<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑377/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0377</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:769">EU:C:2015:769</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C‑377/14</P><P>RADLINGER U RADLINGEROVÁ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑377/14</P><P>Ernst Georg Radlinger</P><P>Helena Radlingerová</P><P>vs</P><P>FINWAY a.s.</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mill-Krajský soud v Praze (qorti reġjonali ta’ Praga, ir‑Repubblika Ċeka)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 93/13/KE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Regoli proċedurali nazzjonali li jirregolaw proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ qorti nazzjonali li teżamina ex officio kwistjonijiet relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fi proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Tifsira ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ammont totali tal-kreditu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tar-rata perċentwali annwali</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti fi ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli penali</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi ta’ konstatazzjoni ta’ natura inġusta kumulattiva</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tirrigwarda rikors inċidentali magħmul minn debituri fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ insolvenza.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Nifhem li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>rikors inċidentali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> fid-dritt Ċek tfisser rikors magħmul matul proċeduri ta’ insolvenza li għandu jiġi ddeterminat minn qorti fil-kuntest ta’ dawk il-proċeduri.</P></NOTE>. Id-djun li wasslu għal din il-kawża joriġinaw mill-inabbiltà tad-debituri li jissodisfaw l-impenji tagħhom taħt ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur. F’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, il-Krajský soud v Praze (qorti reġjonali ta’ Praga) tistaqsi dwar jekk regoli proċedurali nazzjonali li jirregolaw tali proċeduri, li jipprekluduha milli tikkunsidra jekk id-debituri jibbenefikawx mir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fid-Direttiva 93/13<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</P></NOTE> u d-Direttiva 2008/48<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 2008/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU L 133, p. 66</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, humiex konsistenti mid-dritt tal-Unjoni. Essenzjalment hija tistaqsi sa liema punt hija għandha l-obbligu teżamina dawk id-dispożizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk l-obbligu tal-kredituri li jipprovdu informazzjoni skont id-Direttiva 2008/48 għandux jittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha, kif għandhom jiġu evalwati l-penalitajiet taħt il-ftehim ta’ kreditu fil-kuntest tad-Direttiva 93/13, u x’effetti għandu jkun hemm jekk jirriżulta li dawn il-penalitajiet, b’mod kumulattiv, huma inġusti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 93/13</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 93/13 tapplika għal klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Artikolu 1(1).</P></NOTE>. L-għanijiet tad-Direttiva 93/13 jinkludu li jiġi żgurat li kuntratti mal-konsumatur ma jinkludux klawżoli inġusti, u li l-konsumaturi jiġu protetti mill-abbuż mill-poter minn bejjiegħa jew fornituri, b’mod partikolari permezz ta’ kuntratti standard li jiġbdu lejn naħa waħda u l-esklużjoni inġusta ta’ drittijiet essenzjali f’kuntratti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ir-raba’ u d-disa’ premessa fil-preambolu tad-Direttiva 93/13.</P></NOTE>. Meta klawżola kuntrattwali ma tkunx ġiet innegozjata individwalment, din għandha titqies inġusta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>jekk, kontra l-ħtieġa ta’ <HT TYPE="ITALIC">buona fede</HT>, tkun tikkawża żbilanċ sinjifikattiv fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Artikolu 3(1).</P></NOTE>. Klawżoli abbozzati minn qabel, li l-konsumatur ma setax jinfluwenza għandhom dejjem jitqiesu li ma humiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>innegozjat[i] individwalment<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Artikolu 3(2).</P></NOTE>. L-Anness tad-Direttiva 93/13 jinkludi lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta’ klawżoli li jistgħu jitqiesu li huma inġusti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Artikolu 3(3).</P></NOTE>, inkluż dawk li għandhom il-għan jew l-effett li jeżiġu li konsumatur li jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu jħallas somma għolja b’mod sproporzjonat bħala kumpens<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Punt 1(e) tal-Anness.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>In-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali għandha tiġi evalwata, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Artikolu 4(1).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fil-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 93/13, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Artikolu 6(1).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi xierqa u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Artikolu 7(1).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/48</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/48<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Id-Direttiva 2008/48 kienet sussegwentement emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE, tal-<DATE ISO="20111114">14 ta’ Novembru 2011</DATE>, li temenda Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2008/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jipprovdi assunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="296" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2011">ĠU L 296, p. 35</REF.DOC.OJ>). Madankollu, id-Direttiva 2011/90 daħlet fis-seħħ wara d-data li fiha ġie konkluż il-ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur.</P></NOTE> tarmonizza ċerti aspetti tar-regoli tal-Istati Membri fir-rigward ta’ ftehimiet li jkopru kreditu għall-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Artikolu 1.</P></NOTE>. Il-premessa 10 tispjega li, minkejja li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48 huwa espressament iddefinit fiha, l-Istati Membri jistgħu madankollu, skont id-dritt tal-Unjoni, japplikaw id-dispożizzjonijiet tagħha għal kwistjonijiet li jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva. L-għanijiet iddikjarati li ġejjin huma rilevanti hawnhekk: l-iżvilupp ta’ suq<?PAGE NO="3"?> tal-kreditu lill-konsumaturi iktar trasparenti u effiċjenti fi ħdan is-suq intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Premessi 6 u 7.</P></NOTE>; il-kisba ta’ armonizzazzjoni sħiħa filwaqt li jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha fl-Unjoni jgawdu livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Premessa 9.</P></NOTE>; li jiġi żgurat li ftehimiet ta’ kreditu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa b’mod ċar u konċiż, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu d-deċiżjonijiet tagħhom b’għarfien sħiħ tal-fatti u sabiex ikunu jistgħu jkunu jafu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-ftehim ta’ kreditu, u jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom informazzjoni dwar ir-rata ta’ imposti perċentwali fis-sena (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>RIPS<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) madwar l-Unjoni , li tagħmilha possibbli għalihom li jikkomparaw dawn ir-rati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Premessi 19 u 31.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/48 tkopri ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Artikolu 2(1).</P></NOTE>. Madankollu, ftehimiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>li huma garantiti b’ipoteka jew b’garanzija komparabbli oħra użata komunament fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli jew garantiti bi dritt relatat ma’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> huma espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Artikolu 2(2)(a).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Is-segwenti definizzjonijiet fl-Artikolu 3 huma rilevanti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ftehim ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu fil-forma ta’ ħlas differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>’l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser l-ispejjeż kollha, inklużi interessi, kummissjonijiet, taxxi, u kwalunkwe tip ta’ onorarji oħrajn li l-konsumatur għandu jħallas b’konnessjoni mal-ftehim ta’ kreditu u li huma magħrufin mal-kreditur [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ammont totali pagabbli mill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser is-somma ta’ l-ammont totali tal-kreditu u l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>rata ta’ imposta perċentwali fis-sena<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>RIPS’] tfisser l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur espressa bħala perċentwali annwali ta’ l-ammont totali ta’ kreditu, fejn applikabbli inklużi l-ispejjeż msemmija fl-Artikolu 19(2) [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>L-Artikolu 19(1) jipprovdi li r-RIPS għandha tiġi kkalkolata skont il-formula mniżżla fil-Parti I tal-Anness I. L-Artikolu 19(2) jiddikjara li, għall-finijiet tal-kalkolu tar-RIPS meta tiġi ddeterminata l-ispiża totali tal-kreditu, ċerti spejjeż pagabbli mill-konsumatur għandhom jiġu esklużi filwaqt li ċerti spejjeż għandhom jiġu inklużi. Id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet u spejjeż ma humiex rilevanti għal dan il-każ u għalhekk ma semmejthomx hawnhekk.