2006R0969 — MT — 01.01.2008 — 002.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 969/2006

tad-29 ta’ Ġunju 2006

li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

▼B

(ĠU L 176, 30.6.2006, p.44)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2022/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006

  L 384

70

29.12.2006

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1456/2007 ta' l-10 ta’ Diċembru 2007

  L 325

76

11.12.2007


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p. 207  (969/06)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 969/2006

tad-29 ta’ Ġunju 2006

li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropew u l-Istati Uniti tal-Amerika bis-saħħa tal-Artikolu XXIV, paragrafu 6, u l-Artikolu XXVIII ta-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 ( 2 ), approvat mid-Deċiżjoni 2006/333/KE tal-Kunsill ( 3 ), jipprovdi b’mod partikolari għal żieda fil-kwantitajiet ta’ qamħirrun li jkunu soġġetti għal kwota tarrifarja tal-Komunità għall-importazzjoni ta’ kwantità massima ta’ 242 074 tunnellata ta’ qamħirrun.

(2)

Sabiex ikun żgurat li l-importazzjonijiet tal-qamħirrun taħt din il-kwota tariffarja jkunu regolari u mhux spekulattivi, dawn għandhom isiru suġġetti għall-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni. Fl-ambitu tal-kwantitajiet stabbiliti dawn il-liċenzji se jinħarġu, mat-talba ta' min ikun interessat, suġġetti, fejn ikun xieraq, għall-iffissar ta' koeffiċjenti ta' roħs fir-rigward tal-kwantitajiet mitluba.

(3)

Biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni ta' din il-kwota ssir tajjeb, għandhom jiġu stabbiliti termini perentorji għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet u liċenzji għandhom ikunu speċifikati.

(4)

Sabiex tiġi żgurata r-realtà tal-kwantitajiet mitluba mill-istess operatur, jaqbel li jiġi speċifikat l-obbligu għal operatur li jkollu biss applikazzjoni waħda għal liċenzja ta' importazzjoni għal kull perjodu ta' ġimgħa u li previst ukoll sanzjoni f'każ li dan l-obbligu ma jiġi rispettat.

(5)

Sabiex jiġu kkonsidrati kundizzjonijiet ta’ fornitura, għandha ssir deroga dwar il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji.

(6)

Bl-għan li l-amministrazzjoni tal-kwota ssir tajjeb, għandha ssir deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju, 2000 li tistabilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni u għall-iffissar antiċipat għal prodotti agrikoli ( 4 ) fejn jirrigwarda n-natura trasferibbli tal-liċenzji u t-tolleranza marbuta mal-kwantitajiet maħruġin f'ċirkolazzjoni libera.

(7)

Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni effikaċi tal-kwoti, u b’dergoa għall-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabilixxi r-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni fil-qasam taċ-ċereali u r-ross ( 5 ), huwa meħtieġ li l-garanzija dwar il-liċenzji ta’ importazzjoni tkun stabbilita fuq livell relattivament għoli.

(8)

Għandha tiġi stabbilita sistema rapida ta' komunikazzjoni reċiproka, inkluża b’mezz elettroniku, bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-kwantitajiet li għalihom issir l-applikazzjoni u li jiġu importati.

(9)

L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament tiġi ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità. Sabiex jiġi żgurat l-oriġini tal-prodotti, jaqbel li jinġabru meta ssir l-importazzjoni l-liċenzji ta' oriġini maħruġa mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi li minnhom joriġina l-qamħirrun, skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

(10)

Billi l-ftehim approvat mid-Deċiżjoni 2006/333/KE jipprovdi għal implimentazzjoni għall-1 ta’ Lulju 2006, jeħtieġ li d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament jiġi previst għall-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Kwota tariffarja ta’ 242 074 tunnellata ta’ qamħirrun bil-kodiċijiet NC 1005 10 90 u 1005 90 00 hija miftuħa (numru tal-ordni 09.4131).

2.  Il-kwota tariffarja se tibda tinfetaħ fl-1 ta' Jannar ta' kull sena. Id-dazju fuq importazzjoni li taqa' taħt il-kwota tariffarja għandu jiġi impost bir-rata ta' 0 %.

▼M1

3.  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 ( 6 ) japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 2

1.  Il-kwota hija mqassma f’żewġ sub-perijodi ta’ sitt xhur, li jkopru d-dati u l-kwantitajiet li ġejjin:

(a) sub-perijodu Nru 1: mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju — 121 037 tunnellata;

(b) sub-perijodu Nru 2: mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta' Diċembru — 121 037 tunnellata.

2.  Jekk il-kwantitajiet għas-sub-perijodu 1 jispiċċaw, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ qabel is-sub-perijodu li jmiss, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 4

1.  B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jagħmel rikjesta għal liċenzja waħda biss kull ġimgħa. Jekk issir aktar minn rikjesta waħda mill-istess persuna, ir-rikjesti kollha ma jkunux jistgħu jiġu aċċettati, u l-garanziji mogħtija mal-preżentazzjoni tar-rikjesti jintilfu favur l-Istat Membru kkonċernat.

Ir-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa l-aktar tard ►M2  il-Ġimgħa ◄ fis-13.00, ħin ta’ Brussell.

▼M2 —————

▼M1

2.  Kull rikjesta għal liċenzja tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.

Ir-rikjesta għal-liċenzja għall-importazzjoni u l-liċenzja għall-importazzjoni jsemmu pajjiż wieħed ta’ oriġini biss.

▼M2

3.  Sa mhux aktar tard mit-Tnejn ta' wara l-ġimgħa tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-18:00 ħin ta' Brussell, komunikazzjoni li tinnotifika, skond in-numru tas-serje, kull applikazzjoni bl-oriġini tal-prodott u l-kwantità mitluba, inklużi l-komunikazzjonijiet “nulli”.

4.  Il-liċenzji għandhom jinħarġu fir-raba' ġurnata tax-xogħol wara d-data ta' skadenza għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Dakinhar tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni.

▼M1

Artikolu 5

Iż-żmien li fih tkun valida l-liċenzja huwa kkalkulat mill-ġurnata meta toħroġ b’mod effettiv, b’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 8

Ir-rikjesta għal-liċenzja għall-importazzjoni u l-liċenzja għall-importazzjoni jindikaw, fil-kaxxa 8, l-isem tal-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott u salib fil-kaxxa “iva”. Il-liċenzji huma validi biss għall-prodotti li ġejjin mill-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 8.

▼C1

Artikolu 9

B'deroga mill-Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, is-sigurtà għal-liċenzji tal-importazzjoni previsti f'dan ir-Regolament għandha tkun EUR 30 għal kull tunnellata.

Artikolu 10

L-użu tal-kwota tariffarja għandu jkun is-suġġett tal-preżentazzjoni ta' ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa provenjenti l-qamħirrun, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 7 ) ►M1  ————— ◄

▼M1 —————

▼C1

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1 —————



( 1 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

( 2 ) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

( 3 ) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

( 4 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

( 5 ) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 830/2006 (ĠU L 150, 3.6.2006, p. 3).

( 6 ) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

( 7 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.