<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑205/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0205</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:393">EU:C:2016:393</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160602">2.6.2016</DATE> – KAWŻA C‑205/14</P><P>IL‑KUMMISSJONI vs IL-PORTUGALL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P>tat-<DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 95/93</KEYWORD><KEYWORD>Allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(2)</KEYWORD><KEYWORD>Indipendenza tal-koordinatur</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport</KEYWORD><KEYWORD>Separazzjoni funzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Sistema ta’ finanzjament</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑205/14,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fl-<DATE ISO="20140424">24 ta’ April 2014</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Guerra u Andrade u F. Wilman, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża</HT>, irrappreżentata minn L. Inez Fernandes u V. Moura Ramos, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tal-Ħames Awla, D. Šváby (Relatur), A. Rosas, E. Juhász u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas-<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Bir-rikors tagħha, il‑Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ma ggarantixxietx l-indipendenza funzjonali u finanzjarja tal-koordinatur tal-islots, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE)<?PAGE NO="2"?> Nru 95/93, tat-<DATE ISO="19930118">18 ta’ Jannar 1993</DATE>, dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 545/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="167" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 167, p. 24</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament Nru 95/93<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>It-tieni, il-ħames, is-sitt, it-tmien u l-għaxar premessi tar-Regolament Nru 95/93 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[...] l-allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti b’konġestjoni għandha tkun ibbażata fuq regoli newtrali, trasparenti u mhux diskriminatorji;</P><P>[...]</P><P>[...] l-Istat Membru responsabbli għall-ajruport ikkoordinat għandu jassigura n-nomina ta’ koordinatur li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar in-newtralità tiegħu;</P><P>[...] t-trasparenza ta’ l-informazzjoni hi element essenzjali biex tiġi assigurata proċedura oġġettiva għall-allokazzjoni ta’ slots;</P><P>[...]</P><P>[...] hija l-politika tal-Komunità li tiġi ffaċilitata l-kompetizzjoni u li jkun inkoraġġit dħul fis-suq, [...] dawn l-oġġettivi jeħtieġu appoġġ qawwi għall-dawk li jagħmlu l-ġarr li jkunu beħsiebhom jibdew operazzjonijiet fuq rotot ġewwa l-Komunità;</P><P>[...]</P><P>[...] għandu ukoll ikun hemm dispożizzjonijiet li jippermettu applikanti ġodda fis-suq tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jagħti, għall-finijiet tiegħu, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>perjodu ta’ użu fl-iskeda<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> għandha tfisser il-permess mogħti minn kordinatur skond dan ir-Regolament għall-użu tal-firxa sħiħa ta’ l-infrastruttura ta’ l-ajruport meħtieġa għall-operazzjoni ta’ servizz bl-ajru f’ajruport kordinat f’data u ħin speċifiċi għall-użu tat-tniżżil u t-tluq kif allokati minn kordinatur skond dan ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ajruport kordinat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għandha tfisser xi ajruport fejn, sabiex jinżel jew jitlaq, ikun meħtieġ li ġarrier ta’ l-ajru jew xi operatur ieħor ta’ bċejjeċ ta’ l-ajru li jiġi allokat perjodu ta’ użu fl-iskeda minn kordinatur, bl-eċċezzjoni ta’ titjiriet ta’ l-Istat, inżul ta’ emerċenza u titjiriet umanitarji;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> għandha tfisser il-korp li, flimkien ma’ attivitajiet oħra jew mod ieħor, ikollu l-kompitu taħt liġijiet nazzjonali jew regolamenti li jamministra u jimmaniġġa l-faċilitajiet ta’ l-ajruport u li jikkordina u jikkontrolla l-attivitajiet ta’ l-operaturi varji presenti fl-ajruport jew fi ħdan is-sistema ta’ l-ajruport konċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-faċilitatur ta’ l-iskedi u l-kordinatur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru responsabbli għal ajruport [...] kordinat għandu jiżgura l-ħatra ta’ persuna kwalifikata naturali jew ġuridika bħala faċilitatur [...], wara li jkun ikkonsulta mal-ġarriera ta’ l-ajru li jużaw l-ajruport regolarment, l-organizzazzjonijiet rappresentattivi tagħhom u l-korp li jimmaniġġa ta’ l-ajruport u l-kumitat ta’ kordinament, fejn dak il-kumitat ikun jeżisti. L-istess [...] kordinatur jista’ jinħatar għal aktar minn ajruport wieħed.