</P></NOTE> ];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(l)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ammont totali ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli taħt ftehim ta’ kreditu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 jimponi obbligu sabiex il-konsumaturi jiġu pprovduti b’informazzjoni qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu. Minkejja li din id-dispożizzjoni ma hijiex, bħala tali, inkwistjoni f’din il-kawża, l-informazzjoni li tinkludi hija riflessa fil-lista obbligatorja ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehimiet ta’ kreditu fl-Artikolu 10. Din id-dispożizzjoni tal-aħħar teżiġi li ftehimiet ta’<?PAGE NO="4"?> kreditu jitfasslu fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor. Il-partijiet kontraenti kollha għandhom jirċievu kopja tal-ftehim ta’ kreditu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Artikolu 10(1).</P></NOTE>. L-Artikolu 10(2) jelenka 22 tip ta’ informazzjoni li għandu jiġi speċifikat b’mod ċar u konċiż fi kwalunkwe ftehim ta’ kreditu. Din il-lista tinkludi: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>l-ammont totali ta’ kreditu u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta’ self<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Artikolu 10(2)(d). It-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ġbid ta’ self<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ma huwiex iddefinit fid-Direttiva 2008/48. Id-definizzjoni fix-<HT TYPE="ITALIC">Shorter Oxford English Dictionary</HT> tinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Att ta’ ġbir ta’ flus permezz ta’ self; self<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ġieli jinftiehem ukoll bħala li jirreferi għal sitwazzjoni meta self isir disponibbli u l-persuna li tissellef taċċedi għall-fondi f’numru ta’ porzjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Sa fejn id-Direttiva 2008/48 tarmonizza ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi, l-Istati Membri huma preklużi milli jintroduċu dispożizzjonijiet diverġenti u milli jħallu konsumaturi jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom minn liġijiet nazzjonali li jimplementaw jew li jikkorrispondu ma’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Artikolu 22(1) u (2).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-Direttiva 2008/47<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Artikolu 23.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċeduri ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ insolvenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li r-regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri ta’ insolvenza japplikaw b’dan il-mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Individwu huwa fallut meta ma jkunx jista’ jonora l-impenji finanzjarji tiegħu iktar minn 30 jum wara li l-ħlasijiet jiġu dovuti. Debitur li ma huwiex negozjant jista’ jirrikorri għall-qorti ta’ insolvenza sabiex l-istatus ta’ falliment jiġi rivedut u riżolt permezz ta’ liberazzjoni. F’dawn il-proċeduri, il-qorti ta’ insolvenza ma tistax teżamina l-validità, l-ammont jew il-gradazzjoni tal-krediti rreġistrati, anki meta jqumu kwistjonijiet irregolati bid-Direttiva 93/13 jew 2008/48, sakemm dawk il-krediti ma jkunux ikkontestati mill-amministratur ta’ proċedura ta’ falliment, minn kreditur ieħor jew, eċċezzjonalment, mid-debitur innifsu. Rikors inċidentali f’dan ir-rigward għandu jsir lill-qorti ta’ insolvenza mill-parti rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Meta l-qorti tal-insolvenza tkun approvat ir-riżoluzzjoni ta’ insolvenza permezz ta’ liberazzjoni, debitur jista’ jippreżenta rikors inċidentali. Jekk dak ir-rikors jikkonċerna kreditu infurzabbli mhux iggarantit, il-qorti ta’ insolvenza tkun tista’ teżaminah. Madankollu, b’dan il-mod l-evalwazzjoni tal-qorti tal-insolvenza hija ristretta għal jekk il-kreditu spiċċax jew huwiex preskritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Dan it-tip ta’ kreditu huwa ttrattat bl-istess mod bħallikieku l-kreditu kien ikkontestat mill-amministratur ta’ proċedura ta’ falliment (paragrafu 410(2) u (3) tal-Liġi Nru 182/2006 dwar l-insolvenza u l-modi tar-riżoluzzjoni tagħha, kif emendat bil-Liġi Nru 185/2013 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-Liġi dwar l-Insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</P></NOTE>. Skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, il-qorti ta’ insolvenza ma tistax tinvestiga l-mertu ta’ rikors inċidentali sa fejn jirrigwarda krediti ggarantiti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Paragrafu 160(4) tal-Liġi dwar l-Insolvenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi tal-konsumaturi u l-kreditu lill-konsumatur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li kwalunkwe att legali li bil-kontenut jew bil-għan tiegħu jikser jew jevita liġi jew li huwa kuntrarju għal prinċipji aċċettati ta’ moralità, huwa invalidu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumatur għandhom ikunu bil-miktub u l-kreditur għandu jinkludi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, informazzjoni dwar l-ammont totali ta’ kreditu u r-RIPS mitluba. In-nuqqas li jiġu ssodisfatti dawn ir-rekwiżiti ma jrendix il-ftehim ta’ kreditu invalidu fl-intier tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Paragrafu 6(1) tal-Liġi Nru 145/2010 dwar kreditu lill-konsumaturi u l-Anness 3 għal din il-liġi.</P></NOTE>. Madankollu, meta l-konsumatur jibbaża ruħu fuq dan il-fatt kontra l-kreditur, l-interessi jitqiesu li kienu pagabbli fuq il-ftehim ta’ kreditu mid-data meta kien konkluż bir-rata ta’ skont applikabbli dak iż-żmien ippubblikata mill-bank nazzjonali Ċek; u kwalunkwe arranġamenti oħrajn fir-rigward ta’ ħlasijiet fil-ftehim ta’ kreditu jitqiesu invalidi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Paragrafu 8 tal-Liġi dwar kreditu lill-konsumatur.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Arranġamenti f’kuntratti mal-konsumaturi li, bi ksur tar-rekwiżiti ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fede</HT>, jinvolvu żbilanċ kbir fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għad-detriment tal-konsumatur huma invalidi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Paragrafi 55(2) u 56 tal-Kodiċi Ċivili.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20110829">29 ta’ Awwissu 2011</DATE>, Ernst Radlinger u Helena Radlingerová (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>il-koppja Radlinger<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>il-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>id-debituri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) ikkonkludew ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur ma’ Smart Hypo (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>is-sellief<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>). Skont dan il-ftehim, Smart Hypo tat self ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">1170000</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">43205</FT>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Indikajt l-ekwivalenti approssimattiv f’euro fir-rata ta’ kambju kurrenti. Bl-aritmetika tiegħi, hemm diffikultà żgħira b’dan il-kalkolu. Jekk il-ftehim kien biex jitħallsu lura 120 × CZK <FT TYPE="NUMBER">24375</FT>, allura t-total tal-ħlasijiet lura kien jammonta għal CZK <FT TYPE="NUMBER">2925000</FT>, u għalhekk ma kienx jinkludi l-CZK <FT TYPE="NUMBER">33000</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">1219</FT>).</P></NOTE>. Min-naħa tagħhom, il-koppja Radlinger qablu li jħallsu lura s-somma ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">2958000</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">109231</FT>) f’120 pagament ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">24375</FT> (EUR 900) pagabbli fl-20 ta’ kull xahar (apparti l-ewwel pagament li kellu jitħallas fil-<DATE ISO="20110831">31 ta’ Awwissu 2011</DATE> u spejjeż ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">33000</FT>: dawn l-ammonti tnaqqsu mis-somma prinċipali mislufa). Is-somma ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">2958000</FT> kienet tinkludi li ġej: (i) is-somma prinċipali ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">1170000</FT>; (ii) interessi imposti bir-rata ta’ 10 % fis-sena fuq is-somma prinċipali għat-tul tal-ftehim ta’ kreditu (li wkoll jammonta għal CZK <FT TYPE="NUMBER">1170000</FT>); (iii) miżati pagabbli lis-sellief li jammontaw għal CZK <FT TYPE="NUMBER">585000</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">21602</FT>); u (iv) l-ispejjeż indikati iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Nirreferi għall-punti (ii) (iii) u (iv) bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ispejjeż assoċjati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tas-self.