|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/697 |
20.3.2026 |
REGOLAMENT (UE) 2026/697 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2026
dwar il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar responsabbli għall-infurzar tad-Direttiva (UE) 2019/633 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, l-iżbilanċi sinifikanti fis-saħħa ta’ negozjar bejn il-fornituri u x-xerrejja ta’ prodotti agrikoli u alimentari x’aktarx li jirriżultaw fi prattiki kummerċjali inġusti. Id-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċiet standard minimu ta’ protezzjoni tal-Unjoni kontra prattiki kummerċjali inġusti biex titnaqqas l-okkorrenza ta’ dawn il-prattiki li għandhom impatt negattiv fuq l-istandards tal-għajxien tal-komunità agrikola. |
|
(2) |
Ir-rapport mill-Kummissjoni intitolat “Li jimplimenta l-projbizzjoni tal-prattiki kummerċjali inġusti biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa u tal-operaturi fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari — Is-sitwazzjoni attwali” tat-23 ta’ April 2024 enfasizza l-persistenza tal-iżbilanċi fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, li żżid il-ħtieġa ta’ miżuri ġodda biex tiżdied il-protezzjoni għall-fornituri u tiġi żgurata biżżejjed saħħa ta’ negozjar għall-operaturi kollha. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2019/633 tirrikjedi li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet tal-infurzar biex jiżguraw l-infurzar effettiv tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva. Dik id-Direttiva tirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni u dawk l-awtoritajiet tal-infurzar jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’dik id-Direttiva. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar għandu jkollhom l-għan li jipprevjenu jew iwaqqfu l-prattiki kummerċjali inġusti b’dimensjoni transfruntiera li jseħħu fit-territorji rispettivi tagħhom. Għandhom jagħmlu dan billi jaħdmu flimkien, anke billi jaqsmu l-informazzjoni u jassistu f’investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera. Filwaqt li l-kamp ta’ applikazzjoni u l-possibbiltajiet għall-kooperazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/633 jibqgħu kompletament disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu indirizzati ċerti diffikultajiet relatati mal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni, u li tiżdied l-effettività tiegħu. |
|
(4) |
Minħabba l-prinċipju tat-territorjalità, l-awtoritajiet tal-infurzar jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiġbru l-informazzjoni, biex isibu ksur u biex jimponu u jinfurzaw multi u penali oħra li jkunu ugwalment effettivi meta xerrej ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta l-operaturi fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari jew l-alleanzi tagħhom ikollhom strateġija ta’ xiri transfruntiera. Diffikultajiet bħal dawn jaffettwaw is-sistema ta’ infurzar stabbilita bid-Direttiva (UE) 2019/633, li tiddependi fuq il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar, u jistgħu jwasslu għal infurzar mhux uniformi tal-projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali inġusti, li jdgħajjef il-protezzjoni għall-fornituri ta’ prodotti agrikoli u alimentari maħsuba minn dik id-Direttiva. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti regoli uniformi li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar f’każijiet transfruntieri. It-tisħiħ ta’ dik il-kooperazzjoni jwassal għal protezzjoni aktar effettiva kontra prattiki kummerċjali inġusti b’dimensjoni transfruntiera u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa f’dik il-katina tal-provvista, u b’hekk jiġi żgurat standard tal-għajxien ġust għall-komunità agrikola. |
|
(5) |
Minħabba li d-Direttiva (UE) 2019/633 tippermetti lill-Istati Membri jżommu jew jintroduċu regoli nazzjonali aktar stretti kontra prattiki kummerċjali inġusti, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament ma jkoprix dawk ir-regoli. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-awtoritajiet tal-infurzar tagħhom jagħmlu użu mill-possibbiltajiet stabbiliti skont il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni volontarja stabbilit b’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ regoli bħal dawn. Dik il-possibbiltà tista’ tkun partikolarment importanti f’każijiet meta regoli nazzjonali aktar stretti jiġu kkategorizzati f’xi Stati Membri bħala dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti li għandhom l-għan li jiggarantixxu l-provvista stabbli u sostenibbli ta’ prodotti alimentari lill-konsumaturi. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar ikollhom id-dritt li jirrifjutaw li jikkonformaw ma’ talba bħal din relatata ma’ kooperazzjoni volontarja. |
|
(6) |
Biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament b’mod effettiv, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jingħataw ir-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jkollhom is-setgħa li jipprovdu lil xulxin kwalunkwe kwistjoni ta’ fatt jew ta’ liġi u jużawha bħala evidenza f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, inkluż informazzjoni kunfidenzjali. Jenħtieġ li l-informazzjoni mogħtija tintuża biss bħala evidenza għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex jiġu infurzati r-regoli stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2019/633 u fir-rigward tas-suġġett li għalih tkun inġabret mill-awtorità tal-infurzar mitluba. Jenħtieġ li l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni pprovduta tkun garantita b’kunsiderazzjoni xierqa għall-interessi leġittimi ta’ persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata. Jenħtieġ li jitqiesu t-talbiet mill-ilmentaturi għall-protezzjoni tal-informazzjoni abbażi tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva (UE) 2019/633 u jenħtieġ li l-protezzjoni tiġi żgurata wkoll fl-infurzar transfruntier. |
|
(8) |
Bl-għan li jgħinu biex jitwaqqfu l-prattiki kummerċjali inġusti li għandhom dimensjoni transfruntiera, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jingħataw is-setgħa fit-territorju tagħhom li jieħdu miżuri investigattivi f’isem awtoritajiet tal-infurzar oħra. Jenħtieġ li dawn il-miżuri investigattivi jittieħdu mill-awtorità tal-infurzar mitluba f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), tad-Direttiva (UE) 2019/633 u f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha. |
|
(9) |
Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar, dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet finali li jimponu multi jew penali u miżuri interim oħra ugwalment effettivi adottati f’konformità mal-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2019/633, hija importanti ħafna sabiex tinkiseb protezzjoni effettiva kontra prattiki kummerċjali inġusti b’dimensjoni transfruntiera. Għal dak l-għan jeħtieġ li l-awtorità tal-infurzar mitluba tingħata s-setgħa li tinforza deċiżjoni finali adottata mill-awtorità tal-infurzar applikanti f’każ li l-ġbir tal-multi jew l-implimentazzjoni tal-penali jew il-miżura interim ugwalment effettiva mill-awtorità tal-infurzar applikanti ma jirnexxux. F’każijiet fejn il-ġbir tal-multi jew l-implimentazzjoni ta’ penali jew miżuri interim ugwalment effettivi fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar mitluba jsiru minn awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jenħtieġ li l-awtorità tal-infurzar mitluba jkollha s-setgħa li tibda l-ġbir tal-multa jew l-implimentazzjoni tal-penali jew il-miżura interim ugwalment effettiva qabel dik l-awtorità nazzjonali kompetenti l-oħra. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jingħataw is-setgħa fit-territorju tagħhom stess u f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom li jinfurzaw deċiżjonijiet finali li jimponu multi jew penali jew miżuri interim oħra ugwalment effettivi f’isem awtoritajiet tal-infurzar oħra, jew li jagħtu bidu għal proċedimenti għall-infurzar tagħhom, dment li dawk l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra jkunu żguraw li l-multi jew il-penali jew il-miżuri interim l-oħra ugwalment effettivi ma jistgħux jiġu infurzati fl-Istati Membri ta’ dawk l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra. |
