|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2260 |
16.10.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2260
tat-8 ta’ Ottubru 2026
li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi għat-trobbija tal-pollam u tal-ħnieżer
(notifikata bid-dokument C(2026) 6899)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali u tat-trobbija tal-bhejjem (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 70i(2), it-tieni subparagrafu, tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2010/75/UE tistabbilixxi regoli biex jiġi evitat jew biex jitnaqqas it-tniġġis li jirriżulta minn attivitajiet industrijali. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness Ia ta’ dik id-Direttiva, jiġifieri t-trobbija tal-ħnieżer u tal-pollam ta’ ċerta kapaċità. |
|
(2) |
Inħoloq sottogrupp għall-Grupp ta’ Esperti dwar l-Emissjonijiet Industrijali biex jappoġġa lill-Kummissjoni fit-tħejjija bikrija tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi għat-trobbija tal-pollam u tal-ħnieżer f’konformità mal-Artikolu 70i tal-IED, qabel is-sottomissjoni lill-kumitat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Is-sottogrupp jissodisfa t-talba lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 70i(1) tal-IED biex twettaq konsultazzjonijiet xierqa u torganizza skambju ta’ informazzjoni matul ix-xogħol ta’ tħejjija ta’ dawn il-kundizzjonijiet uniformi, inkluż fil-livell tal-esperti. |
|
(3) |
Is-sottogrupp iltaqa’ f’diversi okkażjonijiet minn Frar 2025 sa Mejju 2026. F’dan il-kuntest, ġew diskussi miżuri li jikkonċernaw il-proċessi u l-attivitajiet fil-farm, bħall-ġestjoni nutrizzjonali, it-tħejjija tal-għalf, l-alloġġi, il-ġestjoni tad-demel, inkluż il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar u t-tifrix fir-raba’, kif ukoll il-ħżin ta’ annimali mejta. Is-sottogrupp ipprovda data u informazzjoni kondiviża, li abbażi tagħhom ġew żviluppati l-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi. |
|
(4) |
Il-fattibbiltà ekonomika ta’ ċerti tekniki tvarja skont id-daqs tal-farm. Konsegwentement, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti proporzjonati għall-farms li jwettqu attivitajiet imsemmija fl-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE li ma kinux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva qabel l-4 ta’ Awwissu 2024. |
|
(5) |
Sabiex ikunu jistgħu jintużaw l-aktar tekniki kosteffettivi fil-livell tal-farm, l-aqwa tekniki disponibbli u t-tekniki emerġenti msemmija fil-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi jenħtieġ li la jkunu preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw tekniki oħra li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ambjentali, inkluża s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-klima. Għalhekk, fil-każ li jiġu applikati tekniki mhux elenkati fil-kundizzjonijiet uniformi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jivvalidaw li l-użu tagħhom jiżgura mill-inqas livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ambjentali, abbażi ta’ metodi stabbiliti xjentifikament, filwaqt li jqisu wkoll is-sistemi tal-benesseri tal-annimali rikonoxxuti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali. |
|
(6) |
L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tat-tekniki elenkati fil-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi (eż. effiċjenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka) hija bbażata fuq l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 70i(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, u fuq gwida internazzjonali rikonoxxuta (eż. id-dokument ta’ gwida dwar “Options for ammonia mitigation” tan-NU/KEE (3)). Jenħtieġ li jkun possibbli li tintuża informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni ambjentali tat-tekniki minn sorsi tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali li jiżguraw il-provvista ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. Meta l-użu ta’ informazzjoni addizzjonali jwassal għal prestazzjoni ambjentali differenti minn dik elenkata fil-kundizzjonijiet uniformi, jew meta l-prestazzjoni ambjentali tat-tekniki ma tkunx speċifikata fil-kundizzjonijiet uniformi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri, kif xieraq, jivvalidaw il-prestazzjoni ambjentali tat-tekniki, abbażi ta’ metodi stabbiliti xjentifikament. |
|
(7) |
Huwa wkoll neċessarju li l-Istati Membri jivvalidaw il-prestazzjoni ambjentali ta’ kombinazzjonijiet ta’ tekniki, abbażi ta’ metodi stabbiliti xjentifikament, u li l-Istati Membri jiżguraw li d-data, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet sottostanti kollha jkunu dokumentati bis-sħiħ u disponibbli pubblikament. |
|
(8) |
Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv involut fl-applikazzjoni ta’ tekniki mhux elenkati fil-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jistinkaw biex jikkooperaw sabiex irawmu r-rikonoxximent reċiproku tat-tekniki. |
|
(9) |
Il-valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja stabbiliti f’dawn il-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi jenħtieġ li jinftiehmu bħala li jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 70d(2) u fl-Artikolu 70f(1) tad-Direttiva. |
|
(10) |
Il-valuri massimi tan-nitroġenu totali mneħħi u l-valuri massimi tal-fosforu totali mneħħi stabbiliti fil-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi jenħtieġ li jinftiehmu bħala li jistabbilixxu valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali kif imsemmi fl-Artikolu 70d(2) u fl-Artikolu 70f(1) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
(11) |
L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi li fir-rigward tal-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet imsemmija fl-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri huma meħtieġa japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2024/1785 fi żmien: (a) 4 snin mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 70i(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, jekk l-installazzjoni għandha kapaċità ta’ 600 unità ta’ bhejjem (LSU) jew aktar; (b) 5 snin mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 70i(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, jekk l-installazzjoni għandha kapaċità ta’ 400 LSU jew aktar; (c) 6 snin mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 70i(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, għall-installazzjonijiet l-oħra kollha koperti mill-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE. Sad-data rilevanti tal-applikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(5), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2024/1785, l-installazzjonijiet imsemmija f’dak is-subparagrafu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE fil-verżjoni fis-seħħ fil-jum ta’ qabel ma tidħol fis-seħħ id-Direttiva (UE) 2024/1785 huma meħtieġa jikkonformaw mad-Direttiva 2010/75/UE f’dik il-verżjoni. Għalhekk, għall-iskop tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi, huwa xieraq li “farm ġdid” jiġi definit bħala farm li l-kostruzzjoni tiegħu ġiet awtorizzata jew irreġistrata wara l-iskadenza applikabbli stabbilita fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1785, jew bħala sostituzzjoni kompleta ta’ farm wara l-iskadenza applikabbli stabbilita fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1785. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja mill-alloġġi tal-annimali jiġu stabbiliti fil-livell ta’ kull alloġġ tal-annimali preżenti fil-farm. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-għażla li japplikaw valuri massimi fl-alloġġi tal-annimali kollha fl-istess farm, sakemm ma jkunx hemm żieda netta fl-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi fil-farm, peress li dan jippermetti l-implimentazzjoni ta’ miżuri kosteffettivi mir-raħħala. |
|
(13) |
Bħala alternattiva għall-valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja stabbiliti fil-kundizzjonijiet uniformi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw sistema relattiva bbażata fuq rekwiżiti minimi ta’ tnaqqis tal-ammonijaka f’kull alloġġ tal-annimali meta mqabbla ma’ sistema ta’ referenza bbażata fuq sorsi tal-Unjoni jew internazzjonali (eż. dokument ta’ gwida tan-NUKEE dwar “Options for ammonia mitigation” (5)), diment li tiżgura mill-inqas l-istess tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka u li tkun ibbażata fuq metodi stabbiliti xjentifikament rikonoxxuti fil-livelli tal-Unjoni jew internazzjonali. |
|
(14) |
Il-fatturi ta’ emissjoni assoċjati ma’ ċerti kategoriji ta’ annimali u tekniki, jew il-prestazzjoni ambjentali tat-tekniki, jistgħu jinbidlu maż-żmien minħabba sejbiet xjentifiċi ġodda. F’tali każijiet, fejn il-bidla ma tibqax tippermetti konformità mal-valuri massimi stabbiliti fil-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-raħħala li implimentaw tekniki li kienu qed jabilitaw il-konformità qabel ma seħħet il-bidla ma jiġux penalizzati. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jgħinu lir-raħħala jerġgħu jistabbilixxu l-konformità. |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-qżieqeż miftuma jiġu definiti bħala driefeġ li jitrabbew mill-ftim sat-tismin, u normalment jitrabbew minn piż ħaj ta’ madwar 8 kg sa piż ħaj ta’ madwar 30 kg. Madankollu, l-emissjonijiet assoċjati mal-qżieqeż miftuma jiżdiedu hekk kif jiżdied il-piż ħaj tagħhom. Għalhekk, għall-iskop tal-kalkolu tal-kapaċità tal-installazzjoni, maż-żmien rati ta’ konverżjoni li jirriflettu dik iż-żieda fl-emissjonijiet ġew inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2024/1785 (6), billi ssir distinzjoni bejn il-qżieqeż miftuma b’piż ħaj li ma jaqbiżx l-20 kg u dawk b’piż ħaj li jaqbeż dan il-limitu u billi jiġi żgurat li l-qżieqeż miftuma li jaqbżu l-20 kg ta’ piż ħaj jiġu kkunsidrati bħala “ħnieżer oħrajn” għall-finijiet tal-kalkolu tal-kapaċità tal-installazzjoni. |
|
(16) |
Skont l-Artikolu 70c(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatti tal-implimentazzjoni tar-regoli operattivi stabbiliti fl-Artikolu 70i ta’ dik id-Direttiva u għandha tissottometti, sa 11-il sena wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 70i(2) ta’ dik id-Direttiva, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni. |
|
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi jirriflettu l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura r-rieżamijiet u l-aġġornamenti perjodiċi tagħhom. Tali aġġornamenti jenħtieġ li jimmiraw li jintegraw l-iżviluppi fl-aqwa tekniki disponibbli, tekniki emerġenti, u standards ambjentali u tal-benesseri tal-annimali li qed jevolvu. Tali aġġornamenti jenħtieġ li jqisu wkoll is-sejbiet taċ-Ċentru għall-Innovazzjoni għat-trasformazzjoni industrijali u l-emissjonijiet. |
|
(18) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġorna din id-Deċiżjoni fejn l-iżviluppi fl-aqwa tekniki disponibbli jippermettu tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet jew wara l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 70c(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, fejn rilevanti. |
|
(19) |
Skont l-Artikolu 70i(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ssegwi jew tkun infurmata bl-iżviluppi fl-aqwa tekniki disponibbli u bil-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe kundizzjoni uniformi ġdida jew aġġornata għar-regoli operattivi. |
|
(20) |
Huwa xieraq li jiġu implimentati rekwiżiti flessibbli mmirati għal sistemi ta’ produzzjoni li jtejbu l-benesseri tal-annimali rikonoxxuti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali, li jistgħu, f’ċerti każijiet, iwasslu għal emissjonijiet ogħla mis-sistemi konvenzjonali. |
|
(21) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel” (7), il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa għal settur agroalimentari li jibqa’ validu fil-futur u li jiffunzjona fi ħdan il-konfini planetarji, fejn il-biedja u s-settur tal-ikel jikkontribwixxu flimkien għall-objettivi klimatiċi tal-Unjoni, filwaqt li jippreservaw ħamrija b’saħħitha, ilma u arja nodfa, u jipproteġu u jirrestawraw il-bijodiversità tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll il-mira li tnaqqas il-piż amministrattiv u li tissimplifika b’mod sinifikanti l-oqsma ta’ politika li jaffettwaw lill-bdiewa. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi kif imsemmija fl-Artikolu 70i tad-Direttiva 2010/75/UE huma dawk stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Jistgħu jintużaw tekniki oħra għajr dawk elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. F’tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jivvalidaw, abbażi ta’ metodi stabbiliti xjentifikament, li l-użu ta’ tali tekniki, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10)(a), tad-Direttiva 2010/75/UE jiżgura mill-inqas livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ambjentali għal dawk elenkati fl-Anness, inkluża s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-klima, filwaqt li jitqiesu wkoll is-sistemi tal-benesseri tal-annimali rikonoxxuti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali.
2. Jistgħu jintużaw il-prestazzjonijiet ambjentali tat-tekniki elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni li huma differenti minn dawk elenkati fit-Taqsimiet 4 u 5 ta’ dak l-Anness. F’tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jivvalidaw tali prestazzjonijiet ambjentali, abbażi ta’ metodi stabbiliti xjentifikament.
3. Meta jintużaw tekniki elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni li għalihom il-prestazzjoni ambjentali ma hijiex speċifikata fit-Taqsimiet 4 u 5 ta’ dak l-Anness, l-Istati Membri għandhom jivvalidaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom.
4. Meta jintużaw kombinazzjonijiet ta’ tekniki, l-Istati Membri għandhom jivvalidaw il-prestazzjoni ambjentali ta’ tali kombinazzjonijiet ta’ tekniki.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data sottostanti kollha meħtieġa mid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-metodoloġiji, u s-suppożizzjonijiet użati għall-validazzjonijiet imwettqa f’konformità mal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, ikunu dokumentati bis-sħiħ u disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw, bħala alternattiva għall-valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, sistema relattiva bbażata fuq rekwiżiti minimi ta’ tnaqqis tal-ammonijaka f’kull alloġġ tal-annimali meta mqabbla ma’ sistema ta’ referenza bbażata fuq sorsi tal-Unjoni jew internazzjonali. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali sistema tipprovdi mill-inqas l-istess tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka bħal dak miksub meta jintużaw il-valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja stabbiliti f’dak l-Anness, u li tkun ibbażata fuq metodi stabbiliti xjentifikament.
2. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li d-data sottostanti kollha, meħtieġa mid-Direttiva 2003/4/KE, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet ikunu dokumentati bis-sħiħ u disponibbli pubblikament permezz tal-internet. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-approċċ alternattiv u dwar id-data, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet sottostanti.
3. L-Istati Membri li jiddeċiedu, bħala alternattiva għall-valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja f’kull alloġġ tal-annimali, li japplikaw valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja fl-alloġġi kollha tal-annimali fl-istess farm, għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda żieda netta fl-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi fil-farm.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika kif ġej:
|
(a) |
mhux aktar tard minn 4 wara t-8 ta’ Ottubru 2026 għall-installazzjonijiet koperti mill-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE b’kapaċità ta’ 600 LSU jew aktar; |
|
(b) |
mhux aktar tard minn 5 wara t-8 ta’ Ottubru 2026 għall-installazzjonijiet koperti mill-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE b’kapaċità ta’ 400 LSU jew aktar; |
|
(c) |
mhux aktar tard minn 6 snin wara t-8 ta’ Ottubru 2026 għall-installazzjonijiet oħra kollha koperti mill-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE. |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Jessika ROSWALL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/75/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(3) Bittman, S., Dedina, M., Howard C.M., Oenema, O., Sutton, M.A., (eds), 2014, Options for Ammonia Mitigation: Guidance from the UNECE Task Force on Reactive Nitrogen, Centre for Ecology and Hydrology, ir-Renju Unit.
(4) Id-Direttiva (UE) 2024/1785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (ĠU L, 2024/1785, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1785/oj).
(5) Kif imsemmi fin-nota f’qiegħ il-paġna 3.
(6) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2008/98/KE, 2010/75/UE, (UE) 2015/2193 u (UE) 2024/1785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-simplifikazzjoni ta’ xi rekwiżiti u tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv; COM/2025/986 final.
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel Insawru flimkien settur tal-biedja u tal-ikel attraenti tal-UE għall-ġenerazzjonijiet futuri, COM(2025/75 final).
(8) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/4/oj).
ANNESS
KUNDIZZJONIJIET UNIFORMI GĦAR-REGOLI OPERATTIVI GĦALL-BHEJJEM (TROBBIJA TAL-ĦNIEŻER U TAL-POLLAM)
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dawn il-Kundizzjonijiet Uniformi (UC) jikkonċernaw l-attivitajiet speċifikati fl-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE (l-IED).
Il-livell tal-Unità tal-Bhejjem (LSU) ta’ installazzjoni għandu jiġi kkalkolat bl-użu tar-rati ta’ konverżjoni mogħtija fl-Anness Ia tal-IED.
B’mod partikolari, il-UC ikopru l-proċessi u l-attivitajiet li ġejjin li jsiru fl-azjendi agrikoli:
|
(a) |
il-ġestjoni nutrizzjonali; |
|
(b) |
il-preparazzjoni tal-għalf; |
|
(c) |
l-alloġġ; |
|
(d) |
il-ġestjoni tad-demel, inklużi l-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar u t-tifrix; |
|
(e) |
il-ħżin tal-annimali mejtin. |
Il-UC japplikaw b’mod parallel għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra, eż. id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (1), id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-leġiżlazzjoni dwar il-benesseri tal-annimali (eż. id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE (4), id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE (5), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (6), id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE (7)).
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Termini ġenerali |
|||||||
|
Terminu użat |
Definizzjoni |
||||||
|
Ad libitum |
L-għoti ta’ aċċess ħieles għall-għalf jew għall-ilma sabiex b’hekk l-annimal ikun jista’ jirregola huwa stess il-konsum tal-għalf jew tal-ilma skont il-ħtiġijiet bijoloġiċi tiegħu. |
||||||
|
Abitazzjoni tal-annimal |
Impjant f’azjenda agrikola mfassal speċifikament biex jakkomoda l-bhejjem. |
||||||
|
Post tal-annimal |
Spazju pprovdut għal kull annimal f’sistema ta’ alloġġi li tqis il-kapaċità massima tal-impjant. |
||||||
|
Ħdim ta’ konservazzjoni |
Kull metodu ta’ kultivazzjoni tal-ħamrija li jħalli r-residwu tal-għalla tas-sena ta’ qabel (bħaz-zkuk tal-qamħirrun jew il-qasbija tal-qamħ) fuq is-superfiċe tal-għelieqi qabel u wara t-tħawwil tal-għalla li jmiss, sabiex jitnaqqsu l-erożjoni u l-iskular tal-ħamrija. |
||||||
|
Ħżin f’fosos tad-demel likwidu fil-ħamrija |
Il-ħżin tad-demel likwidu fi strutturi fl-art (eż. laguni, baċiri) mibnija fi ħdan fosos tad-demel kumpatti. |
||||||
|
Azjenda agrikola eżistenti |
Azjenda agrikola li ma hijiex azjenda agrikola ġdida. |
||||||
|
Impjant eżistenti |
Impjant li ma huwiex impjant ġdid. |
||||||
|
Azjenda agrikola |
Installazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3(3) tal-IED, fejn jitrabbew il-ħnieżer jew il-pollam. |
||||||
|
Sistemi ta’ alloġġ b’libertà akbar għall-majjali nisa tas-sejba |
Is-sistemi ta’ alloġġ għall-majjali tas-sejba li jipprovdu żoni akbar għall-moviment meta mqabbla mal-imqawel ta’ gaġeġ fissi, biex jiġu żgurati standards imtejba tal-benesseri tal-annimali, inkluż biżżejjed spazju biex il-majjala tkun tista’ timxi ftit u tesprimi mġiba naturali b’livelli minimi ta’ spazju għal kull majjala. |
||||||
|
Demel |
Demel likwidu u/jew demel solidu. |
||||||
|
Azjenda agrikola koperta reċentement |
Azjenda agrikola eżistenti li twettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Anness Ia u li ma kinitx taqa’ fl-ambitu tal-IED qabel l-4 ta’ Awwissu 2024. |
||||||
|
Azjenda agrikola ġdida |
Azjenda agrikola li l-kostruzzjoni tagħha tkun ġiet awtorizzata jew irreġistrata wara l-iskadenza applikabbli stabbilita fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1785 jew sostituzzjoni sħiħa ta’ azjenda agrikola wara l-iskadenza applikabbli stabbilita fl-Artikolu 3(5) ta’ dik id-Direttiva. |
||||||
|
Impjant ġdid |
Impjant li l-kostruzzjoni tiegħu fis-sit tal-azjenda agrikola tkun ġiet awtorizzata jew irreġistrata wara l-iskadenza applikabbli stabbilita fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1785 jew sostituzzjoni sħiħa ta’ impjant fuq il-pedamenti eżistenti, wara l-iskadenza applikabbli stabbilita fl-Artikolu 3(5) ta’ dik id-Direttiva. |
||||||
|
Fl-azjenda agrikola |
Fil-bini tal-installazzjoni tal-IED. |
||||||
|
Produzzjoni organika |
Produzzjoni organika definita f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 |
||||||
|
Impjant |
Parti mill-azjenda agrikola fejn jitwettaq wieħed mill-proċessi jew fejn titwettaq waħda mill-attivitajiet li ġejjin: alloġġ tal-annimali, ħżin tad-demel, ipproċessar tad-demel. Impjant li jikkonsisti f’bini wieħed (jew faċilità) u/jew it-tagħmir meħtieġ sabiex jitwettqu l-proċessi jew l-attivitajiet. |
||||||
|
Riċettur sensittiv |
Żoni li jeħtieġu protezzjoni speċjali, bħal:
|
||||||
|
Demel likwidu |
Rawt u awrina mħalltin jew mhux imħalltin ma’ xi materjal tal-mifrex u xi ilma sabiex isiru demel likwidu li jimxu bil-gravità u jistgħu jiġi ppumpjat. |
||||||
|
Fosos tad-demel likwidu |
Strutturi fissi mfassla biex iżommu d-demel likwidu. |
||||||
|
Demel solidu |
Rawt jew ħmieġ u awrina mħalltin jew mhux imħalltin ma’ materjal tal-mifrex li ma jimxux bil-gravità u li ma jistgħux jiġu ppumpjati. |
||||||
|
Ilma mormi |
Skular tal-ilma tax-xita spiss imħallat mad-demel, ilma li ġej mit-tindif tas-superfiċji (eż. il-pavimenti) u tat-tagħmir, u ilma li ġej mill-operat tas-sistemi ta’ tindif tal-arja. Għall-finijiet ta’ dan id-dokument, l-effluwenti minn użi oħra (eż. ilma iswed/drenaġġ, ilma mormi mit-tindif tal-ħżin fl-azjenda agrikola ta’ annimali mejtin, ilma kkontaminat bil-fjuwils / biż-żejt) ma humiex ikkunsidrati. |
||||||
|
Sustanzi niġġiesa u parametri |
|
|
Terminu użat |
Definizzjoni |
|
Nitroġenu ammonijaku totali |
Ammonju-N (NH4-N) u l-komposti tiegħu, inkluż l-aċidu uriku, li jitkissru faċilment f’NH4-N. |
|
Nitroġenu totali |
In-nitroġenu totali, espress bħala N, jinkludi ammonijaka ħielsa u ammonju (NH4-N), nitriti (NO2-N), nitrati (NO3-N) u komposti tan-nitroġenu organiku. |
|
Nitroġenu totali mneħħi |
Nitroġenu totali eliminat mill-proċessi metaboliċi tal-annimal fl-awrina u r-rawt. |
|
Fosforu totali |
Fosforu totali, espress bħala P2O5, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-fosforu, maħlula jew marbuta ma’ partikoli. |
|
Fosforu totali mneħħi |
Fosforu totali eliminat mill-proċessi metaboliċi tal-annimal fl-awrina u r-rawt. |
|
Kategoriji ta’ annimali |
|
|
Terminu użat |
Definizzjoni |
|
Nissiela |
Stokk tat-tjur ġenitur (irġiel u nisa) miżmum għal skopijiet riproduttivi. |
|
Tiġieġ tas-simna |
Tiġieġ imrobbi għall-produzzjoni tal-laħam, li ma jinkludix in-nissiela. |
|
Papri |
Għasafar tal-ġeneru Anas u Cairalina, imrobbija għall-produzzjoni tal-laħam jew tal-bajd, li ma jinkludux in-nissiela. |
|
Majjali nisa tas-sejba |
Ħnieżer nisa bejn il-perjodu perinatali u l-ftim tal-qżieqeż. |
|
Ħnieżer tas-simna |
Ħnieżer tal-produzzjoni li normalment jitrabbew minn piż ħaj ta’ 30 kg sal-qatla jew sal-ewwel servizz. Din il-kategorija tinkludi ħnieżer bejn il-ftim u l-fażi ta’ qabel ikunu lesti biex jinbiegħu, ħnieżer fil-fażi finali meta jkunu lesti biex jinbiegħu u ħnieżer nisa qabel ir-refgħa li ma jkunux ġew servisjati. |
|
Majjali nisa tqal |
Majjali nisa tqal, inklużi ħnieżer nisa qabel ir-refgħa. |
|
Ħnieżer nisa qabel ir-refgħa |
Ħanżira mara wara l-pubertà u qabel il-ħlas. |
|
Majjali nisa tar-refgħa |
Majjali lesti għas-servizz u qabel il-ġestazzjoni. |
|
Ħnieżer ta’ piż tqil |
Ħnieżer b’piż ħaj tal-qatla tipikament ta’ aktar minn 130 kg, minħabba ċikli ta’ produzzjoni estiżi. |
|
Ħnieżer |
Annimal tal-ispeċi porċina ta’ kull età, li jinżamm għat-tgħammir jew għat-tismin. |
|
Qżieqeż |
Ħnieżer mit-twelid sal-ftim (tipikament sa piż ħaj ta’ madwar 8 kg). |
|
Pollam |
Tjur (tiġieġ), dundjani, farawni, papri, wiżżijiet, summien, ħamiem, faġani u perniċi li jitrabbew jew li jinżammu maqfulin għat-tgħammir, għall-produzzjoni tal-laħam jew tal-bajd għall-konsum, jew għall-istokkjar mill-ġdid tal-provvisti ta’ tjur tal-kaċċa. |
|
Tiġieġ tal-bajd |
Tiġieġ nisa mkabbra meta jibdew ibidu l-bajd wara l-età ta’ 16 sa 20 ġimgħa, bin-nissiela u l-għawwietaq mhux inklużi. |
|
Għawwietaq |
Meta t-tiġieġ jitrabba għat-tnissil, l-għawwietaq ikunu tiġieġ nisa u rġiel żgħar sal-età ta’ 20 ġimgħa. Meta t-tiġieġ jitrabba għall-produzzjoni tal-bajd, l-għawwietaq ikunu tiġieġ qabel ma jibdew ibidu l-bajd fl-età ta’ 16 sa 20 ġimgħa. |
|
Majjali nisa |
Ħnieżer nisa matul il-perjodi tat-trobbija tat-tgħammir, tat-tqala u tal-ħlas. |
|
Dundjani |
Għasafar tal-ġeneru Meleagris imrobbija għall-produzzjoni tal-laħam, bin-nissiela mhux inklużi. |
|
Ħnienes |
Ħnieżer żgħar li jitrabbew mill-ftim sat-tismin, tipikament jitrabbew minn piż ħaj ta’ madwar 8 kg sa piż ħaj ta’ madwar 30 kg. |
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
Dawn il-Kundizzjonijiet Uniformi għar-regoli operattivi huma konsistenti mal-użu tal-aħjar tekniki disponibbli għall-attivitajiet elenkati fl-Anness Ia tal-IED. Dan id-dokument jinkludi wkoll informazzjoni dwar tekniki emerġenti, f’konformità mal-Artikolu 70i tal-IED.
