|
24.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 70/37 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 9/2009
adottata mill-Kunsill fid-9 ta' Jannar 2009
bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/C 70 E/02)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55 u 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Is-suq intern fil-qasam tal-gass naturali, li ġie implimentat progressivament fil-Komunità kollha mill-1999, għandu l-għan li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha fl-Unjoni Ewropea, kemm jekk ikunu ċittadini jew negozji, opportunitajiet ġodda ta' negozju u aktar kummerċ transkonfinali, sabiex jinkiseb titjib fl-effiċjenza, prezzijiet kompettitivi, u standards ogħla ta' servizz, u sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-fornitura u għas-sostennibbiltà. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali (4) għamlet kontribut sinifikanti lejn il-ħolqien ta' tali suq intern fil-gass naturali. |
|
(3) |
Il-libertajiet li t-Trattat jiggarantixxu liċ-ċittadini tal-Unjoni — il-moviment liberu tal-merkanzija, libertà li jiġu provduti servizzi, u l-libertà li wieħed jistabbilixxi ruħu — ikunu ottenibbli biss i f'suq miftuħ għal kollox, li jippermetti lill-konsumaturi kollha liberament li jagħżlu lill-provdituri tagħhom u l-provdituri tagħhom liberament jikkonsenjaw lill-klijenti tagħhom. |
|
(4) |
Madankollu, bħalissa, jeżistu ostakli għall-bejgħ ta' gass taħt termini ugwali u mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġi fil-Komunità. B'mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-network, u livell ugwalment effettiv ta' superviżjoni regolatorja f'kull Stat Membru, għad ma jeżistux. |
|
(5) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2007 intitolata “Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa” enfasizzat l-importanza li jitlesta s-suq intern tal-gass naturali, kif ukoll li jinħoloq ambjent ekwu għall-kumpaniji kollha tal-gass naturali stabbiliti fil-Komunità. Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2007 intitolata: “Prospetti għas-suq intern tal-gass u tal-elettriku” u “Inkjesta taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-Setturi Ewropej tal-Gass u tal-Elettriku (Rapport Finali)” urewli r-regoli u l-miżuri preżenti ma jipprovdux il-qafas meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb. |
|
(6) |
Mingħajr is-separazzjoni effettiva tan-networks minn attivitajiet ta' produzzjoni u fornitura “separazzjoni effettiva”, hemm ir-riskju inerenti ta' diskriminazzjoni mhux biss fl-operat tan-network iżda wkoll fl-inċentivi għal impriżi integrati vertikalment li jinvestu b'mod adegwat fin-networks tagħhom. |
|
(7) |
Madankollu, ir-regoli dwar is-separazzjoni legali u funzjonali kif previsti fid-Direttiva 2003/55/KE ma wasslux għas-separazzjoni effettiva tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni. Għalhekk, fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fit-8 u d-9 ta' Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proposti leġislattivi għas-“separazzjoni effettiva tal-attivitajiet ta' fornitura u produzzjoni mill-operazzjonijiet tan-network”. |
|
(8) |
Hija biss it-tneħħija tal-inċentiv għall-impriżi integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward tal-aċċess għan-network u l-investiment li tista' tiżgura separazzjoni effettiva. Is-separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà, li timplika l-ħatra tal-proprjetarju tan-network bħala l-operatur tas-sistema u l-indipendenza tiegħu minn kwalunkwe interess ta' fornitura u produzzjoni, hija b'mod ċar mezz effettiv u stabbli biex jiġi solvut il-konflitt ta' interess inerenti u biex tkun żgurata s-sigurtà tal-fornitura. Għal din ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2007 dwar Prospetti għas-suq intern tal-gass u tal-elettriku rrifera għas-separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà fil-livell tat-trasmissjoni bħala l-aktar għodda effettiva għall-promozzjoni tal-investimenti fl-infrastrutturi b'mod mhux diskriminatorju, l-aċċess ġust għan-network għal parteċipanti ġodda u t-trasparenza fis-suq. Taħt is-separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà, l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu meħtieġa jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ma jkunux intitolati jeżerċitaw kontroll fuq impriża tal-produzzjoni jew tal-fornitura u, fl-istess waqt, jeżerċitaw kontroll jew kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew sistema ta' trasmissjoni. Bil-kontra, il-kontroll fuq sistema ta' trasmissjoni jew operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jipprekludi l-possibbiltà li jiġi eżerċitat kontroll jew kwalunkwe dritt fuq impriża ta' produzzjoni jew tal-fornitura. F'dawk il-limiti, għandu jkun possibbli għal impriża ta' produzzjoni jew tal-fornitura li jkollha sehem minoritarju f'operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew sistema ta' trasmissjoni. |
|
(9) |
Id-definizzjoni tat-terminu “kontroll” hija meħuda mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (5). |
|
(10) |
Billi s-separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà teħtieġ, f'xi każi, ir-ristrutturar tal-impriżi, l-Istati Membri għandhom jingħataw żmien addizzjonali biex japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti. Fi-dawl tar-rabtiet vertikali bejn is-setturi tal-gass u tal-elettriku, id-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni għandhom japplikaw għaż-żewġ setturi. |
|
(11) |
Taħt is-separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-operat tan-network mill-interessi tal-fornitura u l-produzzjoni u sabiex ma jkun hemm skambju ta' ebda informazzjoni kunfidenzjali, l-istess persuna ma għandhiex tkun membru tal-bordijiet tal-amministrazzjoni kemm ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew sistema ta' trasmissjoni kif ukoll ta' impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' produzzjoni jew fornitura. Għall-istess raġuni, l-istess persuna ma għandhiex tkun intitolata taħtar membri tal-bordijiet ta' amministrazzjoni ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew sistema ta' trasmissjoni u teżerċita kontroll jew kwalunkwe dritt fuq impriża ta' produzzjoni jew tal-fornitura. |
|
(12) |
L-istabbiliment ta' operatur ta' sistema jew ta' operatur tat-trasmissjoni li jkun indipendenti mill-interessi ta' fornitura u ta' produzzjoni għandu jippermetti lill-impriżi integrati vertikalment iżommu d-dritt ta' proprjetà tagħhom tal-assi tan-network filwaqt li jiżgura separazzjoni effettiva tal-interessi, sakemm tali operatur indipendenti ta' sistema jew tali operatur indipendenti tat-trasmissjoni iwettaq il-funzjonijiet kollha ta' operatur tas-sistema u sakemm jiġu attwati regolamentazzjoni ddettaljata u mekkaniżmi ta' kontroll regolatorji estensivi. |
|
(13) |
Fejn, fi (6), l-impriża li tkun proprjetarja tas-sistema ta' trasmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-għażla bejn is-separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà u l-istabbiliment ta' operatur ta' sistema jew ta' operatur tat-trasmissjoni li jkun indipendenti mill-interessi ta' fornitura u ta' produzzjoni. |
|
(14) |
Sabiex l-interessi tal-azzjonisti tal-impriżi integrati vertikalment jinżammu bis-sħiħ, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jimplimentaw separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà jew permezz ta' żvestiment dirett jew inkella billi jinqasmu l-ishma tal-impriża integrata f'ishma tal-impriża tan-network u ishma tal-impriża residwali ta' fornitura u ta' produzzjoni, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mis-separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà. |
|
(15) |
L-effikaċja sħiħa tas-soluzzjonijiet ta' operatur indipendenti tas-sistema jew ta' operatur indipendenti tat-trasmissjoni trid tiġi żgurata permezz ta' regoli speċifiċi addizzjonali. L-indipendenza tal-operatur tat-trasmissjoni għandha tiġi żgurata inter alia permezz ta' ċertu perijodi ta'“tregwa” (“cooling-off” periods) li matulhom, fl-Impriża Integrata Vertikalment, ma ssir l-ebda attività ta' ġestjoni jew attività relevanti oħra li tagħti aċċess għall-istess informazzjoni li setgħet inkisbet f'pożizzjoni maniġerjali. |
