<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-720/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0720</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:603">EU:C:2022:603</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220801">1.8.2022</DATE> – Kawża C‑720/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bundesrepublik Deutschland (Wild ta’ refuġjati, imwieled barra mill-Istat ospitanti)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20220801">1 ta’ Awwissu 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika komuni fil-qasam tal-ażil</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji u mekkaniżmi ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli sabiex iwettaq l-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III)</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn minuri fl-Istat Membru tat-twelid tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Ġenituri ta’ dan il-minuri li preċedentement kisbu l-istatus ta’ refuġjat fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(2)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20(3)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/32/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 33(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u responsabbiltà għall-eżami tagħha</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑720/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Cottbus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Cottbus, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20201214">14 ta’ Diċembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20201224">24 ta’ Diċembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">RO</HT>, legalment irrappreżentata,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesrepublik Deutschland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal, K. Jürimäe, S. Rodin, I. Ziemele u J. Passer (Relatur), Presidenti ta’ Awla, M. Ilešič, M. Safjan, D. Gratsias, M. L. Arastey Sahún, M. Gavalec, Z. Csehi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20211214">14 ta’ Diċembru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal RO, legalment irrappreżentata, minn V. Gerloff, Rechtsanwalt,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u M. Van Regemorter, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn W. Ferrante, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman, A. Hanje, M. J. Langer u M. A. M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga, L. Grønfeldt u M. C. Ladenburger, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20220324">24 ta’ Marzu 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 31</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="049" PAGE.FIRST="50" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 49, p. 50</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Dublin III<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 20(3) tiegħu, kif ukoll tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva dwar il-Proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 33(2)(a) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn RO, minuri, legalment irrappreżentat, u l-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja), dwar iċ-ċaħda, bħala inammissibbli, tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ta’ dan il-minuri, li twieled f’dan l-Istat Membru u li l-ġenituri u l-ħames aħwa tiegħu kisbu, qabel it-twelid tiegħu, protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament (KE) Nru 343/2003</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat‑<DATE ISO="20030218">18 ta’ Frar 2003</DATE> li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109), jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil taħt dan ir-Regolament għandu jkun obbligat […] jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 20, applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun taħt eżami u li jkun fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor mingħajr permess.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 343/2003 tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Dublin III</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 5 u 14 tar-Regolament Dublin III jistipulaw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(4)</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet ta’ Tampere ddikjaraw […] li [s-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (s-SEKA)] għandha tinkludi, fit-terminu qasir, metodu ċar u li jiffunzjona biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Metodu tali għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u ġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni kkonċernati. B’mod partikolari, dan il-metodu għandu jiddetermina minnufih l-Istat Membru responsabbli, biex ikun iggarantit aċċess effettiv għall-proċeduri għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali u ma jkunx kompromess l-għan tal-ipproċessar bil-ħeffa ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>F’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali[, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>,] u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ir-rispett lejn il-ħajja tal-familja għandha tkun konsiderazzjoni prinċipali tal-Istati Membru fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament Dublin III jistabbilixxi, fl-Artikolu 1 tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkun għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha deċiżjoni finali tkun għadha ma tteħditx;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>benefiċarju ta’ protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li ngħataw protezzjoni internazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva [2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>memri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser, sakemm il-familja diġà kienet teżisti fil-pajjiż ta’ oriġini, dawn il-membri tal-familja tal-applikant li huma preżenti fit-territorju tal-Istati Membri:</TXT><P>[…]</P><P>meta l-applikant ikun minorenni u mhux miżżewweġ, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-applikant, kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru fejn l-adult ikun preżenti;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Prinċipji ġenerali u salwagwardji<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jinkludi b’mod partikolari l-Artikolu 3, li min-naħa tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-aċċess għall-proċedura tal-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li l-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tiegħu jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li japplika fit-territorju ta’ xi wieħed minnhom […]. L-applikazzjoni għandha tkun eżaminata minn Stat Membru wieħed, li għandu jkun dak li l-kriterji ddikjarati fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament juru li huwa responsabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn ebda Stat Membru responsabbli ma jkun jista’ jinħatar fuq il-bażi tal-kriterji elenkati f’dan ir-Regolament, l-ewwel Stat Membru li fih l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tar-Regolament Dublin III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-Kriterji biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jinkludi b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9 u 10 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Ġerarkija ta’ kriterji<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-kriterji li jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli għandhom ikunu applikati fl-ordni li fiha huma ddikjarati f’dan il-Kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tar-Regolament Dublin III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Membri tal-familja li huma benefiċarji tal-protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Fejn l-applikant għandu membru tal-familja, bla ma jitqies jekk il-familja kenitx ifformata qabel fil-pajjiż ta’ oriġini jew le, li kien tħalla jirrisjedi bħala benefiċarju ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm il-persuni kkonċernati esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Membri tal-familja li huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Jekk l-applikant għandu membru tal-familja fi Stat Membru li l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu f’dak l-Istat Membru tkun għadha ma kenitx suġġetta għall-ewwel deċiżjoni fir-rigward tas-sustanza, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm il-persuni kkonċernati esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Persuni dipendenti u klawsoli diskrezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jinkludi b’mod partikolari l-Artikolu 17, li min-naħa tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Klawsoli diskrezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li l-paragrafu 2 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u li jkun għaddej mill-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, jew l-Istat Membru responsabbli jista’, fi kwalunkwe ħin qabel ma tittieħed l-ewwel deċiżjoni rigward is-sustanza, jitlob Stat Membru ieħor biex jieħu f’idejh l-applikazzjoni sabiex jġib flimkien kwalunkwe relazzjonijiet familjari, għal raġunijiet umanitarji bbażati b’mod partikolari fuq konsiderazzjonijiet familjari u kulturali, ukoll fejn dan l-Istat Membru l-ieħor mhux responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 11 u 16. Il-persuni kkonċernati għandhom juru li jaqblu bil-miktub.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kapitolu VI tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Il-Proċedura ta’ teħid ta’ inkarigu u ta’ teħid lura<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jinkludi fit-Taqsima I tiegħu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Il-bidu tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, l-Artikolu 20, li t-titolu tiegħu huwa identiku għal dak ta’ din it-taqsima u li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċess biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli għandu jibda hekk kif applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata għall-ewwel darba għand Stat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha titqies li kienet iddepożitata meta formola sottomessa mill-applikant jew rapport ippreparat mill-awtoritajiet ikun wasal għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn applikazzjoni ma ssirx bil-miktub, iż-żmien li jgħaddi bejn id-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni u l-preparazzjoni ta’ rapport għandu jkun kemm jista’ jkun qasir.