L-aħjar tekniki disponibbli u t-tekniki emerġenti f’dan id-dokument la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħra li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ambjentali, inkluż is-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-klima.
L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tat-tekniki elenkati fit-Taqsima 4 u fit-Taqsima 5 (eż. l-effiċjenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka) hija bbażata fuq l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 70i tal-IED, u fuq gwida internazzjonali rikonoxxuta (eż. dokument ta’ gwida tal-NUKEE dwar “Għażliet għall-mitigazzjoni tal-ammonijaka”). L-informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni ambjentali tat-tekniki jew dwar il-kombinazzjonijiet tagħhom tista’ tittieħed minn sorsi tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali (eż. dokumenti ta’ gwida tal-NUKEE jew manwal ta’ inventarju ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja tal-Programm Kooperattiv għall-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni tat-Trażmissjoni fuq Medda Twila ta’ Sustanzi li Jniġġsu l-Arja fl-Ewropa (EMEP)/Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) li jiżguraw il-forniment ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
Huwa f’idejn l-Istati Membri li jivvalidaw, abbażi ta’ metodi stabbiliti xjentifikament:
|
(a) |
l-użu ta’ tekniki mhux elenkati f’dan id-dokument li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ambjentali, inkluż is-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-klima, filwaqt li jitqiesu wkoll is-sistemi tal-benesseri tal-annimali rikonoxxuti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali; |
|
(b) |
l-użu tal-prestazzjoni ambjentali tat-tekniki elenkati f’dan id-dokument li huma differenti minn dawk fit-Taqsimiet 4 u 5 jew il-prestazzjoni ambjentali fejn ma jkunx speċifikat fit-Taqsimiet 4 u 5; |
|
(c) |
il-prestazzjoni ambjentali tal-kombinazzjonijiet ta’ tekniki. |
Id-data sottostanti kollha, meħtieġa mid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet, iridu jiġu ddokumentati bis-sħiħ u jkunu disponibbli għall-pubbliku.
1. KUNDIZZJONIJIET UNIFORMI GĦAT-TROBBIJA TAL-ĦNIEŻER
Il-UC f’din it-taqsima japplikaw flimkien mal-UC ġenerali elenkati fit-Taqsima 3.
1.1. Ġestjoni nutrizzjonali fl-azjendi agrikoli tal-ħnieżer
UC 1. Għandhom jintużaw formulazzjonijiet tad-dieta u strateġiji nutrizzjonali, biex jiġu minimizzati n-nitroġenu totali u l-fosforu totali mneħħi, u b’hekk jiġu evitati u/jew minimizzati l-emissjonijiet tan-nitroġenu u tal-fosforu u tiġi massimizzata l-effiċjenza tan-nitroġenu u tal-fosforu, filwaqt li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimali.
In-nitroġenu totali u l-fosforu totali mneħħija ma għandhomx jaqbżu l-valuri elenkati fit-Tabella 1.1 u fit-Tabella 1.2.
Tabella 1.1
Valuri massimi tan-nitroġenu totali mneħħi, skont il-kategorija tal-ħnieżer
|
Parametru |
Kategorija tal-ħnieżer |
Valuri massimi tan-nitroġenu totali mneħħi |
|
Nitroġenu totali mneħħi, espress bħala N |
Ħnienes |
3,6 |
|
Ħnieżer tas-simna |
12,0 |
|
|
Majjali nisa (inklużi l-qżieqeż) |
25,0 |
|
|
(9) Għall-ħnieżer Iberiċi, il-valuri massimi jistgħu jkunu sa 30 % ogħla. (10) Għall-ħnieżer ta’ piż tqil għajr il-ħnieżer Iberiċi, il-valuri massimi jistgħu jkunu sa 20 % ogħla. |
||
L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri massimi tan-nitroġenu totali mneħħi fil-kategoriji kollha tal-ħnieżer fl-istess azjenda agrikola, soġġett għall-ebda żieda netta fit-tneħħija tan-nitroġenu fl-azjenda agrikola.
Tabella 1.2
Valuri massimi tal-fosforu totali mneħħi, skont il-kategorija tal-ħnieżer
|
Parametru |
Kategorija tal-ħnieżer |
Valuri massimi tal-fosforu totali mneħħi (kg P2O5 imneħħi / post tal-annimal / sena) (11) |
|
Fosforu totali mneħħi, espress bħala P2O5 |
Ħnienes |
1,5 |
|
Ħnieżer tas-simna |
4,5 |
|
|
Majjali nisa (inklużi l-qżieqeż) |
12,0 |
|
|
(11) Fil-każ ta’ koprodotti (eż. ix-xorrox) użati bħala għalf bħala parti minn strateġija nutrizzjonali dokumentata effiċjenti fir-riżorsi, jew biex jikkonformaw ma’ speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-għalf għal skemi ta’ kwalità rikonoxxuti, il-valuri massimi jistgħu jkunu sa 20 % ogħla. |
||
L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri massimi tal-fosforu totali mneħħi fil-kategoriji kollha tal-ħnieżer fl-istess azjenda agrikola, soġġett għall-ebda żieda netta fit-tneħħija tal-fosforu fl-azjenda agrikola.
Il-monitoraġġ assoċjat huwa previst fit-Taqsima 3.7.1.
Valuri daqs jew inqas minn dawk stabbiliti fit-Tabella 1.1 u fit-Tabella 1.2 jistgħu jinkisbu bl-użu ta’ teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki elenkati hawn taħt.
|
Teknika (12) |
Parametru/i |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Limitazzjoni tal-kontenut ta’ proteini mhux raffinati bl-użu ta’ dieta-N bilanċjata bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-enerġija u l-aċidi amminiċi diġestibbli |
Nitroġenu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
b |
Għalf f’fażijiet b’formulazzjoni ta’ dieta adattata għar-rekwiżiti speċifiċi tal-perjodu ta’ produzzjoni |
Nitroġenu totali, fosforu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
c |
Provvista kkontrollata ta’ aċidi amminiċi f’dieti ta’ tnaqqis ta’ proteini mhux raffinati |
Nitroġenu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali fir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà fis-suq ta’ għalf b’livell baxx ta’ proteini u/jew aċidi amminiċi sintetiċi. |
|
d |
Użu ta’ addittivi fl-għalf awtorizzati li jnaqqsu n-nitroġenu totali mneħħi / l-emissjonijiet tal-ammonijaka |
Nitroġenu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
e |
Użu ta’ addittivi fl-għalf awtorizzati li jnaqqsu l-fosforu totali mneħħi (eż. il-fitażi) |
Fosforu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
f |
Użu ta’ fosfati inorganiċi diġestibbli ħafna biex jissostitwixxu b’mod parzjali sorsi konvenzjonali tal-fosforu fl-għalf |
Fosforu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali fir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà fis-suq ta’ fosfati inorganiċi diġestibbli ħafna. |
|
g |
Għalf ta’ preċiżjoni fit-trobbija tal-ħnieżer għall-annimali individwali |
Nitroġenu totali, fosforu totali |
L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
|
(12) Deskrizzjoni tat-tekniki hija pprovduta fit-Taqsima 4.1. |
|||
1.2. Emissjonijiet tal-ammonijaka u tal-metan mill-alloġġi tal-annimali fl-azjendi agrikoli tal-ħnieżer
UC 2. L-alloġġ tal-annimali għandu jkun imfassal u operat b’tekniki biex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, biex jiġu minimizzati l-emissjonijiet tal-ammonijaka u tal-metan fl-arja. L-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn kull abitazzjoni tal-annimali ma għandhomx jaqbżu l-valuri stabbiliti fit-Tabella 1.3.
Tabella 1.3
Valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja, skont il-kategorija tal-ħnieżer
|
Sustanza |
Kategorija tal-ħnieżer |
Valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja |
||
|
Imjanti ġodda (għajr impjanti speċifiċi) |
Impjanti eżistenti (għajr impjanti speċifiċi) |
|||
|
Ammonja, espressa bħala NH3 |
Ħnienes |
0,4 |
0,5 (18) |
0,7 |
|
Ħnieżer tas-simna |
2,0 |
2,4 (19) |
3,5 |
|
|
Majjali nisa tar-refgħa u majjali nisa tqal (17) |
2,3 |
2,7 |
4,0 |
|
|
Majjali nisa tas-sejba (inklużi l-qżieqeż) (17) |
3,6 |
4,2 (20) |
7,0 |
|
|
(13) Għall-ħnieżer Iberiċi, il-valuri massimi jistgħu jkunu sa 30 % ogħla. (14) Għall-ħnieżer ta’ piż tqil għajr il-ħnieżer Iberiċi, il-valuri massimi jistgħu jkunu sa 20 % ogħla. (15) Impjanti ġodda jew eżistenti b’sistemi ta’ demel solidu. (16) Impjanti eżistenti b’fossa fonda (paviment kompletament jew parzjalment f’għamla ta’ gradilja) kombinati biss mal-ġestjoni nutrizzjonali. (17) Il-valuri massimi jistgħu ma japplikawx għal sistemi li jtejbu l-benesseri tal-annimali (eż. sistemi ta’ alloġġ b’libertà akbar għall-majjali nisa tas-sejba) li huma rikonoxxuti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali. (18) Għall-azjendi agrikoli koperti reċentement, il-valuri massimi jistgħu jkunu ogħla u sa 0,7 kg NH3 / post tal-annimali / sena. (19) Għall-azjendi agrikoli koperti reċentement, il-valuri massimi jistgħu jkunu ogħla u sa 2,6 kg NH3 / post tal-annimali / sena. (20) Għall-azjendi agrikoli koperti reċentement, il-valuri massimi jistgħu jkunu ogħla u sa 5,6 kg NH3 / post tal-annimali / sena. |
||||
Bħala alternattiva għall-valuri massimi f’kull alloġġ tal-annimali, l-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri massimi fl-alloġġi kollha tal-annimali fl-istess azjenda agrikola, soġġett għal ebda żieda netta fl-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġ fl-azjenda agrikola.
Il-monitoraġġ assoċjat huwa previst fit-Taqsima 3.7.2.
Il-kundizzjoni uniformi UC 2 u l-valuri daqs jew inqas minn dawk stabbiliti fit-Tabella 1.3 jistgħu jinkisbu bl-użu ta’ UC 1 u ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki elenkati hawn taħt.
|
Teknika (21) |
Applikabbiltà |
|||||||
|
a |
Fossa fonda (paviment kompletament jew parzjalment f’għamla ta’ gradilja) kombinata ma’:
|
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||
|
b |
Tneħħija frekwenti tad-demel likwidu, eżempju permezz ta’ sistema ta’ vakwu, barraxa, ifflaxxjar (fil-każ ta’ paviment kompletament jew parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. L-ifflaxxjar jista’ ma jkunx applikabbli għal impjanti li jinsabu qrib riċetturi sensittivi jekk dan jikkawża rwejjaħ qawwijin. |
||||||
|
c |
Ħitan immejlin jew sistema ta’ lembut (fil-każ ta’ paviment kompletament jew parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
||||||
|
d |
Fossa tad-demel imnaqqsa (fil-każ ta’ paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. Applikabbli biss għall-ħnieżer tas-simna u għall-majjali nisa tar-refgħa u majjali nisa tqal. |
||||||
|
e |
Sistema sħiħa ta’ mifrex (fil-każ ta’ paviment solidu tal-konkrit) |
Is-sistemi sħaħ ta’ mifrex u l-għerejjex huma applikabbli biss għall-majjali nisa tar-refgħa u għal majjali nisa tqal, għall-ħnienes u għall-ħnieżer tas-simna. Is-sistemi tal-fluss tat-tiben huma applikabbli biss għall-ħniens, għall-ħnieżer tas-simna u għall-majjali nisa tqal. Jistgħu ma jkunux applikabbli għal impjanti b’ventilazzjoni naturali li jinsabu fi klimi sħan u għal impjanti eżistenti b’ventilazzjoni sfurzata għall-ħnienes u għall-majjali tas-simna. L-għerejjex jistgħu ma jkunux applikabbli għall-impjanti eżistenti minħabba nuqqas ta’ spazju. |
||||||
|
f |
Alloġġ permezz ta’ għerejjex/barrakki (fil-każ ta’ paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
|||||||
|
g |
Sistema tal-fluss tat-tiben (fil-każ ta’ paviment solidu tal-konkrit) |
|||||||
|
h |
Paviment imqabbeż u demel separat u kanali tal-ilma (fil-każ ta’ mqawel parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Applikabbli biss għall-ħnienes u għall-ħnieżer tas-simna. Tista’ ma tkunx applikabbli għall-impjanti eżistenti minħabba restrizzjonijiet tekniċi. |
||||||
|
i |
Imqawel bil-mifrex b’ġenerazzjoni tad-demel kombinata (demel likwidu u demel solidu) |
Applikabbli biss għall-majjali nisa tas-sejba. Tista’ ma tkunx applikabbli għall-impjanti eżistenti minħabba restrizzjonijiet tekniċi. |
||||||
|
j |
Kabini għall-għalf/għall-mistrieħ li jinsabu fuq paviment solidu (fil-każ ta’ mqawel tal-mifrex) |
Applikabbli biss għall-majjali nisa tar-refgħa u majjali nisa tqal. Mhux applikabbli għal impjanti eżistenti mingħajr pavimenti solidi tal-konkrit. |
||||||
|
k |
Sump tad-demel (fil-każ ta’ paviment kompletament jew parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Applikabbli biss għall-majjali nisa tas-sejba. |
||||||
|
l |
Ġbir tad-demel fl-ilma |
Applikabbli biss għall-ħnienes, għall-ħnieżer tas-simna u għall-majjali nisa tar-refgħa u majjali nisa tqal. Tista’ ma tkunx applikabbli għall-impjanti eżistenti minħabba restrizzjonijiet tekniċi. |
||||||
|
m |
Ċinturini tad-demel forma ta’ V (fil-każ ta’ paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Applikabbli biss għall-ħnieżer tas-simna. L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
||||||
|
n |
Taħlita ta’ kanali tal-ilma u tad-demel (fil-każ ta’ paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja) |
Applikabbli biss għall-majjali nisa tas-sejba. L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
||||||
|
o |
Passaġġ estern bil-mifrex (fil-każ ta’ paviment solidu tal-konkrit) |
Applikabbli biss għall-ħnieżer tas-simna. Mhux applikabbli għall-klimi kesħin. L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
||||||
|
p |
Użu ta’ sistema ta’ tindif tal-arja, bħal:
|
Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta’ ventilazzjoni ċentralizzata. |
||||||
|
q |
Użu ta’ blalen li jżommu fil-wiċċ fil-kanal tad-demel |
Applikabbli biss għall-ħnieżer tas-simna. Mhux applikabbli għal impjanti mgħammra b’fosos li għandhom ħitan immejlin u għal impjanti li japplikaw it-tneħħija tad-demel likwidu permezz tal-ifflaxxjar. |
||||||
|
r |
Tkessiħ tad-demel likwidu |
Mhux applikabbli meta l-użu mill-ġdid tas-sħana ma jkunx possibbli u meta jintuża l-mifrex. It-tkessiħ tad-demel likwidu b’aletti jista’ ma jkunx applikabbli fil-każ ta’ kontenut għoli ta’ materja niexfa. |
||||||
|
s |
Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu |
Tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ restrizzjonijiet strutturali (eż. kwalità tal-konkrit mhux adattata) u fil-każ li s-sistema tal-immaniġġar u tal-ħżin tad-demel likwidu ma jkollhiex kisi reżistenti għall-aċidu. |
||||||
|
t |
Alloġġ b’żoni ta’ għajxien distinti għall-annimali |
L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
||||||
|
u |
L-użu tal-addittivi li ġejjin għat-trattament tad-demel:
|
L-applikabbiltà tal-użu tal-mikroorganiżmi tista’ tkun ristretta minn kwistjonijiet ta’ saħħa u sikurezza. |
||||||
|
v |
Membrani permeabbli għall-gass (GPM) għall-qbid tal-ammonijaka minn mezzi gassużi |
Tista’ ma tkunx applikabbli f’impjanti eżistenti minħabba nuqqas ta’ spazju. |
||||||
|
(21) Deskrizzjoni tat-tekniki hija pprovduta fit-Taqsimiet 4.2.1 u 4.2.3. |
||||||||
Bħala alternattiva għall-valuri massimi stabbiliti fit-Tabella 1.3, l-Istati Membri jistgħu jużaw sistema relattiva bbażata fuq rekwiżiti minimi ta’ tnaqqis tal-ammonijaka f’kull alloġġ tal-annimali meta mqabbla ma’ sistema ta’ referenza bbażata fuq sorsi tal-Unjoni jew internazzjonali (eż. dokument ta’ gwida tal-NUKEE dwar “Għażliet għall-mitigazzjoni tal-ammonijaka”), dment li jiżguraw mill-inqas l-istess tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka u li jkunu bbażati fuq metodi stabbiliti xjentifikament.
Barra minn hekk, ġew identifikati t-tekniki emerġenti fit-Taqsima 5.1.
2. KUNDIZZJONIJIET UNIFORMI GĦAT-TROBBIJA TAL-POLLAM
Il-Kundizzjonijiet Uniformi f’din it-taqsima japplikaw flimkien mal-Kundizzjonijiet Uniformi ġenerali elenkati fit-Taqsima 3.
2.1. Ġestjoni nutrizzjonali fl-azjendi agrikoli tal-pollam
UC 3. Għall-kategoriji kollha tal-pollam, għandhom jintużaw formulazzjonijiet tad-dieta u strateġiji nutrizzjonali, biex jiġu minimizzati n-nitroġenu totali u l-fosforu totali mneħħi, u b’hekk jiġu evitati u/jew minimizzati l-emissjonijiet tan-nitroġenu u tal-fosforu u tiġi massimizzata l-effiċjenza tan-nitroġenu u tal-fosforu, filwaqt li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimali.
Għat-tiġieġ tal-bajd, għat-tiġieġ tas-simna, għall-papri u għad-dundjani, in-nitroġenu totali u l-fosforu totali mneħħi ma għandhomx jaqbżu l-valuri mogħtija fit-Tabella 2.1 u fit-Tabella 2.2.
Tabella 2.1
Valuri massimi tan-nitroġenu totali mneħħi, skont il-kategorija tal-pollam
|
Parametru |
Kategorija tal-pollam |
Valuri massimi tan-nitroġenu totali mneħħi (kg N imneħħi / post tal-annimal / sena) (22) |
|
Nitroġenu totali mneħħi, espress bħala N |
Tiġieġ tal-bajd |
0,80 |
|
Tiġieġ tas-simna |
0,55 |
|
|
Papri |
0,80 |
|
|
Dundjani rġiel |
2,00 |
|
|
Dundjani rġiel u nisa mħallta |
1,70 |
|
|
Dundjani nisa |
1,20 |
|
|
(22) Il-valuri massimi ma japplikawx għall-produzzjoni organika. |
||
L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri massimi tan-nitroġenu totali mneħħi fil-kategoriji kollha tal-pollam fl-istess azjenda agrikola, soġġett għall-ebda żieda netta fit-tneħħija tan-nitroġenu fl-azjenda agrikola.
Tabella 2.2
Valuri massimi tal-fosforu totali mneħħi, skont il-kategorija tal-pollam
|
Parametru |
Kategorija tal-pollam |
Valuri massimi tal-fosforu totali mneħħi (kg P2O5 imneħħi / post tal-annimal / sena) (23) |
|
Fosforu totali mneħħi, espress bħala P2O5 |
Tiġieġ tal-bajd |
0,40 |
|
Tiġieġ tas-simna |
0,20 |
|
|
Papri |
0,30 |
|
|
Dundjani rġiel |
1,00 |
|
|
Dundjani rġiel u nisa mħallta |
0,80 |
|
|
Dundjani nisa |
0,50 |
|
|
(23) Il-valuri massimi ma japplikawx għall-produzzjoni organika. |
||
L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri massimi tal-fosforu totali mneħħi fil-kategoriji kollha tal-pollam fl-istess azjenda agrikola, soġġett għall-ebda żieda netta fit-tneħħija tal-fosforu fl-azjenda agrikola.
Il-monitoraġġ assoċjat huwa mogħti fit-Taqsima 3.7.1.
Il-kundizzjoni uniformi UC 3 u l-valuri daqs jew inqas minn dawk elenkati fit-Tabella 2.1 u fit-Tabella 2.2 jistgħu jinkisbu bl-użu ta’ teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (24) |
Parametru/i |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Limitazzjoni tal-kontenut ta’ proteini mhux raffinati bl-użu ta’ dieta-N bilanċjata bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-enerġija u l-aċidi amminiċi diġestibbli |
Nitroġenu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
b |
Għalf f’fażijiet b’formulazzjoni ta’ dieta adattata għar-rekwiżiti speċifiċi tal-perjodu ta’ produzzjoni |
Nitroġenu totali, Fosforu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
c |
Provvista kkontrollata ta’ aċidi amminiċi f’dieti ta’ tnaqqis ta’ proteini mhux raffinati |
Nitroġenu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali fir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà fis-suq ta’ għalf b’livell baxx ta’ proteini u/jew aċidi amminiċi sintetiċi. L-aċidi amminiċi sintetiċi ma humiex applikabbli għall-produzzjoni organika. |
|
d |
Użu ta’ addittivi fl-għalf awtorizzati li jnaqqsu n-nitroġenu totali mneħħi / l-emissjonijiet tal-ammonijaka |
Nitroġenu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
e |
Użu ta’ addittivi fl-għalf awtorizzati li jnaqqsu l-fosforu totali mneħħi (eż. il-fitażi) |
Fosforu totali |
L-użu tal-fitażi tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ produzzjoni organika. |
|
f |
Użu ta’ fosfati inorganiċi diġestibbli ħafna biex jissostitwixxu b’mod parzjali sorsi konvenzjonali tal-fosforu fl-għalf |
Fosforu totali |
Applikabbli b’mod ġenerali fir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà fis-suq ta’ fosfati inorganiċi diġestibbli ħafna. |
|
(24) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.1. |
|||
2.2. Emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi tal-annimali fl-azjendi agrikoli tal-pollam
UC 4. Għall-kategoriji kollha tal-pollam, l-alloġġ tal-annimali għandu jkun imfassal u operat b’tekniki biex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, biex jiġu minimizzati l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja. Għat-tiġieġ tal-bajd, għat-tiġieġ tas-simna, għall-papri u għad-dundjani, l-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja minn kull alloġġ tal-annimali ma għandhomx jaqbżu l-valuri mogħtija fit-Tabella 2.3.
Tabella 2.3
Valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja, skont il-kategorija tal-pollam
|
Sustanza |
Kategorija tal-pollam |
Valuri massimi tal-emissjoni tal-ammonijaka fl-arja (kg NH3 / post tal-annimal / sena) (25) |
|
|
Impjanti ġodda |
Impjanti eżistenti |
||
|
Ammonja, espressa bħala NH3 |
Tiġieġ tal-bajd (f’sistemi ta’ gaġeġ) |
0,04 |
0,08 |
|
Tiġieġ tal-bajd (f’sistemi mhux ta’ gaġeġ) |
0,10 |
0,13 (26) |
|
|
Tiġieġ tas-simna |
0,05 |
0,07 |
|
|
Papri |
0,17 |
||
|
Dundjani rġiel |
0,55 (27) |
||
|
Dundjani rġiel u nisa mħallta |
0,44 (28) |
||
|
Dundjani nisa |
0,35 |
||
|
(25) Il-valuri massimi ma japplikawx għall-produzzjoni organika. (26) Għall-impjanti eżistenti bi tneħħija mhux frekwenti tad-demel (f’każ ta’ mifrex fond b’fossa tad-demel), flimkien ma’ miżura li tikseb kontenut għoli ta’ materja niexfa tad-demel, il-valur massimu jista’ jkun ogħla u sa 0,25 kg NH3/post tal-annimal/sena. (27) Għall-impjanti eżistenti li għalihom jistgħu jintużaw biss tekniki ta’ ġestjoni nutrizzjonali, il-valur massimu jista’ jkun ogħla u sa 0,61 kg NH3/post tal-annimal/sena. (28) Il-valur massimu għad-“dundjani tas-simna rġiel u nisa mħallta” jista’ jkun ogħla u għandu jqis il-proporzjon ta’ rġiel u nisa kif ukoll il-perjodi rispettivi tas-simna. |
|||
Bħala alternattiva għall-valuri massimi f’kull alloġġ tal-annimali, l-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri massimi fl-alloġġi kollha tal-annimali fl-istess azjenda agrikola, soġġett għal ebda żieda netta fl-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġ fl-azjenda agrikola.
