|
9.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8938 — LG Electronics/ZKW Holding/Mommert Gewerbeimmobilien)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 239/06)
1.
Fit-13 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
LG Electronics, Inc. (“LGE”) (il-Korea t’Isfel), |
|
— |
ZKW Holding GmbH (“ZKW Holding”) (l-Awstrija) u Mommert Gewerbeimmobilien Verwaltungs GmbH (“MGIV”) (l-Awstrija) (flimkien “ZKW”). |
LGE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ ZKW.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
LGE hija produttur u fornitur ta’ apparat elettroniku, apparat tal-komunikazzjoni mobbli u tagħmir tad-dar fuq livell dinji. LGE hija parteċipant ġdid fis-suq għal sistemi tad-dawl tal-karozzi, b’bejgħ limitat fl-Asja u enfasi fuq id-dawl ta’ wara. |
|
— |
ZKW hija manifattur Awstrijak ta’ sistemi tad-dawl tal-karozzi, b’esportazzjonijiet madwar id-dinja. ZKW tiżviluppa u tipproduċi sistemi tad-dawl għal firxa sħiħa ta’ vetturi awtomotivi. ZKW tipproduċi prinċipalment sistemi tad-dawl ta’ quddiem għall-Manifatturi ta’ Apparat Oriġinali fl-Unjoni Ewropea. MGIV hija sempliċi kumpanija azzjonarja intermedjarja, li mhijiex direttament involuta f’xi attività ekonomika. Wara l-għeluq, MGIV indirettament se jkollha l-assi tal-proprjetà immobbli ta’ ZKW Holding f’Wieselburg. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fil-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8938 — LG Electronics/ZKW Holding/Mommert Gewerbeimmobilien
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.