31982L0287



Official Journal L 131 , 13/05/1982 P. 0024 - 0026
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0016
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 25 P. 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0003


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-13 ta' April 1982

li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 69/208/KEE dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf u ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra rispettivament, u d-Direttivi 78/386/KEE u 78/388/KEE

(82/287/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 81/126/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1969 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibri [3], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 81/126/KEE, u b'mod partikulari l-Artikolu 20a tagħha,

Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku u tekniku, l-Annessi I u II għad-Direttivi 66/401/KEE u 69/208/KEE għandhom jiġu emendati għar-raġunijiet elenkati hawn taħt;

Billi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-uċuħ tar-raba’ u miż-żerriegħa, inklużi n-normi tal-purità tal-varjetà, għandhom jiġu emendati sabiex ikunu konformi ma’ l-iskemi għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ddestinata għall-kummerċ internazzjonali stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD); billi d-dati għall-implimentazzjoni stabbiliti fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 78/386/KEE tat-18 ta' April 1978 li temenda l-Anness tad-Direttiva 66/401/KEE dwar il-bejgħ taż-żerriegħ għall-għalf [4], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 81/126/KEE, u fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 78/388/KEE tat-18 ta' April 1978 li temenda l-Anness tad-Direttiva 69/208/KEE dwar il-bejgħ tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra [5], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 81/126/KEE, għandha konsegwentement tiġi adattata għas-sitwazzjoni attwali;

Billi ma’ kienx possibli fis-sitwazzjoni preżenti li jkun hemm provvediment għall-armonizzazzjoni fil-Komunità tal-kondizzjonijiet fir-rigward tan-normi ta' purità fil-varjetà li l-uċuħ tar-raba’ jew iż-żerriegħa għandhom jissodisfaw fil-każ ta' l-ibridi tal-ġirasol; billi, b'dankollu, għandu jsir tentattiv qabel l-1 ta' Lulju 1983 sabiex ikunu stabbiliti dawn in-normi biex tinkiseb l-armonizzazzjoni;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 66/401/KEE huwa emendat kif ġej:

1. Fit-tieni u t-tielet sentenzi tal-paragrafu 4, il-kliem "Vicia faba" huma miżjuda wara l-kliem "Pisum sativum".

2. Fit-tieni u t-tielet sentenzi tal-paragrafu 4, il-kliem "Raphanus sativus ssp. oleifera" huma mħassra.

L-Artikolu 2

L-Anness II tad-Direttiva 66/401/KEE huwa emendat kif ġej:

1. Il-Paragrafu 1 tat-Taqsima I huwa mibdul b'dan li ġej:

"Iż-żerriegħa għandha jkollha biżżejjed identità tal-varjetà u l-purità.

Partikolarment, iż-żerriegħa ta' l-ispeċi elenkati hawn taħt għandhom iħarsu n-normi li ġejjin jew il-kondizzjonijiet l-oħra. Il-purità tal-varjetà minima għandha tkun:

- Poa spp., varjetajiet apomiktiċi uniklonali: 98 %,

- Pisum sativum, Vicia faba, Brassica napus var. napobrassica, Brassica oleracea conv. acephala:

- żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni: 99 %,

- żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni u l-ġenerazzjonijiet ta' wara: 98 %.

Il-purità minima tal-varjetà għandha tiġi eżaminata prinċipalment fl-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa b'mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I."

2. Il-paragrafu 1 tat-Taqsima II huwa mibdul b'dan li ġej:

"Iż-żerriegħa tal-Pisum sativum, Brassica napus var. napobrassica, Brassica oleracea conv. acephala, Vicia faba u ta' l-apomictic uni-clonal varjetajiet tal-Poa spp., għandha tkun konformi man-normi jew mal-kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin:

Il-purità minima tal-varjetà għandha tkun ta' 99,7 %.

Il-purità minima tal-varjetà għandha tiġi eżaminata prinċipalment fl-ispezzjonijiet fuq il-post mwetqa bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I."

