|
29.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/20 |
KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ DEĊIŻJONI ATALANTA/4/2009
tas-27 ta’ Mejju 2009
dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2009/413/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK il-Viċi-Ammirall Philip Johns inħatar bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit ħabbar id-disponibbiltà tal-Viċi-Ammirall Peter HUDSON biex jissostitwixxi lill-Viċi-Ammirall Philip JOHNS bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall Peter HUDSON huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fit-3 ta’ Ġunju 2009.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
I. ŠRÁMEK