|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/60 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1757
tat-23 ta’ Ottubru 2019
li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji ta’ pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 9(1)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(i), l-Artikolu 12(1), (4) u (5), l-Artikolu 13(2), u l-Artikoli 15, 16, 17 u 19 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-11 ta’ April 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (4) meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE. Skont dik id-Deċiżjoni, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ġie estiż bmod ulterjuri sal-31 ta’ Ottubru 2019. Għalhekk, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit mill-1 ta’ Novembru 2019 (“id-data tal-ħruġ”). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/156/KE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjoni tal-ekwidi fl-Unjoni. Hija tistipula li jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni biss l-ekwidi li jiġu minn pajjiż terz jew minn parti minn pajjiż terz f’lista ta’ pajjiżi terzi mfassla skont dik id-Direttiva, u li jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jaqbel ma’ mudell li wkoll ikun imfassal skont dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjoni fl-Unjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni tal-ispeċijiet ekwini. Din tipprevedi li jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss dawk il-komoditajiet li jiġu minn pajjiż terz jew minn parti minn pajjiż terz f’lista ta’ pajjiżi terzi mfassla skont dik id-Direttiva, u li jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jaqbel ma’ mudell li wkoll ikun imfassal skont dik id-Direttiva. Iċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jiċċertifika li l-prodotti jkunu ġejjin minn ċentri approvati tal-ġbir u tal-ħżin jew minn timijiet tal-ġbir u tal-produzzjoni li joffru garanziji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness D(I) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 (5) jistabbilixxi, inter alia, il-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorju ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw id-dħul ta’ ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom. |
|
(5) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu għal ċerti komoditajiet jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2009/156/KE u 92/65/KEE, u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta’ mill-inqas disa’ xhur. |
|
(6) |
Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji ta’ pajjiżi terzi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 li minnhom huwa awtorizzat id-dħul ta’ kunsinni ta’ ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-istatus ta’ saħħa tal-ekwidi fir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u d-Dipendenzi tal-Kuruna, jenħtieġ li dawn il-pajjiżi jiġu assenjati lill-grupp sanitarju A, u jenħtieġ li jiġu permessi t-tipi kollha ta’ dħul u d-dħul tal-kategoriji kollha ta’ ekwidi. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Novembru 2019, sakemm f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2019.
Madankollu, ma għandhiex tapplika jekk f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni jibqa’ japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(2) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(3) ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101. 11.4.2019, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 1).
ANNESS
It-tabella stabbilita fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 hija emendata kif ġej:
|
(a) |
il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għall-Gżejjer Falkland:
|
|
(b) |
il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Iżrael:
|
|
(c) |
il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżlanda:
|