31987D0144



Official Journal L 057 , 27/02/1987 P. 0057 - 0057
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0210
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0210


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta’ Frar 1987

li temenda d-Deċiżjoni 80/686/KEE li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar il-Kontroll u t-Tnaqqis tat-Tniġġiż Ikkawżat mill-Idrokarboni Skarikati fil-Baħar

(87/144/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Billi bid-Deċiżjoni, 80/686/KEE [1] il-Kummissjoni waqqfet Kumitat Konsultattiv dwar il-Kontroll u t-Tnaqqis tat- Tniġġiż Ikkawżat mill-Idrokarboni Skarikati fil-Baħar; billi bid-Deċiżjoni 85/208/KEE [2] il-Kummissjoni estendiet it-termini tar-referenza ta’ dan il-Kumitat sabiex jinkludu sustanzi perikolużi oħra;

Billi sar progress sostanzjali fl-azzjoni mill-Komunità rigward il-kontroll u t-tnaqqis tat-tniġġiż ikkawżat mit-tixrid taż-żejt fil-baħar;

Billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 1983 [3] il-Parlament Ewropew ikkunsidra illi għandhom jitħaddmu regoli stretti, fost ħwejjeġ oħra, rigward il-kumitati u l-gruppi ta’ l-esperti;

Billi għar-raġunijiet iddikjarati hawn fuq id-Deċiżjoni 80/686/KEE għandha tiġi emendata;

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 80/686/KEE hija emendata kif ġej:

1. F’Artikolu 3(1) il-kliem "tliet rappreżentanti għal kull Stat Membru" tiġi mibdula bil-kliem "żewġ rappreżentanti għal kull Stat Membru".

2. Artikolu 7 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 7

Meta meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tistieden membru jew iktar li jkunu kkwalifikati b’mod partikolari fil-qasam in kwistjoni sabiex jattendu laqgħa fuq bażi individwali."

3. Artikolu 10 jiġi mħassar.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Frar 1987.

Għall-Kummissjoni

Stanley Clinton Davis

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 188, tat-22.7.1980, p. 11.

[2] ĠU L 89, tad-29.3.1985, p. 64.

[3] ĠU C 277, tas-17.10.1983, p. 195.

--------------------------------------------------