|
(11) |
Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effettività ta’ dan ir-Regolament, biex tiġi żgurata kooperazzjoni bla xkiel bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u biex jiġu evitati kostijiet eċċessivi għall-awtoritajiet tal-infurzar mitluba, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kopertura tal-kostijiet tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunkwe prattika kummerċjali inġusta b’dimensjoni transfruntiera li tkun seħħet jew li tkun qiegħda sseħħ fit-territorju tagħhom. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jikkooperaw ma’ xulxin billi joħorġu talbiet għal assistenza reċiproka. Jenħtieġ li dawn it-talbiet jispeċifikaw liema informazzjoni jew miżura titqies meħtieġa f’kull każ biex jitwettqu investigazzjonijiet ta’ prattiki kummerċjali inġusti. Sabiex l-awtorità tal-infurzar mitluba tkun tista’ tissodisfa t-talba, jenħtieġ li tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-allegata prattika kummerċjali inġusta. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar ma jkunux intitolati li jirrifjutaw li jikkonformaw ma’ talba għal informazzjoni, jew li jirrifjutaw li jipparteċipaw f’miżuri ta’ infurzar, sakemm ma jkunx probabbli li azzjonijiet ta’ infurzar, deċiżjonijiet amministrattivi jew proċedimenti ġudizzjarji oħra meħuda fil-livell nazzjonali li ma jaqgħux taħt il-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka skont dan ir-Regolament jiżguraw il-waqfien tal-prattika kummerċjali inġusta rilevanti b’dimensjoni transfruntiera. Jenħtieġ li rifjuti jkunu possibbli wkoll f’każijiet fejn it-talbiet jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew imorru kontra l-liġi nazzjonali tal-awtorità tal-infurzar mitluba. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jagħtu r-raġunijiet għal dan ir-rifjut. |
|
(15) |
Nuqqas ta’ arranġamenti proċedurali rigward ir-reġim lingwistiku jista’ joħloq ostakli għall-kooperazzjoni bla xkiel bejn l-awtoritajiet tal-infurzar. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jaqblu dwar il-lingwa li għandha tintuża fin-notifiki, it-talbiet u l-komunikazzjoni kollha bejniethom. Meta ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-lingwa li għandha tintuża, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli prestabbiliti dwar l-użu tal-lingwa stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Meta jista’ jkun li tkun qiegħda sseħħ prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera, li tinvolvi xerrejja u fornituri minn mill-inqas tliet Stati Membri, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati minn dik il-prattika jkunu jistgħu joħorġu twissijiet permezz ta’ sistema dedikata, jinvolvu ruħhom f’azzjonijiet ikkoordinati u jaħtru koordinatur biex jikkoordina l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar rilevanti li fit-territorji tagħhom ikun allegat li qiegħda sseħħ il-prattika. Sabiex jiġi stabbilit liema awtoritajiet tal-infurzar huma kkonċernati minn prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-aspetti rilevanti kollha, b’mod partikolari l-post fejn huwa stabbilit ix-xerrej u l-post fejn jinsabu l-fornituri li jistgħu jiġu affettwati. L-identifikazzjoni ta’ prattiki kummerċjali inġusti mifruxa b’dimensjoni transfruntiera jenħtieġ li tiġi appoġġata mill-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar meta jkun hemm suspett raġonevoli ta’ dawn il-prattiki. Jenħtieġ li l-koordinatur jeżerċita l-kompetenza tiegħu fi ħdan qafas ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra kkonċernati. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar kollha kkonċernati minn prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera jinvolvu ruħhom b’mod attiv fl-investigazzjoni fi stadju bikri, joħorġu twissijiet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra kkonċernati, u jaqsmu l-informazzjoni li tkun disponibbli għalihom dwar dawn il-prattiki. |
|
(17) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri għall-koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ investigazzjoni u infurzar relatati ma’ prattiki kummerċjali inġusti mifruxa b’dimensjoni transfruntiera. Jenħtieġ li azzjonijiet ikkoordinati kontra dawn il-prattiki jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar ikunu jistgħu jagħżlu l-aktar għodod xierqa u effiċjenti biex iwaqqfu dawk il-prattiki. |
|
(18) |
Huwa neċessarju li jiġu elenkati l-każijiet meta awtorità tal-infurzar kkonċernata minn prattika kummerċjali inġusta b’dimensjoni transfruntiera jenħtieġ li tkun tista’ tiddeċiedi li tirrifjuta l-parteċipazzjoni f’azzjoni kkoordinata. B’mod partikolari, jenħtieġ li n-nuqqas ta’ riżorsi disponibbli min-naħa ta’ din l-awtorità tal-infurzar ma jiġġustifikax ir-rifjut ta’ parteċipazzjoni f’azzjoni kkoordinata. |
|
(19) |
Bil-għan li jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati mill-azzjoni kkoordinata jkollhom l-għodod kollha meħtieġa għall-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-arranġamenti lingwistiċi. |
|
(20) |
Billi d-Direttiva (UE) 2019/633 tipproteġi wkoll lill-fornituri fl-Unjoni minn prattiki kummerċjali inġusti minn xerrejja stabbiliti barra mill-Unjoni, u tipproteġi lill-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni meta jbigħu prodotti agrikoli u alimentari fl-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi wkoll regoli għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar ma’ xulxin fir-rigward ta’ prattiki kummerċjali inġusti li jinvolvu lil xerrejja u fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni u li huma pprojbiti bid-Direttiva (UE) 2019/633. |
|
(21) |
Id-Direttiva (UE) 2019/633 tipproteġi wkoll lill-fornituri fl-Unjoni minn prattiki kummerċjali inġusti minn xerrejja stabbiliti barra mill-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar iwettqu investigazzjonijiet b’mod aktar effettiv f’dawn il-każijiet. Għal dak l-għan, jenħtieġ li awtorità tal-infurzar tkun tista’ titlob li xerrej jiddeżinja punt ta’ kuntatt fl-Unjoni biex ikun il-punt primarju ta’ kuntatt għall-awtorità tal-infurzar u biex tiġi ffaċilitata l-investigazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jinfurmaw ukoll lil xulxin u lill-Kummissjoni f’każijiet meta xerrej ma jikkonformax ma’ tali talba. |
|
(22) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tiżviluppa formoli standard għal talbiet għal assistenza reċiproka. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(23) |
Fl-interessi ta’ implimentazzjoni effettiva tar-regoli maħsuba biex isaħħu l-pożizzjoni tal-operaturi fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari li huma esposti għal prattiki kummerċjali inġusti, jenħtieġ li r-rapport dwar l-applikazzjoni tar-regoli skont dan ir-Regolament jinforma l-proċess ta’ rieżami tad-Direttiva (UE) 2019/633. Huwa importanti li l-Kummissjoni jkollha stampa ġenerali tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-effettività ta’ dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jinkludu fir-rapporti annwali tagħhom lill-Kummissjoni attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(24) |
Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar effettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi u timmaniġġa pjattaforma li tippermetti l-iskambju rapidu ta’ informazzjoni jew talbiet fost l-awtoritajiet tal-infurzar u, fejn xieraq, mal-Kummissjoni. |
|
(25) |
Sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tekniċi futuri, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi dwar l-għodda li għandha tintuża għall-ġestjoni tan-notifiki u l-komunikazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(26) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u preżenti fit-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi interpretat u applikat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji. |
|
(27) |
Jenħtieġ li l-investigazzjonijiet kriminali u l-proċedimenti ġudizzjarji fl-Istati Membri ma jiġux affettwati mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI (6), id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI (7) u d-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jieħdu preċedenza fuq dan ir-Regolament sa fejn il-prattika kummerċjali inġusta kkonċernata taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-atti legali. |
|
(28) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar responsabbli għall-infurzar tal-projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali inġusti skont id-Direttiva (UE) 2019/633 f’każijiet transfruntieri, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba li ma jistgħux jiżguraw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni billi jaġixxu waħedhom, iżda, minħabba l-ambitu territorjali u personali tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(29) |
Sabiex l-awtoritajiet tal-infurzar jingħataw iż-żmien meħtieġ biex ikunu jistgħu jimplimentaw ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiegħu tiġi ddifferita bi 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Suġġett
Bil-ħsieb li jiġu miġġielda l-prattiki li jiddevjaw bil-kbir mill-kondotta kummerċjali tajba, li jmorru kontra l-bona fide u tranżazzjoni ġusta u li huma imposti unilateralment minn wieħed mis-sħab kummerċjali fuq l-ieħor, dan ir-Regolament jistabbilixxi ċerti regoli li skonthom, l-awtoritajiet tal-infurzar maħtura mill-Istati Membri tagħhom bħala responsabbli għall-infurzar tal-projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali inġusti f’relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari skont id-Direttiva (UE) 2019/633, jikkooperaw u jikkoordinaw azzjonijiet ma’ xulxin biex jiżguraw l-effettività ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-infurzar tal-projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali inġusti f’relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari stabbilita fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2019/633 b’dimensjoni transfruntiera li jseħħu b’rabta mal-bejgħ ta’ prodotti agrikoli u alimentari bejn ix-xerrejja u l-fornituri elenkati fl-Artikolu 1(2) ta’ dik id-Direttiva.
Il-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll fir-rigward ta’ perjodi ta’ avviż qosra stabbiliti għal inqas minn 30 jum għal setturi speċifiċi abbażi tal-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/633 jew tar-regoli nazzjonali miżmuma jew adottati abbażi tal-Artikolu 9(1) ta’ dik id-Direttiva meta l-Istat Membru jiddeċiedi hekk f’konformità mal-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kapitolu VI ta’ dan ir-Regolament japplika b’rabta ma’ prattiki kummerċjali inġusti li jinvolvu fornituri jew xerrejja stabbiliti barra mill-Unjoni.
2. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar id-dritt internazzjonali privat, b’mod partikolari r-regoli relatati mal-ġuriżdizzjoni tal-qorti u l-liġijiet applikabbli.
3. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni fl-Istati Membri ta’ miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, b’mod partikolari l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew stabbilit bid-Deċiżjoni 2008/976/ĠAI, u għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI u tad-Direttiva 2014/41/UE.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/633. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“awtorità tal-infurzar” tfisser awtorità nazzjonali jew awtoritajiet nazzjonali maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2019/633; |
|
(2) |
“awtorità tal-infurzar applikanti” tfisser awtorità tal-infurzar li tagħmel talba għal assistenza reċiproka; |
|
(3) |
“awtorità tal-infurzar mitluba” tfisser awtorità tal-infurzar li tirċievi talba għal assistenza reċiproka; |
|
(4) |
“prattika kummerċjali inġusta b’dimensjoni transfruntiera” tfisser prattika kummerċjali inġusta li tinvolvi lil fornitur wieħed u xerrej wieħed meta l-fornitur u x-xerrej ikunu stabbiliti f’żewġ Stati Membri differenti; |
|
(5) |
“prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera” tfisser prattika kummerċjali inġusta li tinvolvi lil fornituri u xerrejja stabbiliti f’mill-inqas tliet Stati Membri; |
|
(6) |
“deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni li ma tistax, jew ma tistax tibqa’ tiġi appellata aktar b’mezzi ordinarji. |
Artikolu 4
Prinċipju ġenerali
L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jipprevjenu jew iwaqqfu prattiki kummerċjali inġusti b’dimensjoni transfruntiera li jseħħu fit-territorji tagħhom.
KAPITOLU II
RIŻORSI, GĦARFIEN ESPERT U KUNFIDENZJALITÀ
Artikolu 5
Riżorsi u għarfien espert
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar ikollhom ir-riżorsi meħtieġa biex japplikaw dan ir-Regolament u biex jippromwovu l-konoxxenza tad-dispożizzjonijiet tiegħu fost ix-xerrejja u l-fornituri.
Artikolu 6
Kunfidenzjalità tal-informazzjoni
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-infurzar għandu jkollhom is-setgħa li jagħtu informazzjoni lil xulxin u jużaw bħala evidenza kwalunkwe kwistjoni ta’ fatt jew ta’ liġi, inkluż informazzjoni kunfidenzjali.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tintuża bħala evidenza għajr biex jiġi applikat dan ir-Regolament u fir-rigward tas-suġġett li għalih tkun inġabret mill-awtorità tal-infurzar mitluba.
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tintuża mill-awtoritajiet tal-infurzar għajr b’kunsiderazzjoni xierqa għall-interessi leġittimi ta’ persuna fiżika jew ġuridika, inkluż il-protezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali u tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
4. F’każijiet fejn ilmentatur jitlob il-protezzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva (UE) 2019/633, l-awtorità tal-infurzar li tirċievi l-ilment għandha titlob il-kunsens tal-ilmentatur qabel tagħti l-informazzjoni protetta lil awtorità tal-infurzar oħra.
KAPITOLU III
MEKKANIŻMU TA’ ASSISTENZA REĊIPROKA
Artikolu 7
Talbiet għal informazzjoni
1. Fuq talba ta’ awtorità tal-infurzar applikanti, awtorità tal-infurzar mitluba għandha, mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tat-talba, tipprovdi lill-awtorità tal-infurzar applikanti bl-informazzjoni mitluba biex jiġi stabbilit jekk tkunx seħħet jew tkunx qed isseħħ prattika kummerċjali inġusta b’dimensjoni transfruntiera fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar applikanti. L-awtorità tal-infurzar applikanti u l-awtorità tal-infurzar mitluba jistgħu jaqblu li jestendu dak il-perjodu ta’ 90 jum għal perjodu addizzjonali ta’ 30 jum.