</P></NOTE>. Mill-pjan ta’ pagament taħt il-ftehim irriżulta li l-pagamenti tal-koppja Radlinger kienu fil-fatt ser imorru għall-ħlas tal-ispejjeż, tal-interessi u tal-miżati tas-sellief bejn il-<DATE ISO="20110831">31 ta’ Awwissu 2011</DATE> u l-<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>. Kien biss mit-73 pagament mensili li huma kellhom jibdew iħallsu lura s-somma prinċipali. Ir-RIPS kienet ikkwantifikata bħala 28.9 %<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Hija l-qorti tar-rinviju, bħala l-qorti unika li tiddeċiedi fuq il-fatti, li għandha tivverifika l-kalkolu tar-RIPS. Bl-ammonti indikati fid-deċiżjoni tar-rinviju u d-definizzjonijiet fl-Artikolu 3(g), (h), (i) u (l) tad-Direttiva 2008/48, ma nistax nifhem kif wieħed jasal għal RIPS ta’ 28.9 %.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, il-koppja Radlinger qablet li tiggarantixxi s-self kif ġej: (i) permezz ta’ ipoteka fuq id-dar matrimonjali u l-art tagħhom; (ii) billi jagħmlu arranġamenti sabiex ikun hemm assigurazzjoni fuq din il-proprjetà b’mod li, jekk iseħħ l-avveniment assigurabbli, kwalunkwe benefiċċji jitħallsu direttament lis-sellief; u (iii) permezz ta’ att notarili li kien jinkludi klawżola fir-rigward tal-inforzabbiltà immedjata tad-dejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Minbarra l-interessi moratorji li tipprovdi l-liġi, fil-ftehim ta’ kreditu l-koppja Radlinger intrabtu wkoll li jħallsu lis-sellief penalità kuntrattwali ta’ 0.2 % tas-somma prinċipali għal kull jum jew parti minn jum ta’ inadempjenza fil-ħlas ta’ din is-somma, tal-miżati tas-sellief jew tal-interessi. Fil-każ ta’ inadempjenza li taqbeż xahar, huma qablu wkoll li jħallsu multa kuntrattwali waħda ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">117000</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">4320</FT>) u somma f’daqqa ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">1846</FT>) għall-ispejjeż tas-sellief sabiex jieħu lura l-ammonti dovuti, li ma kinitx tinkludi spejjeż ta’ arbitraġġ jew l-ispejjeż ta’ proċeduri fil-qorti jew ta’ rappreżentanza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Jiena nirreferi għal dawn l-ammonti f’daqqa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>l-penalitajiet kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Jekk il-koppja Radlinger ikunu inadempjenti fil-pagamenti jew jekk is-sellief jiskopri li huma kienu taw informazzjoni falza jew qarrieqa ħafna, jew ma pprovdewx informazzjoni importanti fl-applikazzjoni għall-kreditu, is-sellief seta’ jitlob il-ħlas lura b’mod immedjat tas-somma prinċipali u l-ispejjeż assoċjati elenkati fil-ftehim ta’ kreditu. Barra minn hekk, il-penalitajiet kuntrattwali u l-interessi moratorji jsiru pagabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>, is-sellief innotifika lill-koppja Radlinger li huwa sar jaf li huma ma kinux ipprovdew informazzjoni li tindika li l-proprjetà tagħhom preċedentement kienet suġġetta għal ordni ta’ infurzar. Din l-ordni kienet għall-ammont ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">4285</FT> (EUR 158). Madankollu, abbażi ta’ dan il-fatt is-sellief talab il-ħlas lura tad-dejn kollu b’mod immedjat. B’ittra tad-<DATE ISO="20121119">19 ta’ Novembru 2012</DATE>, is-sellief tenna t-talba tiegħu, filwaqt li ddikjara li l-pagamenti tal-koppja Radlinger taħt il-ftehim ta’ kreditu kienu irregolari u tard. Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, il-koppja Radlinger ma kinux inadempjenti sa Diċembru 2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>FINWAY a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Finway<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>il-kreditriċi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), il-konvenuta fil-kawża prinċipali, sussegwentement ħadet f’idejha dawn it-talbiet minn Smart Hypo.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130426">26 ta’ April 2013</DATE>, il-qorti tar-rinviju ddikjarat lill-koppja Radlinger falluti, appuntat amministratur ta’ proċedura ta’ falliment u talbet lill-kredituri sabiex jirreġistraw il-krediti tagħhom. Fit-<DATE ISO="20130523">23 ta’ Mejju 2013</DATE>, fil-kuntest tal-proċeduri ta’ insolvenza, Finway irreġistrat żewġ krediti infurzabbli. L-ewwel waħda kienet kreditu ggarantit ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">3045991</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">112480</FT>). It-tieni waħda kienet kreditu mhux iggarantit fl-ammont ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">1359540</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">50204</FT>), li jirrappreżenta l-penalità kuntrattwali għal inadempjenza fil-pagamenti bir-rata ta’ 0.2 % kuljum mit-<DATE ISO="20110923">23 ta’ Settembru 2011</DATE> sal-<DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130703">3 ta’ Lulju 2013</DATE>, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ eżami mill-ġdid, il-koppja Radlinger aċċettaw li l-krediti kienu infurzabbli, iżda kkontestaw l-ammonti tal-krediti kemm iggarantiti kif ukoll mhux iggarantiti abbażi tal-fatt li l-klawżoli tal-ftehim ta’ kreditu oriġinali kienu kontra l-prinċipji aċċettati tal-moralità. Huma jargumentaw li l-ammont li huma għandhom iħallsu (CZK <FT TYPE="NUMBER">1496801</FT> (EUR <FT TYPE="DECIMAL">55272.70</FT>) huwa sostanzjalment inqas mill-krediti rreġistrati ta’ Finway. L-amministratur ta’ proċedura ta’ falliment ma kkontestax it-talba ta’ Finway.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’ordni tat-<DATE ISO="20130723">23 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-qorti tar-rinviju approvat il-liberazzjoni mill-falliment tal-koppja Radlinger abbażi ta’ pjan ta’ pagamenti. L-għada, il-koppja Radlinger ippreżentat rikors inċidentali intiż għal dikjarazzjoni li l-krediti rreġistrati ta’ Finway ma humiex leġittimi għaliex huma kontra l-prinċipji aċċettati tal-moralità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li r-regoli nazzjonali li jirregolaw proċeduri ta’ insolvenza jipprekluduha milli teżamina l-mertu tar-rikors inċidentali tal-koppja Radlinger. Taħt dawk ir-regoli, tali rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati biss f’każijiet meta r-riżoluzzjoni tal-falliment tad-debitur fil-forma ta’ liberazzjoni hija approvata mill-qorti ta’ insolvenza. Hawnhekk, ir-regoli nazzjonali jipprekludu totalment lill-koppja Radlinger milli jippreżentaw rikors inċidentali kontra l-kreditu ggarantit. Għalhekk, din il-parti tar-rikors għandha tiġi miċħuda. Madankollu, ir-regoli nazzjonali jagħtu possibbiltà lil debitur li jippreżenta rikors inċidentali fir-rigward tal-kreditu mhux iggarantit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Sabiex tagħti deċiżjoni fuq ir-rikors inċidentali tal-koppja Radlinger, il-Krajský soud v Praze (qorti reġjonali ta’ Praga) titlob deċiżjoni preliminari dwar id-domandi mqassra li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 u l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2008/48, jew kwalunkwe dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, jipprekludu regoli nazzjonali li, fi proċeduri ta’ insolvenza:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>iħallu lill-qorti teżamina l-validità, l-ammont jew il-gradazzjoni ta’ krediti kontra debitur li huwa konsumatur abbażi biss ta’ rikors inċidentali ppreżentat mill-amministratur ta’ proċedura ta’ falliment, minn kreditur jew mid-debitur?</P></ITEM><ITEM><P>iħallu tali debitur jitlob reviżjoni mill-qorti tal-krediti rreġistrati tal-kredituri (i) biss meta r-riżoluzzjoni tal-falliment tiegħu fil-forma ta’ liberazzjoni hija approvata, (ii) biss fir-rigward ta’ krediti mhux ggarantiti, u (iii) fil-każ ta’ krediti ddikjarati inforzabbli b’deċiżjoni tal-awtorità kompetenti, biss sabiex jasserixxi li l-kreditu skada jew huwa preskritt?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri ta’ insolvenza li jirrigwardaw pretensjonijiet taħt ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur, il-qorti għandha tqis <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> (anki fl-assenza ta’ kwalunkwe oġġezzjoni mill-konsumatur) in-nuqqas tas-sellief li jipprovdi l-informazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, u tiddikjara l-arranġamenti kuntrattwali invalidi skont il-liġi nazzjonali?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-direttivi għandhom effett dirett u jistgħu jiġu applikati direttament, peress li eżami mill-qorti <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jinterferixxi mar-relazzjoni orizzontali bejn il-konsumatur u l-fornitur tal-oġġetti jew servizzi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>X’inhu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>l-ammont totali ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fl-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48 u x’inhuma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>l-ammonti ta’ ġbid ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-formula għall-kalkolu tar-RIPS fl-Anness I ta’ din id-direttiva, jekk (i) il-ftehim ta’ kreditu formalment jispeċifika ammont ta’ kreditu li għandu jitħallas iżda (ii) huwa miftiehem li t-talbiet tas-sellief għal miżata u għall-ewwel pagament (i) ser jitnaqqsu minn dan l-ammont, sabiex is-somom imnaqqsa fil-fatt qatt ma jitħallsu lill-konsumatur iżda jinżammu dejjem fid-dispożizzjoni tas-sellief? L-inklużjoni ta’ dawk is-somom taffettwa l-kalkolu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fl-evalwazzjoni ta’ jekk klawżoli penali humiex inġusti fis-sens tal-punt 1(e) tal-Anness tad-Direttiva 93/13, huwa neċessarju li jitqies l-effett kumulattiv ta’ dawn il-klawżoli kollha fil-ftehim, irrispettivament minn jekk il-kreditur jinsistix li għandhom ikunu issodisfatti kollha kemm huma jew jekk ftit minnhom jistgħu jitqiesu invalidi taħt id-dritt nazzjonali, jew biss din tal-penalità li huma, jew li fil-fatt jistgħu jiġu, mitluba?