|
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/94 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-26 ta’ Ġunju 2013
li taħtar Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja
(2013/338/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sinjuri Uno LÕHMUS u Jean-Jacques KASEL, b'effett mis-6 ta' Ottubru 2013, għandhom jinħatru żewġ Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sinjuri Uno LÕHMUS u Jean-Jacques KASEL, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2015. |
|
(2) |
Is-Sinjura Küllike JÜRIMÄE u s-Sur François BILTGEN ġew proposti bħala kandidati għall-postijiet li tbattlu. |
|
(3) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjura Küllike JÜRIMÄE u tas-Sur François BILTGEN għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għandhom jinħatru Mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-6 ta' Ottubru 2013 sas-6 ta' Ottubru 2015:
|
— |
Is-Sinjura Küllike JÜRIMÄE |
|
— |
Is-Sur François BILTGEN |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.
Il-President
R. MONTGOMERY