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istat Membru responsabbli għal ajruport [...] kordinat għandu jiżgura:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-indipendenza tal-kordinatur f’ajruport kordinat billi funzjonalment il-kordinatur jiġi separat minn xi parti waħda interessata. Is-sistema tal-finanzjament ta’ l-attivitajiet tal-kordinatur għandha tkun tali li tiggarantixxi l-istatus indipendenti tal-kordinatur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>li l-kordinatur jaġixxi skont dan ir-Regolament b’mod newtrali, non-diskriminatorju u trasparenti.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kordinatur għandu jkun il-persuna unika responsabbli għall-allokazzjoni tal-perjodi ta’ użu ta’ l-iskeda [slots]. Huwa għandu jalloka l-perjodi ta’ użu tal-iskeda skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhu jieħu ħsieb sabiex, fil-każ ta’ emerġenza, il-perjodi ta’ użi tal-iskeda jiġu wkoll allokati barra ħinijiet tal-uffiċċju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>[...] Il-kordinatur għandu jimmonitorja l-konformità ta’ l-operazzjonijiet tal-ġarriera mal-perjodi ta’ użu ta’ l-iskeda allokati lilhom. Dawn il-verifiki ta’ konformità għandhom jitwettq b’koperazzjoni mal-korp li jimmaniġġa ta’ l-ajruport u l-awtoritajiet tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru u għandhom jagħtu kont tal-ħin u ta’ parametri oħra rilevanti li jirrelataw ma’ l-ajruport konċernat. [...]</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kordinatur għandu fuq talba u fi żmien raġonevoli jagħmel disponibbli mingħajr ħlas għar-reviżjoni minn partijiet interessati[,] b’mo[d] partikolari lill-membri jew osservaturi tal-kumitat ta’ kordinament, jew f’forma bil-miktub jew f’xi forma oħra faċilment aċċessibbli, l-informazzjoni li ġejja:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">slots</HT> storiċi bil-linja ta’ l-ajru, b’mod kronoloġiku, għal dawk it-trasportaturi bl-ajru kollha fl-ajruport,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">slots</HT> mitluba (sottomissjonijiet inizjali), skond it-trasportaturi ta’ l-ajru u b’mod kronoloġiku, għat-trasportaturi ta’ l-ajru kollha,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>is-<HT TYPE="ITALIC">slots</HT> kollha allokati, u talbiet ta’ slots pendenti, elenkati individwalment f’ordni kronoloġika, minn trasportaturi bl-ajru, għat-trasportaturi bl-ajru kollha,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">slots</HT> disponibbli li jkun fadal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>dettalji sħaħ dwar il-kriterji użati fl-allokazzjoni. <QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 95/93 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>F’ajruport kordinat, l-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura li jitwaqqaf kumitat ta’ kordinament. L-istess kumitat ta’ kordinament jista’ jinħatar għal aktar minn ajruport wieħed. Is-sħubija f’dan il-kumitat għandha tkun miftuħa ta’ l-anqas għall-ġarriera ta’ l-ajru li jużaw l-ajruport/i in kwistjoni regolarment u l-organizzazzjonijiet rappresentattivi tagħhom, il-korp li jimmaniġġa ta’ l-ajruport konċernat, l-awtoritajiet rilevanti tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru u r-rappresentanti ta’ l-avjazzjoni ġenerali li jużaw l-ajruport regolarment.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Decreto Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 109/2008 (Digriet-Liġi Nru 109/2008), tas-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE> (Diário da República, Serje 1, Nru 122, tas-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE>, p. 3965), jagħżel, fl-Artikolu 1(1) tiegħu, l-ajruporti kkoordinati, konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 95/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) u (4) ta’ dan id-digriet-liġi jaħtar lil Aeroportos de Portugal SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ANA<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) bħala koordinatur għall-allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti kkoordinati. ANA, kumpannija kummerċjali rregolata mid-dritt privat, hija wkoll il-korp ta’ amminstrazzjoni tal-ajruporti Portugiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan l-istess digriet-liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Indipendenza<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha [...] ta’ koordinatur nazzjonali għall-allokazzjoni tal-islots, ANA [...] għandha tiżgura li din l-attività tkun indipendenti mill-attività tagħha ta’ amministratur ta’ ajruport permezz ta’ separazzjoni xierqa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċendenti, ANA [...] għandha tiggarantixxi din l-indipendenza, tal-inqas fuq livell funzjonali, u żżomm kontabbiltà speċifika għall-attivitajiet marbuta mal-koordinament tal-islots, strettament separata minn dik tal-attivitajiet l-oħra.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Digriet-Liġi Nru 109/2008, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kontroll u Sorveljanza<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, huwa redatt fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Instituto Nacional de Aviação Civil IP (istitut nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, il-Portugall), huwa inkarigat bil-kontroll u bis-sorveljanza tal-allokazzjoni ta’ slots kif ukoll bis-sorveljanza tal-użu tagħhom mit-trasportaturi tal-ajru.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Barra minn hekk, huwa l-kompitu tal-Istitut nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili li jiżgura l-osservanza tal-kundizzjonijiet u tar-rekwiżiti ta’ indipendenza previsti fl-Artikolu 5; għal dan l-għan, huwa jista’ jinkariga awditur indipendenti sabiex jivverifika l-assenza ta’ flussi finanzjarji bejn il-prestazzjoni ta’ servizzi ta’ koordinazzjoni tal-islots u l-attivitajiet l-oħra.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ dan id-digriet-liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Istanzi ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tas-sistema relatata mal-istanzi ta’ ksur tal-avjazzjoni ċivili, approvata mid-Digriet-Liġi Nru 10/2004, tad-<DATE ISO="20040109">9 ta’ Jannar 2004</DATE>, il-każijiet li ġejjin jikkostitwixxu istanzi ta’ ksur serji ħafna:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-assenza ta’ separazzjoni funzjonali, minn ANA [...], bejn l-attività ta’ amministratur tal-ajruport [...] u l-attività ta’ koordinatur nazzjonali għall-allokazzjoni tal-islots;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-assenza ta’ separazzjoni kontabbli, minn ANA [...], bejn l-attivitajiet marbuta mal-koordinazzjoni tal-islots u l-attivitajiet l-oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tad-Digriet-Liġi Nru 109/2008, relatat mat-trattament ta’ istanzi ta’ ksur, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa l-kompitu tal-istitut nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili li jistabbilixxi u jmexxi l-proċeduri ta’ ksur relatati mal-istanzi ta’ ksur previsti minn dan id-digriet-liġi kif ukoll li japplika l-multi korrispondenti u s-sanzjonijiet aċċessorji.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-istess digriet-liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Tariffi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-provvista tas-servizzi ta’ koordinazzjoni u ta’ allokazzjoni ta’ slots hija suġġetta, inkambju għall-użu tagħhom, għal tariffa għall-allokazzjoni tal-islots, imħallsa fl-istess waqt tat-tariffi għall-inżul u għat-tlugħ, għal kull operazzjoni, u stabbilita b’digriet tal-Ministru responsabbli mill-avjazzjoni ċivili.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-tariffa prevista fil-paragrafu 1 tikkostitwixxi dħul ta’ ANA [...]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ ANA, skont ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri Nru 111-F/2012 (Diário da República, Serje 1, Nru 251, tat-<DATE ISO="20121228">28 ta’ Diċembru 2012</DATE>), ir-Repubblika Portugiża ddeċidiet li tassenja sa 100 % tal-kapital azzjonarju ta’ ANA, li tiegħu hija kienet il-proprjetarja, lil VINCI-Concessions SAS. Fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni, ANA ġiet ipprivatizzata fil-<DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti li jinsabu fil-Portugall, il‑Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika Portugiża, fit-<DATE ISO="20120430">30 ta’ April 2012</DATE>, ittra ta’ intimazzjoni li fiha hija allegat li diviżjoni li kienet inħolqot fi ħdan l-istruttura ta’ ANA għat-twettiq tal-kompiti li jaqgħu taħt il-funzjoni ta’ koordinatur għall-allokazzjoni tal-islots (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>DCNS<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ indipendenza imposti mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 95/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni sostniet partikolarment li, ladarba d-DCNS kienet diviżjoni ta’ ANA, ma kienx hemm separazzjoni funzjonali fis-sens tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, il-finanzjament tad-DCNS ma huwiex adattat sabiex jiżgura l-indipendenza tagħha. Fil-fatt, tali indipendenza tista’ tkun żgurata biss permezz ta’ kontabbiltà u ta’ baġit speċifiċi għad-DCNS. Issa, skont il‑Kummissjoni, id-DCNS kienet kompletament iffinanzjata minn ANA u t-tariffa għall-allokazzjoni tal-islots prevista fl-Artikolu 11 tad-Digriet-Liġi Nru 109/2008 ma ġiet qatt stabbilita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża wieġbet permezz tal-ittra tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>. Hija rreferiet għall-Artikolu 5 tad-Digriet-Liġi Nru 109/2008, li jipprovdi li ANA għandha tiżgura l-indipendenza tal-attività tagħha tal-amminstrazzjoni ta’ ajruport mill-funzjonijiet tagħha ta’ koordinatur għall-allokazzjoni tal-islots.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Portugiża, id-DCNS, għalkemm tagħmel parti integrali minn ANA, teżerċita l-attività ta’ koordinatur b’mod indipendenti ladarba hija għandha r-riżorsi umani proprji tagħha u żżomm kontabbiltà separata minn dik ta’ ANA. Minħabba dan il-fatt, l-indipendenza tal-koordinatur hija żgurata fil-livell kemm funzjonali u kif ukoll finanzjarju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li qieset li din it-tweġiba ma kinitx suffiċjenti, il‑Kummissjoni indirizzat lir-Repubblika Portugiża opinjoni motivata fil-<DATE ISO="20130125">25 ta’ Jannar 2013</DATE>, li fiha hija sostniet l-ilment preċedentement ifformulat u stiednet lill-istess Stat Membru sabiex jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu f’terminu ta’ xahrejn dekorribbli mill-jum li fih jirċievi din l-opinjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża wieġbet għal din fis-<DATE ISO="20130327">27 ta’ Marzu 2013</DATE>, fejn hija sostniet mill-ġdid il-perspettiva inizjali tagħha. Madankollu, billi rrikonoxxiet il-ħtieġa, wara l-privatizzazzjoni ta’ ANA, li toħloq korp ġdid inkarigat bil-koordinazzjoni tal-islots, hija indikat li kienet żgurat l-istabbiliment ta’ dan il-korp ġdid. Sussegwentement, hija pprovdiet nota ta’ sinteżi rigward il-ħolqien ta’ dan il-korp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li qieset li t-tweġibiet mogħtija għall-opinjoni motivata ma kinux sodisfaċenti, il‑Kummissjoni ppreżentat ir-rikors preżenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Portugiża ma tiżgurax l-indipendenza funzjonali u finanzjarja tal-koordinatur għall-allokazzjoni tal-islots, u dan imur kontra dak previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 95/93.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment, dwar is-separazzjoni funzjonali tal-koordinatur minn kull parti interessata</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel ilment tagħha, il‑Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika Portugiża li ma żguratx l-indipendenza tal-koordinatur permezz tas-separazzjoni funzjonali tiegħu minn kull parti interessata skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 95/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hija ssostni li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata f’sens wiesa’ fid-dawl tal-għan ta’ dan ir-regolament. F’dan il-kuntest, l-indipendenza tal-koordinatur tipprevedi kemm il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni kif ukoll l-imparzjalità tal-koordinatur, it-trasparenza tal-informazzjoni, l-assenza ta’ distribuzzjoni mhux ugwali tal-vantaġġi tal-liberalizzazzjoni u ta’ distorzjoni tal-kompetizzjoni, l-effettività tal-amministrazzjoni tal-islots u l-aċċess għas-suq tal-Unjoni Ewropea ta’ operaturi ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>It-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>indipendenza<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jimplika, skont il‑Kummissjoni, li l-koordinatur għandu jkollu status li jippermettilu li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu b’mod għalkollox liberu u awtonomu, mingħajr ebda struzzjoni jew pressjoni. Fil-fatt, mir-rwol ċentrali tal-koordinatur fl-allokazzjoni tal-islots jirriżulta li s-sempliċi riskju li ma jkunx jista’ jaġixxi b’mod għalkollox liberu huwa suffiċjenti sabiex l-eżerċizzju indipendenti tal-attivitajiet