Official Journal L 169 , 28/06/1976 P. 0056 - 0057
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0157
Greek special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0188
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0157
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0176
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 10 P. 0176
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1526/76 tal-24 ta’ Ġunju 1976 li jirrigwarda l-importazzjoni ta’ granza, ponot, jew residwi oħra li jiġu bl-għarbil, it-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċerti ċereali li jiġu mill-Marokk IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 113 tagħhom, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u s-Saltna tal-Marokk u l-Ftehim Interim [2] fuq l-implimentazzjoni avvanzata ta’ ċerti disposizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni ġew iffirmati fis-27 ta’ April 1976; Billi, taħt l-Artikolu 23 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Artikolu 16 tal-Ftehim Interim, ladarba l-Marokk jintaxxa imposta speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ granza, ponot u residwi magħmula mill-għarbil, mit-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċereali, ħlief għall-qamħirrun jew ir-ross, li jaqgħu taħt is-sottointestatura 23.02 A II tat-Tariffi Doganali Komuni, il-komponent varjabbli ta’ imposta ta’ importazzjoni għandha titnaqqas b’ammont ekwivalenti ta’ 60 % tal-medja tal-komponenti varjabbli tal-levies fuq il-prodott ikkonċernat għat-tlett xħur qabel ix-xahar li fih tali ammont huwa stabbilit u l-komponent fiss m’għandux jiġi impost; Billi dan il-ħlas speċjali fuq l-esportazzjoni għandu jiġi rifless fil-prezz ta’ importazzjoni ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità; Billi, sabiex jiżgura li dawn il- Ftehim huma applikati kif suppost, għandhom jittieħdu miżuri li jġelgħu lill-importatur, fil-perjodu li l-granza, l-ponot u r-residwi l-oħra huma importati, sabiex iforni prova li l-imposta speċjali fuq l-esportazzjoni nġabret mill-Marokk; Billi,in segwitu inter alia għall-Ftehim fil-forma ta’ bdil ta’ ittri rigward l-Artikolu 23 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Artikolu 16 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u s-Saltna tal-Marokk rigward l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza u ponot li oriġinaw fil-Marokk [3], dawn il- Ftehim jinħtieġu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħhom, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-komponent varjabbli tal-imposta fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza, ponot u residwi magħmula mill-għarbil, mit-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċereali, għajr għall-qamħirrun jew għar-ross, li jaqgħu taħt is-sottointestatura 23.02 A. II tat-Tariffi Doganali Komuni li oriġinaw fil-Marokk għandha tkun dik ikkalkulata skond l-Artiklolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2744/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti pproċessati minn ċereali u mir-ross [4], nieqes l-ammont ekwivalenti ta’ 60 % tal-medja ta’ komponenti varjabbli ta’ imposti fuq il-prodott in kwistjoni għat-tlett xhur qabel ix-xahar li fih tali ammont huwa stabbilit. Artikolu 2 L-Artikolu 1 għandu japplika għal kull importazzjoni li fir-rigward tagħha l-importatur jista’ iforni prova li l-imposta speċjali fuq l-esportazzjoni ġiet imposta mill-Marokk skond l-Artikolu 23 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni jew ma’ l-Artikolu 16 tal-Ftehim Interim. Artikolu 3 Regoli ddetaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment rigward l-iffissar ta’ l-ammont li bih l-imposta trid titnaqqas, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 359/67/KEE. Artikolu 4 Il-komponent stabbilit ta’ l-imposta fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza, ponot u residwi oħra magħmula mill-għarbil, mit-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċereali, għajr għall-qamħirrun jew għar-ross, li jaqgħu taħt is-sottotitlu 23.02 A. II ta’ t-Tariffi Doganali Komuni li joriġinaw fil-Marokk ma għandhiex tkun imposta. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ tibdil ta’ ittri relatati ma’ l-Artikolu 23 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Artikolu 16 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u s-Saltna tal-Marokk rigward l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza u ponot li joriġinaw fil-Marokk. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Ġunju 1976. Għall-Kunsill Il-President G. Thorn [1] Opinjoni mogħtija fit-18 ta’ Ġunju 1976 u għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 141, tat-28.5.1976, p. 98. [3] Ara paġna 54 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [4] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 65. --------------------------------------------------