|
(16) |
Stat Membru għandu d-dritt li jagħżel separazzjoni sħiħa tad-dritt ta' proprjetà fit-territorju tiegħu. Fejn Stat Membru jkun eżerċita dak id-dritt, impriża ma jkollhiex id-dritt li tistabbilixxi operatur indipendenti tas-sistema jew operatur indipendenti tat-trasmissjoni. Barra minn hekk, impriżi li jwettqu kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' produzzjoni jew provvista ma jistgħux jikkontrollaw jew jeżerċitaw direttament jew indirettament ebda dritt fuq operatur ta' sistema ta' trasmissjoni minn Stat Membru li għażel separazzjoni sħiħa tad-dritt ta' proprjetà. |
|
(17) |
Taħt din id-Direttiva ser jeżistu tipi differenti ta' organizzazzjoni tas-suq fis-suq intern tal-gas naturali. Il-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jiżguraw livell ta' kondizzjonijiet ugwali għandhom ikunu bbażati fuq ħtiġiet prevalenti ta' interess ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tiġi konsultata dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri mat-Trattat u mal-liġi tal-Komunità. |
|
(18) |
L-implimentazzjoni ta' separazzjoni effettiva għandha tirrispetta l-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dan il-għan, l-istess persuna ma għandhiex tkun tista' teżerċita kontroll jew kwalunkwe dritt, bi ksur tar-regoli tas-separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà jew tas-soluzzjoni tal-operatur indipendenti tas-sistema, waħidha jew b'mod konġunt, fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjoni tal-korpi kemm tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jew tas-sistemi ta' trasmissjoni kif ukoll tal-impriżi tal-fornitura jew tal-produzzjoni. Fir-rigward tas-separazzjoni tad-dritt ta' proprjetà u l-alternattiva tal-operatur indipendenti tas-sistema, sakemm l-Istat Membru konċernat jista' juri li jkun qed jiġi sodisfatt ir-rekwiżit, żewġ korpi pubbliċi separati għandhom ikunu jistgħu jikkontrollaw minn naħa waħda l-attivitajiet ta' produzzjoni u ta' fornitura u min-naħa l-oħra l-attivitatjiet ta' trasmissjoni. |
|
(19) |
Is-separazzjoni effettiva tal-attivitajiet tan-network mill-attivitajiet ta' provvista u ta' ġenerazzjoni għandha tapplika fil-Komunità kollha għall-impriżi Komunitarji kif ukoll għal dawk mhux Komunitarji. Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tan-network u l-attivitajiet ta' fornitura u ta' produzzjoni fil-Komunità jibqgħu indipendenti minn xulxin, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom is-setgħa jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni lill-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni li ma jikkonformawx mar-regoli tas-separazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti fil-Komunità kollha ta' dawk ir-regoli, l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu bi sħiħ l-opinjoni tal-Kummissjoni meta dawn tal-ewwel jieħdu deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni. Sabiex jiġi żgurat ukoll ir-rispett tal-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha jkollha d-dritt li tagħti l-opinjoni tagħha dwar iċ-ċertifikazzjoni fir-rigward ta' propjetarju ta' sistema ta' trasmissjoni jew operatur ta' sistema ta' trasmissjoni li jkun ikkontrollat minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi. |
|
(20) |
Is-salvagwardja tal-forniment tal-enerġija huwa element essenzjali ta' sigurtà pubblika u huwa għalhekk marbut b'mod inerenti mal-funzjonament effiċjenti tas-suq intern Komunitarju tal-gass. Il-gass jista' jasal biss għand ic-ċittadini tal-Unjoni permezz tan-network. Is-swieq tal-gass li jiffunzjonaw u b'mod partikolari n-networks u assi oħra assoċjati mal-fornitura tal-gass huma essenzjali għas-sigurtà pubblika, għall-kompetittività tal-ekonomija u għall-benessri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għalhekk għandhom jiġu permessi persuni minn pajjiżi terzi sabiex jikkontrollaw sistema ta' trasmissjoni jew operatur ta' sistema ta' trasmissjoni biss jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' separazzjoni effettiva li japplikaw fil-Komunità. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-Komunità tikkonsidra li s-settur tas-sistema tat-trasmissjoni tal-gass huwa ta' importanza kbira għall-Komunità u għalhekk jinħtieġu salvagwardji addizzjonali fir-rigward tal-preżervazzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-Komunità sabiex jiġi mwarrab kull riskju lill-ordni pubblikuu lis-sigurtà pubblika fil-Komunità u lill-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Is-sigurtà tal-forniment tal-enerġija lill-Komunità teħtieġ, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-indipendenza tal-operazzjoni tan-network, il-livell tad-dipendenza tal-Komunità u tal-Istati Membri individwali fuq il-forniment tal-enerġija minn pajjiżi terzi, u t-trattament ta' kemm il-kummerċ u l-investiment domestiku kif ukoll dak barrani fl-enerġija f'pajjiż terz partikolari. Għalhekk is-sigurtà tal-provvista għandha tiġi vvalutata fid-dawl taċ-ċirkostanzi fattwali ta' kull każ kif ukoll tad-drittijiet u l-obbligi li jkunu ġejjin mid-dritt internazzjonali, partikolarment il-ftehimiet internazzjonali bejn il-Komunità u l-pajjiż terz konċernat. Fejn ikun il-każ il-Kummissjoni hija mħeġġa tippreżenta rakkomandazzjonijiet biex jiġi nnegozjat ftehim relevanti ma' pajjiżi terzi li jindirizza s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-Komunità jew biex jiġu nkluzi l-kwistjonijiet meħtieġa f'negozjati oħra ma' dawk il-pajjiżi terzi |
|
(21) |
Għandhom jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex jiġu żgurati tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji għall-aċċess għat-trasport. Dawn it-tariffi għandhom japplikaw għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja. Fejn faċilità tal-ħżin, linepack jew servizz anċillari topera f'suq li huwa biżżejjed kompetittiv, l-aċċess jista' jiġi permess a bażi ta' mekkaniżmi bbażati fuq is-suq li jkunu trasparenti u mhux diskriminatorji. |
|
(22) |
Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-indipendenza ta' operaturi tas-sistemi tal-ħżin sabiex jittejjeb l-aċċess ta' partijiet terzi għall-faċilitajiet tal-ħżin li huma teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa sabiex ikunu jistgħu effiċjentement jagħtu lill-klijenti aċċess għas-sistemi. Għaldaqstant, jixraq li l-faċilitajiet tal-ħżin jitħaddmu permezz ta' entitajiet legalment separati li jkollhom drittijiet effettivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward ta' assi meħtieġa għaż-żamma, l-operazzjoni kif ukoll l-iżvilupp ta' faċilitajiet tal-ħżin. Jeħtieġ ukoll li tiżdied it-trasparenza fir-rigward tal-kapaċità ta ħżin li tiġi offruta lil partijiet terzi, billi l-Istati Membri jiġu obbligati li jiddefinixxu qafas pubbliku ċar u mhux diskriminatorju, li jiddetermina r-reġim regolatorju adegwat applikabbli għall-faċilitajiet ta' ħżin. Ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva huma partikolarment importanti fejn hija konċernata data ta' natura strateġika jew fejn hemm biss utent waħdieni għal faċilità ta' ħżin. |
|
(23) |
L-aċċess non-diskriminatorju għan-network ta' distribuzzjoni jiddetermina l-aċċess downstream għall-klijenti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. L-ambitu għad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess u l-investiment ta' parti terza huwa madankollu anqas sinifikanti fil-livell ta' distribuzzjoni milli fil-livel ta' trasmissjoni fejn il-konġestjoni u l-influwenza tal-interessi tal-ġenerazzjoni jew tal-provvista huma ġeneralment akbar mil-livellta' distribuzzjoni. Barra minn hekk, is-separazzjoni legali u funzjonali tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, kienet rikjesta, skont id-Direttiva 2003/55/KE, biss mill-1 ta' Lulju 2007 u l-effetti tagħha fuq is-suq intern tal-gas naturali għad iridu jiġu evalwati. Ir-regoli dwar is-separazzjoni legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ jistgħu jwasslu għal separazzjoni effettiva sakemm dawn jiġu definiti b'mod aktar ċar, implimentati sewwa u sorveljati mill-qrib. Sabiex jinħolqu kondizzjonijiet ugwali fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, l-attivitajiet ta' operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom għalhekk ikunu sorveljati sabiex dawn ma jitħallewx japprofittaw ruħhom mill-integrazzjoni vertikali tagħhom fir-rigward tal-pożizzjoni kompettitiva tagħhom fis-suq, partikolarment fir-rigward ta' klijenti żgħar domestiċi u mhux domestiċi |