Il-monitoraġġ assoċjat huwa elenkat fit-Taqsima 3.7.2.
Il-kundizzjoni uniformi UC 4 u l-valuri daqs jew inqas minn dawk stabbiliti fit-Tabella 2.3 jistgħu jinkisbu bl-użu ta’ UC 3 u ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki elenkati hawn taħt.
|
Teknika (29) |
Applikabbiltà |
|||||||
|
L-ispeċijiet kollha tal-pollam |
||||||||
|
a |
Użu ta’ sistema ta’ tindif tal-arja, bħal:
|
Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta’ ventilazzjoni ċentralizzata. |
||||||
|
b |
Membrani permeabbli għall-gass (GPM) għall-qbid tal-ammonijaka minn mezzi gassużi. |
Tista’ ma tkunx applikabbli f’impjanti eżistenti minħabba nuqqas ta’ spazju. |
||||||
|
Tiġieġ tal-bajd, tiġieġ tat-tnissil, għawwietaq (sistemi ta’ gaġeġ) |
||||||||
|
c |
Tneħħija tad-demel permezz ta’ ċinturini b’mill-inqas:
|
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||
|
Tiġieġ tal-bajd, tiġieġ tat-tnissil, għawwietaq (sistemi mhux ta’ gaġeġ) |
||||||||
|
d |
Sistema ta’ ventilazzjoni sfurzata jew naturali mingħajr tneħħija frekwenti tad-demel f’impjanti eżistenti b’mifrex fond u b’fossa tad-demel, kombinata b’mill-inqas miżura ta’ mitigazzjoni addizzjonali (eż. il-kisba ta’ kontenut għoli ta’ materja niexfa tad-demel, sistema ta’ tindif tal-arja). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||
|
e |
Ċinturin tad-demel jew barraxa (fil-każ ta’ mifrex fond b’fossa tad-demel). |
L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
||||||
|
f |
Tnixxif sfurzat bl-arja tad-demel permezz ta’ tubi (fil-każ ta’ mifrex fond b’fossa tad-demel). |
Applikabbli biss għall-impjanti bi spazju suffiċjenti taħt l-istrixxi. |
||||||
|
g |
Tnixxif sfurzat bl-arja tad-demel bl-użu ta’ paviment perforat (fil-każ ta’ mifrex fond b’fossa tad-demel). |
L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
||||||
|
h |
Tnixxif tal-mifrex fuq iċ-ċinturin tad-demel (fil-każ ta’ guvi). |
Ma tistax tkun applikabbli għal impjanti eżistenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ wisa’ fil-post ta’ kenn tal-annimali. |
||||||
|
i |
Tnixxif sfurzat bl-arja tal-mifrex fuq iċ-ċinturin tad-demel (fil-każ ta’ guvi). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||
|
j |
Tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta’ arja ta’ ġewwa (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||
|
k |
Slajd tal-mifrex (fil-każ ta’ guvi). |
Applikabbli biss għat-tiġieġ tal-bajd. |
||||||
|
Tiġieġ tas-simna |
||||||||
|
l |
Tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta’ arja ta’ ġewwa (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond). |
Tista’ ma tkunx applikabbli għal impjanti eżistenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ għoli tas-saqaf. Tista’ ma tkunx applikabbli għal klimi sħan, skont it-temperatura ta’ ġewwa. |
||||||
|
m |
Tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta’ arja ta’ ġewwa msaħħna (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond). |
Tista’ ma tkunx applikabbli għal klimi sħan, skont it-temperatura ta’ ġewwa. Tista’ ma tkunx applikabbli għal impjanti eżistenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ għoli tas-saqaf. |
||||||
|
n |
Ventilazzjoni naturali jew sfurzata b’sistema ta’ xorb li ma tnixxix (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond). |
Ventilazzjoni naturali ma hijiex applikabbli għal impjanti b’sistema ta’ ventilazzjoni ċentralizzata. Ventilazzjoni naturali tista’ ma tkunx applikabbli matul l-istadju inizjali tat-trobbija jew minħabba kundizzjonijiet klimatiċi estremi. |
||||||
|
o |
Paviment bil-mifrex imsaħħan u mkessaħ (fil-każ ta’ sistemi combideck). |
Għal impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tiddependi fuq il-possibbiltà li jiġi installat ħżin magħluq taħt l-art għaċ-ċirkolazzjoni tal-ilma. L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn kunsiderazzjonijiet tal-benesseri tal-annimali. |
||||||
|
p |
Mifrex magħmul minn tiben u minn sulfat tal-idroġenu tas-sodju. |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||
|
Papri |
||||||||
|
q |
Żieda frekwenti tal-mifrex (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond jew mifrex fond kombinat ma’ paviment f’għamla ta’ gradilja). |
Għal impjanti eżistenti b’mifrex fond kombinat ma’ paviment f’għamla ta’ gradilja, l-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mit-tfassil tal-istruttura eżistenti. |
||||||
|
r |
Tneħħija frekwenti tad-demel (fil-każ ta’ paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja). |
Applikabbli biss għat-trobbija ta’ papri Barabary/Muscovy (Cairina Moschata), għal raġunijiet sanitarji. |
||||||
|
Dundjani |
||||||||
|
s |
Ventilazzjoni naturali jew sfurzata b’sistema ta’ xorb li ma tnixxix (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond). |
Ventilazzjoni naturali ma hijiex applikabbli għal impjanti b’sistema ta’ ventilazzjoni ċentralizzata. Ventilazzjoni naturali tista’ ma tkunx applikabbli matul l-istadju inizjali tat-trobbija jew minħabba kundizzjonijiet klimatiċi estremi. |
||||||
|
t |
Tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta’ arja ta’ ġewwa msaħħna (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond) |
Tista’ ma tkunx applikabbli għal klimi sħan, skont it-temperatura ta’ ġewwa. Tista’ ma tkunx applikabbli għal impjanti eżistenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ għoli tas-saqaf. |
||||||
|
(29) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsimiet 4.2.2 u 4.2.3. |
||||||||
Bħala alternattiva għall-valuri massimi mogħtija fit-Tabella 2.3, l-Istati Membri jistgħu jużaw sistema relattiva bbażata fuq rekwiżiti minimi ta’ tnaqqis tal-ammonijaka f’kull alloġġ tal-annimali meta mqabbla ma’ sistema ta’ referenza bbażata fuq sorsi Ewropej jew internazzjonali (eż. dokument ta’ gwida tal-NUKEE dwar “Options for ammonia mitigation”), dment li jiżguraw mill-inqas l-istess tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka u li jkunu bbażati fuq metodi stabbiliti xjentifikament.
Barra minn hekk, ġew identifikati t-tekniki emerġenti fit-Taqsima 5.1.
3. KUNDIZZJONIJIET UNIFORMI ĠENERALI (GĦAT-TROBBIJA TAL-ĦNIEŻER U TAL-POLLAM)
Il-Kundizzjonijiet Uniformi f’din it-taqsima japplikaw flimkien mal-Kundizzjonijiet Uniformi mogħtija fit-Taqsima 1 (għat-trobbija tal-ħnieżer) u fit-Taqsima 2 (għat-trobbija tal-pollam).
3.1. Sistemi ta’ alloġġi
UC 5. L-alloġġi tal-annimali għandhom ikunu mfassla u operati b’tekniki biex:
|
i. |
jipprevjenu jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jimminimizzaw l-emissjonijiet fl-arja ta’:
|
|
ii. |
jużaw l-ilma b’mod effiċjenti; dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ kombinazzjoni tat-tekniki (g), (h) u (i) mogħtija hawn taħt; għall-użu effiċjenti tal-ilma, ara wkoll it-Taqsima 3.6.3; |
|
iii. |
jużaw l-enerġija b’mod effiċjenti; dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki (j) sa (p) mogħtija hawn taħt; għall-enerġija, ara wkoll it-Taqsima 3.6.4. |
L-alloġġi tal-annimali u l-istrutturi u t-tagħmir tagħhom għandhom jiġu vverifikati u miżmuma regolarment.
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
||||||||
|
Emissjonijiet tal-ammonijaka u tal-metan |
||||||||||
|
Ara t-Taqsima 1.2 għall-emissjonijiet tal-ammonijaka u tal-metan fl-alloġġi tal-ħnieżer u t-Taqsima 2.2 għall-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-alloġġi tal-pollam. |
||||||||||
|
Emissjonijiet tat-trab |
||||||||||
|
a |
Prevenzjoni jew tnaqqis tal-ġenerazzjoni tat-trab fil-bini tal-bhejjem billi jintużaw, eż. tekniki ta’ mifrex b’livell baxx ta’ trab, materjal tal-mifrex aktar artab, slajds tal-mifrex, għalf ad libitum, għalf b’livell baxx ta’ trab, separaturi tat-trab, ventilazzjoni ottimizzata b’veloċità tal-arja |
Ara t-Taqsima 4.2.4 |
Għall-użu ta’ materjal tal-mifrex aktar artab, it-tiben twil huwa applikabbli biss għal sistemi ta’ alloġġi bbażati fuq il-mifrex. Għall-għalf ad libitum, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata għal ċerti sistemi ta’ twassil tal-għalf (eż. sistemi ta’ għalf niexef). Għall-ventilazzjoni ottimizzata b’veloċità tal-arja, l-applikabbiltà tista’ tiġi ristretta minn kunsiderazzjonijiet tal-benesseri tal-annimali. |
|||||||
|
b |
Tnaqqis tal-konċentrazzjoni tat-trab fil-bini tal-bhejjem billi jiġu applikati, eż. il-ħolqien ta’ ċpar bl-ilma, il-jonizzazzjoni, il-bexx biż-żejt |
Għall-ħolqien ta’ ċpar bl-ilma, l-applikabbiltà tista’ tiġi ristretta minn kunsiderazzjonijiet tal-benesseri tal-annimali. L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta wkoll għal sistemi ta’ demel solidu fi tmiem il-perjodu ta’ trobbija minħabba emissjonijiet għoljin ta’ ammonijaka. Il-jonizzazzjoni tista’ ma tkunx applikabbli għall-impjanti tal-ħnieżer jew għall-impjanti tal-pollam eżistenti minħabba restrizzjonijiet tekniċi (eż. installazzjoni elettrika). Għall-bexx biż-żejt, l-applikabbiltà tista’ tiġi ristretta minn kunsiderazzjonijiet tal-benesseri tal-annimali. Din it-teknika hija applikabbli biss għall-faċilitajiet tal-pollam b’għasafar li għandhom aktar minn madwar 21 jum. L-applikabbiltà għal impjanti għat-tiġieġ tal-bajd tista’ tkun limitata minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni tat-tagħmir preżenti fil-post ta’ kenn tal-annimali. |
||||||||
|
c |
Tnaqqis tat-trab bl-użu ta’ sistema ta’ tindif tal-arja, eż. filtru niexef, sistema ta’ tindif tal-arja b’żewġ stadji jew bi tliet stadji, purifikatur niedi, imqabad tal-ilma, purifikatur niedi tal-aċidu, bijofiltru, bijopurifikatur |
Il-purifikaturi nedjin, il-purifikaturi nedjin tal-aċidu u l-bijopurifikaturi huma applikabbli għall-impjanti eżistenti biss fejn tintuża sistema ta’ ventilazzjoni ċentralizzata. Il-bijofiltri huma applikabbli biss għal impjanti bbażati fuq id-demel likwidu u għal sistemi bbażati fuq it-tiben. L-imqabad tal-ilma huma applikabbli biss għall-impjanti b’sistema ta’ ventilazzjoni ta’ mina. Il-filtri niexfa huma applikabbli biss għall-impjanti tal-pollam b’sistema ta’ ventilazzjoni ta’ mina. |
||||||||
|
Emissjonijiet tal-irwejjaħ |
||||||||||
|
d |
Miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ tnaqqis tal-irwejjaħ fis-sistemi tal-alloġġi, eż. iż-żamma tal-annimali u tas-superfiċji xotti u nodfa, it-tnaqqis ta’ superfiċe li jarmi d-demel, it-tneħħija frekwenti tad-demel, it-tnaqqis tat-temperatura tad-demel u tal-ambjent ta’ ġewwa, it-tnaqqis tal-fluss tal-arja |
Ara t-Taqsima 4.2.4 |
Tekniki li jnaqqsu t-temperatura u/jew il-fluss tal-arja jistgħu ma jkunux applikabbli minħabba kunsiderazzjonijiet tal-benesseri tal-annimali. Għat-tneħħija frekwenti tad-demel, l-ifflaxxjar jista’ ma jkunx applikabbli għal impjanti li jkunu jinsabu qrib riċetturi sensittivi jekk dan jikkawża rwejjaħ qawwijin. |
|||||||
|
e |
Ottimizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ skariku tal-arja tal-egżost mill-alloġġi tal-annimali, eż. żieda fl-għoli tal-iżbokk u/jew fil-veloċità tal-ventilazzjoni |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||
|
f |
Tnaqqis tal-irwejjaħ bl-użu ta’ sistema ta’ tindif tal-arja, eż. bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir), bijofiltru, sistema ta’ tindif tal-arja b’żewġ stadji jew bi tliet stadji) |
Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn tintuża sistema ta’ ventilazzjoni ċentralizzata. |
||||||||
|
Konsum tal-ilma |
||||||||||
|
g |
Għażla u użu ta’ tagħmir adattat (eż. nipple drinkers, round drinkers, ħwat tal-ilma) għall-kategorija tal-annimal speċifika filwaqt li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-ilma (ad libitum) |
Ara t-Taqsima 4.2.4 |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|||||||
|
h |
Verifika u (jekk meħtieġ) aġġustament, fuq bażi regolari, tal-kalibrazzjoni tat-tagħmir tal-ilma għax-xorb |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||
|
i |
Użu ta’ tekniki bħal tindif fix-xott bil-makkinarju jew deterġenti tat-tindif bi pressjoni għolja għall-alloġġ u għat-tagħmir tal-annimali |
Deterġenti bi pressjoni għolja ma humiex applikabbli għall-impjanti tal-pollam li jużaw sistemi ta’ tindif fix-xott. |
||||||||
|
Konsum tal-enerġija |
||||||||||
|
j |
Sistemi b’effiċjenza għolja tat-tisħin/tat-tkessiħ u ventilazzjoni |
Ara t-Taqsima 4.2.4 |
L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
|||||||
|
k |
Ottimizzazzjoni tas-sistemi u tal-ġestjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ u tal-ventilazzjoni, speċjalment fejn jintużaw is-sistemi ta’ tindif tal-arja |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||
|
l |
Iżolament tal-ħitan, tal-artijiet u/jew tas-soqfa tal-alloġġ tal-annimali |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-impjanti li jużaw ventilazzjoni naturali. L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
||||||||
|
m |
Irkupru tas-sħana (eż. sistema combideck, sistemi ta’ ventilazzjoni għall-irkupru tas-sħana, irkupru tas-sħana tat-tkessiħ tad-demel likwidu) |
L-applikabbiltà tiddependi fuq il-possibbiltà li tiġi installata fossa magħluqa taħt l-art għaċ-ċirkolazzjoni tal-ilma. |
||||||||
|
n |
Użu ta’ ventilazzjoni naturali |
Mhux applikabbli għall-impjanti b’sistema ta’ ventilazzjoni ċentralizzata. Fl-impjanti tal-ħnieżer, din it-teknika tista’ ma tkunx applikabbli għal:
Fil-faċilitajiet tal-pollam, din it-teknika tista’ ma tkunx applikabbli:
|
||||||||
|
o |
Użu ta’ ventilazzjoni ibrida |
Fl-impjanti tal-ħnieżer, din it-teknika tista’ ma tkunx applikabbli għas-sistemi ta’ alloġġi b’artijiet tal-mifrex fi klimi sħan. |
||||||||
|
p |
Sistemi ta’ tkessiħ evaporattivi bl-użu ta’ pads u ta’ riċirkolazzjoni tal-ilma |
Applikabbli biss għal sistemi ta’ alloġġi li jirrikjedu kontroll tat-temperatura. |
||||||||
3.2. Ħżin tad-demel
UC 6. Il-ħżin tad-demel għandu jsir b’tekniki biex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, biex jiġu minimizzati l-emissjonijiet fl-arja tal-ammonijaka, tal-metan u tar-riħa, u l-emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma tan-nitroġenu, tal-fosforu u tal-patoġeni mikrobiċi:
|
i. |
għall-ħżin tad-demel likwidu fil-fosos, dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ tekniki (a) sa (e) u kombinazzjoni tat-tekniki (f) sa (j) elenkati hawn taħt; |
|
ii. |
għall-ħżin tad-demel likwidu f’fossa tad-demel likwidu fil-ħamrija, dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ tekniki (a) sa (e), (k), u b’teknika waħda jew it-tnejn minn (f) u (g) elenkati hawn taħt; |
|
iii. |
għall-ħżin tad-demel solidu, dan jista’ jinkiseb bl-użu tat-teknika (a) u b’waħda mit-tekniki (l), (m) u (n) mogħtija hawn taħt; |
|
iv. |
għall-munzelli temporanji tad-demel solidu, dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ tekniki (o) (p) u (q) mogħtija hawn taħt; |
Għar-riħa, ara wkoll it-Taqsima 3.6.1.
Il-faċilitajiet tal-ħżin tad-demel għandhom jiġu vverifikati u miżmuma regolarment.
|
Teknika (30) |
Kwistjoni(jiet) ambjentali ewlenija/ewlenin fil-mira |
Applikabbiltà |
|||||||||||||||
|
Tipi kollha ta’ demel |
|||||||||||||||||
|
a |
Użu ta’ faċilità ta’ ħżin b’kapaċità suffiċjenti biex iżżomm id-demel matul perjodi li fihom it-tixrid ma jkunx possibbli |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi, ammonijaka, riħa |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
Demel likwidu – tekniki ġenerali |
|||||||||||||||||
|
b |
Użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin li huma kapaċi jirreżistu għal influwenzi mekkaniċi, kimiċi u termali |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
c |
Użu ta’ faċilitajiet u ta’ tagħmir li ma jnixxux għall-ġbir u għat-trasferiment tad-demel likwidu (eż. fosos, kanali, katusi, stazzjonijiet tal-pompi) |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
d |
Verifika tal-integrità strutturali tal-faċilitajiet tal-ħżin mill-inqas darba fis-sena |
Ammonijaka, metan, riħa, nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-ħżin tad-demel likwidu taħt l-art. |
||||||||||||||
|
e |
Kopertura li tiżgura l-ogħla prestazzjoni ambjentali, b’waħda mit-tekniki li ġejjin:
|
Ammonijaka, riħa |
Il-koperturi riġidi ma humiex applikabbli għall-ħżin f’fossa tad-demel likwidu fil-ħamrija u jistgħu ma jkunux applikabbli għall-impjanti eżistenti minħabba limitazzjonijiet strutturali biex jifilħu għat-tagħbija żejda. Għotjien flessibbli ma humiex applikabbli għal żoni fejn il-kundizzjonijiet tat-temp prevalenti jistgħu jqiegħdu f’riskju l-istruttura tagħhom. Għal għotjien li jżommu fil-wiċċ:
|
||||||||||||||
|
f |
Installazzjoni ta’ sistema ta’ detezzjoni ta’ tnixxijiet |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli biss għal impjanti ġodda. |
||||||||||||||
|
g |
Minimizzazzjoni tat-tħawwid tad-demel likwidu |
Ammonijaka, riħa |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
Demel likwidu – tekniki li japplikaw għall-fosos tad-demel likwidu |
|||||||||||||||||
|
h |
Disinn xieraq tal-fossa tad-demel likwidu bl-użu ta’ tekniki bħal:
|
Ammonijaka, riħa |
It-tnaqqis tal-proporzjon bejn l-erja tas-superfiċe emittenti u l-volum jista’ ma jkunx applikabbli għall-fosos eżistenti tad-demel likwidu. |
||||||||||||||
|
i |
Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu |
Ammonijaka, metan |
Tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ restrizzjonijiet strutturali (eż. kwalità tal-konkrit mhux adatta) u fil-każ li s-sistema tal-ħżin ma jkollhiex kisi reżistenti għall-aċidu. Tista’ ma tkunx applikabbli għall-fosos b’għotjien riġidi. |
||||||||||||||
|
j |
Tkessiħ tad-demel likwidu |
Ammonijaka, metan |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-fosos b’għotjien riġidi. |
||||||||||||||
|
Demel likwidu – teknika li tapplika għall-ħżin ta’ fossa tad-demel likwidu fil-ħamrija |
|||||||||||||||||
|
k |
Bażi u ħitan impermeabbli, eż. b’kisi tal-plastik (jew miksija doppju), u bi strutturi li ma jnixxux |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
Ħżin tad-demel solidu |
|||||||||||||||||
|
l |
Ħżin tad-demel solidu mnixxef f’matmura |
Ammonijaka, metan, nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
m |
Użu ta’ sajlo tal-konkrit għall-ħżin ta’ demel solidu |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
n |
Ħżin ta’ demel solidu fuq paviment impermeabbli solidu mfassal biex jipprevjeni t-tnixxijiet fl-ambjent |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
Munzelli temporanji tad-demel solidu |
|||||||||||||||||
|
o |
Distanzi xierqa bejn il-munzelli temporanji tad-demel solidu u l-korpi tal-ilma, b’bidla annwali fil-post u b’minimizzazzjoni tal-ħin fuq il-post |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
p |
Tnaqqis tal-proprozjon bejn iż-żona tas-superfiċe emittenti u l-volum tal-munzell temporanju tad-demel solidu |
Ammonijaka, riħa |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||||||||
|
q |
Kopertura ta’ munzelli temporanji tad-demel solidu |
Ammonijaka, riħa, nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali meta d-demel solidu jkun niexef jew imnixxef minn qabel fl-alloġġ tal-annimali. Tista’ ma tkunx applikabbli għal demel solidu mhux imnixxef fil-każ ta’ żieda frekwenti mal-munzell. |
||||||||||||||
|
(30) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.3. |
|||||||||||||||||
Barra minn hekk, ġiet identifikata t-teknika emerġenti fit-Taqsima 5.2.
3.3. Ipproċessar tad-demel fl-azjenda agrikola
UC 7. Jekk jintuża l-ipproċessar tad-demel fl-azjenda agrikola, dan għandu jitwettaq b’tekniki biex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, biex jiġu minimizzati l-emissjonijiet tan-nitroġenu, tal-fosforu, tal-metan, tar-riħa u tal-patoġeni mikrobiċi għall-ambjent, filwaqt li tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tad-demel, inkluż il-ħżin u/jew it-tifrix. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
|
Teknika (31) |
Applikabbiltà |
||||||||
|
a |
Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu, eż. bl-użu ta’:
|
L-użu tal-poliakrilammid bħala flokkulant jista’ ma jkunx applikabbli minħabba r-riskju tal-formazzjoni akrilammid. |
||||||||
|
b |
Diġestjoni anaerobika |
Tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ massa insuffiċjenti ta’ demel disponibbli fl-azjenda agrikola. |
||||||||
|
c |
Tnixxif tad-demel b’mina esterna |
Applikabbli biss għad-demel mill-impjanti għat-tiġieġ tal-bajd. Mhux applikabbli għal impjanti eżistenti mingħajr ċinturini tad-demel. |
||||||||
|
d |
Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu fi frazzjonijiet solidi u likwidi, segwita minn diġestjoni aerobika (arjazzjoni) tal-frazzjoni likwida, bl-irkupru tan-nutrijenti |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta fi klimi kesħin, minħabba d-diffikultà li jinżamm il-livell meħtieġ ta’ arjazzjoni matul ix-xitwa. |
||||||||
|
e |
Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu fi frazzjonijiet solidi u likwidi, segwita minn nitrifikazzjoni-denitrifikazzjoni tal-frazzjoni likwida, bl-irkupru tan-nutrijenti |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||
|
f |
Ikkompostjar tad-demel solidu |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-azjendi agrikoli eżistenti minħabba nuqqas ta’ spazju f’każ li tintuża dawwara għall-ikkompostjar. |
||||||||
|
g |
Evaporazzjoni bil-vakwu bl-irkupru tal-ammonijaka |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-azjendi agrikoli eżistenti jekk is-sħana mormija minn proċessi oħra ma tkunx disponibbli. |
||||||||
|
h |
Separaturi fini bil-vakwu bi skrins |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||
|
i |
Separaturi solidi-likwidi ta’ pressjoni u ta’ flokkulazzjoni |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||||
|
j |
Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu fi frazzjoni solida u likwida, segwita minn trattament f’artijiet mistagħdra mibnija tal-frazzjoni likwida, bl-irkupru tan-nutrijenti |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta fi klimi kesħin. Tista’ ma tkunx applikabbli f’impjanti eżistenti minħabba nuqqas ta’ spazju. |
||||||||
|
(31) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.4. |
||||||||||
Barra minn hekk, ġew identifikati t-tekniki emerġenti fit-Taqsima 5.3.