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Jekk penalitajiet kuntrattwali jinstabu li huma inġusti, huwa neċessarju li l-ebda waħda mill-penalità individwali ma tiġi applikata li (iżda meta kkunsidrati flimkien biss) wasslu lill-qorti sabiex tiddeċidi li l-ammont tal-kumpens kien ta’ natura sproporzjonata fis-sens tal-punt 1(e) tal-Anness tad-Direttiva 93/13, jew biss xi wħud minnhom (u f’dan il-każ tal-aħħar, skont liema kriterji)?</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-koppja Radlinger, Finway, mill-gvernijiet tar-Repubblika Ċeka u tal-Polonja u mill-Kummissjoni Ewropea. Waqt is-seduta tal-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, il-Ġermanja u l-Kummissjoni ppreżentaw sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk regoli nazzjonali li jirregolaw proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward ta’ dejn li joriġina minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur, li (i) jirrikjedu li d-debitur jagħmel rikors inċidentali għall-proċeduri ta’ insolvenza prinċipali sabiex jevalwa l-validità, l-ammont jew il-gradazzjoni tal-kreditu; u (ii) jirrestrinġu d-dritt tiegħu li jitlob eżami mill-ġdid ta’ dawk il-krediti, humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 93/13 u d-Direttiva 2008/48. B’implikazzjoni, dan iqajjem ukoll il-kwistjoni ta’ jekk tali regoli humiex kompatibbli mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw ir-regoli proċedurali jew il-kundizzjonijiet li jirregolaw azzjonijiet legali intiżi li jiżguraw il-protezzjoni mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali nazzjonali). Dan il-prinċipju huwa suġġett għall-kundizzjoni li tali regoli ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw azzjonijiet nazzjonali simili (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma jagħmluhiex eċċessivament diffiċli sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet mogħtija lill-konsumaturi mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività); ara, pereżempju, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ser nibda billi nqis il-pożizzjoni fir-rigward tad-Direttiva 93/13, li tistabbilixxi sistema li tipproteġi u tipprekludi lill-konsumaturi milli jintrabtu bi klawżoli kuntrattwali inġusti u tirrikjedi lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li jeżistu mezzi xierqa u effettivi sabiex jipprevjenu li tali klawżoli jibqgħu jintużaw f’kuntratti mal-konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13. Ara wkoll id-digriet f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pohotovost</NAME.CASE>’ (<NO.CASE>C‑76/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:685">EU:C:2010:685</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Ma huwiex ikkontestat li l-koppja Radlinger huma konsumaturi u li s-sellief huwa fornitur għall-finijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, il-qorti tar-rinviju tiddikjara fid-deċiżjoni tar-rinviju li qorti adita bi proċeduri ta’ insolvenza ma tistax teżamina l-validità, l-ammont jew il-gradazzjoni ta’ krediti fuq l-ebda bażi, sakemm il-persuna kkonċernata – l-amministratur ta’ proċedura ta’ falliment, il-kreditur jew (bħal f’dan il-każ) id-debitur – ma tippreżentax rikors inċidentali. Din il-pożizzjoni ma hijiex differenti meta l-proċeduri ta’ insolvenza jikkonċernaw djun li joriġinaw minn kuntratt mal-konsumatur. B’hekk, ma hemm l-ebda informazzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li tissuġġerixxi li regoli proċedurali nazzjonali li jirrikjedu lil debitur li jippreżenta rikors inċidentali – sabiex, pereżempju, jikkontesta l-validità ta’ kreditu ta’ kreditur peress li l-kuntratt li minnu joħroġ dan il-kreditu huwa inkompatibbli mar-regoli għall-protezzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni – huma inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw azzjonijiet nazzjonali simili oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, hija ġurisprudenza stabbilita li kull każ fejn tqum il-kwistjoni ta’ jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendi l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli għandu jiġi analizzat b’riferiment għall-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura, l-iżvolġiment tagħha u n-natura speċifika tagħha, meħuda f’daqqa, quddiem il-varji istanzi nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, iktar reċentement, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Faber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-497/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:357">EU:C:2015:357</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-ġurisprudenza ċċitata. Fil-konklużjonijiet tiegħi f’dan il-każ, jiena ssuġġerejt formulazzjoni ftit differenti għal din: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[...] jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-irwol ta’ dispożizzjoni partikolari fi proċedura u l-iżvolġiment u l-partikolaritajiet speċjali ta’ din il-proċedura, meqjusa fit-totalità tagħhom, quddiem il-korpi nazzjonali [...]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston f’Faber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-497/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2403">EU:C:2014:2403</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għal dawk il-finijiet, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont il-każ, il-prinċipji bażiċi tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħall-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment korrett tal-proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asturcom Telecommunicaciones</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-40/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:615">EU:C:2009:615</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-leġiżlazzjoni proċedurali nazzjonali inkwistjoni, huwa impossibbli jew eċċessivament diffiċli għall-qorti ta’ insolvenza sabiex teżamina l-validità, l-ammont jew il-gradazzjoni tal-krediti li jirriżultaw minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur, u dawn ir-regoli jagħmluha eċċessivament diffiċli lil debitur li huwa konsumatur sabiex jikkontesta kreditu rreġistrat?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddikjara li, taħt dawk ir-regoli, hija prekluża fil-proċeduri inċidentali milli teżamina l-leġittimità tal-ewwel kreditu (fl-ammont ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">3045991</FT>) għaliex dan il-kreditu huwa ggarantit. Hija tista’ teżamina r-rikors inċidentali fir-rigward tat-tieni kreditu (fl-ammont ta’ CZK <FT TYPE="NUMBER">1359540</FT>), peress li dan il-kreditu huwa infurzabbli u mhux iggarantit. Madankollu, din l-evalwazzjoni hija suġġetta għal restrizzjonijiet sinjifikattivi. Tali krediti mhux iggarantiti jistgħu jiġu evalwati biss abbażi tal-validità, l-ammont jew il-gradazzjoni li fihom huma stabbiliti, u d-debituri huma ristretti li jikkontestawhom biss abbażi tal-fatt li l-kreditu skada jew huwa preskritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-punti 12 sa 14 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>B’riżultat ta’ din in-natura partikolari, huwa impossibbli għal debituri fil-pożizzjoni tal-koppja Radlinger li jikkontestaw krediti ggarantiti. B’mod partikolari, meta krediti ggarantiti jikkonċernaw djun li ġejjin minn ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumatur, la l-validità tal-kreditu u lanqas il-kalkolu tas-somma dovuta ma jistgħu jiġu kkontestati. Il-kwistjoni ta’ jekk il-kuntratt li jwassal għad-dejn huwiex kompatibbli mar-regoli għall-protezzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni hija fundamentali sabiex jiġu stabbiliti speċifikament dawk iż-żewġ punti. Meta r-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma ġewx osservati, il-konsegwenza taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandha tkun li l-klawżoli fil-kuntratt li jwassal għad-dejn jitqiesu inġusti u ma jorbtux lill-konsumatur. Iżda regoli nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jipprekludu lill-qorti adita milli tagħmel l-evalwazzjoni neċessarja u jipprekludu lid-debitur innifsu milli jressaq azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Dan għalija jidher li huwa inkompatibbli mal-prinċipju tal-effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-krediti infurzabbli mhux iggarantiti, jidher li, jekk ma huwiex impossibbli, ċertament huwa eċċessivament diffiċli għal debituri sabiex jikkontestaw il-leġittimità ta’ tali krediti abbażi tal-fatt li l-oriġini tad-dejn insolventi (il-kuntratt mal-konsumatur) huwa inkompatibbli mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni. Minkejja li huwa minnu li d-debituri jistgħu jippreżentaw rikorsi inċidentali li jikkontestaw il-validità, l-ammont jew il-gradazzjoni ta’ tali krediti (din tal-aħħar ma tidhirx li hija rilevanti f’dan il-każ), ir-raġunijiet li abbażi tagħhom jistgħu jagħmlu dan huma limitati. Ir-regoli nazzjonali rilevanti ma jipprovdux għall-qorti nnifisha sabiex teżamina l-validità, jew l-ammont ta’ krediti li jirriżultaw minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur, u d-debituri huma limitati sabiex jargumentaw li l-krediti infurzabbli mhux iggarantiti skadew jew huma preskritti. Jidhirli li tali regoli fil-fatt jipprekludu lil konsumaturi li huma debituri milli jikkontestaw il-validità jew l-ammont ta’ tali krediti mhux iggarantiti meta dawk il-krediti jkunu bbażati fuq klawżoli li huma espressament ipprojbiti mid-Direttiva 93/13<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara l-Artikolu 3(1) moqri flimkien mal-punt 1(1)(e) fl-Anness I tad-Direttiva 93/13.