|
(24) |
Sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piż finanzjarju u amministrattiv fuq operaturi żġħar tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fejn meħtieġ, li jeżentaw dawn il-kumpaniji mir-rekwiżiti legali tal-unbundling tad-distribuzzjoni. |
|
(25) |
Id-Direttiva 2003/55/KE introduċiet rekwiżit għall-Istati Membri li jistabbilixxu regolaturi b'kompetenzi speċifiċi. Madankollu, l-esperjenza turi li l-effettività tar-regolamentazzjoni ħafna drabi tkun limitata bin-nuqqas ta' indipendenza ta' regolaturi mill-gvern, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta' setgħat u diskrezzjoni. Għal din ir-raġuni, fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fit-8 u d-9 ta' Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa proposti leġislattivi li jipprovdu għal aktar armonizzazzjoni tas-setgħat u t-tisħiħ tal-indipendenza tar-regolaturi nazzjonali tal-enerġija. Għandu jkun possibbli li dawn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkopru kemm is-settur tal-elettriku kif ukoll dak tal-gass. |
|
(26) |
Sabiex is-suq intern tal-gass naturali jiffunzjona tajjeb, jeħtieġ li r-regolaturi tal-enerġija jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fuq il-kwistjonijiet regolatorji relevanti kollha, u li jkunu indipendenti għal kollox minn kwalunkwe interess pubbliku jew privat. Dan ma jipprekludix la r-reviżjoni ġudizzjarja u lanqas is-superviżjoni parlamentari taħt il-liġi kostituzzjonali tal-Istati Membri. Addizzjonalment, l-approvazzjoni tal-baġit tar-regolatur mil-leġislatur nazzjonali ma tikkostitwixxix ostakolu għall-awtonomija baġitarja. |
|
(27) |
Sabiex jiġi aċċertat aċċess effettiv għas-suq għall-partijiet kollha fis-suq inklużi partijiet ġodda, huma meħtieġa mekkaniżmi mhux diskriminatorji u li jibbilanċjaw l-ispejjeż. Dan għandu jintlaħaq permezz tat-twaqqif ta' mekkaniżmi trasparenti bażati fuq is-suq għall-fornitura u x-xiri tal-gass meħtieġ fil-qafas tar-rekwiżiti tal-bilanċjar. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom irwol attiv biex jaċċertaw illi t-tariffi li jibbilanċjaw mhumiex diskriminatorji u jirriflettu l-ispejjeż. Fl-istess ħin, għandu jkun hemm inċentivi xieraq biex jiġu bbilanċjati d-dħul u l-ħruġ tal-gass u sabiex is-sistema ma titqegħidx fil-periklu. |
|
(28) |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jiffissaw jew japprovaw it-tariffi, jew il-metodoloġiji taħt il-kalkolu tat-tariffi, a bażi ta' proposta mill-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jew mill-operatur(i) tas-sistema tad-distribuzzjoni jew mill-operatur tas-sistema tal-gass naturali likwefatt (LNG), jew a bażi ta' proposta miftiehma bejn dak/dawk l-operatur(i) u l-utenti tan-networks. Fit-twettiq ta' dawk il-kompiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li t-tariffi tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni jkunu non-diskriminatorju u jirriflettu tassew in-nefqa, u għandhom jikkunsidraw l-ispejjeż tan-network li jkunu għal tul ta' żmien, marġinali u evitati, liema spejjeż ikunu ġejjin minn miżuri ta' amministrazzjoni li tkun tistmola d-domanda b'inċentivi u taxxi baxxi. |
|
(29) |
Ir-regolaturi tal-enerġija għandhom ikollhom is-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet obbligatorji fir-rigward tal-impriżi tal-gas naturali u li jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq l-impriżi tal-gas naturali li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom, jew li jipproponu li qorti kompetenti timponi dawn il-penali fuq dawk l-impriżi. Ir-regolaturi tal-enerġija għandhom jingħataw ukoll is-setgħat biex jiddeċiedu, irrispettivament mill-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni, dwar miżuri adatti li jippromowovu l-kompetizzjoni effettiva meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass naturali. L-istabbiliment ta' programm ta' rilaxx tal-gass hija waħda mill-miżuri possibbli li tista' tiġi wżata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-suq. Ir-regolaturi tal-enerġija għandhom jingħataw ukoll is-setgħat li jikkontribwixxu għall-iżgurar ta' standards għoljin ta' servizz universali u pubbliku konformement mal-ftuħ tas-suq, il-protezzjoni ta' klijenti vulnerabbli, u li l-miżuri ta' protezzjoni tal-konsumatur ikunu kompletament effettivi. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju kemm għas-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni inkluż l-eżami ta' mergers b'dimensjoni Komunitarja, kif ukoll għar-regoli dwar is-suq intern bħall-moviment liberu tal-kapital. Il-korp indipendenti li lilu għandha d-dritt tappella parti li tintlaqat minn deċiżjoni ta' regolatur nazzjonali, jista' jkun qorti jew tribunal ieħor li jkollhom is-setgħa jwettqu reviżjoni ġudizzjarja. |
|
(30) |
Investimenti f'infrastrutturi kbar ġodda għandhom jiġu promossi bil-qawwa, filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern fil-gass naturali. Sabiex jittejjeb l-effett pożittiv ta' proġetti eżentati tal-infrastruttura fuq il-kompetizzjoni u s-sigurtà tal-fornitura, għandu jiġi ttestjat l-interess fis-suq matul il-fażi ta' ppjanar tal-proġett, u għandhom jiġu implimentati regoli għall-ġestjoni tal-konġestjoni. Meta infrastruttura tinsab fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita mir-Regolament (KE) Nru …/2009 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (“l-Aġenzija”) għandha, bħala l-aħħar tentattiv, tieħu ħsieb it-talba għall-eżenzjoni sabiex tqis aħjar l-implikazzjonijiet transkonfinali tagħha u sabiex tiffaċilità t-trattament amministrattiv tagħha. Barra minn hekk, minħabba l-profil ta' riskju eċċezzjonali fil-bini ta' dawn il-proġetti kbar ta' infrastruttura eżenti, għandu jkun possibbli li tingħata deroga parzjali għall-impriżi b'interessi fil-fornitura u l-produzzjoni fir-rigward tar-regoli tas-separazzjoni għall-proġetti konċernati. Dan għandu japplika b'mod partikolari, minħabba raġunijiet ta' sigurtà tal-fornitura, għal pipelines ġodda fil-Komunità li jittrasportaw il-gass minn pajjiżi terzi sa ġewwa l-Komunità. |
|
(31) |
Is-suq intern tal-gass naturali qed ibati minn nuqqas ta' likwidità u trasparenza li jxekkel l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, il-kopertura tar-riskju tal-kreditu u d-dħul ta' parteċipanti ġodda. Il-fiduċja fis-suq, il-likwidità tiegħu u l-għadd ta' parteċipanti fis-suq jeħtieġ li jiżdiedu, u għalhekk jeħtieġ li tiżdied is-sorveljanza regolatorja fuq impriżi attivi fil-forniment tal-gass. Tali ħtiġiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal, u kompatibbli mal-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti dwar is-swieq finanzjarji. Jeħtieġ li r-regolaturi tal-enerġija u r-regolaturi tas-swieq finanzjarji jikkoperaw sabiex jgħinu lil xulxin ikollhom idea ġenerali tas-swieq konċernati. |
|
(32) |
Qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' linji gwida li jiddefinixxu aktar ir-rekwiżiti għaż-żamma tar-reġistri, l-Aġenzija u l-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej “CESR” għandhom jikkoperaw u jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar il-kontenut tal-linji gwida. L-Aġenzija u s-“CESR” għandhom jikkoperaw ukoll biex jinvestigaw aktar fil-fond u jagħtu parir dwar il-kwistjoni ta' jekk it-transazzjonijiet fil-kuntratti tal-fornitura tal-gass u d-derivattivi tal-gass għandhomx ikunu suġġetti għal ħtiġiet ta' trasparenza ta' qabel u/jew ta' wara n-negozju u jekk iva, x'għandu jkun il-kontenut ta' dawk ir-rekwiżiti. |
|
(33) |