3.4. Tifrix tad-demel fl-azjendi agrikoli
UC 8. Fil-każ tat-tifrix tad-demel f’azjenda agrikola, dan għandu jitwettaq b’tekniki biex:
|
i. |
jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, biex jiġu minimizzati l-emissjonijiet tan-nitroġenu, tal-fosforu u tal-patoġeni mikrobiċi fil-ħamrija u fl-ilma; dan jista’ jinkiseb bl-użu tat-tekniki kollha (a), (b) u (c) u bit-teknika (i) mogħtija hawn taħt; |
|
ii. |
jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, jiġu minimizzati l-emissjonijiet tal-ammonijaka u tal-irwejjaħ fl-arja; dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki (d) sa (h) mogħtija hawn taħt, flimkien mat-teknika (i); għar-riħa, ara wkoll it-Taqsima 3.6.1. |
Għandhom jintużaw tekniki bl-ogħla prestazzjoni ambjentali, jekk applikabbli.
|
Teknika (32) |
Kwistjoni(jiet) ambjentali ewlenija/ewlenin fil-mira |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Distanza suffiċjenti bejn żoni tat-tifrix u żoni f’riskju ta’ lissija/ta’ skular, kif ukoll żoni ġirien |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
b |
Restrizzjonijiet fuq l-applikazzjoni matul kundizzjonijiet ta’ riskju ta’ skular |
Nitroġenu, fosforu, patoġeni mikrobiċi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
c |
Tifrix filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tan-nutrijenti tal-għelejjel |
Nitroġenu, fosforu |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
d |
Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu qabel l-applikazzjoni |
Ammonijaka |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
e |
Użu ta’ demel likwidu dilwit f’sistemi ta’ irrigazzjoni tal-ilma bi pressjoni baxxa |
Ammonijaka |
Mhux applikabbli għall-għelejjel li jitkabbru biex jittieklu nejjin minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni. Mhux applikabbli meta t-tip tal-ħamrija ma jippermettix infiltrazzjoni rapida tad-demel likwidu dilwit fil-ħamrija. Mhux applikabbli meta l-għelejjel ma jkunux jeħtieġu irrigazzjoni. |
|
f |
Applikazzjoni tad-demel likwidu permezz ta’ muturi tat-tifrix fl-indani, bl-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin: trailing hose; trailing shoe |
Ammonijaka, riħa |
L-applikabbiltà tista’ tkun limitata meta l-kontenut tat-tiben tad-demel likwidu ikun għoli wisq jew meta l-kontenut ta’ materja niexfa tad-demel likwidu ikun aktar minn 10 %. Trailing shoe ma hijiex applikabbli meta jitkabbru għelejjel li jinħartu sodi u miżrugħa. |
|
g |
Applikazzjoni tad-demel likwidu permezz ta’ injettaturi baxxi (slot miftuħa) |
Ammonijaka, riħa |
Mhux applikabbli fuq ħamrija mġebbla, baxxa jew kumpatta fejn diffiċli tinkiseb penetrazzjoni uniformi. L-applikabbiltà tista’ tkun limitata meta l-għelejjel jistgħu jġarrbu ħsara mill-makkinarju. |
|
h |
Applikazzjoni tad-demel likwidu permezz ta’ injettaturi fondi (slot magħluqa) |
Ammonijaka, riħa |
Mhux applikabbli fuq ħamrija mġebbla, baxxa jew kumpatta fejn diffiċli jinkisbu penetrazzjoni uniformi u għeluq ta’ ferq effettiv. Mhux applikabbli matul il-veġetazzjoni tal-għelejjel. Mhux applikabbli għall-bur, sakemm ma tkunx qiegħda ssir bidla għal raba’ li jinħadem jew meta jsir tiżrigħ mill-ġdid. |
|
i |
Inkorporazzjoni tad-demel fil-ħamrija mill-aktar fis possibbli wara l-applikazzjoni (b’dewmien sa 4 sigħat jew sa 12-il siegħa meta l-kundizzjonijiet ma jkunux favorevoli għal inkorporazzjoni aktar rapida) |
Ammonijaka, riħa |
Mhux applikabbli għall-bur u l-ħdim ta’ konservazzjoni, sakemm ma tkunx qiegħda ssir bidla għal raba’ li jinħadem jew meta jsir tiżrigħ mill-ġdid. Mhux applikabbli għall-art ikkultivata b’għelejjel li tista’ ssirilhom ħsara. Mhux applikabbli għad-demel likwidu applikat bl-użu ta’ injettaturi baxxi jew fondi. |
|
(32) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.5. |
|||
3.5. Ħżin fl-azjenda agrikola ta’ annimali mejtin
UC 9. Il-ħżin fl-azjenda agrikola ta’ annimali mejtin għandu jitwettaq biex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, biex jiġu minimizzati l-emissjonijiet tar-riħa. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-użu ta’ sistemi ta’ ħżin awtorizzati f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali.
Deskrizzjoni: Ara Taqsima 4.6.
Applikabbiltà: Applikabbli għal bhejjem mejta li ma jinġabrux immedjatament minn kollettur awtorizzat jew ittrattati fl-azjenda agrikola.
3.6. Attivitajiet fl-azjenda agrikola kollha
3.6.1. Emissjonijiet tal-irwejjaħ
UC 10. L-emissjonijiet tal-irwejjaħ u/jew l-impatt tal-irwejjaħ għandhom jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, minimizzati, filwaqt li jiġu żgurati distanzi xierqa bejn l-impjant/l-azjenda agrikola u r-riċevituri sensittivi, u bl-użu ta’ kombinazzjoni xierqa ta’ tekniki fl-alloġġi tal-annimali (ara t-Taqsima 3.1), il-ħżin tad-demel fl-azjenda agrikola (ara t-Taqsima 3.2), l-ipproċessar tad-demel fl-azjenda agrikola (ara t-Taqsima 3.3) u t-tifrix tad-demel (ara t-Taqsima 3.4). F’każ li jiġi sostanzjat inkonvenjent mill-irwejjaħ fir-riċevituri sensittivi, għandhom jiġu implimentati azzjonijiet ta’ segwitu, eż. pjan ta’ ġestjoni tal-irwejjaħ.
Deskrizzjoni: Ara t-Taqsima 4.7.1.
Applikabbiltà: L-iżgurar ta’ distanzi xierqa bejn l-impjant/l-azjenda agrikola u r-riċevituri sensittivi huwa applikabbli biss għal azjendi agrikoli/impjanti ġodda.
3.6.2. Emissjonijiet ta’ storbju
UC 11. L-emissjonijiet ta’ storbju u/jew l-impatt tal-istorbju għandhom jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx prattikabbli, minimizzati, bl-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
Applikabbiltà: Din il-Kundizzjoni Uniformi hija applikabbli biss għall-każijiet fejn ikun mistenni u/jew fejn ikun ġie sostanzjat inkonvenjent mill-istorbju fir-riċetturi sensittivi.
|
Teknika (33) |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Distanzi adegwati bejn l-azjenda agrikola/l-impjant u riċetturi sensittivi |
Applikabbli biss għal azjendi u azjendi agrikoli/impjanti ġodda. |
|
b |
Post xieraq tat-tagħmir |
Fil-każ ta’ impjanti eżistenti, ir-rilokazzjoni tat-tagħmir tista’ tkun ristrett minħabba nuqqas ta’ spazju. |
|
c |
Miżuri operazzjonali |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
d |
Tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju |
Is-sistemi tal-għalf li jnaqqsu l-istimolu ta’ qabel l-għalf huma applikabbli biss għall-impjanti tal-ħnieżer. Alimentaturi ad libitum passivi huma applikabbli biss meta t-tagħmir ikun ġdid jew meta jiġi sostitwit jew meta l-annimali ma jirrikjedux għalf ristrett. |
|
e |
Tagħmir għall-kontroll tal-istorbju |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minħabba ħtiġijiet ta’ spazju, u minħabba kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà. Tista’ ma tkunx applikabbli jekk materjali li jassorbu l-ħsejjes ifixklu t-tindif effettiv tal-impjant. |
|
f |
Tekniki għat-tnaqqis tal-istorbju |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn raġunijiet ta’ bijosigurtà. |
|
(33) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.7.2. |
||
3.6.3. Ġestjoni tal-ilma
UC 12. L-ilma għandu jintuża b’mod effiċjenti u l-ilma mormi għandu jiġi ġestit kif xieraq. Dan jista’ jinkiseb bl-użu tat-teknika (a) u ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki (b) sa (g) mogħtija hawn taħt. Għall-użu effiċjenti tal-ilma fis-sistemi tal-alloġġi, ara t-Taqsima 3.1.
|
Teknika (35) |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Jinstabu u jissewwew it-tnixxijiet tal-ilma |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
b |
Drenaġġ tal-ilma mormi f’reċipjent apposta jew f’fossa tad-demel likwidu |
Applikabbli b’mod ġenerali meta l-ilma mormi jitbattal f’kontenitur apposta. L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta meta l-ilma mormi jitbattal f’fossa tad-demel likwidu minħabba r-riskji tal-bijosigurtà u/jew il-karatteristiċi kimiċi tal-ilma mormi. |
|
c |
Segregazzjoni tal-ilma tax-xita mhux kontaminat minn flussi tal-ilma mormi li jirrikjedu trattament |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-azjendi agrikoli eżistenti. |
|
d |
Użu mill-ġdid tal-ilma tax-xita mhux kontaminat bħala ilma għat-tindif |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-azjendi agrikoli eżistenti. L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn riskji ta’ bijosigurtà u/jew mill-karatteristiċi kimiċi tal-ilma tax-xita. |
|
e |
Iż-żoni tal-btieħi maħmuġin jinżammu kemm jista’ jkun żgħar |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
f |
Trattament tal-ilma mormi |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
g |
Użu tal-ilma mormi fl-irrigazzjoni u fit-tifrix |
L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ art adatta ħdejn l-azjenda agrikola u/jew karatteristiċi kimiċi tal-ilma mormi. L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minn rekwiżiti leġiżlattivi dwar l-użu tal-ilma mormi (eż. ir-Regolament (UE) 2020/741 (34) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma). |
|
(34) Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32, ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2020/741/oj). (35) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.7.3. |
||
3.6.4. Ġestjoni tal-enerġija
UC 13. L-enerġija għandha tintuża b’mod effiċjenti. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt. Għall-użu effiċjenti tal-enerġija fis-sistemi tal-alloġġi, ara t-Taqsima 3.1.
|
|
Teknika (36) |
Applikabbiltà |
||||||
|
a |
Użu ta’ dawl effiċjenti fl-użu tal-enerġija |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
||||||
|
b |
Użu ta’ skambjaturi tas-sħana. Tista’ tintuża waħda mis-sistemi li ġejjin:
|
Skambjaturi tas-sħana tal-arja-art huma applikabbli biss meta jkun hemm spazju disponibbli minħabba l-ħtieġa ta’ superfiċe kbira tal-ħamrija. |
||||||
|
c |
Użu ta’ pompi tas-sħana għall-irkupru tas-sħana |
L-applikabbiltà tal-pompi tas-sħana bbażati fuq l-irkupru tas-sħana ġeotermali hija limitata meta jintużaw pajpijiet orizzontali minħabba l-ħtieġa ta’ spazju disponibbli. |
||||||
|
d |
Ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli |
L-applikabbiltà ta’ ġenerazzjoni speċifika ta’ enerġija rinnovabbli tista’ tkun limitata minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi. Tista’ ma tkunx applikabbli għall-azjendi agrikoli eżistenti minħabba restrizzjonijiet fuq il-bini u/jew l-ispazju. |
||||||
|
e. |
Iżolament tal-ħitan, tal-artijiet u/jew tas-soqfa tal-bini/tal-istrutturi |
L-applikabbiltà għal impjanti eżistenti tista’ tkun ristretta minn restrizzjonijiet tal-bini u minn restrizzjonijiet strutturali oħra. |
||||||
|
(36) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.7.4. |
||||||||
3.7. Monitoraġġ
3.7.1. Monitoraġġ tat-tneħħija tan-nitroġenu u tal-fosforu
UC 14. In-nitroġenu totali u l-fosforu totali mneħħi fid-demel għandhom jiġu monitorjati bl-użu tat-teknika mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (37) |
Frekwenza |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Bilanċ tal-massa tan-nitroġenu u tal-fosforu bbażat fuq il-konsum tal-għalf, il-proteini mhux raffinati u l-kontenut ta’ fosforu totali fid-dieta, u l-prestazzjoni tal-annimali (38) |
Darba kull sena għal kull kategorija tal-annimal (39) |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
(37) Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 4.8.1. (38) It-teknika ta’ monitoraġġ tiġi żviluppata ulterjorment fil-livell tal-Istati Membri. (39) Jekk tingħata prova li l-konsum tal-għalf, il-proteini mhux raffinati u l-kontenut ta’ fosforu totali fid-dieta, u l-prestazzjoni tal-annimali huma stabbli biżżejjed, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal kull darba li jseħħu bidliet sinifikanti. |
|||
3.7.2. Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja
UC 15. L-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja għandhom jiġu mmonitorjati mill-inqas minn kull alloġġ tal-annimali bl-użu ta’ mill-inqas waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (40) |
Frekwenza |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Bilanċ tal-massa bbażat fuq it-tneħħija u n-nitroġenu totali (jew ammonijaka totali) preżenti f’kull stadju tal-ġestjoni tad-demel (2) |
Darba fis-sena (3). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
b |
Fatturi ta’ emissjonijiet (41) |
Darba fis-sena (42). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
(40) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.8.2. (41) It-teknika ta’ monitoraġġ tiġi żviluppata ulterjorment fil-livell tal-Istati Membri. (42) Jekk tingħata prova li l-konsum tal-għalf, il-kompożizzjoni tad-dieta, il-prestazzjoni tal-annimali u l-prattiki tal-ġestjoni tad-demel huma stabbli biżżejjed, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal kull darba li jseħħu bidliet sinifikanti. |
|||
Barra minn hekk, ġiet identifikata t-teknika emerġenti fit-Taqsima 5.4.
3.7.3. Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-metan fl-arja
UC 16. L-emissjonijiet tal-metan għandhom jiġu monitorjati bl-użu tat-teknika mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (43) |
Frekwenza |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Fatturi ta’ emissjonijiet (44) |
Darba fis-sena (45). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
(43) Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 4.8.3. (44) It-teknika ta’ monitoraġġ tiġi żviluppata ulterjorment fil-livell tal-Istati Membri. (45) Jekk tingħata prova li l-konsum tal-għalf, il-kompożizzjoni tad-dieta, il-prestazzjoni tal-annimali u l-prattiki tal-ġestjoni tad-demel huma stabbli biżżejjed, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal kull darba li jseħħu bidliet sinifikanti. |
|||
Barra minn hekk, ġiet identifikata t-teknika emerġenti fit-Taqsima 5.4.
3.7.4. Monitoraġġ tal-emissjonijiet tat-trab fl-arja
UC 17. L-emissjonijiet tat-trab mill-alloġġi tal-annimali għandhom jiġu monitorjati bl-użu tat-teknika mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (46) |
Frekwenza |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Fatturi ta’ emissjonijiet (47) |
Darba fis-sena (48). |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
(46) Deskrizzjoni tat-teknika tingħata fit-Taqsima 4.8.4. (47) It-teknika ta’ monitoraġġ tiġi żviluppata ulterjorment fil-livell tal-Istati Membri. (48) Jekk tingħata prova li l-kundizzjonijiet tal-alloġġi tal-annimali huma stabbli biżżejjed, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ titnaqqas għal kull darba li jseħħu bidliet sinifikanti. |
|||
Applikabbiltà
L-applikabbiltà hija ristretta għal każijiet fejn l-impatt tat-trab fuq ir-riċetturi sensittivi huwa mistenni u/jew ġie sostanzjat.
3.7.5. Monitoraġġ tal-irwejjaħ
UC 18. L-emissjonijiet tal-irwejjaħ għandhom jiġu monitorjati bl-użu ta’ waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
(a) |
Standards EN (eż. olfattometrija dinamika skont EN 13725 sabiex tiġi ddeterminata l-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ u/jew EN 16841-1 jew -2 sabiex jiġi ddeterminat l-esponiment għall-irwejjaħ); |
|
(b) |
Metodi alternattivi (eż. stima tal-impatt tal-irwejjaħ) li għalihom ma hemm l-ebda standard EN disponibbli. F’każ bħal dan, jistgħu jintużaw standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw il-forniment ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti. |
Applikabbiltà
L-applikabbiltà hija ristretta għal każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet issostanzjata inkonvenjenza mill-irwejjaħ f’riċetturi sensittivi.
3.7.6. Monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sistemi ta’ tindif tal-arja
UC 19. Il-prestazzjoni tas-sistemi ta’ tindif tal-arja għandha tiġi monitorjata bl-użu taż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (49) |
Frekwenza |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Verifika tal-prestazzjoni tas-sistema ta’ tindif tal-arja billi jitkejlu l-ammonijaka, l-irwejjaħ u/jew it-trab fil-kundizzjonijiet prattiċi tal-azjenda agrikola u skont protokoll ta’ kejl preskritt u bl-użu ta’ metodi standard EN jew metodi nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti |
Darba matul il-fażi tal-ikkummissjonar. |
Mhux applikabbli jekk is-sistema ta’ tindif tal-arja tkun ġiet ivverifikata flimkien ma’ sistema ta’ alloġġi u kundizzjonijiet operattivi simili. |
|
b |
Kontroll tal-funzjoni effettiva tas-sistema ta’ tindif tal-arja (eż. billi jiġu rrekordjati l-paramteri operattivi b’mod kontinwu jew billi jintużaw sistemi ta’ allarm) |
Kull xahar. |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
(49) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.8.5. |
|||
3.7.7. Monitoraġġ tal-parametri tal-proċess
UC 20. Il-parametri tal-proċess għandhom jiġu monitorjati bl-użu tat-tekniki mogħtija hawn taħt.
|
Teknika (50) |
Frekwenza |
Applikabbiltà |
|
|
a |
Monitoraġġ tal-konsum tal-ilma fil-livell tal-azjenda agrikola u għall-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-ilma |
Darba fis-sena (51). |
Il-monitoraġġ b’mod separat tal-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-ilma jista’ ma jkunx applikabbli skont il-konfigurazzjoni tan-network tal-provvista tal-ilma. |
|
b |
Monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija elettrika |
Il-monitoraġġ b’mod separat tal-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-enerġija jista’ ma jkunx applikabbli skont il-konfigurazzjoni tan-network tal-provvista tal-enerġija. |
|
|
c |
Monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil |
Il-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil fl-alloġġi tal-annimali jista’ ma jkunx applikabbli jekk azjenda agrikola jkollha impjant tat-tisħin wieħed li jforni s-sħana lil diversi alloġġi tal-annimali kif ukoll lil bini residenzjali. |
|
|
d |
Monitoraġġ tal-għadd ta’ annimali inkluż it-twelid u l-imwiet |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
|
e |
Monitoraġġ tal-konsum tal-għalf |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
|
f |
Monitoraġġ tal-kwantità ta’ demel iġġenerat |
Applikabbli b’mod ġenerali. |
|
|
(50) Deskrizzjoni tat-tekniki tingħata fit-Taqsima 4.8.6. (51) Il-monitoraġġ huwa bbażat fuq ir-rekords tal-parametri tal-proċess miżmuma għall-perjodu kollu. |
|||
4. DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI
4.1. Ġestjoni nutrizzjonali
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Informazzjoni dwar l-emissjonijiet |
|
a |
Limitazzjoni tal-kontenut ta’ proteini mhux raffinati bl-użu ta’ dieta-N bilanċjata bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-enerġija u l-aċidi amminiċi diġestibbli |
Id-dieta hija bilanċjata biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-annimali tal-enerġija u tal-aċidi amminiċi diġestibbli, filwaqt li jiġu evitati l-eċċessi fil-provvista ta’ proteini mhux raffinati, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet nutrizzjonali u l-benesseri tagħhom. Id-dieti li ma humiex ibbilanċjati kif xieraq mar-rekwiżiti tal-annimal f’termini ta’ enerġija u aċidi amminiċi diġestibbli jipprovdu biss il-kwantitajiet meħtieġa tan-nutrijenti ta’ limitazzjoni, u dożi eċċessivi ta’ oħrajn. Dan jirriżulta f’żieda ta’ nutrijenti mneħħija li jirriżulta f’emissjonijiet ogħla għall-ambjent. Min-naħa l-oħra, dieti bilanċjati jipprovdu l-ammont xieraq ta’ aċidi amminiċi, filwaqt li jevitaw kemm l-eċċessi kif ukoll in-nuqqasijiet. Dan jippermetti lill-annimali jilħqu l-potenzjal ta’ tkabbir tagħhom u jiksbu l-aħjar prestazzjoni permezz ta’ sinteżi massimizzata tal-proteini, filwaqt li jimminimizzaw l-emissjonijiet fl-ambjent. |
Mhux applikabbli |
|
b |
Għalf f’fażijiet b’formulazzjoni ta’ dieta adattata għar-rekwiżiti speċifiċi tal-perjodu ta’ produzzjoni |
It-taħlita tal-għalf taqbel mar-rekwiżiti tal-annimal b’mod aktar akkurat fit-termini tal-enerġija, tal-aċidi amminiċi, tal-fosforu u tal-minerali, skont il-piż tal-annimal u/jew l-istadju tal-produzzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet nutrizzjonali u t-trattament xieraq tagħhom. L-għalf tipikament jinqasam f’żewġ sa ħames fażijiet, skont il-kategorija tal-annimali, u jista’ jsir minn gruppi ta’ annimali. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 20 % għall-ħnieżer u mill-inqas 10 % għall-pollam meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ din it-teknika. |
|
c |
Provvista kkontrollata ta’ aċidi amminiċi f’dieti ta’ tnaqqis ta’ proteini mhux raffinati |
Ċertu ammont ta’ għalf b’ħafna proteini huwa sostitwit minn għalf bi ftit proteini, sabiex ikompli jitnaqqas il-kontenut ta’ proteini mhux raffinati, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet nutrizzjonali u l-benesseri tagħhom. Id-dieta hija ssupplimentata b’aċidi amminiċi (eż. liżina, metijonina, treonina, triptofan, valina) sabiex b’hekk ma jkun hemm l-ebda defiċjenza fil-profil tal-aċidu amminiku. |
Mhux applikabbli |
|
d |
Użu ta’ addittivi fl-għalf awtorizzati li jnaqqsu n-nitroġenu totali mneħħi / l-emissjonijiet tal-ammonijaka |
Sustanzi, mikroorganiżmi jew preparazzjonijiet awtorizzati (52) bħal enzimi (eż. enzimi NSP, proteasi) jew probijotiċi jiżiedu fl-għalf jew fl-ilma sabiex itejbu l-effiċjenza tal-għalf, eż. billi tittejjeb id-diġestibbiltà tal-għalf jew tiġi affettwata l-flora gastrointestinali. Minbarra s-sustanzi awtorizzati li jnaqqsu direttament in-nitroġenu totali mneħħi, jistgħu jintużaw addittivi oħra li għandhom effett indirett fuq l-emissjonijiet tal-ammonijaka. Pereżempju, l-addittivi tal-għalf awtorizzati (53) li jikkonsistu fl-aċidu benżojku jistgħu jiżdiedu mal-għalf għall-ħnieżer tas-simna (addittivi 4d210 u 4d211) u għall-majjali nisa (addittiv 4d210) b’rati ta’ bejn 0,5 % u 1 % ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %, sabiex jitnaqqas il-pH tal-awrina. |