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sitwazzjoni ta’ minorenni li jkun jakkumpanja lill-applikant u li jissodisfa ddefinizzjoni ta’ membru tal-familja għandha tkun indissoċjabbli minn dik tal-membru tal-familja tiegħu/tagħha u għandha tkun materja tal-Istat Membru responsabbli li jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta’ dak il- membru tal-familja, ukoll jekk il-minorenni mhuwiex/mhijiex individwalment applikant(a), sakemm huwa<?PAGE NO="6"?> fl-aħjar interess tal-minorenni. L-istess trattament għandu jkun applikat lil tfal imwielda wara li l-applikant jasal fit-territorju tal-Istat Membru, mingħajr il-ħtieġa li titnieda proċedura ġdida biex wieħed jinkariga ruħu minnhom</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-Taqsima II ta’ dan l-istess Kapitolu VI, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-proċeduri għat-talbiet biex jittieħed inkarigu<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, tinkludi b’mod partikolari l-Artikolu 21, li min-naħa tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Preżentazzjoni ta’ talba biex jittieħed inkarigu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Fejn Stat Membru li għandu kienet iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jikkunsidra li Stat Membru ieħor huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni, jista’, kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet iddepożitata fit-tifsira tal-Artikolu 20(2), jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu inkarigu tal-applikant.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva dwar il‑Proċeduri</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-premessa 43 tad-Direttiva dwar il-Proċeduri:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha fuq bażi sostanzjali, jiġifieri jivvalutaw jekk l-applikant ikkonċernat jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali taħt id-[Direttiva 2011/95], ħlief fejn din id-Direttiva tkun tipprovdi mod ieħor, partikolarment fejn wieħed ikun jista’ raġonevolment jassumi li pajjiż ieħor ikun sejjer jagħmel l- eżami jew jipprovdi protezzjoni suffiċjenti. B’mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jivvalutaw is-sustanza ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fejn pajjiż ta’ asil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta’ rifuġjat jew inkella protezzjoni suffiċjenti u l-applikant jiġi ammess mill-ġdid f’dak il-pajjiż.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Applikazzjonijet inammissibbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Addizzjonalment għal każijiet fejn l-applikazzjoni ma’ tiġix eżaminata skont ir-Regolament [Dublin III], l-Istati Membri mhumiex obbligati jeżaminaw jekk l-applikant jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali taħt id-[Direttiva 2011/95] fejn applikazzjoni tkun kunsidrata inammissibbli taħt dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli biss jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet mogħtija minn Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-punt 1(a) tal-Artikolu 29(1) tal-Asylgesetz (il-Liġi dwar id-Dritt għall-Ażil), tas‑<DATE ISO="19920626">26 ta’ Ġunju 1992</DATE> (BGBl. 1992 I, p. 1126), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fit‑<DATE ISO="20080902">2 ta’ Settembru 2008</DATE> (BGBl. 2008 I, p. 1798), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Applikazzjonijiet inammissibbli<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Applikazzjoni għall-ażil tkun inammissibbli meta:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Stat Membru ieħor</TXT><P>a) skont [ir-Regolament Dublin III], […]</P></NP></ITEM></LIST><P>huwa responsabbli għall-proċedura ta’ ażil,</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20120319">19 ta’ Marzu 2012</DATE>, il-ġenituri u l-ħames aħwa tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ċittadini tal-Federazzjoni Russa, kisbu l-istatus ta’ refuġjat fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Diċembru 2012, huma telqu mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru lejn il-Ġermanja fejn ippreżentaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja talbet lir-Repubblika tal-Polonja tieħu lura dawn il-persuni abbażi tal-Artikolu 16(1)(ċ) tar-Regolament Nru 343/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20130503">3 ta’ Mejju 2013</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja rrifjutat li tilqa’ din it-talba, minħabba li l-imsemmija persuni kienu diġà jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali fit-territorju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20131002">2 ta’ Ottubru 2013</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ċaħdet l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali tal-istess persuni bħala inammissibbli, minħabba l-istatus ta’ refuġjat li dawn kienu diġà kisbu fil-Polonja, u ordnatilhom jitilqu mit-territorju Ġermaniż, taħt piena ta’ tneħħija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20141107">7 ta’ Novembru 2014</DATE>, din id-deċiżjoni ġiet annullata biss f’dak li jirrigwarda l-ordni ta’ tluq mit-territorju Ġermaniż taħt piena ta’ tneħħija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li twieldet fil-Ġermanja fil‑<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE> u li hija, bħall-ġenituri tagħha u bħall-ħames aħwa tagħha, ċittadina tal-Federazzjoni Russa, ippreżentat applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali quddiem