9.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10012 – Hg / KKR / Citation)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 377/11)

1.   

Fit-30 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

HgCapital, LLP (“Hg”, ir-Renju Unit),

—

KKR & Co, Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Rocket Topco Limited u s-sussidjarji tagħha (“Citation”, ir-Renju Unit).

Hg u KKR se jakkwistaw kontroll bi sħab fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ta’ Citation kollha kemm hi. KKR bħalissa għandha kontroll esklużiv ta’ Citation.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Hg: kumpanija ta’ ekwità privata li tiġġestixxi fondi ta’ investiment li jinvestu prinċipalment fl-Ewropa Hija għandha uffiċċji tal-investiment f’Londra, Munich u New York u, permezz tas-sussidjarji tagħha, tamministra investimenti kapitali, toffri servizzi ta’ konsulenza u servizzi oħra għal varjetà ta’ kumpaniji ta’ parteċipazzjoni, bħal fondi ta’ ekwità privata, fondi tal-pensjonijiet u kumpaniji oħra ta’ investiment. Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ Hg jinkludu l-ġbir ta’ kapital biex tinvesti fis-suq Ewropew tal-ekwità privata.

—

KKR: ditta ta’ investiment globali, li toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ fondi ta’ assi alternattivi u prodotti ta’ investiment oħrajn lill-investituri u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq tal-kapital għad-ditta, il-kumpaniji tal-portafoll tagħha u l-klijenti l-oħra,

—

Citation: forniment ta’ servizzi ta’ Konformità esternalizzati (Riżorsi Umani / il-Liġi dwar ix-Xogħol, is-Saħħa u s-Sigurtà) u l-Kwalità (ċertifikazzjoni tal-ISO, verifika tal-fornituri) lill-SMEs fir-Renju Unit kollu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10012 — Hg/KKR/Citation

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.