Fil-każ taż-żieda tal-aċidu benżojku, jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 16 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ dan l-addittiv. |
|
e |
Użu ta’ addittivi fl-għalf awtorizzati li jnaqqsu l-fosforu totali mneħħi (eż. il-fitażi) |
Sustanzi, mikroorganiżmi jew preparazzjonijiet awtorizzati bħal enzimi (eż. il-fitasi) jiżiedu fl-għalf jew fl-ilma sabiex jaffettwaw b’mod favorevoli l-effiċjenza tal-għalf, eż. billi titjieb id-diġestibbiltà tal-għalf jew tiġi affettwata l-flora gastrointestinali. |
Mhux applikabbli |
|
f |
Użu ta’ fosfati inorganiċi diġestibbli ħafna biex jissostitwixxu b’mod parzjali sorsi konvenzjonali tal-fosforu fl-għalf |
Użu ta’ fosfati inorganiċi diġestibbli ħafna biex jissostitwixxu b’mod parzjali sorsi konvenzjonali tal-fosforu fl-għalf. Dawn jistgħu jiġu inkorporati fl-għalf tal-annimali (eż. fi trab jew f’forma granulata) u huma prevedibbli f’termini tal-kompożizzjoni kimika tagħhom u tal-kontenut ta’ fosforu diġestibbli. |
Mhux applikabbli |
|
g |
Għalf ta’ preċiżjoni fit-trobbija tal-ħnieżer għall-annimali individwali |
Għalf ta’ preċiżjoni jirreferi għal aġġustament kontinwu (eż. ta’ kuljum) tan-nutrijenti tal-għalf, b’livelli li huma eqreb għall-ħtiġijiet nutrizzjonali reali ta’ kull annimal individwali separatament, li jimmassimizza l-użu tan-nutrijenti u b’hekk inaqqas it-tneħħija tal-N u tal-P. L-emissjonijiet tal-metan enteriku jistgħu jiġu mmirati wkoll b’din it-teknika. Il-formulazzjoni tal-għalf tista’ tinkiseb billi jitħallat għalf differenti fil-proporzjonijiet it-tajba fil-livell tal-fornitur tal-ikel għal kull ħanżir, u dan jippermetti l-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni u tal-ekonomija. Din it-teknika tirrikjedi sistema xierqa ta’ identifikazzjoni individwali tal-annimali (eż. ċippa), kif ukoll kejl speċifiku (eż. piż). Dan jinvolvi wkoll azzjonijiet ta’ pproċessar u ta’ kontroll tad-data fil-livell tal-fornitur tal-ikel individwali (eż. algoritmu f’ħin reali biex jiġu mbassra r-rekwiżiti ta’ kull annimal u s-software biex tintbagħat struzzjoni lill-fornitur tal-ikel). Barra minn hekk, dan jirrikjedi biżżejjed spazju għal żona adegwata għall-fornituri tal-ikel. |
Mhux applikabbli |
|
(52) Skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29–43 ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj). (53) Skont ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/900 u (UE) 2018/1550 tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-majjali nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Product Sp. z o. o.) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 18 ELI http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/900/oj) (addittiv 4d210) u 2024/1730 tal-20 ta’ Ġunju 2024 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv fl-għalf tal-qżieqeż miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (OJ L, 2024/1730, 21.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1730/oj) (addittiv 4d211). |
|||
4.2. Sistemi ta’ alloġġi
4.2.1. Tipi ta’ pavimenti u tekniki għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka u tal-metan fl-alloġġi tal-ħnieżer
|
Tip ta’ paviment |
Deskrizzjoni |
|
Paviment f’għamla ta’ gradilja |
Paviment fis-sistema ta’ alloġġi fejn l-erja kollha tal-maqjel għandha strixxi miksija bil-metall, bil-konkrit jew bil-plastik li jippermettu li r-rawt u l-awrina jaqgħu f’kanal jew f’fossa taħt. |
|
Paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja |
Paviment fis-sistema ta’ alloġġi fejn jintużaw kemm paviment f’għamla ta’ gradilja kif ukoll paviment solidu (tal-konkrit) f’kull maqjel jew meta jkun hemm żoni funzjonali differenti fil-maqjel għal raġunijiet ta’ benesseri tal-annimali. It-tħammiġ tal-paviment solidu jiġi evitat permezz ta’ ġestjoni xierqa tal-paramteri klimatiċi ta’ ġewwa, speċjalment f’kundizzjonijiet sħan, u/jew tfassil xieraq tas-sistemi ta’ alloġġi. Għal paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja li tkopri 50 % taż-żona, jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 15 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
|
Paviment solidu tal-konkrit |
Paviment fis-sistema ta’ alloġġi fejn iż-żona kollha tal-maqjel tikkonsisti f’konkrit solidu. Il-paviment jista’ jitgħatta b’mifrex (eż. tiben) fi gradi li jvarjaw. Il-paviment jista’ jkun ixaqleb sabiex jiffaċilita d-drenaġġ tal-awrina. |
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Informazzjoni dwar l-emissjonijiet |
||||||||
|
a |
Fossa fonda (paviment kompletament jew parzjalment f’għamla ta’ gradilja) kombinata ma’:
|
L-imqawel huma mgħammra b’fossa fonda taħt il-paviment f’għamla ta’ gradilja u dan jippermetti l-ħżin tad-demel likwidu bejn it-tneħħijiet mhux frekwenti. Għall-ħnieżer tas-simna, jista’ jintuża kanal għall-fluss eċċessiv tad-demel. It-tneħħija tad-demel likwidu għat-tifrix jew għall-ħżin fuq barra ssir ta’ spiss kemm jista’ jkun (eż. mill-inqas kull xahrejn) dment li ma jkunx hemm restrizzjonijiet tekniċi (eż. kapaċità tal-ħżin). Il-fosos fondi huma kkombinati ma’ mill-inqas tekniki ta’ ġestjoni nutrizzjonali (f’impjanti eżistenti) u ma’ miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni tal-ammonijaka (eż. sistema ta’ tindif tal-arja, tnaqqis tal-pH tad-demel likwidu, tkessiħ tad-demel likwidu) f’impjanti ġodda. |
Mhux applikabbli |
||||||||
|
b |
Tneħħija frekwenti tad-demel likwidu, eżempju permezz ta’ sistema ta’ vakwu, barraxa, ifflaxxjar (fil-każ ta’ paviment kompletament jew parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Sistema ta’ vakwu: żbokki fil-qiegħ tal-fossa jew tal-kanal huma konnessi ma’ pajp ta’ skariku li taħtu jiġi trasferit id-demel likwidu għall-ħżin fuq barra. Id-demel likwidu spiss jintrema billi jinfetaħ valv jew tapp fil-pajp ewlieni tad-demel likwidu, eż. darba jew darbtejn fil-ġimgħa; jiżviluppa vakwu ħafif u dan jippermetti t-tbattil sħiħ tal-fossa jew tal-kanal. Jeħtieġ li jinkiseb ċertu fond ta’ demel likwidu qabel ma l-vakwu jkun jista’ jkun effettiv u s-sistema tkun tista’ topera kif suppost. Jekk id-demel likwidu jiġi fflaxxjat bil-gravità għal tank li jinsab f’livell aktar baxx mill-matmura, ma jkunx hemm bżonn ta’ pompa tal-vakwu. Minn dan it-tank, id-demel likwidu jista’ jiġi ppumpjat f’tank tal-ħżin jew f’bawżer mobbli. |
Sistema ta’ vakwu: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 25 % (għal tneħħija mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa) u 15 % (għal tneħħija mill-inqas kull ġimagħtejn) meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. L-emissjonijiet tal-metan jitnaqqsu wkoll. |
||||||||
|
Barraxa: hemm kanal f’forma ta’ V b’żewġ superfiċji inklinati fuq kull naħa ta’ kanal ċentrali, fejn l-awrina tista’ titbattal f’fossa ta’ ġbir permezz ta’ kanal fil-qiegħ tal-kanal tad-demel. Mill-fossa, il-frazzjoni solida tad-demel tiġi estratta b’mod frekwenti (eż. sa 12-il darba kuljum) permezz ta’ barraxa. Iż-żieda ta’ kisja fuq il-paviment mibrux hija rakkomandata sabiex tinkiseb superfiċe (aktar) lixxa. |
Barraxa: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 45 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. L-emissjonijiet tal-metan jitnaqqsu wkoll. |
||||||||||
|
Flaxxjar: dilwizzjoni u tneħħija frekwenti ħafna (eż. darba jew darbtejn fis-sena) tad-demel likwidu titwettaq billi l-kanali jiġu fflaxxjati bil-frazzjoni likwida tad-demel likwidu (kontenut ta’ materja niexfa mhux aktar minn madwar 5 %). Il-frazzjoni likwida tad-demel likwidu tista' tingħata l-arja wkoll qabel l-iflaxxjar. L-ilma ħelu jista’ jintuża wkoll għall-ifflaxxjar, għalkemm dan jirriżulta f’konsum ogħla tal-ilma. Din it-teknika tista' tiġi kombinata ma' varjazzjonijiet individwali tal-qiegħ tal-kanali jew tal-fosos, pereżempju, kanali, tubi jew saff tad-demel likwidu permanenti. |
Flaxxjar: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 25 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||||
|
c |
Ħitan immejlin jew sistema ta’ lembut (fil-każ ta’ paviment kompletament jew parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Għal ħitan immejlin: il-kanal tad-demel joħloq sezzjoni forma ta’ V bil-punt ta’ skarika fil-qiegħ. It-tneħħija tad-demel issir mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. Għal sistemi ta’ lembut: l-imbiebet tal-plastik huma installati f’ringieli taħt paviment f’għamla ta’ gradilja u jiggwidaw id-demel f’manifold komuni għall-iskariku rapidu permezz ta’ fflaxxjar ikkontrollat b’mod mekkaniku f’intervalli stabbiliti minn qabel. Ix-xaqliba u s-superfiċe lixxa jiffaċilitaw l-iskariku tad-demel likwidu. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 40 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. L-emissjonijiet tal-metan jitnaqqsu wkoll. |
||||||||
|
d |
Fossa tad-demel imnaqqsa (fil-każ ta’ paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Il-maqjel huwa mgħammar b’fossa dejqa b’wisa’ ta’ 0,6 m. Il-fossa tista’ tkun f’passaġġ estern. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 30 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||
|
e |
Sistema sħiħa ta’ mifrex (fil-każ ta’ paviment solidu tal-konkrit) |
Paviment kollu konkrit kważi mgħotti kompletament b’saff ta’ tiben jew materjal ieħor tal-linjoċelluloża. Fis-sistema tal-paviment bil-mifrex, id-demel solidu jitneħħa spiss (eż. darbtejn fil-ġimgħa). Inkella, fis-sistema ta’ mifrex fond, jiżdied tiben frisk fil-wiċċ u d-demel akkumulat jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija. Sabiex jiġu inklużi kunsiderazzjonijiet tal-benesseri tal-annimali, jistgħu jiġu organizzati żoni funzjonali separati f’żoni għall-mistrieħ, għall-għalf, għall-mixi u għall-ippurgar. |
Mhux applikabbli |
||||||||
|
f |
Alloġġ permezz ta’ għerejjex/barrakki (fil-każ ta’ paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Żoni funzjonali separati huma organizzati fl-imqawel ta’ alloġġi b’ventilazzjoni naturali. Iż-żona għall-mistrieħ (madwar 50 % sa 60 % taż-żona totali) tikkonsisti f’paviment tal-konkrit iżolat livellat b’barrakki, jew għerejjex iżolati, b’saqaf fuq iċ-ċappetti li jista’ jittella’ jew jitbaxxa biex tiġi kkontrollata t-temperatura u l-ventilazzjoni. Iż-żoni ta’ attività u tal-għalf għandhom paviment f’għamla ta’ gradilja b’fossa tad-demel taħt u tneħħija frekwenti tad-demel, eż. bil-vakwu. It-tiben jista’ jintuża fuq il-paviment solidu tal-konkrit. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 33 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||
|
g |
Sistema tal-fluss tat-tiben (fil-każ ta’ paviment solidu tal-konkrit) |
Il-ħnieżer jitrabbew f’imqawel b’pavimenti solidi, tipikament f’alloġġ ventilat b’mod naturali, fejn jiġu definiti żona mxaqilba għall-mistrieħ u żona għall-eskrezzjoni. It-tiben jingħata lill-annimali kuljum. L-attività tal-ħnieżer timbotta u tqassam il-mifrex fix-xaqliba tal-maqjel. Il-frazzjoni solida tista’ titneħħa spiss (eż. kuljum) permezz ta’ barraxa. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 33 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. It-teknika tista’ tirriżulta f’żieda fl-emissjonijiet tal-metan. |
||||||||
|
h |
Paviment imqabbeż u demel separat u kanali tal-ilma (fil-każ ta’ mqawel parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Il-kanali tad-demel u tal-ilma jinbnew fuq naħat opposti tal-paviment solidu tal-konkrit, imqabbeż u lixx. Il-kanal tal-ilma jiġi installat taħt in-naħa tal-maqjel fejn il-ħnieżer għandhom tendenza li jieklu u jixorbu. L-ilma għat-tindif tal-imqawel jista’ jintuża biex jimtlew il-kanali tal-ilma. Il-kanal jimtela parzjalment b’mill-inqas 10 cm ilma. Il-kanal tad-demel jista’ jinbena b’kanali mgħottija jew b’ħitan immejlin li normalment jitlaħalħu darbtejn kuljum pereżempju bl-ilma mill-kanal l-ieħor jew il-frazzjoni likwida tad-demel likwidu (kontenut ta’ materja niexfa mhux aktar minn madwar 5 %). |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 40 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||
|
i |
Imqawel bil-mifrex b’ġenerazzjoni tad-demel kombinata (demel likwidu u demel solidu) |
L-imqawel għat-twellid huma mgħammra b’żoni funzjonali separati: żona għall-mistrieħ b’materjal tal-bejta, żona għall-mixi u żona tar-rawt b’pavimenti f’għamla ta’ gradilja jew perforati, u żona għall-għalf fuq paviment solidu. Il-qżieqeż jingħataw bejta b’mifrex u mgħottija. Id-demel likwidu spiss jitneħħa b’barraxa. Id-demel solidu jitneħħa kuljum b’mod manwali miż-żoni b’paviment solidu. Il-mifrex jiġi pprovdut b’mod regolari. Mas-sistema tista’ tiġi pprovduta bitħa wkoll. |
Mhux applikabbli |
||||||||
|
j |
Kabini għall-għalf/għall-mistrieħ fuq paviment solidu (fil-każ ta’ mqawel ibbażati fuq il-mifrex) |
Il-majjali nisa jinżammu f’maqjel maqsum f’żewġ żoni funzjonali, dak prinċipali bil-mifrex u serje ta’ kabini għall-għalf/għall-mistrieħ fuq paviment solidu. Id-demel jinġabar fit-tiben jew f’materjal ieħor tal-linjoċelluloża, li jiġi fornut u sostitwit b’mod regolari. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 50 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||
|
k |
Sump tad-demel (fil-każ ta’ paviment kompletament jew parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Jitqiegħed sump (jew fossa) prefabbrikat taħt il-paviment f’għamla ta’ gradilja. Is-sump ikun l-aktar fond f’tarf wieħed b’xaqliba ta’ mill-inqas 3 gradi lejn kanal ċentrali tad-demel; id-demel jiġi skarikat meta l-livell tiegħu jilħaq madwar 12-il cm. Jekk jeżisti kanal tal-ilma, is-sump jista’ jinqasam f’taqsima tal-ilma u f’taqsima tad-demel. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 65 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||
|
l |
Ġbir tad-demel fl-ilma |
Id-demel jinġabar fl-ilma għat-tindif li jinżamm fil-kanal tad-demel u jimtela mill-ġdid sa livell ta’ madwar 120 sa 150 mm. Il-ħitan tal-kanali immejlin huma fakultattivi. Wara kull ċiklu tat-trobbija, il-kanal tad-demel jitbattal. Sabiex jiġi limitat il-konsum tal-ilma, jistgħu jintużaw likwidi oħra (eż. ilma għat-tlaħliħ mit-tindif tal-kmamar) minflok ilma frisk, dment li jkollhom karatteristiċi ta’ kwalità fiżikokimiċi u bijoloġika adegwati għal dan l-użu. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 20 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||
|
m |
Ċinturini tad-demel forma ta’ V (fil-każ ta’ paviment parzjalment f’għamla ta’ gradilja) |
Ċinturini tad-demel forma ta’ V jitgerbu fil-kanali tad-demel li jgħattu s-superfiċe kollha, sabiex ir-rawt u l-awrina kollha jaqgħu fuqhom. Iċ-ċinturini jitħaddmu mill-inqas darbtejn kuljum sabiex iġorru b’mod separat l-awrina u r-rawt għall-ħżin tad-demel magħluq. Iċ-ċinturini huma magħmulin mill-plastik (polipropilen jew polietilen). |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 60 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||
|
n |
Taħlita ta’ kanali tal-ilma u tad-demel (fil-każ ta’ paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja) |
Il-majjala tinżamm f’post fiss (bl-użu ta’ gaġeġ tal-ħlas) b’żona speċifika għall-ipporgar. Il-fossa tad-demel tinqasam f’kanal tal-ilma wiesa’ fuq quddiem u f’kanal tad-demel żgħir fuq wara, b’superfiċe inqas għad-demel. Il-kanal ta’ quddiem jimtela parzjalment bl-ilma. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 50 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||
|
o |
Passaġġ estern bil-mifrex (fil-każ ta’ paviment solidu tal-konkrit) |
L-annimali jinżammu f’alloġġ ibridu ventilat, fejn bieb żgħir jippermetti lill-ħanżir biex joħroġ barra biex jipporga f’passaġġ estern b’paviment tal-konkrit bil-mifrex. Id-demel jaqa’ f’kanal minn fejn jitnaddaf darba kuljum. |
Mhux applikabbli |
||||||||
|
p |
Użu ta’ sistema ta’ tindif tal-arja, bħal:
|
Ara t-Taqsima 4.2.3. |
|||||||||
|
q |
Użu ta’ blalen li jżommu fil-wiċċ fil-kanal tad-demel |
Blalen nofshom mimlijin bl-ilma u li huma magħmulin mill-plastik b’kisja li ma twaħħalx fuq is-superfiċe tal-kanali tad-demel. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 25 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. L-emissjonijiet tal-metan jitnaqqsu wkoll. |
||||||||
|
r |
Tkessiħ tad-demel likwidu |
Tnaqqis tat-temperatura tad-demel likwidu (normalment biex tilħaq 15 °C) jinkiseb bl-installazzjoni ta’ sistema tat-tkessiħ li titqiegħed fuq id-demel likwidu (tkessiħ tas-superfiċe bil-pinen), fuq il-paviment tal-konkrit jew imqiegħda fil-paviment (tkessiħ tal-qiegħ). Is-sistema tikkonsisti f’pajpijiet li fihom jiġi ċċirkolat refriġerant jew ilma. Il-pajpijiet jitqabbdu ma’ apparat għall-iskambju tas-sħana biex tiġi rkuprata enerġija li tista’ tintuża għat-tisħin ta’ partijiet oħrajn tal-azjenda agrikola. Il-fossa jew il-kanali jeħtieġ li jitbattlu b’mod frekwenti minħabba s-superfiċe ta’ skambju relattivament żgħira tal-pajpijiet. Jekk is-sħana mormija jew l-ilma ta’ taħt l-art ma jkunx jista’ jintuża għat-tkessiħ, l-użu ta’ din it-teknika jista’ jżid il-konsum tal-enerġija. |
Għat-tkessiħ tal-qiegħ, jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 20 % mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. L-emissjonijiet tal-metan jitnaqqsu wkoll. Għat-tkessiħ bl-aletti (fin cooling), jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 45 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. L-emissjonijiet tal-metan jitnaqqsu wkoll. |
||||||||
|
s |
Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu |
L-aċidu (eż. l-aċidu sulfuriku) jiżdied mad-demel likwidu sabiex il-pH jitnaqqas għal madwar 5,5 fil-fossa tad-demel likwidu. Iż-żieda tista’ titwettaq f’tank tal-proċess, segwita minn arjazzjoni u omoġenizzazzjoni. Parti mid-demel likwidu ttrattat jiġi ppumpjat lura fil-fossa tal-ħżin taħt il-pavimenti tal-alloġġi. Is-sistema ta’ trattament hija kompletament awtomatizzata. Qabel (jew wara) it-tifrix fuq il-ħamrija bl-aċtu, jista’ jkun hemm bżonn li jiżdied il-ġir sabiex jiġi nnewtralizzat il-pH tal-ħamrija. Inkella, l-aċidifikazzjoni tista’ titwettaq direttament fil-fossa tad-demel likwidu jew kontinwament matul it-tifrix. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 60 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. L-emissjonijiet tal-metan jitnaqqsu wkoll. |
||||||||
|
t |
Alloġġ b’żoni ta’ għajxien distinti għall-annimali |
L-annimali jitrabbew fi gruppi, f’sistemi ta’ alloġġi li jinkludu mill-inqas tliet żoni funzjonali: mistrieħ, għalf/attività u eskrezzjoni. L-erja tas-superfiċe għal kull ħanżir hija akbar meta mqabbla ma’ sistemi konvenzjonali ta’ alloġġi. Jista’ jkun hemm disponibbli wkoll bitħa fuq barra, fejn l-annimali jkollhom aċċess għall-arja friska u għad-dawl naturali, u b’hekk jittejjeb il-benesseri tal-annimali. Billi jkun hemm żoni funzjonali differenti, il-karatteristiċi tas-sustanzi niġġiesa ta’ kull żona jistgħu jiġu mmirati permezz ta’ tekniki speċifiċi. Pereżempju, iż-żona ta’ eskrezzjoni tista’ tkun fil-bitħa fuq barra b’superfiċe emittenti żgħira u tneħħija frekwenti tad-demel (eż. sa 12-il darba kuljum bl-użu ta’ barraxa b’forma ta’ V b’kanal tal-awrina/segregazzjoni tar-rawt u tal-awrina ta’ taħt l-art). Normalment, l-annimali jżommu ż-żona għall-mistrieħ u għall-għalf nadifa (din l-imġiba naturali tittejjeb permezz ta’ ventilazzjoni naturali/ibrida għad-differenzjazzjoni fit-temperatura bejn iż-żona għall-eskrezzjoni u ż-żoni l-oħra). Meta mqabbel mas-sistemi konvenzjonali, il-konsum tal-ilma għal kull ħanżir tipikament huwa ogħla (minħabba l-erja tas-superfiċe akbar għal kull ħanżir), filwaqt li l-konsum tal-enerġija huwa aktar baxx (minħabba ventilazzjoni naturali/ibrida). Ir-rekwiżiti tax-xogħol huma wkoll tipikament ogħla (eż. minħabba t-tindif tat-tiben minn żona akbar). |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 75 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali”. |
||||||||
|
u |
L-użu tal-addittivi li ġejjin għat-trattament tad-demel:
|
L-addittivi li għandhom l-għan li jibdlu l-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi tad-demel likwidu jistgħu jitqiegħdu, manwalment jew mekkanikament, fuq superfiċji emittenti (maħmuġin) (eż. strixxi, paviment pavimentat/solidu, taħt l-istrixxi), fil-fosos jew fil-faċilitajiet tal-ħżin tad-demel. L-applikazzjoni inizjali hija segwita minn żidiet perjodiċi bi frekwenza li tvarja (determinati mill-prinċipju attiv ta’ kull addittiv). L-addittivi tad-demel likwidu jinkludu diversi kategoriji, pereżempju, kumplessi ta’ batterji jew mikroorganiżmi, żeoliti u prodotti kimiċi. Dawn jaġixxu, pereżempju, billi jibdlu l-bilanċ mikrobiku naturali, billi tiġi mħeġġa l-bijoaċidifikazzjoni (il-produzzjoni ta’ aċidi organiċi) li tbaxxi l-pH (u b’hekk titnaqqas il-volatilizzazzjoni tal-ammonijaka), billi jiġu limitati l-perkorsi bijoloġiċi li jwasslu għall-formazzjoni tas-sulfid. Dan jirriżulta fi tnaqqis, pereżempju, tal-ammonijaka, tal-metan, tas-sulfid tal-idroġenu u/jew tal-emissjonijiet tal-irwejjaħ. Minbarra t-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-addittivi jistgħu jtejbu l-immaniġġar tad-demel likwidu billi jħeġġu l-likwefazzjoni (viskożità aktar baxxa) u/jew id-dgħufija/id-diżaggregazzjoni tal-qoxra (li tirriżulta f’ippumpjar aħjar u inqas ragħwa), u b’hekk inaqqsu l-ħtiġijiet ta’ aġitazzjoni, jipproteġu t-tagħmir u jillimitaw l-interventi manwali (inklużi dawk assoċjati mal-esponiment perikoluż għall-H2S).