2. Meta l-awtorità tal-infurzar mitluba ma jkollhiex fil-pussess tagħha l-informazzjoni kollha mitluba skont il-paragrafu 1, it-tweġiba tagħha għal dik it-talba jista’ jkun fiha informazzjoni parzjali biss jew inkella tiddikjara n-nuqqas tal-informazzjoni mitluba. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità tal-infurzar mitluba għandha tindika r-raġuni għaliex bagħtet tali tweġiba. L-awtorità tal-infurzar mitluba tista’ tiddeċiedi li tiġbor l-informazzjoni nieqsa, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità tal-infurzar applikanti bid-deċiżjoni tagħha u għandha taqsam l-informazzjoni miġbura ma’ dik l-awtorità.
3. L-informazzjoni li għandha tingħata fuq talba skont il-paragrafu 1 għandha tinġabar biss mill-awtorità tal-infurzar mitluba u ma għandhiex tintuża mill-awtorità tal-infurzar applikanti għajr f’konformità mal-liġi nazzjonali rispettiva tagħha.
Artikolu 8
Talbiet għal miżuri investigattivi
1. Fuq talba u f’isem awtorità tal-infurzar applikanti, l-awtorità tal-infurzar mitluba għandha tieħu miżuri investigattivi, f’konformità mas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), tad-Direttiva (UE) 2019/633 u f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, sabiex tiddetermina jekk prattika kummerċjali inġusta b’dimensjoni transfruntiera tkunx seħħet jew tkunx qed isseħħ.
2. Meta awtorità tal-infurzar mitluba teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), tad-Direttiva (UE) 2019/633 fuq talba u f’isem awtorità tal-infurzar applikanti, l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati jew maħtura mill-awtorità tal-infurzar applikanti għandhom jitħallew jakkumpanjaw u jassistu lill-awtorità tal-infurzar mitluba fl-eżerċitar tas-setgħat tagħha, taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali tagħha u dment li l-awtorità tal-infurzar applikanti tkun infurmat lill-awtorità tal-infurzar mitluba minn qabel bix-xewqa tagħha li tipparteċipa.
3. L-awtorità tal-infurzar mitluba għandha tinforma lill-awtorità tal-infurzar applikanti mingħajr dewmien bil-passi u l-miżuri li tkun ħadet, jew li jkun biħsiebha tieħu, skont il-paragrafu 1.
Artikolu 9
Talbiet għall-infurzar ta’ deċiżjonijiet li jiġu imposti multi jew penali u miżuri interim oħra li jkunu ugwalment effettivi
1. Fuq talba ta’ awtorità tal-infurzar applikanti, l-awtorità tal-infurzar mitluba għandha, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, tinforza jew mingħajr dewmien tibda proċedimenti għall-infurzar ta’ deċiżjonijiet finali li jimponu multi jew penali u miżuri interim oħra li jkunu ugwalment effettivi adottati f’konformità mal-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2019/633 mill-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar applikanti.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għajr jekk l-awtorità tal-infurzar applikanti tkun aċċertat li x-xerrej li fil-konfront tiegħu jkunu infurzabbli l-multa u penali u miżuri interim oħra li jkunu ugwalment effettivi ma jkollux biżżejjed assi fit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar applikanti.
3. L-awtorità tal-infurzar applikanti tista’ titlob biss l-infurzar ta’ deċiżjoni finali.
4. Kwistjonijiet dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-infurzar tal-multi, penali u miżuri interim oħra li jkunu ugwalment effettivi għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar mitluba.
Artikolu 10
Spejjeż
1. L-awtoritajiet tal-infurzar ma għandhom jimponu l-ebda tariffa fuq il-fornituri biex jirkupraw il-kostijiet relatati mad-dimensjoni transfruntiera ta’ prattika kummerċjali inġusta.
2. L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jirrinunzjaw għall-pretensjonijiet kollha bejniethom għar-rimborż tal-kostijiet imġarrba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għajr il-kostijiet imġarrba bħala awtorità tal-infurzar mitluba fir-rigward tal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 7, 8, 9, 15 jew 16, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
3. B’rabta mal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 7, 8, 15 jew 16, l-awtorità tal-infurzar mitluba tista’ titlob lill-awtorità tal-infurzar applikanti ġġarrab kostijiet addizzjonali raġonevoli b’mod sħiħ jew parzjali, inkluż il-kostijiet tat-traduzzjoni, il-kostijiet lavorattivi u l-kostijiet amministrattivi. F’dawn il-każijiet, l-awtorità tal-infurzar applikanti għandha ġġarrab dawk il-kostijiet, kif mitlub.
4. B’rabta mal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 9, l-awtorità tal-infurzar mitluba tista’ tirkupra l-kostijiet kollha mġarrba mill-ħlas tal-multi miġbura f’isem l-awtorità tal-infurzar applikanti, inkluż il-kostijiet tat-traduzzjoni, il-kostijiet lavorattivi u l-kostijiet amministrattivi. Jekk l-ammont tal-multi ma jkoprix il-kostijiet addizzjonali raġonevoli mġarrba, jew jekk l-awtorità tal-infurzar mitluba ma jirnexxilhiex tiġbor il-multi minkejja li tkun għamlet l-isforzi raġonevoli kollha biex tagħmel dan, l-awtorità tal-infurzar mitluba tista’ titlob lill-awtorità tal-infurzar applikanti ġġarrab il-kostijiet imġarrba b’mod sħiħ jew parzjali. F’dawn il-każijiet, l-awtorità tal-infurzar applikanti għandha ġġarrab dawk il-kostijiet, kif mitlub.
5. L-awtorità tal-infurzar mitluba għandha tirkupra l-ammonti dovuti skont dan l-Artikolu fil-munita tal-Istat Membru tagħha, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.
6. L-awtorità tal-infurzar mitluba għandha, jekk ikun meħtieġ, tikkonverti l-multi fil-munita tal-Istat Membru tagħha bir-rata tal-kambju applikabbli fid-data li fiha jkunu ġew imposti l-multi, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.
Artikolu 11
Mekkaniżmu ta’ notifika
L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra kollha bi kwalunkwe deċiżjoni li tistabbilixxi l-okkorrenza ta’ prattika kummerċjali inġusta b’dimensjoni transfruntiera fl-Istat Membru tagħhom fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tagħha.
Artikolu 12
Proċedura għal talbiet għal assistenza reċiproka
1. L-awtorità tal-infurzar applikanti, meta tagħmel talba għal assistenza reċiproka, għandha:
|
(a) |
tiddikjara bħala l-bażi legali għal dik it-talba dan ir-Regolament, il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2019/633, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2019/633, tiddikjara l-iskop tat-talba, inkluż deskrizzjoni tad-dimensjoni transfruntiera tal-allegata prattika kummerċjali inġusta, u tispeċifika l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 7(1) jew il-miżuri tal-infurzar mitluba skont l-Artikoli 8 jew 9 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
tipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità tal-infurzar mitluba tissodisfa t-talba, inkluż kwalunkwe informazzjoni li tista’ tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar applikanti. |
2. It-talbiet għal assistenza reċiproka u l-komunikazzjonijiet kollha marbuta magħhom għandhom isiru bil-miktub. Għal talbiet għal assistenza reċiproka għandhom jintużaw formoli standard meta dawn ikunu ġew stabbiliti mill-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 32.