L-Artikolu 3

L-Anness I tad-Direttiva 69/208/KEE huwa emendat kif ġej:

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-uċuħ tar-raba għandhom ikollhom biżżejjed identità tal-varjetà u purità tal-varjetà.

B’mod partikulari, l-uċuħ tar-raba tal-Brassica juncea, Brassica nigra, Cannabis sativa, Carum carvi u Gossypium sp., għandhom ikunu konformi man-normi li ġejjin:

In-numru tal-pjanti ta' l-uċuħ tar-raba’ li jintagħrfu bħala li ovvjament ma jappartienux għall-varjetà m'għandux jeċċedi:

- wieħed kull 30 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika,

- wieħed kull 10 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertfikata."

L-Artikolu 4

L-Anness II tad-Direttiva 69/208/KEE huwa emendat kif ġej:

Il-paragrafu 1 tat-Taqsima I huwa mibdul b'dan li ġej:

"Iż-żerriegħa għandha jkollha biżżejjed identità tal-varjetà u purità tal-varjetà. B'mod partikolari, ż-żerriegħa ta' l-ispeċi elenkati hawn taħt għandhom ikunu konformi man-normi u l-kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin:

Speċi u kategorija | Purità minima tal-varjetà (%) |

1 | 2 |

Arachis hypogaea:

—żerriegħa bażika | 99,7 |

—żerriegħa ċċertifikata | 99,5 |

Brassica napus ssp. oleifera, apparti mill-varjetajiet ta' l-għalf, Brassica rapa, apparti mill-varjetajiet ta' l-għalf

—żerriegħa bażika | 99,9 |

—żerriegħa ċċertifikata | 99,7 |

Brassica napus ssp. oleifera, varjetajiet ta' l-għalf, Brassica rapa, varjetajiet ta' l-għalf, Helianthus annuus, apparti mill-varjetajiet ibridi inklużi l-komponenti tagħhom, Sinapis alba:

—żerriegħa bażika | 99,7 |

—żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni | 99 |

—żerriegħa ċċertifikata, it-tieni u l-ġenerazzjoniet ta' wara | 98 |

Linum usitatissimum:

—żerriegħa bażika | 99,7 |

—żerriegħa ċċertifikata, ta' l-ewwel ġenerazzjoni | 98 |

—żerriegħa ċċertifikata, tat-tieni u t-tielet ġenerazzjonijiet | 97,5 |

Papaver somniferum:

—żerriegħa bażika | 99 |

—żerriegħa ċċertifikat | 98 |

Glycine max:

—żerriegħa bażika | 97 |

—żerriegħa ċċertifikata | 95 |

Il-purità minima tal-varjetà għandha tiġi eżaminata prinċipalment fl-ispezzjoniet fuq il-post imwettqa bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I."

L-Artikolu 5

Fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 78/386/KEE, "fl-1 ta' Jannar 1982" huwa mibdul bi "f’data li għandha tiġi stabbilita aktar’ l quddiem".

L-Artikolu 6

Fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 78/388/KEE, "fl-1 ta' Jannar 1982" huwa mibdul bi "f'data li għandha tiġi stabbilita aktar ’l quddiem".

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma:

- id-dispożizzjonijiet t' l-Artikoli 5 u 6, b'effett mill-1 ta' Jannar 1982,

- id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 fir-rigward taż-żerriegħa tal-Poa spp., b'effett mill-1 ta' Jannar 1983,

- id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1983.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa ma’ tkunx soġġetta għal ebda restrizzjoni fuq il-bejgħ minħabba d-dati differenti ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, bi qbil mat-tielet inċiż tal-paragrafu 1.

L-Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' April 1982.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66.

[2] ĠU L 67, tat-12.3.1981, p. 36.

[3] ĠU L 169, ta' l-10.7.1969, p. 3.

[4] ĠU L 113, tal-25.4.1978, p. 1.

[5] ĠU L 113, tal-25.4.1978, p. 20.

--------------------------------------------------