|
Mhux applikabbli |
||||||||
|
v |
Membrani permeabbli għall-gass (GPM) għall-qbid tal-ammonijaka minn mezzi gassużi |
Jintużaw membrani mikroporużi u idrofobiċi biex jaqbdu l-ammonijaka mill-arja. Il-forza mexxejja għat-trasferiment tal-ammonijaka fil-membrani hija l-gradjent tal-konċentrazzjoni. Il-proċess jitwettaq fi pressjoni atmosferika. Ladarba l-ammonijaka tkun fis-soluzzjoni aċiduża (fuq in-naħa l-oħra tal-membrana), din tingħaqad ma’ protoni liberi biex tifforma ammonju mhux volatili (NH4 +). Jistgħu jintużaw diversi aċidi inorganiċi jew organiċi biex titħejja s-soluzzjoni aċiduża, bħal aċidu sulfuriku, idrokloriku, fosforiku u lattiku. B’dan il-mod, l-ammonijaka li tinsab fl-arja tiġi ttrasformata f’fertilizzant siewi tal-ammonju (eż. sulfat tal-ammonju, klorur tal-ammonju, fosfat tal-ammonju, lattat tal-ammonju), li jkun jista’ jiġi ttrasportat ukoll barra mis-sit. Din it-teknika hija adatta kemm għall-ventilazzjoni naturali kif ukoll sfurzata fil-bini, peress li topera indipendentement mis-sistema ta’ ventilazzjoni. Is-sistema normalment tinsab barra l-alloġġ u teħtieġ spazju suffiċjenti għall-manutenzjoni. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 75 % (f’azjendi agrikoli tal-ħnieżer) u 45 % (f’azjendi agrikoli tal-pollam) meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ din it-teknika. |
||||||||
4.2.2. Sistemi u tekniki ta’ alloġġi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi tal-pollam
|
Sistemi ta’ alloġġi |
Deskrizzjoni |
|
Sistemi ta’ gaġeġ |
Sistemi ta’ alloġġi għall-pollam mibnija b’artijiet immejlin, magħmulin minn xibka tal-ħadid iwweldjata jew strixxi tal-plastik u mgħammra b’muntaġġi u bi spazju għall-għalf, għax-xorb, għall-bejtiet, għall-ħakk, għaż-żamma fuq perċa u għall-ġbir tal-bajd. Il-gaġeġ normalment jitqassmu fuq tliet saffi jew aktar. Is-sistemi tal-alloġġi jeħtieġ li jaderixxu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-aħħar verżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (54) jew mal-leġiżlazzjoni li tissostitwiha. |
|
Mifrex fond b’fossa tad-demel |
Sistemi ta’ alloġġi għall-pollam b’mill-inqas terz tal-erja tal-paviment totali miksi bil-mifrex (eż. ramel, ċana tal-injam, tiben). Iż-żona tal-paviment li jifdal hija f’għamla ta’ gradilja, b’fossa tad-demel taħt. Il-muntaġġi tal-għalf u tax-xorb jinsabu fuq iż-żona f’għamla ta’ gradilja. Jistgħu jkunu preżenti strutturi addizzjonali kkunsidrati bħala żoni ta’ barra, bħal btieħi għall-eżerċizzju, verandi, żoni ta’ trobbija fil-beraħ jew ġonna tax-xitwa. |
|
Guvi |
Is-sistema ta’ alloġġi għall-pollam maqsumin f’żoni funzjonali differenti għall-għalf, għax-xorb, għat-tqegħid tal-bajd, għall-ħakk u għall-mistrieħ. Iż-żona utilizzabbli tiżdied permezz ta’ pavimenti elevati f’għamla ta’ gradilja, ikkombinati ma’ saffi differenti. Iż-żona f’għamla ta’ gradilja tvarja bejn 30 % u 60 % tal-erja tal-paviment totali. L-erja tal-paviment li jifdal hija tipikament mifrex. Jistgħu jkunu preżenti strutturi addizzjonali kkunsidrati bħala żoni ta’ barra, bħal btieħi għall-eżerċizzju, verandi, żoni ta’ trobbija fil-beraħ jew ġonna tax-xitwa. |
|
(54) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/74/oj). |
|
|
Tekniki |
Deskrizzjoni |
Informazzjoni dwar l-emissjonijiet |
|||||||
|
L-ispeċijiet kollha tal-pollam |
|||||||||
|
a |
Użu ta’ sistema ta’ tindif tal-arja, bħal:
|
Ara t-Taqsima 4.2.3. |
|||||||
|
b |
Membrani permeabbli għall-gass (GPM) għall-qbid tal-ammonijaka minn mezzi gassużi |
Ara t-Taqsima 4.2.1. |
|||||||
|
Tiġieġ tal-bajd, tiġieġ tat-tnissil u għawwietaq |
|||||||||
|
c |
Tneħħija tad-demel permezz ta’ ċinturini b’mill-inqas:
|
Iċ-ċinturini jitqiegħdu taħt il-gaġeġ għat-tneħħija tad-demel. Il-frekwenza tat-tneħħija tista’ tkun darba fil-ġimgħa (bit-tnixxif bl-arja) jew aktar (mingħajr it-tnixxif bl-arja). Iċ-ċinturin tal-ġbir jista’ jkun bil-ventilazzjoni għat-tnixxif tad-demel. It-tnixxif bl-arja whisk-forced fiċ-ċinturin tad-demel jista’ jintuża wkoll. |
B’żewġ tneħħijiet fil-ġimgħa bit-tnixxif bl-arja, jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 30 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “żewġ tneħħijiet fil-ġimgħa mingħajr ventilazzjoni”. |
||||||
|
d |
Sistema ta’ ventilazzjoni sfurzata jew naturali mingħajr tneħħija frekwenti tad-demel f’impjanti eżistenti b’mifrex fond u b’fossa tad-demel, kombinata b’mill-inqas miżura ta’ mitigazzjoni addizzjonali (eż. il-kisba ta’ kontenut għoli ta’ materja niexfa tad-demel, sistema ta’ tindif tal-arja) |
Is-sistema tal-mifrex fond (ara hawn fuq għal deskrizzjoni) hija kombinata ma’ tneħħija infrekwenti tad-demel, eż. fit-tmien taċ-ċiklu tat-trobbija. Huwa żgurat kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ demel ta’ madwar 50 % sa 60 %. Dan jinkiseb b’sistema xierqa ta’ ventilazzjoni (eż. fannijiet u estrazzjoni tal-arja mqiegħda fil-livell tal-paviment). |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 40 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. It-teknika tista’ tirriżulta f’żieda fl-emissjonijiet tal-metan. |
||||||
|
e |
Ċinturin tad-demel jew barraxa (fil-każ ta’ mifrex fond b’fossa tad-demel) |
Id-demel jitneħħa permezz ta’ barraxi (perjodikament) jew permezz ta’ ċinturini (darba fil-ġimgħa għad-demel imnixxef, darbtejn fil-ġimgħa mingħajr tnixxif). |
Għal ċinturini tad-demel mhux ventilati, jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 70 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. Għaċ-ċinturini tad-demel ventilati, jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 80 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
f |
Tnixxif sfurzat bl-arja tad-demel permezz ta’ tubi (fil-każ ta’ mifrex fond b’fossa tad-demel) |
Is-sistema tal-mifrex fond (ara hawn fuq għal deskrizzjoni) hija kombinata mat-tnixxif tad-demel permezz ta’ ventilazzjoni sfurzata applikata fit-tubi li jitfgħu l-arja (eż. bi 17 °C sa 20 °C u 1,2 m3/għasfur) fuq id-demel maħżun taħt il-paviment f’għamla ta’ gradilja. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 45 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
g |
Tnixxif sfurzat bl-arja tad-demel bl-użu ta’ paviment perforat (fil-każ ta’ mifrex fond b’fossa tad-demel) |
Is-sistema tal-mifrex fond (ara hawn fuq għal deskrizzjoni) hija mgħammra b’paviment perforat taħt id-demel li jippermetti l-infiħ tal-arja sfurzata minn taħt. Id-demel jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 45 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
h |
Tnixxif tal-mifrex fuq iċ-ċinturini tad-demel (fil-każ ta’ guvi) |
Id-demel jinġabar fuq ċinturini taħt il-paviment f’għamla ta’ gradilja u jitneħħa mill-inqas darba fil-ġimgħa permezz ta’ ċinturini bil-ventilazzjoni jew mingħajr il-ventilazzjoni. L-artijiet bil-mifrex u solidi jistgħu jiġu kombinati f’guvi għall-għawwietaq. |
Għal ċinturini tad-demel mhux ventilati, jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 70 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. Għaċ-ċinturini tad-demel ventilati, jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 80 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
i |
Tnixxif sfurzat bl-arja tal-mifrex fuq iċ-ċinturin tad-demel (fil-każ ta’ guvi) |
It-teknika tnaqqas l-emissjonijiet tal-ammonijaka mid-demel permezz ta’ fluss tal-arja mmirat madwaru, li jnaqqas ir-ritmu tal-attività mikrobika (tat-tkissir tal-aċidu uriku fid-demel tal-pollam) u jillimita l-konverżjoni tal-komposti tan-nitroġenu f’ammonijaka volatili. Id-demel jaqa’ fuq ċinturini li jinsabu taħt l-istrixxi, fejn jitnixxef bl-arja (eż. 0,3 m3 ta’ arja għal kull annimal fis-siegħa f’temperatura minima ta’ 20 °C) fornuta minn kanali taħt jew ħdejn il-paviment f’għamla ta’ gradilja. Il-fluss tal-arja jitqiegħed b’mod strateġiku biex jiġi żgurat tnixxif uniformi, filwaqt li jiġu evitati żoni ta’ umdità għolja. Is-sistema topera kontinwament, filwaqt li tiżgura li d-demel jibqa’ fi stat semixott (eż. kontenut ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 50 %) mill-mument tal-eskrezzjoni sakemm jitneħħa (mill-inqas darba fil-ġimgħa jew darbtejn fil-ġimgħa jekk jintuża aktar tnixxif). |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 62 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. L-emissjonijiet tat-trab jitnaqqsu wkoll. |
||||||
|
j |
Tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta’ arja ta’ ġewwa (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond) |
F’sistema ta’ mifrex fond mingħajr fossa tad-demel, is-sistemi ta’ riċirkolazzjoni tal-arja fuq ġewwa jistgħu jintużaw biex inixxfu l-mifrex, filwaqt li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tal-għasafar. Għal dan il-għan, jistgħu jintużaw fannijiet, skambjaturi tas-sħana u/jew ħiters. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 25 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
k |
Slajd tal-mifrex (fil-każ ta’ guvi) |
It-teknika żżomm il-ħxuna tas-saff tal-mifrex limitata (eż. massimu ta’ 3 cm) fuq is-superfiċe kollha tal-paviment mgħotti bil-mifrex, billi tneħħi ta’ spiss porzjon tas-saff tal-mifrex bi slajd. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 15 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. L-emissjonijiet tat-trab jitnaqqsu wkoll. |
||||||
|
Tiġieġ tas-simna |
|||||||||
|
l |
Tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta’ arja ta’ ġewwa (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond) |
Is-sistemi tar-riċirkolazzjoni tal-arja fuq ġewwa jistgħu jintużaw biex inixxfu l-mifrex, filwaqt li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tal-għasafar. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 25 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
m |
Tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta’ arja ta’ ġewwa msaħħna (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond) |
L-emissjonijiet tal-ammonijaka jitnaqqsu bit-tnixxif tal-friex b’arja sħuna u bit-tneħħija tal-umdità evaporata b’arja msaħħna (miksuba minn skambjaturi tas-sħana u/jew ħiters). Huma possibbli żewġ konfigurazzjonijiet:
|
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 55 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
n |
Ventilazzjoni naturali jew sfurzata b’sistema ta’ xorb li ma tnixxix (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond) |
Il-paviment solidu jitgħatta kompletament b’mifrex li jista’ jiżdied skont il-bżonn. L-iżolament tal-paviment (pereżempju, bl-użu tal-konkrit, jew tat-tafal) jipprevjeni l-kondensazzjoni tal-ilma fil-mifrex. Id-demel solidu jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija. It-tfassil u l-operat tas-sistema tal-ilma għax-xorb tipprevjeni t-tnixxija u t-tixrid tal-ilma fuq il-mifrex. Jistgħu jkunu preżenti strutturi addizzjonali kkunsidrati bħala żoni ta’ barra, bħal btieħi għall-eżerċizzju, verandi, żoni ta’ trobbija fil-beraħ jew ġonna tax-xitwa. Il-ventilazzjoni naturali tista’ tiġi kombinata ma’ sistema ta’ trobbija fil-beraħ. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
o |
Paviment bil-mifrex imsaħħan u mkessaħ (fil-każ ta’ sistemi “combideck”) |
Ċirkwit tal-ilma magħluq huwa installat taħt il-paviment u ċirkwit ieħor jinbena f’livell aktar fond għall-ħżin tas-sħana eċċessiva jew biex din tintbagħat lura fl-alloġġ tal-pollam meta jkun meħtieġ. Pompa tas-sħana tgħaqqad iż-żewġ ċirkwiti tal-ilma. Fil-bidu tal-perjodu tat-trobbija, il-paviment jissaħħan bis-sħana maħżuna sabiex il-mifrex jinżamm niexef billi tiġi evitata l-kondensazzjoni tal-umdità; matul it-tieni ċiklu tat-trobbija, l-għasafar jipproduċu eċċess ta’ sħana li tiġi ppreservata fiċ-ċirkwit tal-ħżin waqt li jkessħu l-paviment, u dan inaqqas it-tkissir tal-aċidu uriku billi titnaqqas l-attività mikrobika. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 40 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
p |
Mifrex magħmul minn tiben u minn sulfat tal-idroġenu tas-sodju |
Sabiex jitnaqqas il-valur tal-pH tal-mifrex, li min-naħa tiegħu jinibixxi l-attività mikrobijoloġika, pellet magħmul minn taħlita ta’ 80 % tiben (jew materjal rinnovabbli ieħor) u 20 % sulfat tal-idroġenu tas-sodju (NaHSO4) jintuża bħala friex. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 58 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
Papri |
|||||||||
|
q |
Żieda frekwenti tal-mifrex (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond jew mifrex fond kombinat ma’ paviment f’għamla ta’ gradilja) |
Il-mifrex jinżamm niexef permezz ta’ żieda frekwenti (eż. ta’ kuljum) ta’ materjal frisk skont il-ħtiġijiet. Id-demel solidu jitneħħa fit-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija. Is-sistema ta’ alloġġi tista’ tkun mgħammra b’ventilazzjoni naturali jew sfurzata u kombinata ma’ sistema ta’ trobbija fil-beraħ. Fil-każ ta’ mifrex fond kombinat ma’ paviment f’għamla ta’ gradilja, il-paviment huwa mgħammar bi strixxi fiż-żona tax-xorb (madwar 25 % tal-erja tal-paviment totali). |
Mhux applikabbli |
||||||
|
r |
Tneħħija frekwenti tad-demel (fil-każ ta’ paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja) |
L-istrixxi jgħattu l-fossa fejn jinħażen id-demel u fejn jiġi evakwat għal fossa esterna. It-tneħħija frekwenti tad-demel għal fossa esterna tista’ ssir:
Is-sistema ta’ alloġġi tista’ tkun mgħammra b’ventilazzjoni naturali jew sfurzata u kombinata ma’ sistema ta’ trobbija fil-beraħ. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 15 % (għall-fluss tal-gravità permanenti) u ta’ 30 % (għall-brix) meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ “mifrex/fossa fonda b’mifrex parzjali”. |
||||||
|
Dundjani |
|||||||||
|
s |
Ventilazzjoni naturali jew sfurzata b’sistema ta’ xorb li ma tnixxix (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond) |
Ara d-deskrizzjoni tat-teknika (n) (fit-taqsima dwar it-tiġieġ tas-simna). |
|||||||
|
t |
Tnixxif sfurzat tal-mifrex bl-użu ta’ arja ta’ ġewwa msaħħna (fil-każ ta’ paviment solidu b’mifrex fond) |
Ara d-deskrizzjoni tat-teknika (m) (fit-taqsima dwar it-tiġieġ tas-simna). |
|||||||
4.2.3. Trattament tal-emissjonijiet fl-arja mill-alloġġi tal-annimali
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Informazzjoni dwar l-emissjonijiet |
|
a |
Bijofiltru |
L-arja tal-egżost tgħaddi minn saff filtranti ta’ materjal organiku, bħal għeruq tal-injam jew laqx tal-injam, qoxra tas-siġar ħarxa, kompost jew pit. Il-materjal tal-filtru dejjem jinżamm niedi permezz ta’ traxxix bl-ilma intermittenti tas-superfiċe. Komposti tal-arja u partikoli tat-trab bir-riħa jiġu assorbiti mir-rita niedja u jiġu ossidizzati jew degradati minn mikroorganiżmi li jgħixu fuq il-materjal tal-mifrex niedi. L-inokulazzjoni ta’ taħlitiet ta’ mikroorganiżmi magħżula tista’ ttejjeb l-effiċjenza tal-bijofiltri. Hija meħtieġa żona suffiċjenti fuq barra tal-alloġġ tal-annimal sabiex takkomoda l-pakketti tal-filtru. |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 70 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ din it-teknika. L-emissjonijiet tal-metan fl-arja jistgħu jitnaqqsu wkoll skont il-kundizzjonijiet operattivi. Jistgħu potenzjalment iseħħu emissjonijiet ta’ N2O. |
|
b |
Bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir) |
Filtru għoli mballat b’materjal ta’ mballaġġ inerti li normalment jinżamm kontinwament imxarrab permezz tal-ilma tal-bexx. Is-sustanzi niġġiesa tal-arja jiġu assorbiti fil-fażi likwida u sussegwentement jiġu degradati minn mikroorganiżmi li joqogħdu fuq l-elementi tal-filtru. L-inokulazzjoni ta’ taħlitiet ta’ mikroorganiżmi magħżula tista’ ttejjeb l-effiċjenza tal-bijofiltri. F’ċerti każijiet jista’ jiġi applikat ukoll tindif parzjali tal-arja (eż. biex jiġi mmirat sehem magħżul tal-arja tal-egżost b’tagħbija ogħla ta’ sustanzi niġġiesa). |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 70 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ din it-teknika. L-emissjonijiet tal-irwejjaħ u tat-trab jitnaqqsu wkoll. |
|
c |
Filtru niexef |
L-arja tal-egżost tintnefaħ kontra skrin magħmul minn, pereżempju, plastik b’diversi saffi mqiegħed quddiem il-ħajt ta’ wara tal-ventilatur. L-arja li tgħaddi hija soġġetta għal bidliet b’saħħithom fid-direzzjoni, li jikkawżaw is-separazzjoni tal-partikoli b’forza ċentrifugali, u dan iwassal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab. |
Mhux applikabbli |
|
d |
Sistema ta’ tindif tal-arja b’żewġ stadji jew bi tliet stadji |
F’sistema b’żewġ stadji, l-ewwel stadju (purifikatur niedi tal-aċidu) normalment ikun kombinat ma’ bijopurifikatur (it-tieni stadju). F’sistema bi tliet stadji, l-ewwel stadju li jikkonsisti f’purifikatur niedi normalment ikun ikkombinat mat-tieni stadju (purifikatur niedi tal-aċidu), segwit minn bijofiltru (it-tielet stadju). F’ċerti każijiet jista’ jiġi applikat ukoll tindif parzjali tal-arja (eż. biex jiġi mmirat sehem magħżul tal-arja tal-egżost b’tagħbija ogħla ta’ sustanzi niġġiesa). |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 70 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ din it-teknika. L-emissjonijiet tal-irwejjaħ u tat-trab jitnaqqsu wkoll. |
|
e |
Purifikatur niedi |
L-arja tal-egżost tintnefaħ permezz ta’ mezz ta’ filtru mballat minn fluss trażversali. L-ilma jiġi sprejjat kontinwament fuq il-materjal imballat. It-trab jitneħħa u joqgħod fit-tank tal-ilma, li jitbattal qabel ma jimtela mill-ġdid. Din it-teknika hija magħrufa wkoll bħala “reattur b’sodda perkolatriċi”. |
Mhux applikabbli |
|
f |
Imqabad tal-ilma |
L-arja tal-egżost hija indirizzata mill-fannijiet tal-ventilazzjoni għal fuq banju tal-ilma fejn il-partikoli tat-trab jixxarrbu. Imbagħad, il-fluss jitmexxa 180 grad ’il fuq. Il-livell tal-ilma jimtela b’mod regolari sabiex jikkumpensa għall-evaporazzjoni. |
Mhux applikabbli |
|
g |
Purifikatur niedi tal-aċidu |
L-arja tal-egżost hija sfurzata minn filtru (eż. ħajt imballat) fejn jiġi sprejjat likwidu aċidu li jiċċirkola (eż. l-aċidu sulfuriku). F’ċerti każijiet jista’ jiġi applikat ukoll tindif parzjali tal-arja (eż. biex jiġi mmirat sehem magħżul tal-arja tal-egżost b’tagħbija ogħla ta’ sustanzi niġġiesa). |
Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 70 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ din it-teknika. L-emissjonijiet tal-irwejjaħ u tat-trab jitnaqqsu wkoll. |
4.2.4. Tekniki biex jiġu evitati jew imnaqqsa l-emissjonijiet tat-trab u tal-irwejjaħ u l-konsum tal-ilma u tal-enerġija fl-alloġġi tal-annimali
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|||||||||||||||
|
Emissjonijiet tat-trab |
||||||||||||||||
|
a |
Prevenzjoni jew tnaqqis tal-ġenerazzjoni tat-trab fil-bini tal-bhejjem billi jintużaw, eż. tekniki ta’ mifrex b’livell baxx ta’ trab, materjal tal-mifrex aktar artab, slajds tal-mifrex, għalf ad libitum, għalf b’livell baxx ta’ trab, separaturi tat-trab, ventilazzjoni ottimizzata b’veloċità tal-arja |
Il-ġenerazzjoni tat-trab fil-bini tal-bhejjem tiġi evitata jew imnaqqsa bl-applikazzjoni ta’ tekniki bħal:
|
||||||||||||||
|
b |
Tnaqqis tal-konċentrazzjoni tat-trab fil-bini tal-bhejjem billi jiġu applikati, eż. il-ħolqien ta’ ċpar bl-ilma, il-jonizzazzjoni, il-bexx biż-żejt |
Il-konċentrazzjoni tat-trab fil-bini tal-bhejjem titnaqqas bl-applikazzjoni ta’ tekniki bħal:
|
||||||||||||||
|
c |
Tnaqqis tat-trab bl-użu ta’ sistema ta’ tindif tal-arja, eż. filtru niexef, sistema ta’ tindif tal-arja b’żewġ stadji jew bi tliet stadji, purifikatur niedi, imqabad tal-ilma, purifikatur niedi tal-aċidu, bijofiltru, bijopurifikatur |
Ara t-Taqsima 4.2.3. |
||||||||||||||
|
Emissjonijiet tal-irwejjaħ |
||||||||||||||||
|
d |
Miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ tnaqqis tal-irwejjaħ fis-sistemi tal-alloġġi, eż. iż-żamma tal-annimali u tas-superfiċji xotti u nodfa, it-tnaqqis ta’ superfiċe li jarmi d-demel, it-tneħħija frekwenti tad-demel, it-tnaqqis tat-temperatura tad-demel u tal-ambjent ta’ ġewwa, it-tnaqqis tal-fluss tal-arja |
L-emissjonijiet tal-irwejjaħ fis-sistemi tal-alloġġi jiġu evitati u/jew imnaqqsa bl-applikazzjoni ta’ tekniki bħal:
|
||||||||||||||
|
e |
Ottimizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ skariku tal-arja tal-egżost mill-alloġġi tal-annimali, eż. żieda fl-għoli tal-iżbokk u/jew fil-veloċità tal-ventilazzjoni |
L-arja tal-egżost tiġi skarikata mill-alloġġi tal-annimali billi jiġu applikati tekniki bħal:
|
||||||||||||||
|
f |
Tnaqqis tal-irwejjaħ bl-użu ta’ sistema ta’ tindif tal-arja, eż. bijopurifikatur (jew filtru tal-bijotqattir), bijofiltru, sistema ta’ tindif tal-arja b’żewġ stadji jew bi tliet stadji) |
Ara t-Taqsima 4.2.3. |
||||||||||||||
|
Konsum tal-ilma |
||||||||||||||||
|
g |
Għażla u użu ta’ tagħmir adattat (eż. nipple drinkers, round drinkers, ħwat tal-ilma) għall-kategorija tal-annimal speċifika filwaqt li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-ilma (ad libitum) |
Jintgħażlu u jintużaw sistemi ta’ twassil effiċjenti fl-użu tal-ilma (eż. nipple drinkers, round drinkers, ħwat tal-ilma), filwaqt li titqies l-imġiba tax-xorb tal-ispeċijiet differenti tal-annimali. Tiġi żgurata l-idratazzjoni ottimali u jiġi żgurat il-benesseri tal-annimali permezz ta’ aċċess ad libitum. |
||||||||||||||
|
h |
Verifika u (jekk meħtieġ) aġġustament, fuq bażi regolari, tal-kalibrazzjoni tat-tagħmir tal-ilma għax-xorb |
It-tagħmir tal-ilma tax-xorb jiġi ċċekkjat regolarment u, jekk ikun meħtieġ, jiġi aġġustat, biex jiġu żgurati rati ta’ fluss u funzjonalità konsistenti, filwaqt li jiġi evitat it-tixrid tal-ilma. |
||||||||||||||
|
i |
Użu ta’ tekniki bħal tindif fix-xott bil-makkinarju jew deterġenti tat-tindif bi pressjoni għolja għall-alloġġ u għat-tagħmir tal-annimali |
L-alloġġ u t-tagħmir tal-annimali jitnaddfu b’mod li jiżgura l-iġjene filwaqt li tiġi żgurata l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, pereżempju bl-użu ta’ metodi ta’ tindif minn qabel bħal tindif mekkaniku fix-xott jew bl-użu ta’ tekniki bħal tindif bi pressjoni għolja. |
