|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1101 |
26.5.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1101
tat-22 ta’ Mejju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389 fir-rigward tar-rati ta’ frekwenza minimi għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2389 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi tar-rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625 li jidħlu fl-Unjoni li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri tal-ewwel wasla fl-Unjoni. L-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi l-lista tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li huma soġġetti għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi b’rati ta’ frekwenza speċifiċi. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389, ir-rati ta’ frekwenza stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jridu jiġu modifikati fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 54(3), il-punti (a)(i), (ii), (iv), (v) u (vi) tar-Regolament (UE) 2017/625, tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II, u, fejn xieraq, fir-rigward tal-informazzjoni stabbilita fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ir-rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi għall-pjanti, għall-prodotti mill-pjanti u għal oġġetti oħra, jew għall-kategoriji tagħhom, jridu jiġu rieżaminati mill-inqas darba fis-sena, sabiex titqies l-informazzjoni l-ġdida miġbura permezz tal-IMSOC jew ipprovduta mill-Istati Membri, u modifikata skont dan. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ ħidma li eżamina s-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet fl-2022, fl-2023, fl-2024 u fl-ewwel xhur tal-2025 tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625. Abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389, il-grupp ta’ ħidma rrakkomanda r-rati ta’ frekwenza minimi tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi li qies xierqa għall-kunsinni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra minn pajjiżi terzi ta’ oriġini partikolari. |
|
(4) |
Abbażi tas-sejbiet wara l-applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji, u minħabba għadd aktar baxx ta’ interċettazzjonijiet tal-kunsinni affettwati mill-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u għadd akbar ta’ kunsinni li jidħlu fl-Unjoni matul l-aħħar 3 snin, jenħtieġ li r-rati ta’ frekwenza minimi tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi għal ċerti pjanti jitnaqqsu biex jiġi ggarantit li jinżamm livell xieraq ta’ kontrolli. |
|
(5) |
B’mod partikolari, jenħtieġ li dawk ir-rati jitnaqqsu għall-importazzjoni tal-pjanti li ġejjin: il-fjuri maqtugħin tal-Aster miż-Żimbabwe, tad-Dianthus mit-Turkija, tal-Gypsophila mill-Kenja u tar-Rosa miż-Żambja, il-frott tal-Actinidia mill-pajjiżi terzi kollha, tal-Carica papaya mill-pajjiżi terzi kollha, tar-Rubus mill-pajjiżi terzi kollha, tal-Malus mill-pajjiżi terzi Ewropej kollha, tal-Pyrus mill-pajjiżi terzi Ewropej kollha, tal-Vaccinium mill-pajjiżi terzi Ewropej kollha, tas-Citrus minn Iżrael għajr is-Citrus sinensis, tas-Citrus mit-Turkija, tal-Malus mill-Afrika t’Isfel, tal-Mangifera mill-Brażil, tal-Passiflora mill-Afrika t’Isfel u mill-Vjetnam, tal-Prunus mill-Arġentina, miċ-Ċilì u mit-Turkija, tal-Psidium mill-Brażil, tal-Pyrus mill-Arġentina u miċ-Ċina, u tal-Vaccinium mill-Arġentina u miċ-Ċilì. |
|
(6) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rati ta’ frekwenza minimi tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi għal ċerti pjanti, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389, jiżdiedu sabiex jintlaħaq l-għadd minimu ta’ mill-inqas 600 kunsinna tal-pjanti li jridu jiġu vverifikati fuq 3 snin skont il-punt (b) tal-punt 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389. B’mod partikolari, jenħtieġ li dawk jiżdiedu għall-importazzjoni tal-pjanti li ġejjin: il-frott tal-Prunus minn pajjiżi terzi Ewropej, tas-Citrus li joriġina mill-Messiku, u l-għeruq u t-tuberkuli tal-Curcuma longa mill-pajjiżi terzi kollha. |
|
(7) |
Barra minn hekk, minħabba l-interċettazzjonijiet tal-kunsinni affettwati mill-pest tal-kwarantina fl-Unjoni, jenħtieġ li r-rati ta’ frekwenza minimi tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389 jiżdiedu għall-fjuri maqtugħin tal-Gypsophila mill-Ekwador u tar-Rosa mill-Kolombja, għall-frott tal-Persea americana mill-pajjiżi terzi kollha, u għall-għeruq u t-tuberi tal-Curcuma longa mit-Tajlandja u mill-Perù, u għall-għeruq u t-tuberi taż-Zingiber officinale mill-Perù. |
|
(8) |