Artikolu 13
Rifjut ta’ konformità ma’ talba għal assistenza reċiproka
1. Awtorità tal-infurzar mitluba ma tistax tirrifjuta li tikkonforma ma’ talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 7(1) għajr jekk tkun tapplika mill-inqas waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
wara konsultazzjoni mal-awtorità tal-infurzar applikanti, iż-żewġ awtoritajiet tal-infurzar jaqblu li l-informazzjoni mhijiex meħtieġa jew li tista’ ssir talba ġdida fi stadju aktar tard; |
|
(b) |
ikunu diġà nbdew investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji kontra l-istess xerrej fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta li tinvolvi lill-istess fornitur u l-istess perjodu tal-prattika kummerċjali inġusta kopert minn dawk l-investigazzjonijiet kriminali jew il-proċedimenti ġudizzjarji, quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar mitluba jew tal-awtorità tal-infurzar applikanti. |
2. Awtorità tal-infurzar mitluba ma tistax tirrifjuta li tikkonforma ma’ talba għal miżuri ta’ infurzar skont l-Artikolu 8 għajr jekk, wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità tal-infurzar applikanti, tkun tapplika mill-inqas waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu diġà nbdew investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji, jew tkun ingħatat sentenza kontra l-istess xerrej fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta li tinvolvi lill-istess fornitur u l-istess perjodu tal-prattika kummerċjali inġusta kopert minn dawk l-investigazzjonijiet kriminali jew il-proċedimenti ġudizzjarji, jew tkun intlaħqet soluzzjoni bil-qorti mal-istess xerrej fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta, quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar mitluba; |
|
(b) |
l-eżerċitar tas-setgħat ta’ infurzar meħtieġa, inkluż proċedimenti amministrattivi, ikun diġà nbeda, jew tkun diġà ġiet adottata deċiżjoni amministrattiva fil-konfront tal-istess xerrej fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta li tinvolvi lill-istess fornitur u l-istess perjodu tal-prattika kummerċjali inġusta kopert mill-investigazzjonijiet jew id-deċiżjoni amministrattiva fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar mitluba, sabiex titwaqqaf malajr u b’mod effettiv dik il-prattika kummerċjali inġusta; |
|
(c) |
ikunu diġà nbdew investigazzjoni kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji fil-konfront tal-istess xerrej fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta li tinvolvi lill-istess fornitur u l-istess perjodu tal-prattika kummerċjali inġusta kopert mill-investigazzjoni kriminali jew il-proċedimenti ġudizzjarji, quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar applikanti; |
|
(d) |
l-awtorità tal-infurzar mitluba tkun tista’ turi li l-miżuri ta’ infurzar mitluba mhumiex previsti fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), tad-Direttiva (UE) 2019/633, jew tkun tista’ turi li t-talba tikkonċerna perjodi ta’ avviż qosra stabbiliti għal inqas minn 30 jum għal setturi speċifiċi abbażi tal-Artikolu 3(1), il-punt (b), ta’ dik id-Direttiva jew tar-regoli nazzjonali miżmuma jew adottati abbażi tal-Artikolu 9(1) ta’ dik id-Direttiva; |
|
(e) |
l-awtorità tal-infurzar mitluba ma tkunx tista’:
|
|
(f) |
l-awtorità tal-infurzar applikanti ma tkunx ipprovdiet l-informazzjoni li hija meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 12. |
3. Awtorità tal-infurzar mitluba ma tistax tirrifjuta li tikkonforma ma’ talba għal miżuri ta’ infurzar skont l-Artikolu 9 għajr jekk, wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità tal-infurzar applikanti, tkun tapplika mill-inqas waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu diġà nbdew investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji jew tkun ingħatat sentenza kontra l-istess xerrej fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta, jew tkun intlaħqet soluzzjoni bil-qorti mal-istess xerrej fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta, quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar mitluba; |
|
(b) |
l-eżerċitar tas-setgħat ta’ infurzar meħtieġa, inkluż proċedimenti amministrattivi, ikun diġà nbeda, jew tkun diġà ġiet adottata deċiżjoni amministrattiva kontra l-istess xerrej fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar mitluba, sabiex titwaqqaf malajr u b’mod effettiv dik il-prattika kummerċjali inġusta; |
|
(c) |
ikunu diġà nbdew investigazzjoni kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji kontra l-istess xerrej fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar applikanti; |
|
(d) |
l-awtorità tal-infurzar mitluba tkun tista’ turi li d-deċiżjoni finali tikkonċerna perjodi ta’ avviż qosra stabbiliti għal inqas minn 30 jum għal setturi speċifiċi abbażi tal-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/633 jew regoli nazzjonali miżmuma jew adottati abbażi tal-Artikolu 9(1) ta’ dik id-Direttiva, jew ma setgħetx tittieħed jew ma tistax tiġi infurzata f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha; |
|
(e) |
l-awtorità tal-infurzar applikanti ma tkunx ipprovdiet l-informazzjoni li hija meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 12. |
4. L-awtorità tal-infurzar mitluba għandha tinforma lill-awtorità tal-infurzar applikanti mingħajr dewmien bi kwalunkwe rifjut ta’ konformità ma’ talba għal assistenza reċiproka, flimkien mar-raġunijiet għal dak ir-rifjut.
Artikolu 14
Arranġamenti lingwistiċi
1. Il-lingwi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar għal talbiet, għal notifiki u għall-komunikazzjonijiet l-oħra kollha koperti minn dan il-Kapitolu li huma marbuta mal-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka għandhom jiġu miftiehma mill-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati.
2. Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim bejn l-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati dwar il-lingwi li għandhom jintużaw, it-talbiet għal assistenza reċiproka għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali, jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar applikanti, flimkien ma’ traduzzjoni ta’ korteżija bl-Ingliż jekk jintalab dan. It-tweġibiet għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali, jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar mitluba, flimkien ma’ traduzzjoni ta’ korteżija bl-Ingliż jekk tintalab.
KAPITOLU IV
KOOPERAZZJONI VOLONTARJA
Artikolu 15
Talbiet għal informazzjoni b’rabta mar-regoli nazzjonali
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-awtoritajiet tal-infurzar jistgħu jagħmlu użu mill-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament b’rabta ma’ perjodi ta’ avviż qosra stabbiliti għal inqas minn 30 jum għal setturi speċifiċi abbażi tal-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/633 jew tar-regoli nazzjonali miżmuma jew adottati abbażi tal-Artikolu 9(1) ta’ dik id-Direttiva.