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>B’hekk nikkonkludi li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regoli proċedurali nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali li: (i) jipprekludu qorti ta’ insolvenza meta tiddeċiedi dwar rikors inċidentali sabiex teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-validità, l-ammont jew il-gradazzjoni ta’ krediti infurzabbli mhux iggarantiti li jirriżultaw minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur; (ii) jipprekludu tali qorti milli teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-leġittimità ta’ kreditu ggarantit; u (iii) jagħmluha impossibbli u/jew eċċessivament diffiċli għal konsumatur li huwa debitur sabiex jikkontesta kreditu infurzabbli mhux iggarantit, meta tali krediti jkunu ġejjin minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur, minkejja li l-qorti ta’ insolvenza għandha l-elementi legali u fattwali neċessarji għal dak ir-rwol fid-dispożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali inkwistjoni humiex preklużi mill-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2008/48. Fl-opinjoni tiegħi ma huwiex neċessarju li tingħata risposta għal dan l-aspett tal-ewwel domanda. L-Artikolu 22(2) jeżiġi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplementa jew tikkorrispondi għad-Direttiva 2008/48. Ma hemm xejn fir-regoli nazzjonali deskritti fid-deċiżjoni tar-rinviju li jirregolaw is-sitwazzjoni meta konsumatur iċedi<?PAGE NO="10"?> d-drittijiet tiegħu fis-sens tal-Artikolu 22(2) jidher li huwa rilevanti f’dan il-każ. Barra minn hekk, ma hemm ebda indikazzjoni fid-deskrizzjoni tal-fatti mill-qorti tar-rinviju li l-koppja Radlinger ċedew id-drittijiet mogħtija lilhom mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw din id-direttiva. Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2008/48 ma jidhirx li għandu impatt fuq il-kwistjoni ta’ jekk ir-regoli nazzjonali inkwistjoni humiex preklużi mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fit-tieni domanda l-qorti tar-rinviju tqajjem żewġ kwistjonijiet. L-ewwel nett, il-qrati nazzjonali għandhom jeżaminaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk kreditur naqas milli jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, anki meta d-debitur innifsu ma jibbażax ruħu fuq din ir-raġuni? It-tieni nett, jekk il-kreditur fil-fatt naqas milli jipprovdi din l-informazzjoni, il-ftehim ta’ kreditu huwa għalhekk invalidu kif previst taħt il-liġi nazzjonali?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Qabel ma neżamina dawn id-domandi nfakkar li taħt il-ftehim ta’ kreditu fil-kawża prinċipali, il-koppja Radlinger qablu li jieħdu self iggarantit u li l-proċeduri ta’ insolvenza sussegwenti jirrigwardaw <HT TYPE="ITALIC">żewġ krediti</HT> fir-rigward ta’ dan id-dejn. L-ewwel kreditu (CZK <FT TYPE="NUMBER">3045991</FT>) huwa ggarantit bi tliet modi, inkluż garanzija fil-forma ta’ ipoteka. It-tieni kreditu (CZK <FT TYPE="NUMBER">1359540</FT>) jikkonsisti f’penalitajiet kuntrattwali imposti taħt il-ftehim ta’ kreditu b’riżultat tal-inadempjenza tal-koppja Radlinger.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Huwa l-ftehim ta’ kreditu nnifsu li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48, iktar milli d-djun li jirriżultaw jew il-krediti tal-kreditur. Madankollu, ftehimiet ta’ kreditu ggarantiti b’ipoteka huma espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48 (Artikolu 2(2)(a)). Il-Kummissjoni tiddikjara fl-osservazzjonijiet tagħha li d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni huma usa’ mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/48, peress li huma jkopru wkoll ftehimiet ta’ kreditu ggarantiti b’ipoteka. Din il-pożizzjoni ma hijiex inkonsistenti mal-għanijiet tad-Direttiva 2008/48. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu, skont id-dritt tal-Unjoni, leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi ma’ wħud mid-dispożizzjonijiet, jew mad-dispożizzjonijiet kollha, tad-Direttiva 2008/48, li tkopri ftehimiet ta’ kreditu ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara l-premessa 10 fil-preambolu tad-Direttiva 2008/48, iċċitata fil-punt 6 iktar ’il fuq, u s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SC Volksbank România</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-602/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:443">EU:C:2012:443</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita li, fil-proċedura għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina l-bżonn ta’ rinviju u r-rilevanza tad-domandi magħmula<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SC Volksbank România</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-602/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:443">EU:C:2012:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja tirrifjuta li tagħti deċiżjoni fuq domanda rrinvijata għal deċiżjoni preliminari biss jekk ikun jidher manifestament li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jsirulha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SC Volksbank România</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-602/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:443">EU:C:2012:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ma huwiex il-każ hawnhekk. B’hekk, minn tal-inqas, ma huwiex manifest li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 ma tistax tkun rilevanti sabiex tingħata deċiżjoni fil-kawża prinċipali fir-rigward tal-ewwel kreditu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SC Volksbank România</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-602/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:443">EU:C:2012:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pohotovost</NAME.CASE>’ (<NO.CASE>C-76/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:685">EU:C:2010:685</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha għalhekk tiġi applikata skont id-Direttiva 2008/48 kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma tagħmilx differenza għall-analiżi jekk il-ftehim ta’ kreditu li minnu joriġina d-dejn iggarantit kienx jaqa’ ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48 fl-assenza tar-regoli ta’ implementazzjoni tar-Repubblika Ċeka, u jekk id-dejn mhux iggarantit kienx ikun irregolat minn din id-direttiva. Huwa għalhekk aħjar li dawk il-kwistjonijiet jitħallew miftuħa sabiex jiġu evalwati f’każ fil-futur meta jkunu rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Insegwitu, nosserva li l-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48 jinkludi lista ta’ 22 tip ta’ informazzjoni li għandu jiġi ppreċiżat fi ftehim ta’ kreditu. Huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat jekk qrati nazzjonali għandhomx jagħmlu evalwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn it-tipi?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-iskema leġiżlattiva tad-Direttiva 2008/48 tipprovdi li l-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni kemm qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu kif ukoll fil-ftehim innifsu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-punt 9 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. L-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 10 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>) tirrifletti d-dsatax-il tip ta’ informazzjoni speċifikat fl-Artikolu 5 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Informazzjoni prekuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>) u l-għanijiet taż-żewġ dispożizzjonijiet huma li jiġi żgurat li l-konsumatur ikun totalment informat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara l-premessi 19 u 31 fil-preambolu tad-Direttiva 2008/48.