02008R0971 — MT — 19.02.2019 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 971/2008 tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar użu ġdid tal-coccidiostat bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 265 4.10.2008, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 160/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 49 |
50 |
22.2.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/138 tad-29 ta' Jannar 2019 |
L 26 |
1 |
30.1.2019 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 971/2008
tat-3 ta’ Ottubru 2008
dwar użu ġdid tal-coccidiostat bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn”, kif speċifikat fl-Anness, hija awtorizzata għall-użu għal għaxar snin bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru tar-reġistrazzjoni tal-addittiv |
Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna risponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-addittiv |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
Limiti massimi ta’ Residwi (MRLs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali |
|
mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ oġġetti tal-għalf sħaħ |
||||||||||
|
Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn |
||||||||||
|
E 771 |
►M2 Elanco GmbH ◄ |
Diclazuril 0,5 g/100 g (Clinacox 0,5 % Premix) |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Diclazuril: 0,5 g/100 g Sojja mitħun: 99,25 g/100 g Polyvidone K 30: 0,2 g/100 g Sodium hydroxide: 0,0538 g/100 g Sustanza attiva: Diclazuril C17H9Cl3N4O2, (±)-4-chlorophenyl[2,6-dichloro-4-(2,3,4,5-tetrahydro-3,5-dioxo-1,2,4-triazin-2-yl) phenyl]acetonitrile, Numru CAS: 101831-37-2 Impuritajiet relatati: Kompost ta' degradazzjoni (R064318): < 0,2 % Impuritajiet relatati oħrajn (R066891, R066896, R068610, R070156, R068584, R070016): < 0,5 % individwalment Impuritajiet totali: < 1,5 % |
Fniek |
— |
1 |
1 |
Użu pprojbit mill-inqas jum wieħed qabel it-tbiċċir |
24 ta’ Ottubru 2018 |
2 500 diclazuril/kg ta’ fwied imxarrab 1 000 diclazuril/kg ta’ kilwa imxarrba 150 μg diclazuril/kg ta’ muskolu mxarrab 300 μg diclazuril/kg ta’ xaħam imxarrab |