Fl-interess tas-sigurtà tal-fornitura, il-bilanċ bejn il-fornitura u t-talbiet fl-Istati Membri individwi għandu jiġi ssorveljat, u s-sorveljanza għanda tiġi segwita minn rapport dwar is-sitwazzjoni fuq livell Komunitarju, b'kont meħud għall-kapaċità ta' interkonnessjoni bejn iż-żoni. Din is-sorveljanza għandha titwettaq kmieni biżżejjed biex jistgħu jittieħdu l-miżuri adegwati jekk is-sigurtà tal-fornitura tiġi kompromessa. Il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tan-network meħtieġa, inkluża l-kapaċità tal-interkonnessjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-aċċertament ta' fornitura stabbli tal-gass. |
|
(34) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti ta' kwalità meħtieġa, il-biogass u gass mill-biomassi jew tipi oħrajn ta' gass jingħataw aċċess mhux diskriminatorju għas-sistema tal-gass, kemm-il darba dan l-aċċess huwa permanentament kompatibbli mar-regoli tekniċi relevanti u l-istandards tas-sigurtà. Dawk ir-regoli u l-istandards għandhom jaċċertaw li dawn il-gassijiet jistgħu b'mod tekniku u sikur jiġu injettati u ttrasportati fis-sistema tal-gass naturali u għandhom jindirizzaw ukoll il-karatteristiċi kimiċi tagħhom |
|
(35) |
Il-kuntratti fit-tul jibqgħu parti importanti mill-fornitura tal-gass tal-Istati Membri u għandhom jinżammu bħala għażla għall-impriżi tal-fornitura tal-gass sa fejn ma jfixklux l-għanijiet ta' din id-Direttiva u huma kompatibbli mat-Trattat, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jitqiesu fl-ippjanar tal-kapaċità tal-fornitura u tat-trasport tal-impriżi tal-gass. Huwa għalhekk meħtieġ li l-kuntratti fil-tul jitqiesu fl-ippjanar tal-kapaċità tal-fornitura u tat-trasport tal-impriżi tal-gass naturali. |
|
(36) |
Sabiex tiġi aċċertata ż-żamma ta' standards għoljin tas-servizz pubbliku fil-Komunità, il-miżuri kollha meħudin mill-Istati Membri biex jiksbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom jiġu notifikati b'mod regolari lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha b'mod regolari tippubblika rapport li janalizza l-miżuri meħudin fuq livell nazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet tas-servizz pubbliku u bi tqabbil tal-effettività tagħhom, b' għan li jsiru rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu fuq livell nazzjonali sabiex jintlaħqu standards għoljin fis-servizz pubbliku. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li meta jiġu konnessi mas-sistema tal-gass, il-klijenti huma infurmati dwar id-drittijiet tagħhom li jiġu forniti b'gass naturali ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet raġonevoli. Miżuri meħudin mill-Istati Membri biex jipproteġu lill-klijent finali jistgħu jkunu differenti skont jekk ikunux immirati lejn klijenti domestiċi jew lejn l-intrapiżi żgħar u medji. |
|
(37) |
Ir-rispett tar-rekwiziti tas-servizz pubbliku huwa rekwiżit fundamentali ta' din id-Direttiva u huwa important li jiġu speċifikati hawn l-istandards komuni, rispettati mill-Istati Membri kollha, li jqisu l-għanijiet tal-ħarsiet tal-konsumatur, sigurtà tal-fornitura, protezzjoni tal-ambjent u livelli ta' kompetizzjoni ekwivalenti fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li l-kriterji tas-servizz pubbliku jkunu jistgħu jiġu interpretati fuq bażi nazzjonali, waqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi nazzjonali u suġġett għar-rispett lejn il-liġi tal-Komunità. |
|
(38) |
Miżuri implimentati mill-Istati Membri biex jiksbu l-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, il-provvediment ta' inċentivi ekonomiċi adegwati, bl-użu, fejn xieraq, tal-għodda kollha eżistenti nazzjonali u Komunitarji. Dawn l-għodda jistgħu jinkludu mekkaniżmi ta' responsabbiltà sabiex l-investiment neċessarju jiġi ggarantit. |
|
(39) |
Sa liema livell li għalih il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jaderixxu l-obbligi tas-servizz pubbliku jkunu jiffurmaw għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, hemm obbligu taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat li dawn jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. |
|
(40) |
Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku u l-istandards minimi komuni li jitnisslu minnhom jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni. Aspett prinċipali fil-fornitura lill-klijenti huwa l-aċċess għad-data dwar il-konsum, u l-konsumaturi għandhom ikollhom aċċess għad-data tagħhom sabiex ikunu jistgħu jistiednu lill-kompetituri biex jagħmlu offerta bbażata fuq din id-data. Il-konsumaturi għandhom ikollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom. L-informazzjoni dwar l-ispejjeż għall-enerġija li tingħata regolarment ser toħloq inċentivi għat-tfaddil fl-enerġija għaliex tagħti lura lill-klijenti reazzjoni (feedback) diretta dwar l-effetti tal-investiment fl-użu effiċjenti tal-enerġija u fil-bidla fid-drawwiet. |
|
(41) |
Sabiex jingħata kontribut lejn is-sigurtà tal-fornitura filwaqt li jinżamm spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri, notevolment fil-każ ta' kriżi ta' fornitura tal-enerġija, huwa importanti li jkun hemm qafas għal koperazzjoni reġjonali fi spirtu ta' solidarjetà. Din il-koperazzjoni fi spirtu ta' solidarjetà tista' tiġi sostnuta, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, primarjament permezz ta' mekkaniżmi bbażati fuq is-suq. |
|
(42) |
Fid-dawl tal-ħolqien ta' suq intern fil-gass naturali, l-Istati Membri għandhom irawmu l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-koperazzjoni tal-operaturi tas-sistema fil-livell Kommunitarju u dak reġjonali. |
|
(43) |
L-awtoritajiet regolatorji għandhom ukoll jipprovdu informazzjoni dwar is-suq sabiex jippermettu lill-Kummissjoni teżerċita r-rwol tagħha li tosserva u tissorvelja s-suq Ewropew tal-gass naturali u l-evoluzzjoni tiegħu fil-perijodu qasir, medju u fit-tul, inklużi aspetti bħall-fornitura u d-domanda, l-infrastrutturi ta' trasmissjoni u distribuzzjoni, il-kummerċ transkonfinali, l-investimenti, il-prezzijiet bl-ingrossa u dawk għall-konsumatur, il-likwidità tas-suq, u it-titjib ambjentali u dak fl-effiċjenza. |
|
(44) |
Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-ħolqien ta' suq intern tal-gass naturali totalment operattiv, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta' sussidarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(45) |
Taħt ir-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trasmissjoni tal-gass naturali (7) il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida biex tikseb il-grad ta' armonizzazzjoni meħtieġ. Dawn il-linji gwida, li jikkostitwixxu miżuri obbligatorji ta' implimentazzjoni, huma, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva wkoll, għodda siewja li tista' tiġi adattata malajr fejn meħtieġ. |
|
(46) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (8). |
|
(47) |
B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta' armonizzazzjoni meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta' din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi li m'humiex essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha b'elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(48) |
Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (9), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jistabbilixxu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru, kemm jista' jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
|
(49) |
Minħabba l-ambitu tal-emendi li qegħdin isiru fid-Direttiva 2003/55/KE b' dan, huwa kunsiljabbli, għal raġunijiet ta' ċarezza u razzjonalizzazzjoni, li d-dispożizzjonijiet kunsidrati jiġu mfassla mill-ġdid billi jinġabru kollha f' test wieħed f' Direttiva ġdida |
|
(50) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għat-trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista u ħażna ta' gass naturali. Hija tippreskrivi r-regoli marbuta mal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-settur tal-gass naturali, l-aċċess għas-suq, il-kriterji u l-proċeduri applikabbli għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista u l-ħżin ta' gass naturali u l-operazzjoni tas-sistemi.
2. Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva għall-gass naturali, inkluż il-gass naturali likwifikat (LNG), għandhom japplikaw ukoll għall-biogass u gass minn biomassi jew tipi oħrajn ta' gass sa fejn dawn il-gassijiet jistgħu teknikament u b'mod sikur jiġu injettati fi, u trasportati mis-sistema tal-gass naturali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw d-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“impriża tal-gass naturali” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin: roduzzjoni, trasmissjoni, distribuzzjoni, fornitura, xiri jew ħżin tal-gass naturali, inkluż LNG, li hija responsabbli għall-kompiti kummerċjali, tekniċi u/jew tal-manutenzjoni relatati għal dawk il-funzjonijiet, iżda m'għandhomx jinkludu l-klijenti finali; |
|
2. |
“upstream pipeline networks” tfisser kwalunkwe pipeline jew network ta' pipelines imħaddma u/jew mibnija bħala parti minn proġett tal-prodzzjoni taż-żejt jew tal-gass, jew użata biex jinġarr il-gass naturali minn proġett wieħed jew aktar għal pjanta tal-ipproċessar jew terminali jew destinazzjoni kostali finali; |
|
3. |
“trasmissjoni” tfisser it-trasport tal-gass naturali minn pipeline network ta' pressa għolja li mhix upstream pipeline network bi skop li jiġi konsenjat lill-klijent, iżda li ma jinkludix il-fornitura; |
|
4. |
“operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” tfisser il-persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tat-trasmissjoni u li hija responsabbli għall-operazzjoni, bl-aċċertazzjoni tal-manutenzjoni ta', u fejn meħtieġ, tal-iżvilupp tas-sistema ta' trasmissjoni f'żona definita u, fejn japplika, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħrajn, u li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tilħaq talbiet raġonevoli għat-trasportazzjoni tal-gass; |
|
5. |
“distribuzzjoni” tfisser it-trasport tal-gass naturali minn pipeline networks lokali jew reġjonali bi skop tal-konsenja tiegħu lill-klijent, iżda li ma tinkludix il-fornitura; |
|
6. |
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser il-persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tad-distribuzzjoni u li hija responsabbli għall-operat, bl-aċċertazzjoni tal-manutenzjoni, u fejn meħtieġ, tal-iżvilupp tas-sistema ta' trasmissjoni f'żona definita u, fejn japplika, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħrajn, u li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tilħaq talbiet raġonevoli għat-trasportazzjoni tal-gass; |
|
7. |
“fornitura” tfisser il-bejgħ, inkluż il-bejgħ mill-ġdid, tal-gass naturali, inkluż LNG, lill-klijenti; |
|
8. |
“impriża tal-fornitura” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tal-fornitura; |
|
9. |
“faċilità tal-ħżin” tfisser faċilità użata għall-ħżin tal-gass naturali u proprjetà ta' u/jew operata minn impriża tal-gass naturali, inkluża l-parti tal-faċilitajiet tal-LNG użati għall-ħżin iżda eskluż is-sehem użat għall-produzzjoni, u esklużi l-faċilitajiet riservati esklussivament għall-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom; |
|
10. |
“operatur tas-sistema tal-ħżin” tfisser il-persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tal-ħżin u li hija responsabbli għall-operazzjoni ta' faċilita' tal-ħżin; |
|
11. |
“faċilità tal-LNG” tfisser terminali li tintuża għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali jew l-importazzjoni, ħatt u gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG, u għandha tinkludi servizzi anċillari u ħażna temporanja meħtieġa għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u l-konsenja sussegwenti sas-sistema ta' trasmissjoni, iżda m'għandha tinkludi ebda parti minn terminali ta' LNG użati għall-ħżin; |
|
12. |
“operatur tas-sistema tal-LNG” tfisser persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tal-likwifikazzjoni tal-gass naturali, jew l-importazzjoni, ħatt u gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG u li hija responsabbli li topera faċilità tal-LNG; |
|
13. |
“sistema” tfisser networks tat-trasmissjoni, networks tad-distribuzzjoni, faċilitajiet tal-LNG u/jew faċilitajiet tal-ħżin proprjetà ta' jew imħaddma minn impriża tal-gass naturali, inkluż linepack u l-faċilitajiet tal-fornitura ta' servizzi anċillari u dawk ta' impriżi relatati meħtieġa biex jingħata aċċess għat-trasmissjoni, distribuzzjoni u LNG; |
|
14. |
“servizzi anċillari” tfisser is-servizzi kollha meħtieġa għall-aċċess lil u operazzjoni tan-newtorks tat-trasmissjoni u/jew distribuzzjoni u/jew faċilitajiet tal-LNG u/jew faċilitajiet tal-ħżin inklużi bilanċjar u taħlit tat-tagħbijiet, iżda esklużi faċilitajiet riservati esklussivament għal operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni li jwettqu l-funzonijiet tagħhom; |
|
15. |
“linepack” tfisser il-ħżin tal-gass bil-kompressjoni fis-sistemi ta' trasmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass, iżda esklużi l-faċilitajiet riservati għall-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom; |
|
16. |
“sistema interkonnessa” tfisser numru ta' sistemi li huma konnessi ma' xulxin; |
|
17. |
“interkonnettur” tfisser linja tat-trasmissjoni li taqsam jew li hi mxerrda fuq fruntiera bejn Stati Membri għall-uniku skop li tikkonnetti s-sistemi ta' trasmissjoni nazzjonali ta' dawn l-Istati Membri; |
|
18. |
“linja diretta” tfisser pipeline tal-gass naturali li hija komplimentarja mas-sistema interkonnessa; |
|
19. |
“impriża integrata tal-gass naturali integrata” tfisser impriża integrata vertikalment jew orizzontalment; |
|
20. |
“impriża integrata vertikalment” tfisser impriża tal-gass naturali jew grupp ta' impriżi tal-gass naturali fejn l-istess persuna jew l-istess persuni huma intitolati, direttament jew indirettament, li jeżerċitaw kontroll, u fejn l-impriża jew il-grupp ta' impriżi jwettqu tal-inqas waħda mill-funzjonijiet ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni, LNG jew ħżin, u mill-inqas waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew il-provvista tal-gass; |
|
21. |
“impriża integrata orizzontalment” tfisser impriża li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet ta' produzzjoni, trasmissjoni, distribuzzjoni, fornitura jew ħżin tal-gass naturali, u attivita' mhux relatata mal-gass; |
|
22. |
“impriżi relatati” tfisser impriżi affiljati, fis-sens tal-Artikolu 41 tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 abbażi tal-Artikolu 44(2)(g) (10) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (11), u/jew impriżi assoċjati, fis-sens tal-Artikolu 33(1) ta' dik id-Direttiva, u/jew impriżi tal-istess azzjonisti; |
|
23. |
“utenti tas-sistema” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li qed tfornixxi jew li qed tiġi fornita mis-sistema; |
|
24. |
“klijenti” tfisser klijenti bl-ingross u finali tal-gass naturali u impriżi tal-gass naturali li jixtru l-gass naturali; |
|
25. |
“klijenti tad-dar” tfisser klijenti li jixtru l-gass naturali għall-konsum proprju fid-dar; |
|
26. |
“klijenti mhux tad-dar” tfisser klijenti li jixtru l-gass naturali li mhuwiex għall-użu proprju fid-dar; |
|
27. |
“klijenti finali” tfisser klijenti li jixtru l-gass naturali għall-konsum proprju; |
|
28. |
“klijenti eliġibbli” tfisser klijenti li huma liberi li jixtru l-gass mill-provditur tal-għażla tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 36; |
|
29. |
“klijenti bl-ingross” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali minbarra l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni li jixtru l-gass naturali għall-iskop ta' bejgħ mill-ġdid fis-sistema jew barra mis-sistema fejn huma stabbiliti; |
|
30. |
“ippjanar fit-tul” tfisser ippjanar tal-kapaċità tal-fornitura u tat-trasport tal-impriża tal-gass naturali għal terminu twil bi skop li jintlaħqu t-talbiet għall-gass naturali tas-sistema, diversifikazzjoni tal-għejun u l-aċċertar tal-provvisti lill-klijent; |
|
31. |
“suq emerġenti” tfisser Stat Membru li fih l-ewwel fornitura kummerċjali tal-ewwel kuntratt tal-fornitura tal-gass naturali tiegħu sar mhux aktar minn 10 snin ilu; |
|
32. |
“sigurtà” tfisser kemm is-sigurtà tal-fornitura tal-gass naturali kif ukoll sigurtà teknika; |
|
33. |
“infrastruttura gdida” tfisser infrastruttura mhux lesta mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
|
34. |
“kuntratt għal forniment tal-gass” tfisser kuntratt għall-forniment tal-gass naturali, iżda ma tinkludix derivattiva tal-gass; |
|
35. |
“derivattiva tal-gass” tfisser strument finanzjarju speċifikat fil-punti 5, 6, jew 7 fit-Taqsima C tal-Anness I mad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq fi strumenti finanzjarji (12), fejn dak l-istrument għandu x'jaqsam ma' gass naturali; |
|
36. |
“kontroll” tfisser kwalunkwe drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezzi oħra li, sew separatament jew flimkien, u filwaqt li jitqiesu l-fatti u l-liġijiet involuti, jagħtu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, b'mod partikolari permezz ta':
|
KAPITOLU II
Regoli ġenerali għall-organizzazzjoni tas-settur
Artikolu 3
Obbligazzjonijiet dwar is-servizz pubbliku u l-protezzjoni tal-klijenti
1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw, abbażi tal-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom u b'kont meħud tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, impriżi tal-gass naturali jigu operati konformement mal-principji ta' din id-Direttiva bi skop li jinkiseb suq tal-gass naturali li jkun kompetittiv, sikur u ambjentalment sostenibbli, u m'għandhomx jiddiskriminaw bejn dawn l-impriżi rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom.