2. Meta Stat Membru jiddeċiedi hekk u awtorità tal-infurzar applikanti tagħmel użu minn waħda mill-opzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew mit-tnejn li huma, l-awtorità tal-infurzar mitluba tista’ tagħti informazzjoni parzjali biss jew inkella tirrifjuta li tagħti informazzjoni. L-awtorità tal-infurzar mitluba għandha tindika r-raġunijiet għal dik it-tweġiba parzjali jew dak ir-rifjut. F’dawn il-każijiet, ma għandux japplika l-Artikolu 13.
Artikolu 16
Talbiet għal miżuri investigattivi b’rabta mar-regoli nazzjonali
1. Meta Stat Membru jkun stabbilixxa perjodi ta’ avviż qosra ta’ inqas minn 30 jum għal setturi speċifiċi abbażi tal-Artikolu 3(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/633 u Stat Membru ieħor ikun għamel l-istess, li jirriżulta f’perjodi ta’ avviż qosra tal-istess tul għall-istess setturi speċifiċi, l-awtoritajiet tal-infurzar ta’ dawk l-Istati Membri jistgħu jaqblu li jagħmlu użu mill-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament.
B’mod simili, meta Stat Membru jkun żamm jew adotta regoli nazzjonali aktar stretti, abbażi tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/633 u Stat Membru ieħor ikun għamel l-istess, li jirriżulta f’regoli nazzjonali ugwalment stretti għall-istess daqs tal-operaturi jew l-istess tipi ta’ prattiki kummerċjali inġusti, l-awtoritajiet tal-infurzar ta’ dawk l-Istati Membri jistgħu jaqblu li jagħmlu użu mill-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament.
2. Meta awtorità tal-infurzar applikanti tagħmel użu minn waħda mill-opzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew mit-tnejn li huma, l-awtorità tal-infurzar mitluba tista’ tirrifjuta li tieħu miżuri investigattivi, mingħajr ma tindika r-raġunijiet għal dak ir-rifjut. F’dawn il-każijiet, ma għandux japplika l-Artikolu 13.
Artikolu 17
Proċedura għal talba
Meta awtorità tal-infurzar applikanti tagħmel użu mill-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 15 jew 16, din għandha tibgħat talba lill-awtorità tal-infurzar mitluba li:
|
(a) |
tikkwota lil dan ir-Regolament bħala bażi legali; |
|
(b) |
tindika l-liġi nazzjonali li tistabbilixxi l-projbizzjoni tal-prattika kummerċjali inġusta kkonċernata li tmur lil hinn mid-Direttiva (UE) 2019/633 u tindika jekk dik il-liġi nazzjonali tkunx ibbażata fuq l-Artikolu 3(1), il-punt (b), jew l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/633; |
|
(c) |
tiddeskrivi l-iskop tat-talba; |
|
(d) |
tiddeskrivi l-prattika kummerċjali inġusta kkonċernata u tispeċifika kif din tmur lil hinn mid-Direttiva (UE) 2019/633; |
|
(e) |
tispeċifika liema informazzjoni, jew liema miżura investigattiva, hija mitluba. |
KAPITOLU V
MEKKANIŻMI TA’ INVESTIGAZZJONI U INFURZAR GĦAL PRATTIKI KUMMERĊJALI INĠUSTI MIFRUXA B’DIMENSJONI TRANSFRUNTIERA
Artikolu 18
Tnedija ta’ azzjoni kkoordinata u ħatra tal-koordinatur
1. Fejn ikun hemm suspett raġonevoli li jista’ jkun hemm prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera, l-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati minn dik il-prattika suspettata għandhom iniedu azzjoni kkoordinata abbażi ta’ ftehim bejniethom. It-tnedija ta’ dik l-azzjoni kkoordinata għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
2. L-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati mill-prattika kummerċjali inġusta mifruxa suspettata b’dimensjoni transfruntiera għandhom jaħtru awtorità tal-infurzar biex tkun il-koordinatur. Sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-ħatra tal-koordinatur, il-Kummissjoni tista’, fejn meħtieġ, tiffaċilita d-diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati. Jekk dawk l-awtoritajiet tal-infurzar ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar dik il-ħatra, l-awtorità tal-infurzar li tkun ħarġet it-twissija skont l-Artikolu 24 għandha tkun il-koordinatur.
3. L-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati mill-prattika kummerċjali inġusta mifruxa suspettata b’dimensjoni transfruntiera għandhom iwettqu investigazzjonijiet abbażi tal-informazzjoni li tkun disponibbli għalihom. Għandhom iwissu lill-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati l-oħra bir-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet, skont l-Artikolu 24.
4. Awtorità tal-infurzar għandha tingħaqad mal-azzjoni kkoordinata jekk isir evidenti matul dik l-azzjoni kkoordinata li dik l-awtorità tal-infurzar tkun ikkonċernata mill-prattika kummerċjali inġusta mifruxa suspettata b’dimensjoni transfruntiera.
5. Sabiex jiġi stabbilit li awtorità tal-infurzar tkun ikkonċernata minn prattika kummerċjali inġusta mifruxa suspettata b’dimensjoni transfruntiera, għandhom jitqiesu l-elementi kollha u b’mod partikolari:
|
(a) |
l-Istati Membri fejn huma stabbiliti x-xerrejja; |
|
(b) |
l-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti l-fornituri li jistgħu jiġu affettwati mill-prattika kummerċjali inġusta. |
Artikolu 19
Raġunijiet għal rifjut ta’ parteċipazzjoni fl-azzjoni kkoordinata
1. Awtorità tal-infurzar ma tistax tirrifjuta li tieħu sehem f’azzjoni kkoordinata għajr jekk tkun tapplika waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
tkun diġà nbdiet investigazzjoni kriminali, proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti amministrattivi, tkun ingħatat sentenza, jew tkun intlaħqet soluzzjoni bil-qorti fir-rigward tal-istess xerrej jew xerrejja u fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta, li tinvolvi l-istess fornitur u l-istess perjodu tal-prattika kummerċjali inġusta kopert minn dik l-investigazzjoni kriminali, proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti amministrattivi fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità tal-infurzar; |
|
(b) |
l-awtorità tal-infurzar tkun diġà bdiet investigazzjoni qabel il-ħruġ ta’ twissija msemmi fl-Artikolu 24, jew tkun ġiet adottata deċiżjoni amministrattiva kontra l-istess xerrej jew xerrejja fir-rigward tal-istess prattika kummerċjali inġusta li tinvolvi lill-istess fornitur u l-istess perjodu tal-prattika kummerċjali inġusta kopert mill-investigazzjoni jew id-deċiżjoni amministrattiva fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità tal-infurzar biex twaqqaf il-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera; |
|
(c) |
il-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera ma tkunx saret fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità tal-infurzar u għalhekk ma jkun hemm bżonn li tittieħed l-ebda miżura ta’ infurzar skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/633 minn dik l-awtorità tal-infurzar. |
2. Meta awtorità tal-infurzar tirrifjuta li tieħu sehem fl-azzjoni kkoordinata, din għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra kkonċernati mill-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera dwar id-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u tipprovdi kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ.