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju hawnhekk tixtieq tkun taf jekk qrati nazzjonali għandhomx jevalwaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk l-obbligu fl-Artikolu 10(2)(d) sabiex il-konsumatur jiġi informat bl-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ammont totali ta’ kreditu u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta’ self<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ġiex issodisfatt. Il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni tan-nuqqas tas-sellief li jipprovdi dak li l-qorti nazzjonali tiddeskrivi bħala l-informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>korretta<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fir-rigward tal-ammont totali tal-kreditu? Fis-sitwazzjoni fattwali inkwistjoni, il-ftehim ta’ kreditu jistipula ammont ta’ kreditu li għandu jitħallas lil konsumatur, iżda taħt il-ftehim l-ispejjeż tas-sellief (pereżempju, miżati amministrattivi u l-ewwel pagamenti tal-interessi) għandhom jitnaqqsu mill-ammont tas-self u s-somom li jirrappreżentaw dawk l-ispejjeż fil-verità qatt ma jitpoġġew fid-dispożizzjoni tal-konsumatur. Meta l-ammont totali tal-kreditu jinkludi dawn l-ispejjeż, ir-RIPS tkun iktar baxxa minn meta dawk l-ispejjeż ikunu esklużi mill-ammont li fil-fatt jitħallas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara l-punt 59 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’l isfel fejn nikkunsidra r-raba’ domanda.</P></NOTE>. Il-qorti tar-rinviju għalhekk tistaqsi hekk qrati nazzjonali għandhomx jeżaminaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-nuqqas ta’ kreditur li jipprovdi informazzjoni fir-rigward tal-ammont totali ta’ kreditu kif jeżiġi l-Artikolu 10(2)(d).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Din id-domanda għandha rilevanza partikolari sabiex tingħata deċiżjoni fil-kawża prinċipali: jekk il-qorti tar-rinviju ssib li l-konsumatur ma kienx informat dwar l-ammont totali ta’ kreditu, tkun tapplika rata ta’ interessi differenti u arranġamenti oħrajn jitqiesu invalidi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara l-punt 16 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet f’numru ta’ drabi li qrati nazzjonali għandhom japplikaw ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Dan ir-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ġie ġġustifikat mill-kunsiderazzjoni li s-sistema ta’ protezzjoni implementata minn dawn id-direttivi hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’pożizzjoni ta’ inferjorità fir-rigward tal-bejjiegħ f’dak li jikkonċerna kemm is-setgħa ta’ nnegozjar kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni u li jeżisti riskju mhux negliġibbli li, b’mod partikolari, b’nuqqas ta’ għarfien, il-konsumatur ma jinvokax ir-regola ta’ dritt intiża li tipproteġih<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Faber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-497/13</NO.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:357">EU:C:2015:357</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja applikat dawn il-prinċipji (pereżempju) meta qieset id-dritt ta’ konsumatur li jfittex rimedji kontra min jagħti l-kreditu taħt l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 87/102/EEC<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Direttiva tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19861222">22 ta’ Diċembru 1986</DATE>, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326). Ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rampion u Godard</NAME.CASE> ( <NO.CASE>C‑429/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:575">EU:C:2007:575</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u fir-rigward ta’ dritt ta’ konsumatur li jirtira minn kuntratt innegozjat ’il<?PAGE NO="12"?> barra minn post tan-negozju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Martín Martín</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑227/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:792">EU:C:2009:792</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fis-sentenza Faber,<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Faber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑497/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:357">EU:C:2015:357</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> fejn il-kwistjoni kienet jekk inkwistjoni kienx hemm garanzija li bejjiegħ għandu jagħti lil xerrej taħt kuntratt ta’ bejgħ ta’ karozza, il-qorti nazzjonali xtaqet tkun taf jekk kellhiex teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-istatus tax-xerrej bħala konsumatur fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 1999/44/EC<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19990525">25 ta’ Mejju 1999</DATE>, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223).</P></NOTE>, minkejja l-fatt li Froukje Faber ma kinitx ibbażat ruħha fuq dan l-istatus fil-proċeduri nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, l-istess prinċipji jistgħu jiġu applikati b’mod utli fl-evalwazzjoni ta’ jekk regoli proċedurali nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jagħmlux l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli. Fi kliem ieħor: dawn ir-regoli nazzjonali huma kompatibbli mal-prinċipju tal-effettività?<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 35 iktar ’il fuq.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Mid-deskrizzjoni mill-qorti tar-rinviju tar-regoli proċedurali li jirregolaw proċeduri nazzjonali ta’ insolvenza jidher li qrati nazzjonali ma jistgħux jevalwaw jekk ġiex issodisfat ir-rekwiżit li kredituri għandhom jipprovdu lil konsumaturi li huma debituri l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 10(2)(d). Jidher ukoll li l-koppja Radlinger innifishom ma setgħux iqajmu din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Konsumaturi għandhom bżonn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2)(d): (i) sabiex ikunu jistgħu jevalwaw l-ammont li qegħdin iħallsu għall-kreditu; (ii) sabiex jistabbilixxu jekk jistgħux isibu offerta aħjar xi mkien ieħor; u (iii) sabiex jorganizzaw il-finanzi personali tagħhom bil-għan li jevitaw id-diżabbiltajiet u l-inkonvenjenzi li jinvolvi l-istatus ta’ falliment. Dawn l-elementi huma konformi mal-għanijiet tad-Direttiva 2008/48 li tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni lill-konsumatur u sabiex jinħoloq suq intern ġenwin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara l-premessi 6, 7, 8 u 9 fil-preambolu tad-Direttiva 2008/48.</P></NOTE>. Informazzjoni dwar l-ammont totali tal-kreditu hija rilevanti għall-kalkolu tar-RIPS taħt ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ir-RIPS hija ddefinita bħala l-ispiża totali ta’ kreditu espressa bħala perċentwali annwali ta’ dan l-ammont; ara wkoll l-Artikolu 3(i) tad-Direttiva 2008/48.</P></NOTE>. Li jista’ jkun anki ta’ importanza iktar immedjata lill-konsumatur huma l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta’ kreditu: kemm flus ser jitpoġġew fid-dispożizzjoni tiegħu taħt il-ftehim ta’ kreditu?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Jekk regoli proċedurali nazzjonali jipprekludu konsumatur li sar debitur milli jqajjem in-nuqqas ta’ kreditur li jipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 10(2)(d), il-konsumatur jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija mid-Direttiva 2008/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni ta’ jekk din l-informazzjoni ġietx ipproduta jew le f’din il-kawża tista’ taffettwa l-validità tal-kreditu tal-kreditur kif ukoll tal-ammont tar-responsabbiltà tad-debitur. Jekk il-qorti adita ma tistax teżamina din il-kwistjoni, hija ma tistax tiddetermina jekk il-krediti li ġejjin mill-ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur jaqgħux fi ħdan ir-regoli nazzjonali (usa’) li jimplementaw id-Direttiva 2008/48. Lanqas ma tista’ tapplika regoli nazzjonali li jimponu penalitajiet meta kreditur jonqos milli jipprovdi informazzjoni dwar l-ammont totali ta’ kreditu u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta’ self. Dawk ir-regoli nazzjonali jistgħu jwasslu sabiex ir-responsabbiltà tal-konsumatur tonqos jew anki tispiċċa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li regoli proċedurali li jipprekludu qorti nazzjonali milli teżamina jekk ir-rekwiżit elenkat fl-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48 ġiex issodisfat jimminaw l-effettività tal-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva. Qorti nazzjonali għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq din l-evalwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u, fejn meħtieġ, timponi penalitajiet taħt id-dritt nazzjonali għal nuqqas ta’ konformità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-penalitajiet humiex effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-finijiet tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48. Mill-informazzjoni fil-punt 16 iktar ’il fuq, jidher li dan huwa l-każ.</P></NOTE> .</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>B’hekk jiena nikkonkludi li l-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali adita bi proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward ta’ ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur għandha teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk l-informazzjoni elenkata f’din id-dispożizzjoni ġietx ipprovduta mill-kreditur lid-debitur u timponi l-penali rilevanti taħt id-dritt nazzjonali meta dan l-obbligu ma ġiex issodisfatt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi meta ftehim ta’ kreditu jistipula ammont ta’ kreditu li għandu jitħallas, iżda jkun miftiehem li l-krediti tas-sellief għal miżata and għall-ewwel pagament(i) ser jitnaqqsu minn dan l-ammont, b’mod li dawk l-ammonti fil-fatt qatt ma jitħallsu lill-konsumatur iżda jinżammu fid-dispożizzjoni tas-sellief: (i) x’inhu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>l-ammont totali ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> għall-finijiet tal-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48; (ii) x’inhuma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>l-ammonti ta’ ġbid ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fil-formula għall-kalkolu tar-RIPS fl-Anness I għal din id-direttiva; u (iii) l-inklużjoni ta’ dawn is-somom taffettwa dan il-kalkolu?