tiegħu jiġi ostakolat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni tispeċifika li, fir-rigward tar-rekwiżit tas-separazzjoni funzjonali, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>xi parti waħda interessata<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93, li għandha tingħata sens wiesa’, tinkludi mhux biss lit-trasportaturi tal-ajru li huma direttament affettwati mid-deċiżjonijiet tal-koordinatur, iżda wkoll lil kull persuna li jista’ jkollha interess fil-mod li bih il-koordinatur jalloka slots f’ajruport ikkoordinat. F’dan ir-rigward, hija tenfasizza li l-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport ikkonċernat, li jista’ jkollu tali interess, fuq il-bażi, pereżempju, tal-profitt mill-attivitajiet ta’ koordinazzjoni tal-islots, fil-forma ta’ tariffi tal-ajruport, għandu, bħala tali, jitqies bħala parti interessata, mingħajr ma hija meħtieġa l-prova tal-eżistenza ta’ tali interess. Għalhekk, huwa indispensabbli li l-koordinatur ikun indipendenti minn dan il-korp ta’ amministrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, id-Digriet-Liġi Nru 109/2008 jistabbilixxi biss regola ġenerali intiża għall-indipendenza tal-koordinatur. Skont il‑Kummissjoni, skont dan id-digriet-liġi, ladarba ANA stess hija l-koordinatur, hija għandha wkoll tiżgura l-indipendenza tal-attivitajiet tal-koordinatur minn dawk<?PAGE NO="7"?> tal-korp ta’ amministrazzjoni. F’dan ir-rigward, il‑Kummissjoni tallega li r-Repubblika Portugiża ma setgħetx tippreċiża, minn naħa, b’liema mod ANA kienet żgurat l-indipendenza tal-attivitajiet tad-DCNS, parti integrali minn ANA li magħha hija taqsam il-persunal u l-istrutturi, minn ANA nnifisha, u, min-naħa l-oħra, x’garanziji kienu jeżistu f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il‑Kummissjoni tenfasizza li l-Código português das sociedades comerciais (kodiċi Portugiż tal-kumpanniji kummerċjali) jipprevedi li l-bord tad-diretturi ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata, bħal ANA, għandha tiġġestixxi l-attivitajiet tagħha, u dan jimplika li r-rapport u l-kontijiet annwali ta’ diviżjoni tagħha, bħad-DCNS, huma suġġetti għal eżami minn dan il-bord, bil-konsegwenza li d-DCNS ma tistax teżerċita l-attività tagħha b’mod awtonomu u separat minn din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għar-Repubblika Portugiża, id-DCNS tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 95/93. Hija ssostni li ANA, bħala korp ta’ amministrazzjoni, ma tistax titqies li hija parti interessata li minnha d-DCNS għandha tiġi sseparata u, ladarba r-Regolament Nru 95/93 ma jiddefinixxix min għandu jiġi kklassifikat bħala parti interessata, għandha ssir evalwazzjoni każ b’każ, possibbiltà li l‑Kummissjoni ma pprevedietx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-klassifikazzjoni ta’ ANA bħala parti interessata teżiġi d-determinazzjoni u l-evalwazzjoni konkreta tal-interess tagħha, dirett jew indirett, fil-proċess ta’ allokazzjoni tal-islots. Issa, ANA, korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport, tibbenefika biss indirettament mill-attività ta’ koordinazzjoni tal-islots u unikament fir-rigward tad-dħul tat-tariffi tal-ajruport, li huwa marbut man-numru ta’ utenti. Minħabba f’hekk, huwa ftit probabbli li ANA tiffavorixxi individwalment li xi wieħed jew ieħor mill-utenti tal-ajruport meta hija ma tikseb ebda vantaġġ minn dan. Ikun mod ieħor kieku ANA kellha sehem fil-kapital ta’ trasportatur tal-ajru, li ma huwiex il-każ f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Billi tqis li ANA tista’ tiġi kkunsidrata bħala parti interessata, ir-Repubblika Portugiża tiżgura l-indipendenza tal-koordinatur, prevista fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93. Skont dan l-Istat Membru, din id-dispożizzjoni ma timponix li l-koordinatur ikun korp ġuridiku distint mill-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport, iżda teħtieġ sempliċement separazzjoni funzjonali. Issa, hemm tassew separazzjoni funzjonali bejn ANA u d-DCNS, peress li d-DCNS għandha awtonomija teknika, funzjonali, organizzattiva u amminstrattiva ġenwina fir-rigward tal-attivitajiet marbuta mal-allokazzjoni tal-islots u peress li, minħabba f’hekk, id-deċiżjonijiet tagħha ma huma bl-ebda mod suġġetti għal xi evalwazzjoni jew approvazzjoni ta’ ANA.