Filwaqt li qabel ġew stabbiliti rati ta’ frekwenza minimi speċifiċi tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi għall-kunsinni tal-Prunus li joriġinaw mit-Turkija, id-data reċenti dwar l-interċettazzjoni tindika li r-riskju assoċjat ma’ dawn il-kunsinni ma għadux ivarja b’mod sinifikanti mir-riskju marbut mal-kunsinni tal-Prunus li joriġina minn pajjiżi terzi Ewropej oħra. Għalhekk jixraq li l-istess rati ta’ frekwenza minimi tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi jiġu applikati għall-kunsinni tal-Prunus mit-Turkija, bħal dawk għall-kunsinni tal-Prunus mill-pajjiżi terzi Ewropej l-oħra kollha. |
|
(9) |
Barra minn hekk, u minħabba li l-għadd medju tal-kunsinni li daħlu fl-Unjoni matul l-aħħar 3 snin kien aktar baxx miċ-ċifri stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-punt 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389, jenħtieġ li r-rati ta’ frekwenza minimi tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi jiżdiedu għal 100 % għall-frott tas-Citrus mill-Istati Uniti, u għaldaqstant jixraq li dak il-frott jitneħħa mill-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 44(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) , il-Kummissjoni trid tistabbilixxi rekwiżiti ekwivalenti, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fuq talba ta’ pajjiż terz partikolari, jekk il-pajjiż terz ikkonċernat jiżgura, permezz tal-applikazzjoni taħt il-kontroll uffiċjali tiegħu ta’ miżura speċifikata waħda jew aktar, livell ta’ protezzjoni fitosanitarja li jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti speċjali tal-Unjoni fir-rigward tal-introduzzjoni jew tal-moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra kkonċernati minn pajjiżi terzi oħra u jekk il-pajjiż terz ikkonċernat juri lill-Kummissjoni li l-miżuri speċifikati jilħqu l-istess livell ta’ protezzjoni fitosanitarja bħal fl-Unjoni. |
|
(11) |
Il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra importati mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, urew li jixraq u li huwa meħtieġ li tiġi mmonitorjata dik il-konformità, permezz ta’ kontrolli tal-importazzjoni mmirati speċifikament lejn dawk il-komoditajiet. Għalhekk, meta jiġi applikat il-metodu biex jiġu deċiżi r-rati ta’ frekwenza tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni, jenħtieġ li dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra jew il-kategoriji tagħhom jiġu evalwati bħala kategorija waħda u ma jiġux ikkombinati ma’ kategoriji oħra ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra. Jenħtieġ li l-għadd ta’ dawn il-kunsinni tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra, jew il-kategoriji tagħhom, li jidħlu fl-Unjoni, li għalihom ikunu twettqu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi matul it-3 snin preċedenti ikun ta’ mill-inqas 600. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-għadd ta’ dawk il-kunsinni li nstabu infestati minn pesti tal-kwarantina fl-Unjoni kull sena jkun inqas minn 1 % tal-għadd totali tal-kunsinni ta’ dawn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, jew il-kategoriji tagħhom, importati fl-Unjoni. |
|
(12) |
Barra minn hekk, jixraq li jinkiseb l-ogħla livell possibbli ta’ fiduċja fir-rigward tal-aċċettabbiltà tar-riskju fitosanitarju ta’ dawn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, jew il-kategoriji tagħhom. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li l-ogħla għadd possibbli tal-kunsinni ta’ dawn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra jew il-kategoriji tagħhom jiġi soġġett għall-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi. Għalhekk, għal perjodu ta’ 3 snin mid-data tal-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jikkonċerna dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, jew il-kategoriji tagħhom, adottat skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 u sal-31 ta’ Diċembru tat-tielet sena konsekuttiva, jenħtieġ li r-rata ta’ frekwenza tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ dawn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, jew il-kategoriji tagħhom tkun ta’ 100 %. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2389 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4(4) huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Ir-rati ta’ frekwenza msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhomx japplikaw għal:
|
|
(2) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
(3) |
Il-punt 1 tal-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2389 tas-7 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi tar-rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L 316, 8.12.2022, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2389/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj).