Artikolu 20
Investigazzjonijiet f’azzjonijiet ikkoordinati
1. L-awtoritajiet tal-infurzar li jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata għandhom jiżguraw li jwettqu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-ħin, b’mod effettiv u kkoordinat. L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom ifittxu li jwettqu investigazzjonijiet u spezzjonijiet u, sa fejn il-liġi nazzjonali tippermetti dan, li japplikaw miżuri interim simultanjament ma’ dawk ta’ awtoritajiet tal-infurzar oħra.
2. L-awtoritajiet tal-infurzar li jieħdu sehem fl-azzjoni koordinata għandhom jistabbilixxu, f’dikjarazzjoni komuni, l-eżitu tal-investigazzjoni u l-valutazzjoni tal-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera, fejn jiġbru fil-qosor il-miżuri nazzjonali meħuda u, fejn applikabbli, l-opinjonijiet differenti tal-awtoritajiet tal-infurzar.
3. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u dwar is-segretezza kummerċjali stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati mill-azzjoni kkoordinata għandhom jippubblikaw id-dikjarazzjoni komuni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew partijiet minnha fuq is-siti web tagħhom u jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-pubblikazzjoni.
Artikolu 21
Miżuri ta’ infurzar f’azzjonijiet ikkoordinati
1. L-awtoritajiet tal-infurzar li jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata għandhom, fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, jieħdu l-miżuri ta’ infurzar kollha meħtieġa skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/633 kontra x-xerrej jew ix-xerrejja responsabbli għall-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera sabiex iwaqqfu dik il-prattika kummerċjali inġusta.
2. Il-miżuri ta’ infurzar skont il-paragrafu 1 għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet tal-infurzar f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-Istati Membri tagħhom u b’mod ikkoordinat biex iwaqqfu l-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera. L-awtoritajiet tal-infurzar li jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata għandhom ifittxu li jieħdu miżuri ta’ infurzar simultanjament fl-Istati Membri kkonċernati minn dik il-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera.
Artikolu 22
Waqfien ta’ azzjoni kkoordinata
1. Azzjoni kkoordinata għandha tieqaf jekk l-awtoritajiet tal-infurzar li jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata jikkonkludu li l-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera waqfet fl-Istati Membri kollha kkonċernati, jew li ma twettqet l-ebda prattika kummerċjali inġusta bħal din.
2. Il-koordinatur maħtur f’konformità mal-Artikolu 18(2) għandu jinnotifika, meta applikabbli u mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri kkonċernati mill-azzjoni kkoordinata u lill-Kummissjoni dwar il-waqfien ta’ dik l-azzjoni kkoordinata.
Artikolu 23
Rwol tal-koordinatur
1. Il-koordinatur maħtur f’konformità mal-Artikolu 18(2) għandu b’mod partikolari:
|
(a) |
jiżgura li l-awtoritajiet tal-infurzar li jkunu qed jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata jkunu informati kif xieraq u fil-ħin dwar il-progress tal-investigazzjoni jew tal-azzjoni ta’ infurzar, u informati bi kwalunkwe pass antiċipat li jmiss u l-miżuri li għandhom jiġu adottati; |
|
(b) |
jikkoordina u jissorvelja l-miżuri investigattivi meħuda mill-awtoritajiet tal-infurzar li jkunu qed jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata f’konformità ma’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
jikkoordina t-tħejjija u l-kondiviżjoni tad-dokumenti kollha meħtieġa fost l-awtoritajiet tal-infurzar li jkunu qed jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata; |
|
(d) |
jinforma lix-xerrej jew ix-xerrejja bit-tnedija ta’ azzjoni kkoordinata u jżomm kuntatt max-xerrej jew ix-xerrejja u ma’ partijiet oħra kkonċernati mill-investigazzjoni jew il-miżuri ta’ infurzar, kif applikabbli, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-awtoritajiet tal-infurzar li jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata u mill-koordinatur; |
|
(e) |
fejn applikabbli, jikkoordina l-valutazzjoni, il-konsultazzjonijiet u l-monitoraġġ mill-awtoritajiet tal-infurzar li jkunu qed jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata kif ukoll passi oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-impenji proposti mix-xerrej ikkonċernat; |
|
(f) |
fejn applikabbli, jikkoordina l-miżuri ta’ infurzar adottati mill-awtoritajiet tal-infurzar li jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata; |
|
(g) |
jikkoordina talbiet għal assistenza reċiproka ppreżentati mill-awtoritajiet tal-infurzar li jkunu qed jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata skont il-Kapitolu III. |
Fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-punti (b), (c), (e), (f) u (g) tal-ewwel paragrafu, il-koordinatur għandu jkun assistit mill-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra li jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata.
2. Il-koordinatur ma għandux jinżamm responsabbli għall-azzjonijiet jew għall-ommissjonijiet tal-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra li jkunu qed jieħdu sehem fl-azzjoni kkoordinata meta jagħmlu użu mis-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/633 u f’dan ir-Regolament.
Artikolu 24
Sistema ta’ twissija
1. Awtorità tal-infurzar għandha mingħajr dewmien twissi lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra kollha li tista’ tkun qed isseħħ prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera, irrispettivament minn jekk din tkunx qed isseħħ ġewwa l-Unjoni biss jew tkunx qed isseħħ kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiż terz wieħed jew aktar. Il-Kummissjoni tista’ tissupplimenta dik it-twissija bi kwalunkwe informazzjoni li x’aktarx tiffaċilita azzjoni rapida u xierqa mill-awtoritajiet tal-infurzar.
2. L-awtorità tal-infurzar għandha, meta toħroġ it-twissija msemmija fil-paragrafu 1, tipprovdi informazzjoni dwar il-prattika kummerċjali inġusta mifruxa ssuspettata b’dimensjoni transfruntiera koperta minn dan ir-Regolament, inkluż dan li ġej:
|
(a) |
deskrizzjoni dettaljata tal-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera; |
|
(b) |
l-Istati Membri kkonċernati jew possibbilment ikkonċernati mill-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera; |
|
(c) |
l-identità tax-xerrej jew tax-xerrejja ssuspettati li wettqu l-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera; |
|
(d) |
il-prattika kummerċjali inġusta kkonċernata skont id-Direttiva (UE) 2019/633 u skont il-liġi nazzjonali; |
|
(e) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe proċediment legali, miżura ta’ infurzar jew miżura oħra meħuda dwar il-prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera u d-dati u d-durata tagħhom, kif ukoll l-istatus tagħhom; |
|
(f) |
l-identitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar li jressqu l-proċedimenti u li jieħdu l-miżuri msemmija fil-punt (e). |
3. L-awtorità tal-infurzar tista’, meta toħroġ twissija, titlob lill-awtoritajiet tal-infurzar fi Stati Membri oħra biex jivverifikaw, abbażi ta’ informazzjoni li tkun disponibbli jew aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar rilevanti, jekk l-istess prattika kummerċjali inġusta mifruxa b’dimensjoni transfruntiera tistax tkun qiegħda sseħħ fit-territorju ta’ dawk l-Istati Membri l-oħra jew jekk kwalunkwe proċediment ikunx pendenti jew jekk kwalunkwe miżura ta’ infurzar tkunx diġà ttieħdet kontra dik il-prattika kummerċjali inġusta f’dawk l-Istati Membri. L-awtoritajiet tal-infurzar f’dawk l-Istati Membri l-oħrajn għandhom iwieġbu għat-talba mingħajr dewmien.