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fi kliem l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>l-indipendenza tal-kordinatur [...] billi funzjonalment il-kordinatur jiġi separat minn xi parti waħda interessata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat, fil-kuntest tal-ewwel ilment, jekk ANA, bħala korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport, għandhiex titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u, fil-każ affermattiv, jekk ir-Repubblika Portugiża pprevedietx il-garanziji neċessarji sabiex tiżgura s-separazzjoni funzjonali tal-koordinatur minn dik il-parti interessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 95/93 ma jinkludix definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>separazzjoni funzjonali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> tal-koordinatur, lanqas ta’ dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li minnu dan għandu jiġi sseparat. Sabiex tiġi ddeterminata l-portata ta’ dawn il-kunċetti, għandhom, għalhekk, jitqiesu mhux biss il-kliem tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93 u l-għan tal-indipendenza tal-koordinatur minn kull parti interessata fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 4(2)(ċ) ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tippreċiża li<?PAGE NO="8"?> jeħtieġ li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>l-kordinatur jaġixxi skont dan ir-Regolament b’mod newtrali, non-diskriminatorju u trasparenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, billi dawn it-tliet elementi huma għalhekk inerenti għan-natura indipendenti tal-funzjoni tal-koordinatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tan-newtralità tal-koordinatur, mill-ħames premessa tar-Regolament Nru 95/93 jirriżulta li fir-rigward tagħha ma għandu jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>l-ebda dubju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Huwa paċifiku li tali rekwiżit għandu jiġi żgurat fir-rigward ta’ kull parti interessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li, konformement mas-sitt premessa tar-Regolament Nru 95/93, it-trasparenza tal-informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>hi element essenzjali biex tiġi assigurata proċedura oġġettiva għall-allokazzjoni ta’ slots<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, sabiex il-koordinatur ikun jista’ jsegwi b’mod effettiv l-għanijiet tar-Regolament Nru 95/93, l-oġġettività tal-proċedura ta’ allokazzjoni ta’ slots teżiġi li l-kompiti mogħtija lilu minn dan ir-regolament jiġu eżerċitati mingħajr ebda pressjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-approċċ funzjonali tal-indipendenza tal-koordinatur huwa għalhekk ikkaratterizzat, partikolarment, mill-obbligu tal-allokazzjoni oġġettiva u trasparenti tal-islots lil kull applikant għall-allokazzjoni ta’ tali slots.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, il‑Kummissjoni tafferma li dan il-kunċett għandu jingħata sens wiesa’ b’mod li dan ikopri ċirku wiesa’ ta’ persuni, fosthom korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, ir-Repubblika Portugiża ssostni li l-klassifikazzjoni ta’ parti interessata għandha tiġi evalwata każ b’każ, fuq il-bażi ta’ verifika konkreta, b’mod li hija l-Kummissjoni li għandha turi li, f’dan il-każ, il-korp ta’ amministrazzjoni għandu interess fl-allokazzjoni tal-islots.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, dan l-argument tal-aħħar għandu mill-bidu nett jiġi miċħud. Fil-fatt, fid-dawl tal-iskop tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93 li tiġi żgurata n-newtralità mingħajr dubju tal-koordinatur, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex teskludi kull riskju li dan ma jwettaqx il-kompiti tiegħu b’mod indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> għandha tinftiehem bħala kull korp li l-interessi tiegħu jistgħu jiġu affettwati mill-allokazzjoni tal-islots. Kif il‑Kummissjoni ssostni, dan huwa l-każ fir-rigward tal-korpi ta’ amministrazzjoni tal-ajruporti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 95/93 u minn qari konġunt tal-Artikoli 4(8) u 5(1) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-korpi ta’ amministrazzjoni tal-ajruporti huma, bħat-trasportaturi tal-ajru, inklużi fiċ-ċirku tal-korpi li għandhom id-dritt li jiġu kkonsultati qabel il-ħatra tal-koordinatur u li jiġu informati partikolarment fir-rigward tal-islots mitluba, allokati u wkoll disponibbli. Dan il-fatt jikkonferma li r-Regolament Nru 95/93 huwa bbażat fuq il-premessa li l-interessi tal-korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport jistgħu jiġu affettwati mill-allokazzjoni tal-islots li għaliha huwa responsabbli