ANNESS
ANNESS I
Rati ta’ frekwenza tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi tal-kunsinni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, jew il-kategoriji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 4(3)
|
Pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, jew il-kategorija tagħhom |
Pajjiż ta’ oriġini |
Rata ta’ frekwenza minima tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi (%) |
||
|
Fjuri maqtugħin |
||||
|
Aster |
Iż-Żimbabwe |
75 |
||
|
Dianthus |
Il-Kolombja |
3 |
||
|
Dianthus |
L-Ekwador |
10 |
||
|
Dianthus |
Il-Kenja |
5 |
||
|
Dianthus |
It-Turkija |
10 |
||
|
Gypsophila |
L-Ekwador |
5 |
||
|
Gypsophila |
Il-Kenja |
3 |
||
|
Phoenix |
Il-Costa Rica |
50 |
||
|
Rosa |
Il-Kolombja |
5 |
||
|
Rosa |
L-Ekwador |
1 |
||
|
Rosa |
L-Etjopja |
25 |
||
|
Rosa |
Il-Kenja |
25 |
||
|
Rosa |
Iż-Żambja |
75 |
||
|
Frott |
||||
|
Actinidia |
Il-pajjiżi terzi kollha |
5 |
||
|
Carica papaya |
Il-pajjiżi terzi kollha |
5 |
||
|
Fragaria |
Il-pajjiżi terzi kollha, għajr l-Eġittu |
5 |
||
|
Persea americana |
Il-pajjiżi terzi kollha, għajr il-Kamerun |
3 |
||
|
Rubus |
Il-pajjiżi terzi kollha |
3 |
||
|
Vitis |
Il-pajjiżi terzi kollha |
1 |
||
|
Malus |
Il-pajjiżi terzi Ewropej (1) |
5 |
||
|
Prunus |
Il-pajjiżi terzi Ewropej (1) |
5 |
||
|
Pyrus |
Il-pajjiżi terzi Ewropej (1) |
5 |
||
|
Vaccinium |
Il-pajjiżi terzi Ewropej (1) |
25 |
||
|
Citrus |
L-Eġittu |
50 |
||
|
Citrus għajr is-Citrus sinensis |
Iżrael |
5 |
||
|
Citrus |
Il-Messiku |
50 |
||
|
Citrus |
Il-Marokk |
5 |
||
|
Citrus |
Il-Perù |
10 |
||
|
Citrus |
It-Turkija |
3 |
||
|
Malus |
L-Arġentina |
75 |
||
|
Malus |
Iċ-Ċilì |
5 |
||
|
Malus |
New Zealand |
15 |
||
|
Malus |
L-Afrika t’Isfel |
10 |
||
|
Mangifera |
Il-Brażil |
50 |
||
|
Passiflora |
Il-Kolombja |
5 |
||
|
Passiflora |
Réunion |
10 |
||
|
Passiflora |
L-Afrika t’Isfel |
50 |
||
|
Passiflora |
Il-Vjetnam |
10 |
||
|
Prunus |
L-Arġentina |
50 |
||
|
Prunus |
Iċ-Ċilì |
15 |
||
|
Prunus |
L-Afrika t’Isfel |
10 |
||
|
Psidium |
Il-Brażil |
75 |
||
|
Pyrus |
L-Arġentina |
15 |
||
|
Pyrus |
Iċ-Ċilì |
15 |
||
|
Pyrus |
Iċ-Ċina |
25 |
||
|
Pyrus |
L-Afrika t’Isfel |
10 |
||
|
Vaccinium |
L-Arġentina |
35 |
||
|
Vaccinium |
Iċ-Ċilì |
10 |
||
|
Vaccinium |
Il-Perù |
5 |
||
|
Ħxejjex |
||||
|
Solanum lycopersicum |
Il-Gżejjer Kanarji |
15 |
||
|
Solanum lycopersicum |
Il-Marokk |
1 |
||
|
Il-ħxejjex tal-għeruq u t-tuberi, għajr it-tuberi tas-Solanum tuberosum, Curcuma longa u taż- Zingiber officinale |
Il-pajjiżi terzi kollha, għajr il-Kamerun |
5 |
||
|
L-għeruq u t-tuberi tal-Curcuma longa |
Il-pajjiżi terzi kollha, għajr it-Tajlandja, il-Perù u l-Kamerun |
15 |
||
|
L-għeruq u t-tuberi tal-Curcuma longa |
Il-pajjiżi terzi kollha, għajr il-Perù u l-Kamerun |
5 |
||
|
Makkinarju użat |
||||
|
Il-makkinarju u l-vetturi li jkunu tħaddmu għal finijiet agrikoli jew tal-forestrija |
Il-pajjiżi terzi kollha |
5 |
||
|
(1) L-Albanija, Andorra, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer Faeroe, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, in-Norveġja, ir-Russja (il-partijiet li ġejjin biss: id-Distrett Federali Ċentrali (Tsentralny federalny okrug), id-Distrett Federali tal-Majjistral (Severo-Zapadny federalny okrug), id-Distrett Federali tan-Nofsinhar (Yuzhny federalny okrug), id-Distrett Federali Kawkasu tat-Tramuntana (Severo-Kavkazsky federalny okrug) u d-Distrett Federali tal-Volga (Privolzhsky federalny okrug), San Marino, is-Serbja, it-Turkija, l-Ukrajna u r-Renju Unit.
|
||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1101/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)