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ammont totali ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 3(l) bħala li jfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>[...] il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli taħt ftehim ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Madankollu, it-test tad-Direttiva 2008/48 ma jiddikjarax jekk din is-somma tinkludix, minbarra l-ammont tas-self li l-konsumatur fil-fatt jirċievi, spejjeż bħal miżati amministrattivi u kwalunkwe pagamenti inizjali ta’ interessi li jinżammu mis-sellief u li qatt ma jitħallsu lill-konsumatur; jew jekk tfissirx is-somma riċevuta mill-konsumatur mingħajr dawn l-ispejjeż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Il-Kummissjoni tipprovdi illustrazzjoni fin-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 12 fil-paġna 11 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Linji gwida fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE (Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur) dwar spejjeż u r-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> SWD(2012) 128 finali (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>). Kreditur jipprovdi EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> iżda jinftiehem mal-konsumatur li spejjeż li jammontaw għal EUR 100 għandhom jitħallsu minn dan it-total u mhux mir-riżorsi l-oħrajn tal-konsumatur. Il-konsumatur għalhekk jista’ juża EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> nieqes EUR 100 = EUR <FT TYPE="NUMBER">4900</FT>. Il-Kummissjoni tikkunsidra din l-aħħar somma bħala l-ammont totali ta’ kreditu ddefinit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/48.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Huwa paċifiku bejn il-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u l-Polonja, li l-ammont totali ta’ kreditu jfisser dan tal-aħħar. Dawk il-partijiet jaqblu wkoll li jekk l-ammont totali ta’ kreditu minflok ikun iddefinit b’mod li tali spejjeż ikunu inklużi mal-ammont li fil-fatt jitħallas lill-konsumatur, l-effett ikun li jiġi ġġenerat RIPS li tidher iktar baxxa minn dak li kieku kien jiġi ġġenerat jekk ikun ikkalkolat abbażi biss tas-somma mħallsa lill-konsumatur mingħajr l-ispejjeż. La l-koppja Radlinger u lanqas Finway ma offrew kummenti dwar dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Jidhirli li t-tifsira naturali tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>[...] is-somom totali <HT TYPE="ITALIC">disponibbli</HT> taħt ftehim ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Enfasi magħmula minni.</P></NOTE> hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>l-ammont tas-self mingħajr l-ispejjeż tas-sellief<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Dan huwa l-ammont li fil-fatt jitħallas lill-konsumatur u b’hekk imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur sabiex jużah. Din is-somma tikkorrispondi wkoll mal-ammont tal-ġbid ta’ kreditu fil-formula għall-kalkolu tar-RIPS fl-Anness I tad-Direttiva 2008/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija konsistenti wkoll mal-iskema tad-Direttiva 2008/48 sa fejn l-Artikolu 3(h) jindika li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ammont totali pagabbli mill-konsumatur’ tfisser is-somma ta’ l-ammont totali tal-kreditu u l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Jekk l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>ammont totali tal-kreditu<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jitqies li jinkludi spejjeż bħal pagamenti tal-interessi u miżati amministrattivi, dawn l-ispejjeż ikunu magħdudin darbtejn fid-determinazzjoni tal-ammont totali pagabbli mill-konsumatur – darba fid-determinazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>ammont totali tal-kreditu<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u darba oħra fid-determinazzjoni tal-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur kif iddefinit fl-Artikolu 3(g). Dan irendi l-iskema tad-direttiva inkoerenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>L-ispejjeż li konsumatur jista’ jintalab iħallas taħt ftehim ta’ kreditu jistgħu jvarjaw fin-natura tagħhom u jistgħu jiġu kkalkolati minn kredituri li jużaw metodi u varjabbli differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Ara l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE, p. 5.</P></NOTE>. Jekk dawn kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tar-RIPS, l-għanijiet tad-Direttiva 2008/48 li jiġu żgurati t-trasparenza u l-komparabbiltà fir-rigward tal-offerti għall-kreditu jistgħu jiġu mminati. Meta l-ispejjeż ma humiex ikkalkolati b’riferiment għal regoli uniformi, l-inklużjoni ta’ spejjeż fl-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ammont totali tal-kreditu<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> tagħmel paragun realistiku diffiċli jekk mhux impossibbli. Tali spejjeż għandhom għalhekk ikunu esklużi mill-kalkolu tar-RIPS sabiex, preċiżament, jiġu żgurati t-trasparenza u l-komparabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Finalment, jiena nenfasizza li d-Direttiva 2008/48 hija miżura ta’ armonizzazzjoni kompleta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara l-premessa 9.</P></NOTE>. Huwa għalhekk meħtieġ li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>l-ammont totali tal-kreditu<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> u s-somom inklużi fil-ġbid ta’ kreditu għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-formula fl-Anness I ikunu interpretati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>B’hekk jiena nqis li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>l-ammont totali tal-kreditu<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> fl-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48 jirreferi għas-somom li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur taħt ftehim ta’ kreditu fis-sens tal-Artikolu 3(l), jiġifieri s-somom li fil-fatt jitħallsu mis-sellief lill-konsumatur u b’hekk imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-konsumatur għall-użu tiegħu, mingħajr ebda spejjeż dovuti lill-kreditur. Il-ġbid ta’ kreditu fil-formula għall-finijiet tal-kalkolu tar-RIPS fl-Anness I ta’ din id-direttiva huwa l-istess bħall-ammont totali tal-kreditu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13 u d-Direttiva 2008/48 għandhomx effett dirett, meta wieħed jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-fatt li l-proċeduri fil-kawża prinċipali jirrigwardaw tilwima <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> bejn individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jidhirli li, strettament, din id-domanda hija irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet taż-żewġ direttivi ġew trasposti fid-dritt nazzjonali. B’hekk l-ebda parti fil-kawża prinċipali ma għandha bżonn tibbaża ruħha fuqhom direttament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Peress li t-tilwima fil-kawża prinċipali hija bejn konsumatur u fornitur, l-ebda waħda mill-partijiet ma tista’ tibbaża ruħha fuq l-effett dirett tad-Direttiva 93/13 jew tad-Direttiva 2008/48. Hija madankollu ġurisprudenza stabbilita li qorti nazzjonali li tkun qed tisma’ tilwima bejn individwi għandha, meta tapplika d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, tikkunsidra r-regoli tad-dritt nazzjonali fit-totalità tagħhom u tinterpretahom, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tal-formulazzjoni u l-għan tad-direttiva applikabbli sabiex jintlaħaq riżultat konsistenti mal-għan imfittex minn din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rampion u Godard</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:199">EU:C:2007:199</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Faber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑497/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:357">EU:C:2015:357</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-ħames u s-sitt domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar it-tifsira tal-punt 1(e) fl-Anness tad-Direttiva 93/13. Fis-sitt domanda hija tistaqsi jekk penalitajiet kuntrattwali, bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, humiex inġusti għall-finijiet ta’ din id-direttiva u, jekk dan huwa l-każ, jekk il-qrati nazzjonali għandhomx jeskludu l-applikazzjoni ta’ dawn il-klawżoli kollha jew ta’ wħud minnhom biss. Jiena ser nitratta ż-żewġ domandi flimkien.