l-koordinatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif il‑Kummissjoni ssostni, il-korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport jista’ jkollu interess li l-islots jingħataw lil ċertu trasportatur tal-ajru, anki fl-assenza ta’ sehem dirett jew indirett fil-kapital tiegħu, billi tali interess jista’ jirriżulta, bħala eżempju, mill-kuntratti ta’ lokazzjoni ta’ spazju fl-ajruport konklużi bejn ċertu trasportatur tal-ajru u l-korp ta’ amministrazzjoni jew mix-xewqa ta’ dan tal-aħħar li l-ajruport inkwistjoni jsir ajruport ċentrali ta’ ċertu trasportatur tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li ANA, bħala korp ta’ amministrazzjoni ta’ajruport fil-Portugall, għandu jitqies <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-konstatazzjoni, għandu jiġi eżaminat jekk id-Digriet-Liġi Nru 109/2008 stabbilixxiex suffiċjentement skont il-liġi l-garanziji li jistgħu jiżguraw is-separazzjoni funzjonali tal-koordinatur, fis-sens ta’ din d-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, skont id-Digriet-Liġi Nru 109/2008, hija ANA, inkarigata bl-eżerċizzju kemm tal-funzjonijiet ta’ koordinatur kif ukoll ta’ dawk ta’ amministratur ta’ ajurport, li, skont l-Artikolu 5(1) u (2) ta’ dan id-digriet-liġi, għandha tiżgura li l-attività ta’ koordinatur tkun indipendenti mill-attività tagħha ta’ amministratur tal-ajruport minħabba separazzjoni xierqa u hija wkoll ANA li għandha tiggarantixxi din l-indipendenza, tal-inqas fil-livell funzjonali. Barra minn hekk, dan id-digriet-liġi jistabbilixxi, fl-Artikolu 8 tiegħu, il-korp ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tal-allokazzjoni tal-islots u jiddefinixxi, fl-Artikoli 9 u 10 tiegħu, istanzi ta’ ksur serji kif ukoll il-mod li bih dan il-korp għandu jittrattahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-garanziji previsti mil-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni ma humiex, minħabba n-natura vaga tagħhom, suffiċjenti sabiex jiżguraw b’mod effettiv is-separazzjoni funzjonali meħtieġa mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93. Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni tistrieħ, essenzjalment, biss fuq l-awtolimitazzjoni ta’ ANA, mingħajr impożizzjoni fuqha, f’dan ir-rigward, ta’ qafas adegwat u preċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Jekk jitqies li huwa veru li, kif issostni r-Repubblika Portugiża, ebda pressjoni min-naħa ta’ ANA ma ġiet qatt eżerċitata fil-prattika u li l-Istitut nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, bħala korp regolatorju tas-settur tal-avjazzjoni ċivili fil-Portugall, ma rċieva qatt l-inqas ilment relatat mal-azzjoni tal-koordinatur, tali allegazzjonijiet fattwali huma ineffettivi, fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk ir-Repubblika Portugiża pprevedietx regoli tad-dritt neċessarji sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-koordinatur minn kull parti interessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li d-Digriet-Liġi Nru 109/2008 ma pprevediex regoli tad-dritt suffiċjentement konkreti sabiex tiġi żgurata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>l-indipendenza tal-kordinatur [...] billi funzjonalment il-kordinatur jiġi separat minn xi parti waħda interessata<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93, hemm lok li l-ewwel ilment tal-Kummissjoni jitqies li huwa fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni lment, dwar is-sistema ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ finanzjament tal-koordinatur</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93 jeżiġi li s-sistema ta’ finanzjament tal-attività tal-koordinatur għandha tkun adegwata sabiex tiżgura l-indipendenza tiegħu. Dan jimplika, skont il‑Kummissjoni, li l-koordinatur għandu jżomm kontijiet separati, jiġġestixxi baġits distinti u, partikolarment, li l-finanzjament tal-attivitajiet tiegħu ma jkunux jiddependu fuq partijiet interessati jew fuq parti waħda interessata, f’dan il-każ il-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport. Issa, f’dan il-każ, il-finanzjament tal-koordinatur jiddependi biss fuq dan il-korp u l-baġit tiegħu huwa approvat minn dan tal-aħħar. Barra minn hekk, anki jekk il-koordinatur jikkostitwixxi ċentru ta’ spejjeż speċifiku, l-ispejjeż kollha tiegħu huma sostnuti mill-korp ta’ amministrazzjoni, u dan ma jippermettix li jiġi konkluż li s-sistema ta’ finanzjament tal-koordinatur hija indipendenti minn dan il-korp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Portugiża, is-sistema