l-awtoritajiet Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge (l-Uffiċċju Federali tal-Migrazzjoni u tar-Refuġjati, il-Ġermanja) adottati rispettivament fl‑<DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE> u fid‑<DATE ISO="20190319">19 ta’ Marzu 2019</DATE>, il-ġenituri u l-aħwa tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu s-suġġett ta’ ordni ġdida ta’ tluq mit-territorju Ġermaniż taħt piena ta’ tneħħija, minħabba l-protezzjoni internazzjonali li kienu diġà jibbenefikaw minnha fil-Polonja. Ir-rikors ippreżentat kontra dawn id-deċiżjonijiet għadu pendenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190320">20 ta’ Marzu 2019</DATE>, l-Uffiċċju Federali tal-Migrazzjoni u tar-Refuġjati ċaħad l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali bħala inammissibbli, abbażi tal-punt 1(a) tal-Artikolu 29(1) tal-Liġi dwar id-Dritt għall-Ażil, moqri flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda quddiem il-qorti tar-rinviju. Skont dik il-qorti, ebda proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli, konformement mar-Regolament Dublin III, ma nbdiet fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hijiex, skont ir-Regolament Dublin III, l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali u jekk, fl-affermattiv, dan l-Istat Membru jistax madankollu jiċħad din l-applikazzjoni bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Cottbus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Cottbus, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għan tad-dritt tal-Unjoni li jiġi evitat il-moviment sekondarju, iżda wkoll fid-dawl tal-prinċipju ġenerali tal-unità tal-familja li huwa espress fir-[Regolament Dublin III], għandha ssir applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 20(3) ta’ dan ir-regolament meta wild minuri u l-ġenituri tiegħu jippreżentaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fl-istess Stat Membru, iżda fejn il-ġenituri għandhom diġà protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor filwaqt li l-wild twieled fl-Istat Membru li fih huwa ppreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-applikazzjoni għal ażil tal-wild minuri skont ir-[Regolament Dublin III] għandha ma tiġix eżaminata u għandha tittieħed deċiżjoni ta’ trasferiment skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-regolament, għar-raġuni, pereżempju, li huwa responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tal-wild minuri l-Istat Membru li fih il-ġenituri tiegħu għandhom protezzjoni internazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 20(3) tar-[Regolament Dublin III] japplika wkoll b’analoġija sa fejn, skont it-tieni sentenza tiegħu, huwa inutli li tinbeda proċedura ġdida ta’ responsabbiltà għall-wild li twieled sussegwentement, minkejja li hemm imbagħad ir-riskju li l-Istat Membru ospitanti ma jkollux għarfien tal-eventwali neċessità li tittieħed responsabbiltà għall-wild minuri jew ir-riskju li, skont il-prassi amministrattiva tiegħu, huwa jiċħad applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 20(3) tal-imsemmi regolament u, b’hekk, ikun hemm ir-riskju li l-wild minuri jsir <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>refugee in orbit<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni u t-tielet domanda, tista’ tingħata deċiżjoni ta’ inammissibbiltà skont applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 33(2)(a) tad-[Direttiva dwar il-Proċeduri], lil wild minuri li jkun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru anki jekk ma jkunx dan il-wild innifsu, iżda l-ġenituri tiegħu, li jkollhom protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fid-dawl tal-għan tar-Regolament Dublin III li jipprevjeni l-movimenti sekondarji u li jippreżerva d-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja tal-familja tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u, b’mod partikolari, l-unità tal-familja, l-Artikolu 20(3) ta’ dan ir-regolament għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli b’analoġija għas-sitwazzjoni li fiha minuri u l-ġenituri tiegħu jippreżentaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru li fih twieled dan il-minuri, filwaqt li l-ġenituri tiegħu diġà jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 20 tar-Regolament Dublin III, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Il-bidu tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u li jagħmel parti mill-Kapitolu VI ta’ dan ir-regolament li min-naħa tiegħu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Il-proċedura ta’ teħid ta’ inkarigu u ta’ teħid lura<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 tiegħu, jipprovdi li, għall-finijiet tal-imsemmi regolament, is-sitwazzjoni tal-minuri li jakkumpanja l-applikant u jissodisfa d-definizzjoni ta’ membru tal-familja hija inseparabbli minn dik tal-membru tal-familja tiegħu u taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tal-imsemmi membru tal-familja, anki jekk il-minuri ma jkunx applikant individwali, sakemm dan ikun fl-interessi superjuri tal-minuri. It-tieni sentenza tal-Artikolu 20(3) tippreċiża li l-istess trattament japplika għat-tfal imwielda wara l-wasla tal-applikant fit-territorju tal-Istati Membri, mingħajr ma jkun neċessarju li tinbeda proċedura ġdida ta’ teħid ta’ responsabbiltà għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Mill-kliem ċar tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament Dublin III jirriżulta li dan jippreżumi li l-membri tal-familja tal-minuri għad għandhom il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(c) ta’ dan ir-regolament, u li, għaldaqstant, ma jirregolax is-sitwazzjoni ta’ minuri li twieled wara li dawn il-membri tal-familja tiegħu jkunu kisbu l-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru differenti minn dak fejn il-minur ikun twieled u jirrisjedi mal-familja tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Ġermaniż, huwa irrilevanti f’dan ir-rigward il-punt dwar jekk l-imsemmija membri tal-familja ppreżentawx applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali f’dan l-aħħar Stat Membru u jekk dan ċaħadx tali applikazzjonijiet bħala inammissibbli qabel jew wara t-twelid tal-minuri kkonċernat. Fil-fatt, għandu jitfakkar li Stat Membru ma jistax validament jirrikjedi Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ teħid ta’ responsabbiltà jew ta’ teħid lura, fil-kuntest tal-proċeduri ddefiniti minn dan ir-regolament, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-ewwel wieħed minn dawn l-Istati Membri wara li jkun ingħata l-benefiċċju tal-protezzjoni internazzjonali mit-tieni minn dawn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190319">19 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Ibrahim <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑297/17, C‑318/17, C‑319/17 u C‑438/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:219">EU:C:2019:219</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 20(3) tar-Regolament Dublin III jistax madankollu japplika b’analoġija għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi enfasizzat li, kif essenzjalment irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sitwazzjoni ta’ minuri li l-membri tal-familja tiegħu huma applikanti għal protezzjoni internazzjonali u dik ta’ minuri li l-membri tal-familja tiegħu huma diġà benefiċjarji ta’ tali protezzjoni ma humiex komparabbli fil-kuntest tas-sistema stabbilita mir-Regolament Dublin III,<?PAGE NO="10"?> peress li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, rispettivament iddefiniti f’punt (c) u f’punt (f) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, jkopru fil-fatt statuti legali distinti rregolati minn dispożizzjonijiet differenti ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fl-istess punt tal-konklużjonijiet tiegħu, il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk b’mod partikolari għamel distinzjoni bejn is-sitwazzjoni tal-minuri li l-membri tal-familja tiegħu huma diġà benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru, imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament Dublin III, u dik tal-minuri li l-membri tal-familja tiegħu huma applikanti għal protezzjoni internazzjonali, imsemmija fir-rigward tiegħu fl-Artikolu 10 u l-Artikolu 20(3) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-ewwel waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet, li tikkorrispondi għal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament Dublin III lill-minuri kkonċernat iċċaħħad kemm lill-minuri ikkonċernat kif ukoll lill-Istat Membru li jkun ta protezzjoni internazzjonali lill-membri tal-familja ta’ dan il-minuri mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmi previsti minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-applikazzjoni b’analoġija tat-tieni sentenza tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament Dublin III għal tali minuri jkollha l-konsegwenza li dan jista’ jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment mingħajr ma tinbeda proċedura ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal dan il-minuri. Issa, l-eżenzjoni mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-minuri mwieled wara l-wasla tal-applikant fit-territorju tal-Istati Membri, prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament Dublin III, tippreżumi li l-minuri ser ikun inkluż fil-proċedura miftuħa fir-rigward tal-membri tal-familja tiegħu u, għaldaqstant, li din il-proċedura tkun pendenti, li ma huwiex preċiżament il-każ meta dawn il-membri tal-familja jkunu diġà kisbu protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-Istat Membru ta’ twelid tal-minuri jitħalla, b’applikazzjoni b’analoġija tat-tieni sentenza tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament Dublin III, jadotta deċiżjoni ta’ trasferiment mingħajr ebda proċedura ta’ teħid ta’ responsabbiltà jwassal, b’mod partikolari, sabiex jiġi evitat it-terminu previst f’dan ir-rigward mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-regolament u għal sitwazzjoni fejn l-Istat Membru li ta protezzjoni internazzjonali lill-membri tal-familja qabel it-twelid ta’ dan il-minuri jsib ruħu affaċċjat b’tali deċiżjoni ta’ trasferiment, minkejja li la kien infurmat u lanqas ma seta’ jagħraf ir-responsabbiltà tiegħu għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tal-imsemmi minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Ulterjorment, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda regoli speċifiċi fil-każ fejn il-proċedura miftuħa fir-rigward tal-membri tal-familja tal-minuri tkun intemmet u fejn għalhekk dawn il-membri tal-familja ma jibqgħux applikanti, fis-sens tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament Dublin III, iżda jitħallew jirrisjedu bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru. Din is-sitwazzjoni hija rregolata b’mod partikolari mill-Artikolu 9 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 9 tar-Regolament Dublin III jipprovdi li, jekk membru tal-familja tal-applikant, irrispettivament minn jekk din il-familja kinitx jew le komposta minn qabel fil-pajjiż ta’ oriġini, ikun tħalla jirrisjedi bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru, dan l-Istat Membru huwa responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, bil-kundizzjoni li l-persuni kkonċernati jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Ċertament, kif osservaw ċerti partijiet ikkonċernati waqt is-seduta, il-fatt li l-implimentazzjoni tal-kriterju ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jinsab fl-Artikolu 9 tar-Regolament Dublin III huwa suġġett għall-kundizzjoni espressa li l-persuni kkonċernati jkunu esprimew ix-xewqa bil-miktub tagħhom jeskludi l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju fl-assenza ta’ espressjoni ta’ tali xewqa. Din is-sitwazzjoni tista’ b’mod partikolari sseħħ meta l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tal-minuri kkonċernat tiġi ppreżentata wara moviment sekondarju irregolari tal-familja tiegħu mill-ewwel Stat Membru lejn l-Istat Membru fejn din l-applikazzjoni tiġi ppreżentata. Madankollu, din iċ-ċirkustanza ma tneħħi xejn mill-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda, permezz ta’ dan l-Artikolu 9, dispożizzjoni li tkopri preċiżament sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-membri tal-familja ta’ applikant ma jibqgħux huma stess applikanti, iżda jibbenefikaw diġà minn protezzjoni internazzjonali mogħtija minn Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament, ma tistax issir deroga mir-rekwiżit tal-manifestazzjoni bil-miktub tax-xewqa tal-persuni kkonċernati, meħtieġa minn dan l-artikolu. Għalhekk, il-prevenzjoni tal-movimenti sekondarji, li tikkostitwixxi, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190402">2 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>H. u R</NAME.CASE>., <NO.CASE>C‑582/17 u C‑583/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:280">EU:C:2019:280</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), wieħed mill-għanijiet segwiti mir-Regolament Dublin III, ma tistax tiġġustifika interpretazzjoni differenti ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-istess japplika fir-rigward tal-proċedura prevista fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Dublin III, li skontha l-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jista’, f’kull ħin, qabel ma tittieħed l-ewwel deċiżjoni dwar il-mertu, jitlob lil Stat Membru ieħor jieħu responsabbiltà għall-applikant għal protezzjoni internazzjonali sabiex issir il-konċiljazzjoni ta’ kwalunkwe relazzjoni familjari għal raġunijiet umanitarji, sakemm il-persuni kkonċernati jesprimu l-kunsens tagħhom bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, f’sitwazzjoni fejn il-persuni kkonċernati ma jkunux esprimew, bil-miktub, ix-xewqa li l-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ta’ minuri jkun dak li fih il-membri tal-familja tiegħu jkunu tħallew jirrisjedu bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għandha ssir skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Dublin III. Għalhekk, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, alternattivament applikabbli, fejn ebda Stat Membru responsabbli ma jkun jista’ jinħatar abbażi tal-kriterji elenkati f’dan ir-regolament, l-ewwel Stat Membru li fih l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ġiet ippreżentata huwa responsabbli għall-eżami ta’ din l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 20(3) tar-Regolament Dublin III għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli b’analoġija għas-sitwazzjoni li fiha minuri u l-ġenituri tiegħu jippreżentaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru li fih twieled dan il-minuri, filwaqt li l-ġenituri tiegħu diġà jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni u t‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda preliminari, ma hemmx bżonn li jiġu eżaminati t-tieni u t-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir‑raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, b’applikazzjoni b’analoġija, li tiġi miċħuda bħala inammissibbli l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ta’ minuri meta ma jkunx dan il-minuri nnifsu, iżda l-ġenituri tiegħu, li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri, l-Istati Membri ma humiex obbligati li jivverifikaw jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti meħtieġa sabiex tintalab protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva 2011/95, meta applikazzjoni titqies inammissibbli skont dan l-artikolu. F’dan ir-rigward, il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jelenka b’mod eżawrjenti s-sitwazzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija inammissibbli (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190319">19 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Ibrahim <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑297/17, C‑318/17, C‑319/17 u C‑438/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:219">EU:C:2019:219</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220222">22 ta’ Frar 