2. Tenut kont sħiħ tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi operaturi fis-settur tal-gass, fl-interess ekonomiku generali, obbligazzjonijiet dwar is-servizz pubbliku, li jistgħu jirrelataw għas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-fornitura, regolarità, kwalità u prezz tal-provvisti, u l-protezzjoni tal-ambjent, li jinkludi l-effiċjenza tal-enerġija u protezzjoni tal-klima. Obbligi bħal dawn għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza tal-aċċess lill-kumpaniji tal-gass tal-Kommunita' għall-konsumaturi nazzjonali. Fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija/il-ġestjoni tad-domanda u għall-ksib tal-għanijiet ambjentali, kif imsemmi f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta' ppjanar għall-perijodu fit-tul, b'kont meħud tal-possibbiltà li terzi persuni jitolbu aċċess għas-sistema.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi adegwati biex iħarsu l-klijenti finali u jaċċertaw livelli għoljin ta' protezzjoni tal-konsumatur u għandhom, b'mod partikolari, jaċċertaw illi hemm salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tal-klijenti vulnerabbli, inklużi miżuri adegwati biex jgħinuhom jevitaw id-diskonnessjoni. F'dan il-kuntest jistgħu jieħdu l-passi adegwati biex iħarsu l-klijenti f'żoni remoti li huma mqabbda mas-sistema tal-gass. L-Istati Membri jistgħu jaħtru provditur tal-aħħar riżort għall-klijenti mqabbdin man-networks tal-gass. Għandhom jaċċertaw livelli għoljin ta' protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari rigward trasparenza rigward it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali tal-appalti, informazzjoni ġenerali u mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni ta' disputi. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-klijent eliġibbli effettivament jista' jaqleb għal forniturġdid. Rigward klijenti tad-dar, dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk stabbiliti fl-Anness I.
4. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri adegwati biex jiksbu l-għanijiet tal-koeżjoni soċjali u ekonomika u, il-protezzjoni tal-ambjent, li tista' tinkludi mezzi biex jiġi megħlub tibdil fil-klima, u s-sigurtà tal-fornitura. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, il-forniment ta' inċentivi ekonomiċi adegwati, bl-użu, meta jkun xieraq, tal-għodod nazzjonali u Komunitarji eżistenti kollha, għall-manutenzjoni u l-bini tal-infrastruttura meħtieġa ta' networks, inkluża l-kapaċità ta' interkonnessjoni.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 rigward id-distribuzzjoni sa fejn l-applikazzjoni tagħhom ixxekkel, fil-liġi jew fil-fatt, il-prestazzjoni tal-obbligazzjonijiet imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali fl-interess ekonomiku ġenerali u sa fejn l-iżvilupp tal-kummerċ ma jiġix affettwat sal-punt li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Komunità. L-interessi tal-Komunità jinkludu, fost l-oħrajn, il-kompetizzjoni rigward il-klijenti eliġibbli taħt din id-Direttiva u l-Artikolu 86 tat-Trattat.
6. L-Istati Membri għandhom, mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kollha adottati biex iwettqu l-obbligazzjonijiet dwar is-servizz pubbliku, inklużi l-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent, u l-effett possibbli tagħhom fuq il-kompetizzjoni nazzjonali u internazzjonali, kemm jekk dawn il-miżuri jeħtieġu deroga mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew le. Għandhom javżaw lill-Kummissjoni sussegwentament kull sentejn dwar kwalunkwe tibdil għal dawn il-miżuri, kemm jekk jeħtieġu deroga minn din id-Direttiva jew le.
Artikolu 4
Proċedura għall-awtorizzazzjoni
1. F'ċirkostanzi fejn awtorizzazzjoni (eż., liċenzja, permess, konċessjoni, kunsens jew approvazzjoni) tkun meħtieġa għall-kostruzzjoni jew operazzjoni ta' faċilitajiet tal-gass naturali, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li jinnominaw għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet li jinbnew u/jew jiġu operati tali faċilitajiet, pipelines u tagħmir assoċjat, konformement mal-paragrafi 2 sa 4. L-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li jinnominaw jistgħu wkoll jagħtu awtorizzazzjonijiet fuq l-istess bażi għall-provvista tal-gass naturali u għall-klijenti bl-ingrossa.
2. Fejn l-Istati Membri għandhom sistema ta' awtorizzazzjoni, għandhom jistabbilixxu kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li għandhom jintlaħqu minn impriża li tapplika għal awtorizzazzjoni biex tibni u/jew topera faċilitajiet tal-gass naturali jew li tapplika għal awtorizzazzjoni biex tipprovdi l-gass naturali. Il-kriterji u l-proċeduri mhux diskriminatorji għall-għotja ta' awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu pubbliċi.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-raġunijiet għal kull ċaħda ta' għotja ta' xi awtorizzazzjoni huma oġġettivi u non-diskriminatorji u li jingħataw lill-applikant. Ir-raġunijiet għal ċaħdiet bħal dawn għandhom jintbagħtu fil-pront lill-Kummissjoni bħala informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedura li tippermetti lill-applikant li jappella fuq ċaħdiet bħal dawk.
4. Għall-iżvilupp ta' żoni ġodda tal-provvista u operat effiċjenti ġeneralment, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37, l-Istati Membri jistgħu jiċħdu li jagħtu aktar awtorizzazzjonijiet għall-bini u l-operazzjoni ta' sistemi tad-distribuzzjoni tal-pipeline f'żona partikolari ladarba tali sistemi tal-pipeline inbnew jew ġew proposti li jinbnew f'dik iż-żona u jekk il-kapaċità eżistenti jew proposta ma ġietx eżawrita.
