà tal-ETS għall-perjodu 2025–2030. |
|
(4) |
Sal-31 ta’ Diċembru 2023, Malta u l-Iżvezja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu maħsub tagħhom ta’ din il-flessibbiltà. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwantitajiet li għandhom jintużaw għall-flessibbiltà tal-ETS stabbiliti fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 jiġu emendati għal dawk iż-żewġ Stati Membri. |
|
(5) |
Il-kwantitajiet addizzjonali għal dawn iż-żewġ Stati Membri li jistgħu jitqiesu għall-konformità ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni tal-perċentwali għall-perjodu 2025–2030, kif innotifikat skont l-Artikolu 6(3a) u (3b) ta’ dak ir-Regolament, għall-valuri tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kkalkolati għall-2005 kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2126 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/842/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2020, p. 58 ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2126/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u r-Regolament (UE) 2018/1999 (ĠU L 111, 26.4.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/857/oj).
ANNESS
““ANNESS III
Kwantitajiet totali wara t-tnaqqis tal-kwoti tal-EU ETS li jistgħu jitqiesu għall-konformità ta’ ċerti Stati Membri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842
|
Stat Membru |
Kwantità totali f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 |
|
Il-Belġju |
15 423 456 |
|
Id-Danimarka |
8 073 618 |
|
L-Irlanda |
19 075 035 |
|
Il-Lussemburgu |
4 046 475 |
|
Malta |
510 300 |
|
L-Awstrija |
11 398 397 |
|
Il-Finlandja |
6 887 972 |
|
L-Iżvezja |
5 187 421 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1884/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)