Artikolu 25
Arranġamenti lingwistiċi
1. Il-lingwi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar għan-notifiki u l-komunikazzjoni l-oħra kollha koperti minn dan il-Kapitolu li huma marbuta mal-azzjonijiet ikkoordinati għandu jsir qbil dwarhom mill-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati.
2. Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim bejn l-awtoritajiet tal-infurzar ikkonċernati dwar il-lingwi li għandhom jintużaw, in-notifiki u l-komunikazzjoni l-oħra għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali, jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru li jagħmel in-notifika jew komunikazzjoni oħra, flimkien ma’ traduzzjoni ta’ korteżija bl-Ingliż jekk jintalab dan.
KAPITOLU VI
KOOPERAZZJONI FIR-RIGWARD TA’ FORNITURI JEW XERREJJA STABBILITI BARRA MILL-UNJONI
Artikolu 26
Kooperazzjoni fir-rigward ta’ fornituri jew xerrejja stabbiliti barra mill-Unjoni
B’rabta mal-prattiki kummerċjali inġusti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2019/633 li jseħħu fir-rigward tal-bejgħ ta’ prodotti agrikoli u alimentari bejn xerrejja u fornituri kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva (UE) 2019/633 meta l-fornituri jew ix-xerrejja jkunu stabbiliti barra mill-Unjoni, awtorità tal-infurzar tista’:
|
(a) |
titlob informazzjoni mingħand awtorità tal-infurzar ta’ Stat Membru ieħor biex jiġi stabbilit jekk seħħitx jew tkunx qed isseħħ prattika kummerċjali inġusta fl-Istat Membru tal-awtorità tal-infurzar applikanti; għall-finijiet ta’ talba bħal din, l-Artikoli 6, 7(1), (2) u (3), 10, 11, 12, 13(1) u 14 għandhom japplikaw mutatis mutandis; |
|
(b) |
twissi lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra kkonċernati meta tissuspetta li tkun qed isseħħ prattika kummerċjali inġusta fil-konfront ta’ fornitur stabbilit barra mill-Unjoni jew minn xerrej stabbilit barra mill-Unjoni u li dik il-prattika kummerċjali inġusta tista’ tikkonċerna xerrejja jew fornituri stabbiliti f’mill-inqas tliet Stati Membri; għall-finijiet ta’ twissijiet bħal dawn, l-Artikoli 6, 24 (2) u (3) u 25 għandhom japplikaw mutatis mutandis. |
Artikolu 27
Persuna ta’ kuntatt responsabbli għall-Unjoni
1. Meta awtorità tal-infurzar tieħu miżuri investigattivi kontra xerrej stabbilit barra mill-Unjoni b’rabta ma’ prattika kummerċjali inġusta stabbilita fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2019/633, u jekk tqis li dak ix-xerrej ma jkunx qed jikkoopera magħha, hija tista’ tirrikjedi li x-xerrej jaħtar bħala l-persuna ta’ kuntatt tiegħu responsabbli għall-Unjoni persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fit-territorju tal-Unjoni.
2. Il-persuna ta’ kuntatt responsabbli għall-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
|
(a) |
taġixxi bħala l-punt primarju ta’ kuntatt għall-awtorità tal-infurzar ikkonċernata; |
|
(b) |
tiffaċilita l-investigazzjonijiet, anke billi tipprovdi d-dokumenti, ir-rekords tat-tranżazzjonijiet, id-data u d-dikjarazzjonijiet tax-xhieda mitluba lill-awtorità tal-infurzar ikkonċernata. |
3. Meta x-xerrej stabbilit barra mill-Unjoni ma jissodisfax it-talba msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-infurzar li tkun ħarġet it-talba għandha mingħajr dewmien twissi lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-infurzar l-oħra kollha li dak ix-xerrej ikun naqas milli jaħtar persuna ta’ kuntatt responsabbli għall-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ tissupplimenta dik it-twissija bi kwalunkwe informazzjoni li x’aktarx tiffaċilita azzjoni rapida u xierqa mill-awtoritajiet tal-infurzar.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 28
Obbligu ta’ rappurtar tal-Kummissjoni
1. Sal-11 ta’ Settembru 2031, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tqis dak ir-rapport meta twettaq l-evalwazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/633. L-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva li tikkonċerna dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tibbaża r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fuq ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva (UE) 2019/633. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istati Membri.
3. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddeskrivi l-evoluzzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni stabbiliti skont dan ir-Regolament u tal-attività ta’ infurzar, b’mod partikolari l-identifikazzjoni tal-aktar tipi frekwenti ta’ prattiki kummerċjali inġusti transfruntieri, l-aktar setturi milquta, u t-tipi ta’ xerrej, inkluż dawk stabbiliti barra mill-Unjoni, li komunement ikunu l-aktar involuti.
Artikolu 29
Rapportar mill-Istati Membri
Ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2019/633 għandu jinkludi dettalji tal-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk id-dettalji għandhom, fost oħrajn, jinkludu l-għadd ta’ talbiet li rċevew l-awtoritajiet tal-infurzar mitluba, f’konformità mal-Artikoli 7, 8, 9 u 12 ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-għadd ta’ azzjonijiet ikkoordinati kontra prattiki kummerċjali inġusti mifruxa b’dimensjoni transfruntiera, f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, miftuħa jew magħluqa matul is-sena preċedenti. Għal kull talba jew azzjoni li tkun ġiet konkluża, ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-kwistjoni u tal-passi u l-miżuri meħuda.
Artikolu 30
Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern
1. Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikoli 7, 8, 9, 11, 12 u 13, l-Artikoli 15 sa 22, u l-Artikoli 24, 26 u 27 ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-għodda li għandha tintuża għall-ġestjoni tan-notifiki u l-komunikazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar biex jitqiesu l-ħtiġijiet tekniċi futuri.
Artikolu 31
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 30(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-9 ta’ Marzu 2026. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega ta’ setgħat mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, għajr jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal din l-estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 30(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 30(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 32
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-10 ta’ Settembru 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Marzu 2026.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. RAOUNA
(1) ĠU C, C/2025/2970, 16.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2970/oj.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2026 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Marzu 2026.
(3) Id-Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/633/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(5) Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/976/oj).
(7) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2005/214/oj).
(8) Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/41/oj).
(9) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/943/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1024/oj).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/697/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)