ta’ finanzjament adegwata sabiex tiżgura l-indipendenza tal-koordinatur, kif prevista fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93, tikkostiwixxi biss sempliċi indikatur li jippermetti li jitkejjel il-grad ta’ indipendenza tal-koordinatur, u mhux rekwiżit legali essenzjali. In-nuqqas ta’ stabbiliment tat-tariffa għall-allokazzjoni tal-islots ma jippermettix għalhekk li jiġi konkluż li d-DCNS ma hijiex indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tallega li, f’dan il-każ, hemm separazzjoni stretta kontabbli bejn l-attivitajiet tad-DCNS u dawk ta’ ANA, li hija tali li d-DCNS tikkostitwixxi ċentru ta’ spejjeż speċifiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fi kliem it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>[i]s-sistema tal-finanzjament ta’ l-attivitajiet tal-kordinatur għandha tkun tali li tiggarantixxi l-istatus indipendenti tal-kordinatur<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ANA hija parti interessata, hekk kif jirriżulta mill-punt 43 ta’ din is-sentenza. Għalhekk, huwa indispensabbli li d-DCNS ikollha l-kontijiet tal-baġit u tar-riżorsi finanzjarji tagħha sabiex tiżgura li twettaq il-funzjonijiet tagħha ta’ koordinatur konformement mar-Regolament Nru 95/93, mingħajr ebda influwenza min-naħa ta’ ANA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, b’mod partikolari, mekkaniżmu ta’ finanzjament permezz ta’ riżorsi tagħha huwa nieqes f’dan il-każ. Fil-fatt, huwa paċifiku li l-leġiżlazzjoni Portugiża ma tipprevedix tali mekkaniżmu u li r-riżorsi tad-DCNS joriġinaw biss minn ANA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Portugiża ma tikkontestax li l-adozzjoni tal-baġit ta’ funzjonament u tal-kontijiet annwali tal-koordinatur taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-bord tad-diretturi ta’ ANA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika Portugiża li d-DCNS tikkostitwixxi ċentru ta’ spejjeż speċifiku, dan il-fatt ma jistax waħdu jaffettwa l-konklużjoni li l-koordinatur huwa ffinanzjat kompletament minn parti interessata, f’dan il-każ minn ANA. Għalhekk, is-sistema ta’ finanzjament tal-attivitajiet tal-koordinatur ma hijiex adegwata sabiex tiżgura l-indipendenza tiegħu skont kif meħtieġ mit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni lment tal-Kummissjoni għandu jitqies li huwa fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talbiet aċċessorji tar-Repubblika Portugiża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>B’mod aċċessorju, ir-Repubblika Portugiża titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara, minn naħa, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>fil-Portugall, il-koordinatur attwali jiżgura l-osservanza tar-rekwiżiti dwar l-indipendenza funzjonali prevista fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 95/93<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u, min-naħa l-oħra, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>r-Repubblika Portugiża tissodisfa l-obbligi li hija għandha taħt ir-Regolament Nru 95/93<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn it-talbiet, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba li ma tkunx tressqet mill-Kummissjoni. Dawn it-talbiet għandhom, għalhekk, jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni kollha preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li, billi ma żguratx l-indipendenza tal-koordinatur għall-allokazzjoni tal-islots bis-separazzjoni funzjonali tiegħu minn kull parti interessata u billi ma żguratx li s-sistema ta’ finanzjament tal-attivitajiet tal-koordinatur tkun adegwata sabiex tiżgura l-indipendenza tagħhom, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 95/93.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l‑Kummissjoni talbet il-kundanna tar-Repubblika Portugiża u peress li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ġie kkonstatat, hemm lok li din tal-aħħar tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma żguratx l-indipendenza tal-koordinatur għall-allokazzjoni tal-islots bis-separazzjoni funzjonali tiegħu minn kull parti interessata u billi ma żguratx li s-sistema ta’ finanzjament tal-attivitajiet tal-koordinatur tkun adegwata sabiex tiżgura l-indipendenza tagħhom, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 95/93 tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19930118">18 ta’ Jannar 1993</DATE>, dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 545/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>