31.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/45


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10999 — SABIC AN / ETG WORLD / EIHL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 36/04)

1.   

Fl-20 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SABIC Agri-Nutrients Company (“SABIC AN”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija), ikkontrollata minn Saudi Basic Industries Corporation (“SABIC”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija), li min-naħa tagħha hija kkontrollata minn Saudi Arabian Oil Company (“Saudi Aramco”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija),

—

ETC Group (“ETG World”, Mauritius),

—

ETG Input Holdco Limited (“EIHL”, l-Emirati Għarab Magħquda), bħalissa kkontrollata bi sħab minn ETG World u l-Fond għall-Pensjonijiet tal-Impjegati tal-Gvern tal-Afrika t’Isfel, irrappreżentata mill-Public Investment Corporation SOC Limited of South Africa (il-“PIC”, l-Afrika t’Isfel).

SABIC, AN u ETG World se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ EIHL.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

SABIC AN hija produttur ta’ diversi materjali fertilizzanti li primarjament tbigħ lil klijenti fl-Arabja Sawdija.

—

ETG World hija konglomerat multinazzjonali b’portafoll varjat ta’ għarfien espert fost diversi industriji, li jinkludi fertilizzanti agrikoli (permezz ta’ EIHL), il-loġistika, il-merchandising u l-ipproċessar, l-ottimizzazzjoni tal-katina tal-provvista, it-trasformazzjoni diġitali, u l-enerġija.

—

EIHL timporta, tħallat, u tiddistribwixxi fertilizzanti b’enfasi fuq il-kontinent Afrikan, u mhijiex attiva fiż-ŻEE. L-attività primarja ta’ EIHL hija li takkwista materja prima tal-fertilizzanti, tħallathom f’taħlitiet ta’ fertilizzanti u tqassamhom lill-bejjiegħa bl-imnut u direttament lill-klijenti finali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10999 — SABIC AN / ETG WORLD / EIHL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.