|
7.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 38/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Frar 2009
li twaqqaf il-proċedura ta’ anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar rrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2009/106/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1. It-tnedija tal-proċediment
|
(1) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni bdiet, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“avviż ta’ tnedija”), proċediment ta’ anti-dumping dwar importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar irrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq, jiġifieri:
li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(2) |
Il-proċediment ta’ anti-dumping beda wara li fit-30 ta’ Ottubru 2007 tressaq ilment minn EUROFER (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar rrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq fil-Komunità. |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati u ż-żjarat ta’ verifika
|
(3) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bit-tnedija tal-proċediment lill-produtturi tal-esportazzjoni fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-importaturi/utenti magħrufa rilevanti, ir-rappreżentanti kkonċernati tal-pajjiż li qed jesporta, produtturi f’pajjiżi analogi potenzjali kif ukoll il-produtturi magħrufa kollha tal-Komunità. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien li ġie stabbilit fl-avviż ta’ tnedija. |
|
(4) |
Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi ta’ esportazzjoni Ċiniżi, produtturi u importaturi tal-Komunità, fl-avviż ta’ tnedija kien previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni ta’ dumping, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jkollhom l-opportunità li jressqu talba gћal trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”) u/jew trattament individwali (“IT”), jekk hekk ikunu xtaqu, il-Kummissjoni bagћtet il-formoli xierqa lill-produtturi esportaturi magћrufa rilevanti kif ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa rilevanti u rċeviet risposti minn seba’ produtturi esportaturi Ċiniżi magħżula bħala kampjun, minn sitt produtturi tal-Komunità, minn tliet importaturi, minn seba’ utenti tal-Komunità u produttur wieħed Brażiljan (il-Brażil intuża bħala pajjiż analogu). Seba’ assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-Komunità esprimew ukoll il-fehmiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li għamlu din it-talba fiż-żmien stipulat u li indikaw li kien hemm raġunijiet partikolari il-għala għandhom ikollhom smigħ kienu allokati seduta. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għall-iskop ta’ MET u għad-determinazzjoni tad-dumping, tal-ħsara li tirriżulta u tal-interess Komunitarju. Żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(8) |
Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi li jesportaw fir-RPĊ li jista’ ma jingћatalhomx MET, saret verifika fil-bini tal-kumpanija li ġejja biex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-dejta tal-pajjiż analogu, f’dan il-każ il-Brażil:
|
1.3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
|
(9) |
L-investigazzjoni ta’ dumping u ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2006 sat-30 ta’ Novembru 2007 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sat-tmiem tal-PI (“il-perjodu meqjus”). |
1.4. Rapport Provviżorju u l-proċedura sussegwenti
|
(10) |
Fil-15 ta’ Settembru 2008 il-Kummissjoni rrivelat lill-partijiet interessati Rapport Provviżorju li jistipula s-sejbiet fir-rigward ta’ dan il-proċediment, jiġifieri l-fatt li l-investigazzjoni stabbiliet b’mod proviżorju l-eżistenza ta’ dumping imma mhux dik ta’ ħsara materjali u enfasizzat il-ħtieġa li jkun investigat aktar l-aspett tal-possibbilità ta’ theddida ta’ ħsara. Fuq il-bażi tas-sejbiet kien ikkunsidrat xieraq li ma jiġix impost dazju proviżjonali ta’ anti-dumping imma biex titkompla l-investigazzjoni. Il-partijiet kollha kienu mogħtija opportunità biex jippreżentaw evidenza u kummenti rilevanti fuq is-sejbiet. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. |
2. IRTIRAR TAL-ILMENT U TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT
|
(11) |
Permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Diċembru 2008 u indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant formalment irtira l-ilment tiegħu. Skont il-kwerelant, dan l-irtirar tqanqal minħabba t-taqlib riċenti fis-suq. Minħabba dawn il-kundizzjonijiet il-kwerelant ma jridx ikompli bil-każ tiegħu dwar theddida ta’ ħsara bbażata fuq il-volum li kien imsejjes fuq analiżi ta’ dejta storika li ma għadhiex tirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Skont il-kwerelant, f’dawn iċ-ċirkustanzi huwa aħjar li tieħu azzjonijiet fir-rigward ta’ prassi ta’ kummerċ li huma inġusti u inġurjużi, jekk dawn iseħħu, billi tibda każ mill-ġdid minflok dan il-każ li ma jistax jindirizza bis-sħiħ it-totalità tal-kwistjonijiet li l-industrija tal-Komunità għandha tiffaċċja issa. |
|
(12) |
Il-kwerelant argumenta wkoll li, meta wieħed iqis il-bidliet riċenti fil-pjan ta’ stimuli għall-esportazzjoni Ċiniża, l-esportazzjonijiet Ċiniżi għandhom jerġgħu jiżdiedu mill-ġdid. Minħabba l-periklu msemmi hawn fuq, il-kwerelant talab lill-Kummissjoni biex issegwi mill-qrib b’mod attiv importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u tkun lesta li tiftaħ proċediment ġdid fi żmien qasir. Fl-aħħarnett, il-kwerelant emfasizza li jkun fl-interess taċ-Ċina li ssegwi mill-qrib esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-futur u tassigura atteġġjament responsabbli tal-esportaturi Ċiniżi fis-suq internazzjoni tal-azzar. |
|
(13) |
Għandu jiġi nnutat li s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-prodott ikkonċernat kemm fil-KE u anke fiċ-Ċina hija kkaratterizzata minn bidla bla preċedent tal-konsiderazzjonijiet ekonomiċi fundamentali. Filwaqt li f’dawn iċ-ċirkustanzi huwa diffiċli li tagħmel preżunzjonijiet motivati dwar l-iżvilupp tas-suq fuq medda qasira u medja ta’ żmien, jidher ukoll li s-sitwazzjoni ekonomika hija volatili u li s-sejbien ta’ dumping inġurjuż ma jistax jiġi eskluż kompletament. Għaldaqstant huwa kkunsidrat xieraq li ssegwi mill-qrib, fil-futur qarib, importazzjonijiet fil-KE tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. Il-perjodu ta’ monitoraġġ ma għandux jeċċedi l-24 xahar mill-pubblikazzjoni tat-tmiem tal-proċediment preżenti. Il-Kummissjoni ma teskludix il-bidu ta’ investigazzjoni ġdida dwar l-istess prodott jekk u meta tiġi pprovduta evidenza li turi dumping inġurjuż, skont ir-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. |
|
(14) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jitwaqqaf meta l-ilment jiġi rtirat sakemm twaqqif bħal dan ma jkunx fl-interess tal-Komunità. |
|
(15) |
F’dan ir-rigward qed jiġi nnutat li l-analiżi ta’ hawn fuq tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, u li kull investigazzjoni ġdida possibbli li tista’ ssir fil-futur, ma jqanqlux dubju dwar l-azzjoni min-naħa tal-kwerelant biex jirtira. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-proċedura attwali għandha titwaqqaf peress li l-investigazzjoni ma tefgħet l-ebda dawl fuq il-possibbiltà li dan it-twaqqif ma jkunx fl-interess tal-Komunità. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu ma waslu lura l-ebda kummenti li setgħu biddlu din id-deċiżjoni. |
|
(16) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar rrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq li joriġinaw fir-RPĊ għandu jitwaqqaf mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid jew tal-azzar rrumblati fiċ-ċatt u mogħtija kisja metall stanjat imniżżel fil-jaħraq jiġifieri:
|
— |
prodotti tal-ħadid jew tal-azzar mhux-liga rrumblati fiċ-ċatt, miksija jew mgħottija biż-żingu u/jew bl-aluminju (esklużi dawk miksija bl-elettrolitiku jew mgħottija biż-żingu) normalment iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7210 41 00 , 7210 49 00 , 7210 61 00 , 7210 69 00 , 7212 30 00 , 7212 50 61 u 7212 50 69 , |
|
— |
prodotti tal-azzar liga rrumblati fiċ-ċatt, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, miksija jew mgħottija biż-żingu u/jew bl-aluminju (esklużi dawk tal-istainless steel, tal-azzar silikon-elettriku, ta’ prodotti mhux maħduma aktar minn hekk apparti milli rrumblati bis-sħana jew bil-kesħa (imnaqqsa bil-kesħa) u ta’ prodotti miksija bl-elettrolitiku jew mgħottija biż-żingu) normalment iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7225 92 00 u ex 7225 99 00 , u |
|
— |
prodotti tal-azzar liga rrumblati fiċ-ċatt, b’wisa’ ta’ anqas minn 600 mm, miksija jew mgħottija biż-żingu u/jew bl-aluminju (esklużi dawk tal-istainless steel, tal-azzar silikon-elettriku, tal-azzar b’veloċità għolja, ta’ prodotti mhux maħduma aktar minn hekk apparti milli rrumblati bis-sħana jew bil-kesħa (imnaqqsa bil-kesħa) u ta’ prodotti miksija bl-elettrolitiku jew mgħottija biż-żingu) normalment iddikjarati taħt il-kodiċijiet NM 7226 99 30 u ex 7226 99 70 , |
li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qiegħed jitwaqqaf hawnhekk.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni