Official Journal L 196 , 14/07/1998 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1488/98 tat-13 ta' Lulju 1998 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2807/83 li jippreskrivi regoli dettaljati għaż-żamma ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut ta' Stati Membri Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika ta' sajd komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2635/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(8) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 395/98 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati għaż-żamma ta' informazzjoni dwar qabdiet ta' ħut ta' Stati Membri li għalihom kienu ġew iffisati TAC u kwota; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 45/98 tad-19 ta' Diċembru 1997 li jiffissa, għal ċerti popolazzjonijiet ta' ħut, il-qabdiet totali permessi għall-1998 u ċerti kondizzjonijiet li taħthom għandhom ikunu mistada [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 783/98 [6], (KE) Nru 50/98 tad-19 ta' Diċembru 1997 li jalloka, għall-1998, kwoti ta' qabdiet tal-Komunità fl-ilmijiet ta' Greenland [7] u (KE) Nru 65/98 tad-19 ta' Diċembru 1997 li jiffissa, għal ċerti popolazzjonijiet ta' ħut li jpassi ħafna, il-qabdiet totali permessi għall-1998, id-distribuzzjoni tagħhom fi kwoti għal Stati Membri u ċerti kondizzjonijiet li taħthom għandu jsir sajd għalihom [8], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1283/98 [9], jistabbilixxi għall-1998 TAC ġodda u jalloka dawn it-TAC bejn L-Istati Membri sabiex jillimita l-qabdiet ta' numru ta' popolazzjonijiet ta' ħut jew grupp ta' popolazzjonijiet ta' ħut żejda; Billi huwa neċessarju li jkun emendat ir-Regolament (KEE) Nru 2807/83; Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għas-Sajd u Akwakultura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2807/83 huwa emendat kif ġej: 1. fl-Anness VII, il-punt 1, huwa miżjud dan li ġej: "Lepidorhombus spp. | Lingwata/barbun | LEZ | Lophiidae | Petriċa tat-tbajja | ANF | Psetta maxima | Barbun imperjali | TUR | Scophthalmus rhombus | Rombu lixx | BLL | Rajidae | Rajja | SRX | Limanda limanda | Barbun | DAB | Platichthys flesus | Barbun ta' l-għajn | FLE | Microstomus kitt | Lemon sole (lingwata) | LEM | Glyptocephalus cynoglossus | Lingwata | WIT | Mallotus villosus | Capelin | CAP | Trachurus spp . | Sawrella ta' għajnejha kbar | JAX | Pandalus borealis | Gamblu tat-Tramuntana | PRA | Ammodytidae | Sandeel | SAN | Solea spp . | Lingwata komuni | SOX | Penaeus spp . | Gambli imperjali | PEN | Thunnus thynnus | Tonna tal-pinna blu | BFT | Xiphias gladius | Pixxispad | SWO"; | 2. fl-Anness VII, il-punt 1, il-linji li ġejjin huma mħassra: "Lepidorhombus whiffiagonis | Barbun | MEG | Lophius spp . | Petriċa | MON | Trachurus trachurus | Sawrella ta' għajnejha kbar | HOM"; | 3. fl-Anness VII, il-punt 2, huwa miżjud dan li ġej: "Boreogadus saida | Bakkaljaw polari | POC | Coryphaenoides rupestris | Roundnose grenadier | RNG". | L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Lulju 1998. Għall-Kummissjoni Emma Bonino Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. [2] ĠU L 356, tal-31.12.1997, p. 14. [3] ĠU L 276, ta' l-10.10.1983, p. 1. [4] ĠU L 50, ta' l-20.2.1998, p. 17. [5] ĠU L 12, tad-19.1.1998, p. 1. [6] ĠU L 113, tal-15.4.1998, p. 8. [7] ĠU L 12, tad-19.1.1998, p. 72. [8] ĠU L 12, tad-19.1.1998, p. 145. [9] ĠU L 178, tat-23.6.1998, p. 1. --------------------------------------------------