||||||||||||||
|
Konsum tal-enerġija |
||||||||||||||||
|
j |
Sistemi b’effiċjenza għolja tat-tisħin/tat-tkessiħ u ventilazzjoni |
Is-sistemi b’effiċjenza għolja tat-tisħin/tkessiħ u tal-ventilazzjoni jużaw soluzzjonijiet tekniċi li jimminimizzaw il-konsum tal-enerġija, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali. |
||||||||||||||
|
k |
Ottimizzazzjoni tas-sistemi u tal-ġestjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ u tal-ventilazzjoni, speċjalment fejn jintużaw is-sistemi ta’ tindif tal-arja |
Is-sistemi eżistenti tat-tisħin/tat-tkessiħ u tal-ventilazzjoni jittejbu, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali (eż. il-konċentrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa tal-arja, it-temperaturi xierqa). Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ miżuri bħal:
|
||||||||||||||
|
l |
Iżolament tal-ħitan, tal-artijiet u/jew tas-soqfa tal-alloġġ tal-annimali |
Il-materjal ta’ iżolament jista’ jkun impermeabbli b’mod naturali jew jingħata kisja impermeabbli. Il-materjali permeabbli jiġu pprovduti b’barriera tal-fwar installata, peress li l-umdità hija kawża prinċipali tad-deterjorament tal-materjal ta’ iżolament. Varjant tal-materjal ta’ iżolament għall-azjendi agrikoli tal-pollam jista’ jkun membrani li jirriflettu s-sħana, li jikkonsistu f’fojls tal-plastik laminati li jissiġillaw l-alloġġi mill-ħruġ tal-arja u mill-umdità. |
||||||||||||||
|
m |
Irkupru tas-sħana (eż. sistema combideck, sistemi ta’ ventilazzjoni għall-irkupru tas-sħana, irkupru tas-sħana tat-tkessiħ tad-demel likwidu) |
Ir-riċiklaġġ tal-enerġija termali mill-ventilazzjoni, mill-prodotti tal-iskart, jew mill-istrutturi interni. Unità ċentrali tuża skambjatur tas-sħana mill-arja għall-arja biex tittrasferixxi s-sħana minn arja sħuna u ħażina tal-egżost għal arja kiesħa u friska li tidħol. Għad-deskrizzjoni tas-sistema combideck, ara t-Taqsima 4.2.2. |
||||||||||||||
|
n |
Użu ta’ ventilazzjoni naturali |
Ventilazzjoni (naturali) ħielsa fl-alloġġ tal-annimal hija ġġenerata minn effetti termali u/jew fluss tar-riħ. L-alloġġ tal-annimali jista’ jkollu fetħiet fix-xifer u, jekk ikun meħtieġ, anke fuq il-ġnub tas-saqaf imżerżaq flimkien mal-fetħiet kontrollabbli fil-ħitan tal-ġnub. Il-fetħiet jistgħu jkunu mgħammra bi xbieki għall-protezzjoni mir-riħ. L-assistenza ta’ fann tista’ tintuża matul temp sħun. |
||||||||||||||
|
o |
Użu ta’ ventilazzjoni ibrida |
Il-ventilazzjoni sfurzata u naturali huma kkombinati f’taqsimiet differenti fl-alloġġ tal-annimali. Fit-taqsima ventilata sfurzata, l-annimali huma protetti mill-kesħa, mis-sħana, mir-radjazzjoni solari, u mix-xita. Fit-taqsima ventilata b’mod naturali, l-annimali għandhom aċċess għal kundizzjonijiet ta’ barra (fil-każ tal-ħnieżer, iż-żona ta’ eskrezzjoni tipikament tinsab fiż-żona ta’ barra). |
||||||||||||||
|
p |
Sistemi ta’ tkessiħ evaporattivi bl-użu ta’ pads u ta’ riċirkolazzjoni tal-ilma |
Is-sistemi tat-tkessiħ evaporattivi bil-pad jużaw ċelluloża riġida, pannelli porużi aspen jew sintetiċi installati fuq ħajt wieħed tal-alloġġ, u huwa kontinwament saturati bl-ilma bl-ippumpjar. L-ilma li ma jiġix evaporat jew mbexx jinġabar u jiġi ċċirkolat mill-ġdid fis-sistema. Il-fannijiet tal-mina jiġbdu l-arja minn barra mill-pannelli mxarrba, filwaqt li jevaporaw l-ilma u jkessħu l-arja. |
||||||||||||||
4.3. Ħżin tad-demel
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Informazzjoni dwar l-emissjonijiet |
||||||
|
a |
Użu ta’ faċilità ta’ ħżin b’kapaċità suffiċjenti biex iżżomm id-demel matul perjodi li fihom it-tixrid ma jkunx possibbli |
Il-faċilitajiet tal-ħżin huma mfassla b’kapaċità suffiċjenti biex iżommu d-demel matul perjodi li fihom it-tifrix ma jkunx possibbli. Dawn il-perjodi jiddependu fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi u r-rekwiżiti tan-nitroġenu tal-għelejjel. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
b |
Użu ta’ faċilitajiet ta’ ħżin li huma kapaċi jirreżistu għal influwenzi mekkaniċi, kimiċi u termali |
Il-faċilitajiet tal-ħżin huma mibnija bl-użu ta’ elementi (eż. azzar b’kisi protettiv, konkrit impermeabbli, kisi li ma jnixxix) li jistgħu jifilħu għall-istress mekkaniku, għall-esponiment kimiku, u għall-fluttwazzjonijiet termali, u b’hekk jiżguraw id-durabbiltà, il-protezzjoni ambjentali u l-affidabbiltà operattiva. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
c |
Użu ta’ faċilitajiet u ta’ tagħmir li ma jnixxux għall-ġbir u għat-trasferiment tad-demel likwidu (eż. fosos, kanali, katusi, stazzjonijiet tal-pompi) |
Il-faċilitajiet u t-tagħmir għall-ġbir u għat-trasferiment tad-demel likwidu (eż. fosos, kanali, katusi, stazzjonijiet tal-pompi) huma mfassla biex jipprevjenu t-tnixxijiet u l-kontaminazzjoni konsegwenti. Dan jinvolvi l-użu ta’ materjali xierqa li ma jnixxux u reżistenti għall-korrużjoni. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
d |
Verifika tal-integrità strutturali tal-faċilitajiet tal-ħżin mill-inqas darba fis-sena |
Isiru u jiġu ddokumentati kontrolli regolari tal-affidabbiltà funzjonali (mill-inqas annwali) (permezz ta’, pereżempju, kontrolli viżwali, ritratti, rapporti tat-testijiet, detezzjoni ta’ tnixxijiet, osservazzjoni ta’ bidla fil-livell tal-ħżin mimli bl-ilma, data miksuba minn sensuri), inkluża verifika tal-issikkar tal-komponenti kollha tal-faċilitajiet tal-ħżin, tal-pajpijiet u tal-fittings, biex jiġu żgurati l-integrità u l-istandards operattivi li ma jnixxux. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
e |
Kopertura li tiżgura l-ogħla prestazzjoni ambjentali, b’waħda mit-tekniki li ġejjin:
|
L-imħażen huma mgħottija b’għotjien riġidi, flessibbli jew li jżommu fil-wiċċ. |
|
||||||
|
L-għotjien riġidi jistgħu jkunu magħmulin mill-konkrit, minn panelli tal-fibra tal-ħġieġ jew minn folji tal-poliester b’superfiċe ċatta jew b’forma konika, li jiġu applikati għal tankijiet u għal sajlos tal-konkrit jew tal-azzar. L-għotjien ikunu ssiġillati sew u “ssikkati” sabiex inaqqsu l-iskambju tal-arja u sabiex jipprevjenu milli jidħlu xita u borra. |
Għotjien riġidi: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ kważi 100 % meta mqabbla ma’ fossa mingħajr ebda għatu. |
||||||||
|
Għotjien flessibbli jinkludu:
|
Għata forma ta’ tinda: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 85 % meta mqabbla ma’ fossa mingħajr ebda għatu. |
||||||||
|
Għata forma ta’ koppla: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 80 % meta mqabbla ma’ fossa mingħajr ebda għatu. |
||||||||
|
Għotjien ċatti: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 60 % meta mqabbla ma’ fossa mingħajr ebda għatu. |
||||||||
|
L-għotjien li jżommu fil-wiċċ jinkludu:
|
Saffi tal-qoxra: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 20 % meta mqabbla ma’ fossa mingħajr ebda għatu. |
||||||||
|
Materjali tal-massa li jżommu fil-wiċċ: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 40 % meta mqabbla ma’ fossa mingħajr ebda għatu. |
||||||||
|
Għotjien li jintnefħu bl-arja: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 60 % meta mqabbla ma’ fossa mingħajr ebda għatu. |
||||||||
|
Għotjien flessibbli li jżommu fil-wiċċ: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 80 % meta mqabbla ma’ fossa mingħajr ebda għatu. |
||||||||
|
Folja tal-plastik flessibbli: Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 60 % meta mqabbla ma’ fossa mingħajr ebda għatu. |
||||||||
|
f |
Installazzjoni ta’ sistema ta’ detezzjoni ta’ tnixxijiet |
Sistema li tuża, pereżempju, ġeomembrana, saff tad-drenaġġ sottostanti, u sistema ta’ pajpijiet tad-drenaġġ li tippermetti detezzjoni bikrija (eż. bi pjeżometru) u l-konteniment ta’ ksur. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
g |
Minimizzazzjoni tat-tħawwid tad-demel likwidu |
It-tħawwid tad-demel likwidu jinżamm f’minimu. Dan jinvolvi:
|
Mhux applikabbli |
||||||
|
h |
Disinn xieraq tal-fossa tad-demel likwidu bl-użu ta’ tekniki bħal:
|
Il-faċilitajiet tal-ħżin huma mfassla filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi strutturali u operazzjonali mmirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja. Dan jinkludi t-tnaqqis tal-proporzjon tal-erja tas-superfiċe emittenti għall-volum tad-demel likwidu, il-ġestjoni tal-livelli ta’ mili biex jiġu limitati l-veloċità tar-riħ u l-iskambju tal-arja fuq is-superfiċe tad-demel likwidu, u ż-żieda tal-freeboard biex jinħoloq effett ta’ lqugħ kontra r-riħ li jrażżan il-movimenti tal-arja turbulenti. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
i |
Aċidifikazzjoni tad-demel likwidu |
Ara t-Taqsima 4.2.1. |
|
||||||
|
j |
Tkessiħ tad-demel likwidu |
Ara t-Taqsima 4.2.1. |
|
||||||
|
k |
Bażi u ħitan impermeabbli, eż. b’kisi tat-tafal jew tal-plastik (jew miksija doppju), u bi strutturi li ma jnixxux |
Il-ħżin ta’ fossa tad-demel likwidu fil-ħamrija huwa mibni bi strutturi li ma jnixxux (eż. ġonot, muntaġġi) u b’bażijiet u ħitan impermeabbli bl-użu ta’ materjali bħat-tafal kumpatt, il-kisi tal-plastik tal-polietilen b’densità għolja (HDPE), jew sistemi ta’ kisi doppju (eż. ġeomembrana, tafal) biex jiġu evitati t-tnixxija u l-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
l |
Ħżin tad-demel solidu mnixxef f’matmura |
Normalment, il-matmura hija kostruzzjoni sempliċi b’paviment impermeabbli u saqaf, b’biżżejjed ventilazzjoni sabiex jiġu evitati l-kundizzjonijiet anaerobiċi u bieb ta’ aċċess għall-vetturi. Id-demel tal-pollam imnixxef (eż. mifrex minn tiġieġ tas-simna u tiġieġ tal-bajd, ħmieġ tat-tiġieġa tal-bajd imnixxef bl-arja li jinġabar fuq ċinturini) jista’ tipikament jiġi trasportat permezz ta’ ċinturini jew tagħmir għat-tagħbija minn quddiem mill-alloġġi għall-pollam sal-matmura fejn jista’ jinħażen għal perjodu twil ta’ żmien mingħajr ir-riskju li jerġa’ jixxarrab. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
m |
Użu ta’ sajlo tal-konkrit għall-ħżin ta’ demel solidu |
Ċangatura tal-pedament tal-konkrit impermeabbli għall-ilma li tista’ tiġi kkombinata ma’ ħitan fuq tliet ġnub u ma’ għatu (eż. saqaf fuq il-pjattforma tad-demel, plastik stabbilizzat bil-UV). Il-paviment ixaqleb (eż. 2 %) lejn kanal fuq quddiem. Il-frazzjonijiet likwidi u kwalunkwe skular ikkawżat mix-xita jinġabru f’fossa tal-konkrit li ma tippermettix tnixxija u jiġu mmaniġġati wara. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
n |
Ħżin ta’ demel solidu fuq paviment impermeabbli solidu mfassal biex jipprevjeni t-tnixxijiet fl-ambjent |
Il-ħżin huwa mgħammar b’paviment solidu impermeabbli, sistema tad-drenaġġ, u mqabbad ma’ tank għall-ġbir tal-frazzjonijiet likwidi u kwalunkwe skular ikkważat mix-xita. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
o |
Distanzi xierqa bejn il-munzelli temporanji tad-demel solidu u l-korpi tal-ilma, b’bidla annwali fil-post u b’minimizzazzjoni tal-ħin fuq il-post |
Meta d-demel solidu jitqiegħed direttament fuq il-ħamrija fl-għalqa qabel it-tifrix, il-ħin tad-demel fl-għalqa jiġi minimizzat u l-post tal-ħżin jinbidel mill-inqas kull sena u jkun kemm jista’ jkun ’il bogħod mill-korpi tal-ilma. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
p |
Tnaqqis tal-proporzjon bejn iż-żona tas-superfiċe emittenti u l-volum tal-munzell tad-demel solidu |
Il-proporzjon bejn l-erja tas-superfiċe emittenti u l-volum tal-munzell jista’ jitnaqqas, pereżempju permezz tal-kumpattazzjoni tad-demel jew bl-użu ta’ maħżen b’ħajt bi tliet naħat. |
Mhux applikabbli |
||||||
|
q |
Kopertura ta’ munzelli temporanji tad-demel solidu |
Il-munzelli tad-demel solidu huma mgħottija b’materjali bħal għotjien tal-plastik stabbilizzat bl-UV, pit, serratura, jew laqx tal-injam. Għotjien dojoq inaqqsu l-iskambju tal-arja u d-dekompożizzjoni aerobika fil-munzell ta’ demel. |
Mhux applikabbli |
4.4. Ipproċessar tad-demel fl-azjenda agrikola
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
||||||||
|
a |
Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu, eż. bl-użu ta’:
|
Separazzjoni ta’ frazzjonijiet likwidi u solidi b’kontenut differenti ta’ materja niexfa, pereżempju, bl-użu ta’ separaturi bi pressa tal-viti, separaturi dekanter-ċentrifugaturi, separazzjoni permezz ta’ għeriebel jew pressa bil-filtru. Is-separazzjoni tista’ tittejjeb permezz ta’ addittivi jew billi jiġu applikati temperaturi/pressjonijiet differenti. It-teknika hija applikata, pereżempju, meta jkun meħtieġ tnaqqis fil-kontenut tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-fażi solida minħabba art disponibbli limitata għall-applikazzjoni tad-demel. |
||||||||
|
b |
Diġestjoni anaerobika |
Mikroorganiżmi anaerobiċi jiddekomponu l-materja organika tad-demel f’reattur magħluq fin-nuqqas ta’ ossiġenu. Il-bijogass huwa prodott u jinġabar sabiex iservi l-ġenerazzjoni tal-enerġija, jiġifieri l-produzzjoni tas-sħana, sħana u enerġija kombinata, u/jew fjuwil tat-trasport. Xi ftit mis-sħana prodotta tiġi rriċiklata fil-proċess. Ir-residwu stabbilizzat (diġestat) jista’ jintuża bħala fertilizzant (b’diġestat solidu suffiċjenti wara l-ikkompostjar). Id-demel solidu jista’ jiġi kodiġestat mad-demel likwidu u/jew ma’ kosubstrati oħrajn, filwaqt li jiġi żgurat kontenut ta’ materja niexfa inqas minn 18 %. L-inokulazzjoni ta’ taħlitiet ta’ mikroorganiżmi magħżula tista’ ttejjeb il-veloċità u l-effiċjenza tal-proċess. |
||||||||
|
c |
Tnixxif tad-demel b’mina esterna |
Id-demel jinġabar mill-alloġġi għat-tiġieġ tal-bajd u jitneħħa permezz ta’ ċinturini li jġorruh barra lejn struttura magħluqa apposta, li fiha serje ta’ ċinturini mrikkba perforati li jiffurmaw mina. L-arja sħuna tintnefaħ miċ-ċinturini, u tnixxef id-demel fi żmien jumejn jew tlieta. Il-mina tiġi ventilata b’arja estratta mill-alloġġ għat-tiġieġ tal-bajd. |
||||||||
|
d |
Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu fi frazzjonijiet solidi u likwidi, segwita minn diġestjoni aerobika (arjazzjoni) tal-frazzjoni likwida, bl-irkupru tan-nutrijenti |
Id-demel likwidu jiġi sseparat fi frazzjonijiet likwidi u solidi bl-użu ta’ tagħmir ta’ separazzjoni mekkanika u n-nutrijenti huma rkuprati meta l-frazzjonijiet solidi u likwidi jintużaw għan-nutrizzjoni tal-għelejjel. Il-biċċa l-kbira tal-fosforu u porzjon sostanzjali tan-nitroġenu jinżammu fil-frazzjoni solida, li hija prodott b’volum u b’piż aktar baxxi. Il-frazzjoni likwida tiġi arjata, b’mod intermittenti u b’intensità baxxa, permezz ta’ arjaturi mgħaddsa jew li jżommu fil-wiċċ fi proċess kontinwu jew ta’ lottijiet li jwassal għal ossidazzjoni bijoloġika ta’ komposti organiċi volatili. Il-proċess huwa ġestit permezz tal-kontroll tal-parametri operattivi, bħall-intensità tal-arjazzjoni (konċentrazzjoni tal-ossiġenu dissolta), il-limitazzjoni taż-żieda fil-pH, it-temperatura (eż. bejn 45 oC u 75 oC) u l-minimizzazzjoni tat-taħlit tad-demel likwidu, bl-objettiv li jitnaqqas it-telf tal-ammonijaka (NH3) fl-atmosfera, filwaqt li jiġu mrażżna l-kundizzjonijiet anaerobiċi u l-formazzjoni tal-metan. L-ammonijaka rilaxxata matul l-arjazzjoni tista’ tinġabar b’mod fakultattiv (ara pereżempju t-teknika “Membrani permeabbli għall-gass (GPM) għall-qbid tal-ammonijaka minn mezzi gassużi”). Ir-ragħwa u l-ħama, li fihom xi nutrijenti (eż. P) maqbuda mill-frazzjoni likwida, jinġabru mir-reattur u jitnixxfu bl-użu ta’ separaturi mekkaniċi, u mbagħad jiġu ġestiti mal-bqija tal-frazzjoni solida. It-teknika hija tipikament applikata fejn it-tnaqqis tal-patoġenu u tal-irwejjaħ huwa importanti qabel it-tifrix. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġu indirizzati l-effetti transmedjali possibbli. |
||||||||
|
e |
Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu fi frazzjonijiet solidi u likwidi, segwita minn nitrifikazzjoni-denitrifikazzjoni tal-frazzjoni likwida, bl-irkupru tan-nutrijenti |
Id-demel likwidu jiġi sseparat fi frazzjonijiet likwidi u solidi bl-użu ta’ tagħmir ta’ separazzjoni mekkanika u n-nutrijenti huma rkuprati meta l-frazzjoni solida u likwida jintużaw għan-nutrizzjoni tal-għelejjel. Il-biċċa l-kbira tal-fosforu u porzjon sostanzjali tan-nitroġenu jinżammu fil-frazzjoni solida, li hija prodott b’volum u b’piż aktar baxxi. Il-frazzjoni likwida hija soġġetta għal nitrifikazzjoni permezz ta’ trattament bijoloġiku f’kundizzjonijiet aerobiċi kkontrollati, li fihom l-ammonijaka (NH3) tiġi ossidizzata għal nitriti (NO2 –) u nitrati (NO3 –), u b’hekk jitnaqqas it-telf tal-ammonijaka fl-atmosfera. Il-koagulanti u l-flokkulanti huma miżjuda biex itejbu l-proċess. L-effluwent, li fih ħafna nitrati, u li fih ukoll kwalunkwe P, kif ukoll K, Na u Ca li jifdal, jista’ jerġa’ jintuża fl-agrikoltura (eż. permezz ta’ fertigazzjoni). Inkella, jista’ jintbagħat lill-istadju tad-denitrifikazzjoni, li fih in-nitrit u n-nitrat jiġu ttrasformati f’N2 fil-preżenza ta’ karbonju organiku. Uħud mill-mikroorganiżmi jistgħu jiġu riċirkolati fil-baċir tal-arjazzjoni biex tinżamm l-attività bijoloġika. Ir-ragħwa u l-ħama, li fihom xi nutrijenti (eż. P) maqbuda mill-frazzjoni likwida, jinġabru mill-baċir(i) u jitnixxfu bl-użu ta’ separaturi mekkaniċi, u mbagħad jiġu ġestiti mal-bqija tal-frazzjoni solida. Il-proċess ta’ nitrifikazzjoni-denitrifikazzjoni jista’ jinkiseb f’baċir wieħed jew f’diversi baċiri f’serje. Permezz tal-issettjar tal-ħin ta’ ritenzjoni fil-baċir(i), il-grad ta’ nitrifikazzjoni-denitrifikazzjoni, inkluż il-konċentrazzjoni tan-nitrati fl-effluwent, jista’ jiġi kkontrollat. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġu indirizzati l-effetti transmedjali possibbli. |
||||||||
|
f |
Ikkompostjar tad-demel solidu |
Id-demel solidu, inkluż il-frazzjoni solida tad-demel likwidu, huwa dekompost minn mikroorganiżmi f’kundizzjonijiet aerobiċi, li jipproduċu prodott finali (kompost) stabbli biżżejjed għat-trasport, għall-ħżin u għat-tifrix. Inokulu bijoloġiku, tiben, serratura, residwi ħodor jew skart organiku ieħor (eż. id-diġestat) jistgħu jiġu kkompostjati b’mod konġunt ma’ demel solidu. Jitnaqqsu l-irwejjaħ, il-patoġeni mikrobiċi u l-kontenut tal-ilma tad-demel. Il-provvista tal-ossiġenu tinkiseb permezz ta’ treġġigħ lura mekkaniku tad-dawwara jew permezz ta’ arjazzjoni sfurzata tal-munzelli. Jistgħu jintużaw ukoll ċilindri u tankijiet/sajlos (vertikali u orizzontali) tal-ikkompostjar. L-inokulazzjoni ta’ taħlitiet ta’ mikroorganiżmi magħżula tista’ ttejjeb il-veloċità u l-effiċjenza tal-proċess. It-teknika tista’ tintuża, pereżempju, meta l-patoġenu u t-tnaqqis tal-irwejjaħ ikunu importanti qabel it-tifrix. Id-dawwara jeħtieġu biżżejjed spazju biex jiġu stabbiliti fl-azjenda agrikola. Għażliet oħra tal-ikkompostjar (eż. tankijiet/sajlos, ċilindri) normalment jirrikjedu inqas spazju. |
||||||||
|
g |
Evaporazzjoni bil-vakwu bl-irkupru tal-ammonijaka |
L-evaporazzjoni tintuża biex jitnaqqas il-volum tad-diġestat (sa 70 %), li jirriżulta f’nutrijenti kkonċentrati. Tipikament, il-fażi likwida tad-demel tiġi evaporata f’kundizzjonijiet ta’ vakwu f’temperaturi baxxi (eż. madwar 60 °C). Matul il-proċess tal-evaporazzjoni, l-ammonijaka gassuża hija marbuta bħala soluzzjoni tas-sulfat tal-ammonju. L-evaporazzjoni bil-vakwu hija primarjament metodu għat-tnaqqis tal-volum tad-demel tal-azjenda agrikola. |
||||||||
|
h |
Separaturi fini bil-vakwu bi skrins |
It-teknika tikkonsisti f’teknoloġija ta’ separazzjoni fina kontinwa mfassla għall-ipproċessar ottimizzat bin-nutrijenti ta’ sospensjonijiet likwidi rikki fin-nutrijenti (eż. id-demel likwidu, id-diġestati). Dan jippermetti separazzjoni solida-likwida fi frazzjoni solida rikka fl-enerġija u fażi likwida mnaqqsa bin-nutrijenti, adatta għal aktar filtrazzjoni bil-membrana jew għall-ipproċessar tal-fertilizzanti. Din it-teknika hija adatta għal likwidi b’kontenut baxx ta’ materja niexfa (eż. 1 %) bl-użu, pereżempju, ta’ skrins li jżommu l-fibra b’daqsijiet differenti ta’ apertura. Tista’ tintuża flimkien ma’ tekniki ta’ qabel is-separazzjoni. |
||||||||
|
i |
Separaturi solidi-likwidi ta’ pressjoni u ta’ flokkulazzjoni |
Teknika ta’ trattament tad-demel likwidu li tikkonsisti f’diversi stadji. L-ewwel nett, id-demel jinqasam fi frazzjoni solida u fi frazzjoni likwida. Il-frazzjoni likwida mbagħad tkun soġġetta għal trattament fiżikokimiku kkomplementat b’dekantazzjoni, li jirriżulta fi kjarifika u fi tneħħija ta’ solidi sospiżi. Wara, il-likwidu ttrattat jiġi aċidifikat biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka. B’mod parallel, il-frazzjoni solida u l-ħama ġġenerati matul l-istadji differenti tat-trattament likwidu jgħaddu minn proċess ta’ tneħħija tal-ilma u jitnixxfu bl-użu tal-enerġija solari. Jista’ jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 63 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ din it-teknika. |
||||||||
|
j |
Separazzjoni mekkanika tad-demel likwidu fi frazzjoni solida u likwida, segwita minn trattament f’artijiet mistagħdra mibnija tal-frazzjoni likwida, bl-irkupru tan-nutrijenti. |
Id-demel likwidu jiġi sseparat fi frazzjonijiet likwidi u solidi bl-użu ta’ tagħmir ta’ separazzjoni mekkanika. Jekk ikun hemm biżżejjed spazju, is-separazzjoni tista’ tissaħħaħ ulterjorment bi stadju sussegwenti tad-dekantazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-fosforu u porzjon sostanzjali tan-nitroġenu jinżammu fil-frazzjoni solida, li hija prodott b’volum u b’piż aktar baxxi. Il-frazzjoni likwida tiċċirkola lejn l-art mistagħdra mibnija, fejn tipperkola s-sottosuperfiċe minn ġos-sodda taż-żrar imħawla bi speċijiet ta’ pjanti speċjalizzati (eż. Phragmites australis, Juncus, Typha, Apium nodiflorum), mingħajr ma tgħarraq is-superfiċe tar-ramel. In-nitroġenu (bħala NO3 – u NH4 +) huwa assorbit mill-pjanti, u b’hekk inaqqas it-telf tal-ammonijaka (NH3) fl-atmosfera. L-emissjonijiet possibbli tal-ossidu nitruż (N2O) jinżammu baxxi b’ġestjoni xierqa tal-parametri operattivi. Is-solidi sospiżi u d-Domanda Bijoloġika ta’ Ossiġenu (BOD) jitnaqqsu wkoll. L-effluwent ittrattat joħroġ mill-art mistagħdra mibnija bil-gravità f’għadira tal-ġbir permezz ta’ pajp tad-drenaġġ u jista’ jerġa’ jintuża fl-agrikoltura (eż. permezz ta’ fertigazzjoni), peress li fih kwalunkwe N u/jew P li jifdal. Ma huwa meħtieġ l-ebda konsum tal-enerġija għall-operat tal-artijiet mistagħdra mibnija. Is-sistema hija mdaqqsa b’mod adegwat (il-ħin ta’ ritenzjoni idrawlika huwa bejn 3-5 ijiem) biex timmaniġġa l-volum kollu tal-frazzjoni likwida u hija mfassla biex tipprevjeni kwalunkwe tnixxija fl-ambjent (jiġifieri l-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art), billi tinkorpora impermeabilizzazzjoni tal-plastik b’saff doppju. Il-ħsad perjodiku tal-veġetazzjoni/tal-bijomassa, li jista’ jintuża bħala kosottostrat għad-diġestjoni anaerobika jew bħala materja prima għall-ikkompostjar, u t-tneħħija tal-materja organika akkumulata jsiru bħala parti minn ġestjoni xierqa. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġu indirizzati l-effetti transmedjali possibbli. |
|
4.5. |
Tifrix tad-demel fl-azjendi agrikoli
|
4.6. Ħżin fl-azjenda agrikola ta’ annimali mejtin
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
Użu ta’ sistemi ta’ ħżin awtorizzati |
Bhejjem mejta li ma jinġabrux immedjatament minn kollettur awtorizzat, jew li ma jiġux trattati immedjatament, jinħażnu f’sistemi ta’ ħżin awtorizzati, bħal kontenituri magħluqa u li ma jnixxux. Ir-refriġerazzjoni tista’ tkun meħtieġa, skont it-temperatura u l-frekwenza tat-tneħħija (eż. bhejjem mejta jinġabru inqas ta’ spiss minn darba fil-ġimgħa). Is-sistemi ta’ ħżin jinsabu f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti. |
4.7. Attivitajiet fl-azjenda agrikola kollha
4.7.1. Emissjonijiet tal-irwejjaħ
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
Distanzi adegwati bejn l-azjenda agrikola/l-impjant u riċetturi sensittivi |
Fl-istadju tal-ippjanar tal-impjant/tal-azjenda agrikola, jiġu żgurati distanzi xierqa bejn l-impjant/l-azjenda agrikola u riċetturi sensittivi billi jiġu applikati distanzi standard minimi jew billi jsir immudellar tad-dispersjoni sabiex wieħed ibassar/jissimula l-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ fl-inħawi tal-madwar. |
|
Prevenzjoni u tnaqqis tal-emissjonijiet tal-irwejjaħ fl-akkomodazzjoni tal-annimali |
Ara t-Taqsima 4.2.2. |
|
Prevenzjoni u tnaqqis tal-emissjonijiet tal-irwejjaħ mill-ħżin tad-demel |
Ara Taqsima 4.3. |
|
Prevenzjoni u tnaqqis tal-emissjonijiet tal-irwejjaħ mill-ipproċessar tad-demel |
Ara Taqsima 4.4. |
|
Prevenzjoni u tnaqqis tal-emissjonijiet tal-irwejjaħ mit-tifrix tad-demel |
Ara Taqsima 4.5. |
4.7.2. Emissjonijiet ta’ storbju
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
||||||||||||
|
a |
Distanzi xierqa bejn l-impjant/l-azjenda agrikola u riċetturi sensittivi |
Fl-istadju tal-ippjanar tal-impjant/tal-azjenda agrikola, jiġu żgurati distanzi xierqa bejn l-impjant/l-azjenda agrikola u riċetturi sensittivi billi jiġu applikati distanzi standard minimi. |
||||||||||||
|
b |
Post xieraq tat-tagħmir |
Dan jinkludi tekniki bħal:
|
||||||||||||
|
c |
Miżuri operazzjonali |
Dawn jinkludu miżuri, bħal:
|
||||||||||||
|
d |
Tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju |
Dan jinkludi tagħmir, bħal:
|
||||||||||||
|
e |
Tagħmir għall-kontroll tal-istorbju |
Dan jinkludi:
|
||||||||||||
|
f |
Tekniki għat-tnaqqis tal-istorbju |
L-inklużjoni ta’ ostakli bejn l-emittenti u r-riċevituri. |
|
4.7.3. |
Ġestjoni tal-ilma
|
4.7.4. Ġestjoni tal-enerġija
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
||||||||
|
a |
Użu ta’ dawl effiċjenti fl-użu tal-enerġija |
Aktar dawl effiċjenti fl-użu tal-enerġija jista’ jinkiseb b’dan li ġej:
|
||||||||
|
b |
Użu ta’ skambjaturi tas-sħana. Tista’ tintuża waħda mis-sistemi li ġejjin:
|
Fi skambjatur tas-sħana arja-arja, l-arja li tidħol tassorbi s-sħana mill-arja tal-egżost mill-impjant. Dan jista’ jkun magħmul minn pjanċi tal-aluminju anodizzat jew minn tubi tal-PVC. Fl-iskambjatur tas-sħana arja-ilma, l-ilma jgħaddi minn pinen tal-aluminju li jinsabu fil-katusi tal-egżost u jassorbi s-sħana mill-arja tal-egżost. Fl-iskambjatur tas-sħana arja-art, l-arja friska tiġi ċċirkolata fil-pajpijiet midfuna (eż. f’fond ta’ madwar 2 metri) u tieħu vantaġġ mill-varjazzjoni tat-temperatura staġunali baxxa tal-ħamrija. |
||||||||
|
c |
Użu ta’ pompi tas-sħana għall-irkupru tas-sħana |
Is-sħana tiġi assorbita minn diversi oġġetti (ilma, demel likwidu, art, arja, eċċ.) u tiġi ttrasferita f’post ieħor, permezz ta’ fluwidu ċċirkolat f’ċirkwit issiġillat bl-użu tal-prinċipju taċ-ċiklu ta’ refriġerazzjoni inversa. Is-sħana tista’ tintuża biex tipproduċi ilma sanitizzat jew biex tforni lil sistema ta’ tisħin jew lil sistema ta’ tkessiħ. It-teknika tista’ tassorbi s-sħana minn diversi ċirkwiti, bħal sistemi tat-tkessiħ tad-demel likwidu, enerġija ġeotermali, ilma ta’ purifikazzjoni, reatturi tat-trattament bijoloġiku tad-demel likwidu, jew gassijiet tal-egżost tal-magni tal-bijogass. |
||||||||
|
d |
Ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli |
L-installazzjoni ta’ ġeneraturi tal-enerġija rinnovabbli xierqa għas-sit fuq il-bini u fuq l-art, inkluż il-ħżin fejn xieraq tal-batteriji korrispondenti tagħhom. |
||||||||
|
e |
Iżolament tal-ħitan, tal-artijiet u/jew tas-soqfa tal-bini/tal-istrutturi |
Il-materjal ta’ iżolament jista’ jkun impermeabbli b’mod naturali jew jingħata kisja impermeabbli. Il-materjali permeabbli jiġu pprovduti b’barriera tal-fwar installata, peress li l-umdità hija kawża prinċipali tad-deterjorament tal-materjal ta’ iżolament. |
4.8. Monitoraġġ
4.8.1. Monitoraġġ tat-tneħħija tan-nitroġenu u tal-fosforu
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
||||||||||
|
a |
Bilanċ tal-massa tan-nitroġenu u tal-fosforu bbażat fuq il-konsum tal-għalf, il-proteini mhux raffinati u l-kontenut ta’ fosforu totali fid-dieta, u l-prestazzjoni tal-annimali |
Il-bilanċ tal-massa huwa kkalkolat għal kull kategorija tal-annimal imrobbi fl-azjenda agrikola, li jikkoinċidi mat-tmiem taċ-ċiklu tat-trobbija, abbażi tal-ekwazzjonijiet li ġejjin: Nimneħħi = Ndieta – Nritenzjoni Pimneħħi = Pdieta – Pritenzjoni Ndieta huwa bbażat fuq l-input tal-għalf u fuq il-kontenut ta’ proteini mhux raffinati tad-dieta. Pdieta huwa bbażat fuq l-input tal-għalf u fuq il-kontenut tal-fosforu totali tad-dieta. Il-proteini mhux raffinati u l-kontenut ta’ fosforu totali jistgħu jinkisbu permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
Nritenzjoni u Pritenzjoni jistgħu jkunu stamti b’wieħed mill-metodi li ġejjin:
Il-bilanċ tal-massa jqis, b’mod partikolari, kull bidla sinifikanti fid-dieta applikata b’mod komuni (eż. tibdil ta’ għalf kompost). It-teknika ta’ monitoraġġ hija żviluppata ulterjorment fil-livell tal-Istati Membri. Sabiex tiġi applikata t-teknika ta’ monitoraġġ, l-azjendi agrikoli jeħtieġ li jżommu rekord tal-informazzjoni dwar il-parametri ewlenin (skont il-metodoloġija definita mill-Istat Membru), eż. l-għadd ta’ annimali, il-konsum tal-għalf, il-proteini mhux raffinati u l-kontenut ta’ fosforu totali fid-dieta, il-kwantità ta’ demel iġġenerat. |
|
4.8.2. |
Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-ammonijaka fl-arja
|
4.8.3. Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-metan fl-arja
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
a |
Fatturi ta’ emissjonijiet |
L-emissjonijiet tal-metan huma kkalkolati bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjonijiet, abbażi ta’ metodi nazzjonali jew internazzjonali (eż. il-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra). Dawn jinkludu l-approċċi li ġejjin: Saff 1 – Dan l-approċċ jinvolvi l-multiplikazzjoni tal-ammont totali ta’ solidi volatili (l-ammont ta’ demel imneħħi) mill-annimali b’fattur ta’ emissjoni speċifiku għal dak it-tip ta’ kategorija ta’ annimali f’żona klimatika partikolari u bl-użu ta’ sistema speċifika ta’ ġestjoni tad-demel. Saff 2 – Dan l-approċċ jinvolvi l-ġbir ta’ data dettaljata dwar il-kategoriji ta’ annimali u l-prattiki tal-immaniġġar tad-demel biex jinħolqu fatturi personalizzati ta’ emissjonijiet. B’kuntrast għas-Saff 1, dan l-approċċ jippermetti kalkoli aktar preċiżi bl-użu ta’ data speċifika għall-pajjiż minflok valuri prestabbiliti, u joffri rappreżentazzjoni dettaljata tas-sistemi ta’ ġestjoni tad-demel skont il-kategorija tal-bhejjem u r-reġim tat-temperatura (żona klimatika). Saff 3 – Dan l-approċċ jinvolvi l-użu ta’ mudelli personalizzati jew metodi bbażati fuq il-kejl biex jiġu stmati l-emissjonijiet tal-metan mill-ġestjoni tad-demel. It-teknika ta’ monitoraġġ hija żviluppata ulterjorment fil-livell tal-Istati Membri. Sabiex tiġi applikata t-teknika ta’ monitoraġġ, l-azjendi agrikoli jeħtieġ li jżommu rekord tal-informazzjoni dwar il-parametri ewlenin (skont il-metodoloġija definita mill-Istat Membru), eż. l-għadd ta’ annimali, il-konsum tal-għalf, il-kwantità ta’ demel iġġenerat, il-prattiki ta’ ġestjoni tad-demel fl-azjendi agrikoli. |
4.8.4. Monitoraġġ tal-emissjonijiet tat-trab fl-arja
|
a |
Fatturi ta’ emissjonijiet |
Ara t-teknika (b) fit-Taqsima 4.8.2. |
|
4.8.5. |
Monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sistemi ta’ tindif tal-arja
|
4.8.6. Monitoraġġ tal-parametri tal-proċess
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
a |
Monitoraġġ tal-konsum tal-ilma fil-livell tal-azjenda agrikola u għall-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-ilma. |
Reġistrazzjoni bl-użu ta’ miters jew ta’ fatturi, pereżempju. Il-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-ilma (eż. it-tindif, l-għalf) jiġu mmonitorjati separatament. |
|
b |
Monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija elettrika. |
Reġistrazzjoni bl-użu ta’ miters jew ta’ fatturi, pereżempju. Il-konsum tal-elettriku tal-alloġġi tal-annimali jiġi mmonitorjat separatament. Il-proċessi ewlenin li jikkunsmaw l-enerġija (it-tisħin, il-ventilazzjoni, id-dawl, eċċ.) jistgħu jiġu mmonitorjati separatament. |
|
c |
Monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil. |
Reġistrazzjoni bl-użu ta’ miters jew ta’ fatturi, pereżempju. |
|
d |
Monitoraġġ tal-għadd ta’ annimali inkluż it-twelid u l-imwiet. |
Ir-reġistrazzjoni ta’ annimali deħlin u ħerġin, inkluż it-twelid u l-imwiet, bl-użu ta’ reġistri, pereżempju. |
|
e |
Monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil. |
Reġistrazzjoni bl-użu ta’ fatturi jew ta’ reġistri, pereżempju. |
|
f |
Monitoraġġ tal-kwantità ta’ demel iġġenerat. |
Reġistrazzjoni bl-użu ta’ reġistri, pereżempju. |
5. TEKNIKI EMERĠENTI
5.1. Emissjonijiet tal-ammonijaka u tal-metan mill-alloġġi tal-annimali
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
Informazzjoni dwar l-emissjonijiet |
|
a |
Adsorbiment tal-ammonijaka minn mezzi gassużi |
Jintużaw assorbenti aċidużi u porużi (eż. tafal modifikat b’ossidi tal-metall) biex titneħħa l-ammonijaka mill-arja u mid-demel likwidu. Għat-trattament tal-arja, l-assorbenti huma installati f’kolonni ta’ ventilazzjoni, fejn l-ammonijaka, mill-arja li tgħaddi mill-kolonna, tintrabat mal-assorbent permezz ta’ kemisorbiment jew fiżisorbiment. Xi assorbenti jippermettu r-riġenerazzjoni permezz ta’ desorbiment termali jew bil-vakwu, li jippermetti l-użu mill-ġdid tagħhom, għalkemm il-kost tagħhom jista’ jkun ogħla u l-konsum tal-enerġija tal-azjendi agrikoli jista’ jiżdied. Għat-trattament tad-demel likwidu, l-assorbenti jistgħu jiżdiedu direttament mal-fosos jew mal-faċilitajiet tal-ħżin, mingħajr il-ħtieġa ta’ xi modifika speċifika fl-istruttura tal-alloġġi (eż. installazzjoni ta’ sistema ta’ ventilazzjoni tal-arja bil-kolonni) u mingħajr konsum addizzjonali ta’ enerġija għall-użu mill-ġdid tagħhom. Madankollu, peress li dawn il-materjali mhux riġenerabbli jibqgħu fil-fażi tad-demel likwidu solidu, ma jrid ikun fihom l-ebda sustanza tossika. |
Huwa mistenni li jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 38 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ din it-teknika. |
|
b |
Materjali alternattivi għall-mifrex |
Jintużaw materjali alternattivi tal-mifrex, b’karatteristiċi favorevoli f’termini ta’ prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-ammonijaka u t-tnaqqis konsegwenti fl-emissjonijiet meta mqabbla ma’ materjali konvenzjonali tal-mifrex (eż. tiben, pellets, ċana tal-injam). Il-proprjetajiet li jnaqqsu l-emissjonijiet jistgħu jittejbu bl-użu ta’ addittivi f’materjali konvenzjonali. Billi jinbidlu l-karatteristiċi kimiċi jew mikrobiċi tal-mifrex, il-proċessi responsabbli għall-ġenerazzjoni tal-ammonijaka jistgħu jitnaqqsu aktar bil-mod. L-għażla tal-materjal tal-mifrex u tal-addittivi tiegħu jeħtieġ li tqis l-użu jew ir-rimi sussegwenti tagħhom. |
Mhux applikabbli |
|
c |
Użu ta’ addittivi oħra tad-demel likwidu |
Minbarra l-addittivi tad-demel likwidu deskritti fit-Taqsima 4.2.1, l-użu ta’ addittivi oħra tad-demel likwidu (eż. inibitur tal-ureażi PPDA, soluzzjoni milwiema ta’ H2O2) ġie identifikat bħala teknika emerġenti. |
Għaż-żieda tal-inibitur tal-ureażi PPDA, huwa mistenni li jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 28 % (jekk applikat taħt il-paviment f’għamla ta’ gradilja) jew ta’ 32 % (jekk applikat fuq l-paviment solidu) meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali. Għaż-żieda ta’ soluzzjoni milwiema ta’ 35 sa 50 % ta’ H2O2, huwa mistenni li jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 50 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali. |
|
d |
Robot għat-tneħħija tad-demel likwidu |
Ir-robots tad-demel bil-vakwu likwidu huma apparati awtonomi li joperaw taħt il-pavimenti f’għamla ta’ gradilja fl-alloġġi tal-ħnieżer. Dawn għandhom l-għan li jneħħu d-demel likwidu b’mod kontinwu, u b’hekk inaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka u l-irwejjaħ, kif ukoll jipprovdu kumdità aħjar għall-ħnieżer u għall-impjegati tal-azjendi agrikoli. Il-frekwenza tal-passaġġi tar-robots tista’ tiġi aġġustata (eż. diversi drabi kuljum). Sabiex tiġi implimentata t-teknika fl-azjendi agrikoli eżistenti, huwa meħtieġ spazju minimu taħt il-gradilja (eż. aktar minn 80 cm), ix-xaqliba tal-paviment jeħtieġ li tkun limitata (eż. inqas minn 10 %), u t-tħaffir minn ġol-ħitan bejn il-kmamar irid ikun possibbli. |
Huwa mistenni li jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 28 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza ta’ fossa fonda b’paviment kompletament f’għamla ta’ gradilja mingħajr ebda teknika addizzjonali. L-emissjonijiet tal-metan huma mistennija wkoll li jitnaqqsu. |
5.2. Ħżin tad-demel
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
a |
Ivvampjar tal-metan mill-ħżin tad-demel likwidu |
Il-gassijiet rikki fil-metan miġbura mill-fosos mgħottija tad-demel likwidu huma ddevjati lejn apparat tal-ivvampjar bi pressjoni baxxa li jossida l-metan għad-diossidu tal-karbonju u għall-fwar tal-ilma, u b’hekk jitnaqqas b’mod sinifikanti l-impatt klimatiku meta mqabbel mar-rilaxx atmosferiku dirett tal-metan. It-teknika tirrikjedi li t-tankijiet tad-demel likwidu jkunu mgħammra b’sistemi bħal għotjien densi forma ta’ tinda, sabiex jiġi evitat id-dħul tal-arja fit-tnixxijiet u l-konċentrazzjoni tal-metan tinżamm ogħla minn 5 %. Il-gassijiet huma estratti bl-użu ta’ pompa tal-vakwu, imbagħad jgħaddu minn nassa tal-kondensat (il-kondensati maqbuda jiġu ppumpjati lura għall-ħżin tad-demel likwidu) qabel ma jilħqu l-berner, filwaqt li l-arja tal-kombustjoni tiżdied eżatt taħt ir-ras tal-berner. Strumenti bħal apparati li jaqbdu bl-ispark, kif ukoll fjamma, temperatura u sensuri ta’ ossiġenu żejjed, jintużaw biex il-proċess jiġi aġġustat għall-aħjar kundizzjonijiet ta’ kombustjoni. L-enerġija fil-proċess ta’ kombustjoni tista’ tiġi rkuprata parzjalment bl-użu ta’ skambjaturi tas-sħana, jekk teżisti domanda fl-azjenda agrikola. Din it-teknika ma tirrikjedix l-użu ta’ fjuwil addizzjonali għall-fjamma pilota. |
5.3. Ipproċessar tad-demel fl-azjenda agrikola
|
5.4. |
Monitoraġġ |
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
a |
Irkupru tal-fosforu mid-demel |
L-imlieħ tal-fosfat huma preċipitati permezz taż-żieda ta’ joni (eż. manjeżju u potassju) u regolatur tal-pH, spiss f’reattur. Sabiex jiġi ottimizzat il-proċess u tiġi minimizzata l-kopreċipitazzjoni mhux mixtieqa, huwa meħtieġ li jiġu mmonitorjati l-pH tas-soluzzjoni u l-proporzjonijiet molari tal-joni preżenti fis-soluzzjoni matul il-proċess. Il-fosforu jista’ jiġi rkuprat fil-forma ta’ mlielaħ (eż. struvit) li jista’ jerġa’ jintuża bħala fertilizzanti. |
|
b |
Irkupru tar-riżorsi mid-diġestati bl-użu tal-ġipsum |
Diġestat prodott fl-azjenda agrikola jiġi ttrattat biex jinkisbu fertilizzanti minerali bl-użu tal-ġipsum, li jista’ jkun “naturali” jew “sintetiku”, jiġifieri ġġenerat f’sistemi ta’ desulfurizzazzjoni ta’ gassijiet miċ-ċmieni (sistemi ta’ tindif tal-gass użati għall-qbid tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit mill-gassijiet miċ-ċmieni). Meta l-ġipsum jiżdied mad-diġestat, l-ammonijaka u d-diossidu tal-karbonju jitneħħew gradwalment f’temperaturi/pressjonijiet baxxi (eż. minn 50 °C sa 85 °C/minn 200 sa 700 mbar, mingħajr arja jew fwar). L-aġġustament preċiż tal-ekwilibriji kimiċi u termodinamiċi f’kull stadju jiżgura konsum baxx ta’ enerġija u ta’ sħana u proċess effiċjenti ħafna. Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, tista’ tintuża s-sħana mormija minn proċess ieħor. Is-sospensjoni ffurmata tiġi separata bl-użu ta’ pressa bil-filtru f’żewġ fertilizzanti minerali: is-sulfat tal-ammonju (is-soluzzjoni) u l-karbonat tal-kalċju (is-solidu). |
|
c |
Membrani permeabbli għall-gass (GPM) għall-qbid tal-ammonijaka minn mezz likwidu |
Din it-teknika topera f’żewġ stadji: fl-ewwel stadju, l-ammonijaka gassuża tiġi rilaxxata minn flussi likwidi rikki fl-ammonijaka (eż. diġestat anaerobiku, demel likwidu) permezz ta’ arjazzjoni u bexx, li jiġġeneraw fluss tal-arja rikk fl-ammonijaka; fit-tieni stadju, dan il-fluss tal-gass jiġi f’kuntatt ma’ membrana mikroporuża, idrofobika, fejn l-ammonijaka tgħaddi mill-pori tal-membrana. Il-forza mexxejja għat-trasferiment tal-ammonijaka fil-membrani hija l-gradjent tal-konċentrazzjoni. Il-proċess jitwettaq fi pressjoni atmosferika. Ladarba l-ammonijaka tkun fis-soluzzjoni aċiduża (fuq in-naħa l-oħra tal-membrana), din tingħaqad ma’ protoni liberi biex tifforma ammonju mhux volatili (NH4 +). Jistgħu jintużaw diversi aċidi inorganiċi jew organiċi biex titħejja s-soluzzjoni aċiduża, bħal aċidu sulfuriku, idrokloriku, fosforiku u lattiku. B’dan il-mod, l-ammonijaka li tinsab fil-likwidu tiġi ttrasformata f’fertilizzant siewi tal-ammonju (eż. sulfat tal-ammonju, klorur tal-ammonju, fosfat tal-ammonju, lattat tal-ammonju). Is-sistema normalment tinsab barra l-alloġġ u teħtieġ spazju suffiċjenti għall-manutenzjoni. Huwa mistenni li jinkiseb tnaqqis tal-ammonijaka ta’ mill-inqas 30 % meta mqabbel ma’ sistema ta’ referenza mingħajr l-użu ta’ din it-teknika. |
|
|
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
a |
Kalkolu bbażat fuq il-kejl f’ħin reali tal-konċentrazzjoni tal-ammonijaka u/jew tal-metan fl-arja u tal-fluss tal-ventilazzjoni. |
Bl-użu ta’ sensuri, il-konċentrazzjoni tal-ammonijaka u tal-metan fl-arja tal-ventilazzjoni ħierġa mill-alloġġi tal-annimali titkejjel kontinwament. Ir-rata tal-fluss tal-ventilazzjoni titkejjel bl-użu ta’ fannijiet tal-kejl jew fannijiet operattivi kkontrollati bil-frekwenza b’reġistrazzjoni. Iż-żewġ tipi ta’ kejl jitwettqu skont protokoll strett, ibbażat fuq metodi stabbiliti xjentifikament. Billi l-konċentrazzjoni mkejla tiġi mmultiplikata bir-rata tal-fluss tal-ventilazzjoni, tiġi kkalkolata l-emissjoni mill-alloġġ tal-annimali. Din it-teknika ta’ monitoraġġ tista’ tintuża f’impjanti b’ventilazzjoni sfurzata. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (1) tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375/1, 31.12.1991, p.1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/676/oj).
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, pp. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/2284/oj).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300/1, 14.11.2009, p.1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1069/oj).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5–13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/120/oj).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23-27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/58/oj).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid; (ĠU L 203, 3.8.1999, pp. 53–57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/74/oj).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, pp. 19-28, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/43/oj).
(8) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26-32, ELI http://data.europa.eu/eli/dir/2003/4/oj).
(34) Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32, ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2020/741/oj).
(52) Skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29–43 ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj).
(53) Skont ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/900 u (UE) 2018/1550 tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-majjali nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Product Sp. z o. o.) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 18 ELI http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/900/oj) (addittiv 4d210) u 2024/1730 tal-20 ta’ Ġunju 2024 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv fl-għalf tal-qżieqeż miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (OJ L, 2024/1730, 21.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1730/oj) (addittiv 4d211).
(54) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/74/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2260/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)