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Skont il-punt 1(e) fl-Anness tad-Direttiva 93/13, klawżoli li għandhom il-għan jew l-effett li jirrikjedu li kwalunkwe konsumatur li jonqos milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jħallas somma għolja b’mod sproporzjonat f’kumpens huma inġusti għall-finijiet tad-direttiva u għalhekk, skont l-Artikolu 6(1), ma għandhomx ikunu vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13 jiddefinixxu l-kriterji ġenerali ta’ jekk klawżoli kuntrattwali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva humiex inġusti. B’din il-bażi leġiżlattiva, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jiddeterminaw jekk klawżola partikolari hijiex inġusta għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asbeek Brusse u de Man Garabito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-488/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Kriterji rilevanti għal din l-analiżi hawnhekk jinkludu s-saħħa relattiva tal-kumpannija finanzjarja meta mqabbla mal-pożizzjoni ta’ negozjar tal-konsumatur u jekk il-klawżoli penali kinux klawżoli standard imfassla minn qabel li ma kinux innegozjati mal-koppja Radlinger, b’mod li huma ma kellhom ebda influwenza fuqhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13; ara wkoll id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pohotovost</NAME.CASE>’ (<NO.CASE>C‑76/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:685">EU:C:2010:685</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għandu jiġi evalwat l-effett kumulattiv ta’ dawn il-klawżoli kollha fil-ftehim ta’ kreditu, peress li huma japplikaw sakemm ma jkunux suġġetti għal kontestazzjoni legali li tirnexxi. (Madankollu, il-konsumatur jista’ ma jkunx jaf li huwa jista’ jikkontesta tali klawżoli jew ma jkunx jista’ jagħmel dan għal raġunijiet ta’ spejjeż jew għaliex ikun prekluż minn regoli proċedurali nazzjonali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>It-tieni parti tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 espressament tipprovdi li kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur ikomplu jorbtu lill-partijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>fuq dawn il-klawżoli<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> jekk dan il-kuntratt jista’ jkompli jeżisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>mingħajr il-klawżoli inġusti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>. B’hekk, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>[i]l-qrati nazzjonali huma obbligati li jeliminaw l-applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali inġusta bil-għan li dawn ma jipproduċux effetti vinkolanti fil-konfront tal-konsumatur, mingħajr ma huma awtorizzati jirrevedu l-kontenut ta’ din tal-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asbeek Brusse u de Man Garabito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑488/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Minn dan isegwi li meta klawżoli penali huma inġusti fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, qrati nazzjonali għandhom jeskludu dawn il-klawżoli <HT TYPE="ITALIC">kollha</HT> u mhux biss ftit minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Minħabba n-natura u s-sinjifikat tal-interess pubbliku li jikkostitwixxi l-bażi tal-protezzjoni mogħtija lil konsumaturi taħt id-Direttiva 93/13, l-Istati Membri għandhom jipprovdu mezzi xierqa u effettivi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> (Artikolu 7(1)). Kieku l-qrati nazzjonali setgħu jirrevedu l-kontenut tal-klawżoli inġusti inklużi f’tali kuntratti, dan ikun jista’ (paradossalment) jikkomprometti li jintlaħaq il-għan fuq żmien twil tal-Artikolu 7, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>peress li timmina l-effett dissważiv eżerċitat fuq il-bejjiegħa jew fornituri bil-pur u sempliċi nuqqas ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-konsumaturi ta’ tali klawżoli inġusti<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE> <NAME.CASE>Asbeek Brusse u de Man Garabito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑488/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Jekk qorti nazzjonali tkun sabet li l-klawżoli penali huma inġusti għall-finijiet tal-punt 1(e) tal-Anness tad-Direttiva 93/13, huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat l-effett kumulattiv ta’ dawn il-klawżoli kollha fi ftehim iktar milli tkun ristretta l-evalwazzjoni għal dawk li s-sellief jinsisti għandhom jiġu ssodisfatti jew jiġu injorati dawk ikkunsidrati invalidi taħt id-dritt nazzjonali?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, għandu jiġi kkunsidrat l-effett kumulattiv tal-klawżoli penali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, din il-pożizzjoni hija konsistenti mal-għanijiet tad-Direttiva 93/13, li jinkludu li tiġi eradikata l-prattika ta’ inklużjoni ta’ klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti mill-abbuż minn bejjiegħa jew fornituri li jgawdu minn pożizzjoni ta’ negozjar iktar b’saħħitha meta kkomparati mal-konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Ara l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6(1); ara wkoll ir-raba’ u d-disa’ premessa fil-preambolu tad-Direttiva 93/13.</P></NOTE>. It-tieni nett, huwa konsistenti mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 li l-applikazzjoni ta’ tali klawżoli għandha tiġi injorata fit-totalità<?PAGE NO="16"?> tagħhom sabiex tiskoraġġixxi lil bejjiegħa jew fornituri u b’mod partikolari kredituri fil-qasam politikament u ekonomikament sensittiv ta’ kreditu lill-konsumatur milli jinkludu klawżoli ta’ din in-natura fi ftehimiet ta’ kreditu. Dan huwa b’mod partikolari l-każ meta tali klawżoli jinsabu fi klawżoli standard li ma jkunux ġew innegozjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>B’hekk jiena nikkonkludi li, għall-finijiet tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 93/13 u tal-punt 1(e) tal-Anness tagħha, huwa neċessarju li l-qorti tar-rinviju tqis jekk l-effett kumulattiv tal-klawżoli penali kollha fi ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur jeħtieġx mill-konsumatur li jħallas somma għolja b’mod disproporzjonat bħala kumpens, anki meta s-sellief ma jinsistix li dawn il-klawżoli kollha għandhom jiġu ssodisfatti fit-totalità tagħhom, jew meta ċerti klawżoli penali jitqiesu li huma invalidi taħt id-dritt nazzjonali. Meta tali klawżoli jinstabu li huma inġusti, għandha tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ dawn il-klawżoli kollha fit-totalità tagħhom għall-konsumatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Krajský soud v Praze (qorti reġjonali ta’ Praga) b’dan il-mod:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regoli proċedurali nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali li: (i) jipprekludu qorti ta’ insolvenza meta tiddeċiedi dwar rikors inċidentali sabiex teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-validità, l-ammont jew il-gradazzjoni ta’ krediti infurzabbli mhux iggarantiti li jirriżultaw minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur; (ii) jipprekludu tali qorti milli teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-leġittimità ta’ kreditu ggarantit; u (iii) jagħmluha impossibbli u/jew eċċessivament diffiċli għal konsumatur li huwa debitur sabiex jikkontesta kreditu infurzabbli mhux iggarantit, meta tali krediti jkunu ġejjin minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur, minkejja li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni fuq il-proċeduri ta’ insolvenza għandha l-elementi legali u fattwali neċessarji għal dan ir-rwol għad-dispożizzjoni tagħha.</P></ITEM><ITEM><P>L-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali adita bi proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward ta’ ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur għandha teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk l-informazzjoni elenkata f’din id-dispożizzjoni ġietx ipprovduta mill-kreditur lid-debitur u timponi l-penali rilevanti taħt id-dritt nazzjonali meta dan l-obbligu ma ġiex issodisfatt.</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>[L]-ammont totali tal-kreditu<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> fl-Artikolu 10(2)(d) tad-Direttiva 2008/48 għandu jinftiehem bħala li jirreferi għas-somom li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur taħt ftehim ta’ kreditu fis-sens tal-Artikolu 3(l), jiġifieri s-somom li fil-fatt jitħallsu mis-sellief lill-konsumatur u b’hekk jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur għall-użu tiegħu, mingħajr ebda spejjeż dovuti lill-kreditur. Il-ġbid ta’ kreditu fil-formula għall-finijiet tal-kalkolu tar-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena fl-Anness I ta’ din id-direttiva huwa l-istess bħall-ammont totali tal-kreditu.</P></ITEM><ITEM><P>Il-qorti tar-rinviju għandha tiddetermina jekk l-effett kumulattiv tal-klawżoli penali fi ftehim ta’ kreditu jeħtieġx mill-konsumatur li jħallas somma għolja b’mod disproporzjonat bħala kumpens għall-finijiet tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 93/13 u l-punt 1(e) tal-Anness tagħha, anki meta s-sellief ma jinsistix li dawn il-klawżoli kollha għandhom jiġu ssodisfatti fit-totalità tagħhom, jew meta ċerti klawżoli penali jitqiesu li huma invalidi taħt id-dritt nazzjonali. Meta tali klawżoli jinstabu li huma inġusti, għandha tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ dawn il-klawżoli kollha fit-totalità tagħhom għall-konsumatur.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>