Artikolu 5
Sorveljanza tas-sigurtà tal-provvista
L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sorveljanza ta' kwistjonijiet ta' sigurtà tal-provvista. Fejn l-Istati Membri jqisu li huwa xieraq, jistgħu jiddelegaw dak il-kompitu lill-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 44(1). Tali sorveljanza għandha, b'mod partikolari, tkopri l-bilanċ bejn il-fornitura u t-talbiet fis-suq nazzjonali, il-livell ta' talbiet futur mistennija u provvisti li jkunu disponibbli, bil-kapaċità addizzjonali maħsuba ppjanata jew taħt kostruzzjoni, u l-kwalità u l-livell tal-manutenzjoni tan-networks, kif ukoll miżuri biex jiġi kopert żmien ta' talbiet kbar ħafna u biex jiġu koperti nuqqasijiet ta' provditur wieħed jew aktar. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw, sal-31 ta' Lulju ta' kull sena, rapport li jiddeskrivi fil-qosor is-sejbiet li jirriżultaw mis-sorveljanza ta' dawn il-kwistjonijiet, kif ukoll kwalunkwe miżuri li ttieħdu jew maħsuba li jindirizzawhom u għandhom jibagħtu dan ir-rapport lill-Kummissjoni minnufih.
Artikolu 6
Solidarjetà reġjonali
1. Sabiex tiġi ssalvagwardata provvista sikura fis-suq intern tal-gass naturali, l-Istati Membri għandhom jikkoperaw sabiex jippromwovu s-solidarjetà reġjonali u bilaterali
2. Tali koperazzjoni għandha tkopri sitwazzjonijiet li jirriżultaw fi, jew li x'aktarx jirriżultaw, f'perijodu qasir ta' żmien,fi xkiel serju għall-provvista b'effett fuq l-Istat Membru. Din għandha tinkludi:
|
(a) |
koordinazzjoni ta' miżuri nazzjonali ta' emerġenza imsemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE tas-26 ta' April 2004 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista ta' gas naturali (13); |
|
(b) |
identifikazzjoni u, fejn meħtieġ, żvilupp jew tiġdid ta' interkonnessjonijiet ta' elettriku u ta' gass naturali; u |
|
(c) |
kondizzjonijiet u modalitajiet prattiċi għall-assistenza reċiproka. |
3. Il-Kummissjoni għandha tinżamm informata dwar tali koperazzjoni.
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida għall-koperazzjoni reġjonali fi spirtu ta' solidarjetà. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adotatti konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 50(3).
Artikolu 7
Promozzjoni ta' koperazzjoni reġjonali
1. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejniethom bil-għan li jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell reġjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-koperazzjoni tal-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni fil-livell reġjonali, u jrawmu l-konsistenza tal-qafas legali u regolatorju tagħhom. Iż-żoni ġeografiċi koperti minn din il-koperazzjonijiet reġjonali għandhom jinkludu l-koperazzjoni fiż-żoni ġeografiċi definiti taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru …/2009. Din il-koperazzjoni tista' tkopri żoni ġeografiċi oħra.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom sistema/i integrata/i waħda jew aktar fil-livell reġjonali li tkopri żewġ Stati Membri jew aktar għall-allokazzjoni tal-kapaċità u għall-kontroll tas-sigurtà tan-network.
3. F'każ li operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni integrata vertikalment jieħdu sehem f'impriża konġunta stabbilita għall-implimentazzjoni tal-koperazzjoni, l-impriża konġunta għandha tistabbilixxi u timplimenta programm ta' konformità li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi aċċertat li kull aġir diskriminatorju u li jmur kontra l-kompetizzjoni jiġi eskluż. Dak il-programm ta' konformita' għandu jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi tal-impjegati li jilħqu l-għan li jiġi eskluż l-aġir diskriminatorju u li jmur kontra l-kompetizzjoni … Huwa għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni mill-Aġenzija. Il-konformità mal-programm għandha tiġi ssorveljata indipendentement minn uffiċjali għall-konformità tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni integrata vertikalment.
Artikolu 8
Regoli tekniċi
L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi l-kriterji tas-sigurtà teknika jiġu definiti u li r-regoli tekniċi li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tad-diżinn tekniku u operattiv għat-tqabbid mas-sistema tal-faċilitajiet tal-LNG, faċilitajiet tal-ħżin, sistemi oħrajn tat-trasmissjoni jew tad-distribuzzjoni, u linji diretti, jiġu żviluppati u ppubblikati. Dawn ir-regoli tekniċi għandhom jaċċertaw l-interoperabbiltà tas-sistemi u għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji. Dawn ir-regoli tekniċi għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà tas-sistemi u għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji. għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-fornitura tal-informazzjoni fil-qasam ta' standards u regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (14).
KAPITOLU III
Trasmissjoni, ħżin u LNG
Artikolu 9
Separazzjoni tas-sistemi ta' trasmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn … (15) 'il quddiem:
|
(a) |
kull impriża li tipposjedi sistema ta' trasmissjoni tagħha taġixxi bħala operatur tas-sistema ta' trasmissjoni; |
|
(b) |
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati:
|
|
(c) |
l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati jaħtru membri tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li legalment jirrappreżentaw l-impriża, ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew tas-sistema ta' trasmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' produzzjoni jew ta' provvista; u |
|
(d) |
l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati li jkunu membri tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li legalment jirrappreżentaw l-impriża, kemm ta' impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' produzzjoni jew ta' forniment kif ukoll ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew tas-sistema ta' trasmissjoni. |
2. Id-drittijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b'mod partikolari:
|
(a) |
is-setgħa għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' votazzjoni; jew |
|
(b) |
is-setgħa li jiġu maħtura membri tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li legalment jirrappreżentaw lill-impriżi |
3. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, il-kunċett ta'“impriża li taqdi kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-forniment” għandu jinkludi “impriża li taqdi kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-ġenerazzjoni u l-forniment” fl-ambitu tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (7), u t-termini “operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” u “sistema ta' trasmissjoni” għandhom jinkludu “operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” u “sistema ta' trasmissjoni” fl-ambitu tad-Direttiva 2009/…/KE.
4. L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 sa … (16), sakemm l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni ma jkunux jiffurmaw parti minn impriża integrata vertikalment.
5. L-obbligu stipulat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jitqies sodisfatt f'sitwazzjoni fejn żewġ impriżi jew aktar li jkunu proprjetarji ta' sistemi ta' trasmissjoni joħolqu impriża konġunta li taġixxi ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni f'żewġ Stati Membri jew aktar għas-sistemi ta' trasmissjoni konċernati. L-ebda impriża oħra ma tista' tkun parti mill-impriża konġunta, sakemm ma tkunx ġiet approvata taħt l-Artikolu 15 bħala operatur indipendenti tas-sistema jew bħala operaturi indipendenti tat-trasmissjoni għall-finijiet tal-Kapitolu IV.
6. Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn il-persuna msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 hija l-Istat Membru jew entità pubblika oħra, żewġ entitajiet pubbliċi separati li jeżerċitaw kontroll, minn naħa waħda, fuq operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew fuq sistema ta' trasmissjoni u, min-naħa l-oħra, fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, għandhom jitqiesu bħala l-istess persuna jew l-istess persuni.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li la l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva msemmija fl-Artikolu 16 miżmuma minn operatur tas-sistema ta' trasmissjoni li kienet tagħmel parti minn impriża integrata vertikalment u lanqas il-persunal ta' tali operatur tas-sistema ta' trasmissjoni ma jiġu trasferiti lil impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' produzzjoni u ta' provvista.
8. Fejn, fi … (6), is-sistema ta' trasmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1.
F'tali każ, l-Istati Membri konċernati għandhom jew:
|
a) |
jaħtru operatur tas-sistema indipendenti taħt l-Artikolu 14, jew |
|
b) |
jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV. |
9. Fejn, fi … (6), is-sistema ta' trasmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment u jkun hemm arranġamenti fis-seħħ li jiggarantixxu indipendenza aktar effettiva tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1.
10. Qabel ma impriża tiġi approvata u magħżula bħala operatur ta' sistema ta' trasmissjoni taħt il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tiġi ċertifikata konformement mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 10(4), (5) u (6) ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/2009, li konformement magħhom il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-arranġamenti eżistenti jiggarantixxu b'mod ċar indipendenza aktar effettiva tal-operatur ta' sistema ta' trasmissjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV.
11. Impriżi integrati vertikalment li huma proprjetarji tas-sistema ta' trasmissjoni fl-ebda każ m'għandhom jiġu mċaħħda milli jieħdu passi biex jikkonformaw mal-paragrafu 1.
