|
28.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK
2012/C 59/02
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK (2).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK.
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (KE) 314/2004, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG K Unità ta' Koordinazzjoni |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(2) ĠU L 54, 28.2.2012, p. 20.