2022</DATE>, <NAME.CASE>Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (Unità tal-Familja – Protezzjoni diġà mogħtija)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑483/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:103">EU:C:2022:103</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Din in-natura eżawrjenti hija msejsa kemm fuq il-formulazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, b’mod partikolari l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>biss<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li tiġi qabel l-elenku tar-raġunijiet ta’ inammissibbiltà, kif ukoll fuq l-iskop tagħha li huwa dak, hekk kif diġà rrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-obbligu tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jiġi mħaffef billi jiġu ddefiniti każijiet fejn tali applikazzjoni titqies inammissibbli (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200319">19 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Tompa)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑564/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:218">EU:C:2020:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dan l-iskop, l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri jippreżenta, b’mod ġenerali, deroga mill-obbligu tal-Istati Membri li jeżaminaw fil-mertu l-applikazzjonijiet kollha għal protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli meta protezzjoni internazzjonali tkun ġiet mogħtija minn Stat Membru ieħor. Din il-possibbiltà hija spjegata b’mod partikolari mill-importanza tal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka fid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li l-Unjoni tikkostitwixxi, u li din id-dispożizzjoni hija espressjoni tiegħu fil-kuntest tal-proċedura ta’ ażil komuni stabbilita minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220222">22 ta’ Frar 2022</DATE>, <NAME.CASE>Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (Unità tal-Familja – Protezzjoni diġà mogħtija)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑483/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:103">EU:C:2022:103</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, kemm min-natura eżawrjenti tal-lista li tinsab fl-Artikolu 33(2) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri kif ukoll min-natura derogatorja tar-raġunijiet ta’ inammissibbiltà jirriżulta li din il-lista tinkludi li l-Artikolu 33(2)(a) ta’ din id-direttiva għandu jkun suġġett għal interpretazzjoni stretta u għalhekk ma jistax jiġi applikat għal sitwazzjoni li ma tikkorrispondix mal-formulazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax, konsegwentement, jiġi estiż għal applikant għal protezzjoni internazzjonali li ma jibbenefikax huwa stess minn tali protezzjoni msemmija fl-imsemmija dispożizzjoni. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-premessa 43 tad-Direttiva dwar il-Proċeduri li tippreċiża, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-portata ta’ din ir-raġuni ta’ inammissibbiltà billi<?PAGE NO="13"?> tiddikjara li l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jeżaminaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fil-mertu meta l-ewwel pajjiż ta’ ażil ikun ta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>lill-applikant<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> l-istatus ta’ refuġjat jew ikun tah titolu ieħor li joffri protezzjoni suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’każ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-applikant huwa minuri li l-membri tal-familja tiegħu jibbenefikaw mill-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, iżda li ma jibbenefikax huwa stess minn tali protezzjoni, dan l-applikant ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tiegħu ma tistax tiġi ddikjarata inammissibbli fuq din il-bażi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi applikata b’analoġija sabiex tkun il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ inammissibbiltà f’din is-sitwazzjoni. Fil-fatt, tali applikazzjoni tinjora mhux biss in-natura eżawrjenti tal-lista li tinsab fl-Artikolu 33(2) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri iżda wkoll il-fatt li s-sitwazzjoni ta’ tali minuri ma hijiex komparabbli ma’ dik ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali li diġà jibbenefika minn tali protezzjoni mogħtija minn Stat Membru ieħor, li jeskludi kull analoġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli b’analoġija għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn minuri fi Stat Membru meta ma jkunx dan il-minuri nnifsu, iżda l-ġenituri tiegħu, li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida,</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ma huwiex applikabbli b’analoġija għas-sitwazzjoni li fiha minuri u l-ġenituri tiegħu jippreżentaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru li fih twieled dan il-minuri, filwaqt li l-ġenituri tiegħu diġà jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali,</HT></TXT><?PAGE NO="14"?><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ma huwiex applikabbli b’analoġija għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn minuri fi Stat Membru meta ma jkunx dan il-minuri nnifsu, iżda l-ġenituri tiegħu, li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.</HT></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>