12. L-impriżi li jwettqu kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' produzzjoni jew provvista m'għandhom fl-ebda każ ikunu jistgħu jieħdu kontroll ta' jew jeżerċitaw direttament jew indirettament kwalunkwe dritt fuq operaturi ta' sistema ta' trasmissjoni sseparata fl-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1.
Artikolu 10
Ħatra u ċertifikazzjoni ta' operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni
1. Qabel ma impriża tkun approvata u maħtura bħala operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, hija għandha tkun ċertifikata konformement mal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 4, 5 u 6 ta' dan l-Artikoluu fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/2009.
2. Impriżi proprjetarji tas-sistema ta' trasmissjoni u li ġew ċertifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala li kkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9, konformement mal-proċedura ta' ċertifikazzjoni aktar 'l isfel, għandhom jiġu approvati u maħtura bħala operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni mill-Istati Membri. L-għażla tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja kwalunkwe transazzjoni ppjanata li tkun tista' teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9.
4. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw il-konformità kontinwa tal-operaturi ta' sistema ta' trasmissjoni mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9. Għandhom jibdew proċedura ta' ċertifikazzjoni sabiex jiżguraw tali konformità:
|
(a) |
man-notifika mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni taħt il-paragrafu 3; |
|
(b) |
fuq inizjattiva tagħhom stess fejn ikollhom tagħrif li bidla ppjanata fid-drittijiet jew fl-influwenza fuq proprjetarji ta' sistema ta' trasmissjoni jew operaturi ta' sistema ta' trasmissjoni tista' twassal għal ksur tal-Artikolu 9, jew fejn ikollhom raġuni sabiex jemmnu li seta' seħħ tali ksur; jew |
|
(c) |
fuq talba motivata tal-Kummissjoni. |
5. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jadottaw deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur tas-sistema tat-trasmissjoni f'perijodu ta' erba' xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew mid-data tat-talba tal-Kummissjoni. Wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, iċ-ċertifikazzjoni għandha titqies bħala mogħtija. Id-deċiżjoni espliċita jew taċita tal-awtorità regolatorja għandha ssir effettiva biss wara l-konklużjoni tal-proċedura prevista fil-paragrafu 6.
6. Id-deċiżjoni espliċta jew taċita dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandha tkun notifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni mill-awtorità regolatorja, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha fir-rigward tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha taġixxi konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/2009.
7. L-awtoritajiet regolatorji u l-Kummissjoni jistgħu jesiġu mill-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u mill-impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' produzzjoni jew ta' forniment kwalunkwe tagħrif relevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom konformement ma' dan l-Artikolu.
8. L-awtoritajiet regolatorji u l-Kummissjoni għandhom jippreżervaw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Artikolu 11
Ċertifikazzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi
1. Fejn tintalab ċertifikazzjoni minn proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni jew operatur tas-sistema ta' trasmissjoni u li jkun kontrollat minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi, l-awtorità regolatorja għanda tinnotifika lill-Kummissjoni.
L-awtorità regolatorja għandha wkoll tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe ċirkostanza li tirriżulta f'persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi li jieħdu kontroll tas-sistema ta' trasmissjoni jew operatur tas-sistema ta' trasmissjoni.
2. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe ċirkostanza li tirriżulta f'persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi li jieħdu kontroll tas-sistema ta' trasmissjoni jew operatur tas-sistema ta' trasmissjoni.
3. L-awtorità regolatorja għandha tadotta abbozz ta' deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni. Hi għandha tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni jekk ikun għadu ma ġiex muri:
|
(a) |
li l-entità konċernata tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9; u |
|
(b) |
lill-awtorità regolatorja jew lil awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru li l-għoti ta' ċertifikazzjoni mhux ser ipoġġi f'riskju s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija tal-Istat Membru u l-Komunità. Fl-kunsiderazzjoni ta' din il-kwistjoni, l-awtorità regolatorja jew l-awtorità kompetenti oħra maħtura għalhekk għandhom jieħdu kont ta' dawn li ġejjin:
|
4. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni mill-awtorità regolatorja, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha fir-rigward ta' dik id-deċiżjoni.
5. L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment sabiex l-awtorità regolatorja u/jew l-awtorità kompetenti maħtura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, qabel ma l-awtorità regolatorja tadotta deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni, jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar jekk:
|
(a) |
l-entità konċernata tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9; u |
|
(b) |
l-għoti ta'ċertifikazzjoni hux ser iqiegħed f'riskju jew le s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija għall-Komunità. |
6. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba msemmija fil-paragrafu 5 malli tirċeviha. Fi żmien xahrejn wara li tirċievi t-talba, hi għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew, jekk it-talba tkun saret mill-awtorità maħtura kompetenti, lil dik l-awtorità.
Fit-tħejjija tal-opinjoni, il-Kummissjoni tista' titlob l-opinjonijiet tal-Aġenzija, l-Istat Membru konċernat, u l-partijiet interessati. Fil-każ li l-Kummissjoni tagħmel din it-talba, il-perijodu ta' xahrejn għandu jiġu estiż b'xahrejn.
Fl-assenza ta' opinjoni mill-Kummissjoni fi żmien il-perijodu msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-Kummissjoni għandha titqies li m'hijiex tqajjem oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
7. Meta tkun qed tivvaluta jekk il-kontroll minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi ser ipoġġix f'riskju s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija lill-Komunità, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-fatti speċifiċi tal-każ u l-pajjiż terz jew pajjiżi terzi konċernati, u |
|
(b) |
id-drittijiet u l-obbligi tal-Komunità, li jkunu jeżistu taħt il-liġi internazzjoni, fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz jew pajjiżi terzi, inkluż ftehim konkluż ma' pajjiż terz jew aktar li għalih il-Komunità hija parti u li indirizza l-kwistjonijiet ta' sigurtà tal-enerġija |
8. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, f'perijodu ta' xahrejn wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 6, tadotta d-deċiżjoni finali tagħha dwar iċ-ċertifikazzjoni. Fl-adozzjoni tad-deċiżjoni finali tagħha l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu kont massimu tal-opinjoni tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ l-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni fejn l-għoti ta' ċertifikazzjoni ipoġġi f'riskju s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija tal-Istat Membru. Fejn l-Istat Membru jkun ħatar awtorità regolatorja oħra biex tivvaluta l-punt (b) tal-paragrafu 3, dan jista' jesiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali tadotta d-deċiżjoni finali tagħha konformement mal-valutazzjoni ta' dik l-awtorità kompetenti. Id-deċiżjoni finali tal-awtorita regolartorja u l-opinjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu ppubblikati flimkien.
9. Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jeżerċitaw, konformement mal-liġi Komunitarja, kontrolli legali nazzjonali biex jipproteġu interessi ta' sigurtà pubblika leġittimi.
10. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawhom għandhom jiġui adotatti konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 50(3).
11 Dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandu japplika wkoll għall-Istati Membri li huma suġġetti għal derogi taħt l-Artikolu 48.
Artikolu 12
Ħatra ta' operaturi tal-ħżin u tas-sistema tal-LNG
L-Istati Membri għandhom jaħtru, jew jesiġu li, impriżi tal-gass naturali li jkunu proprjetarji ta' faċilitajiet tal-ħżin jew tal-LNG li jaħtru, għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri b'kont meħud tal-kwistjonijiet ta' effiċjenza u bilanċ ekonomiku, operatur, jew aktar, tas-sistema tal-ħżin jew tal-LNG.
Artikolu 13
Kompiti tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, tal-ħżin u/jew tal-LNG
1. Kull operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, tal-ħżin u/jew tal-LNG għandu:
|
(a) |
jopera, jagħti manutenzjoni u jiżviluppa taħt kondizzjonijiet ekonomiċi, it-trasmissjoni, il-ħżin u/jew il-faċilitajiet tal-LNG b'kont dovut għall-ambjent; |
|
(b) |
iżomm lura milli jiddiskrimina bejn utenti tas-sistema jew klassijiet ta' utenti tas-sistema, b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu; |
|
(c) |
jagħti lil kull operatur ieħor tas-sistema ta' trasmissjoni, operatur ieħor tas-sistema tal-ħżin, operatur ieħor tas-sistema tal-LNG u/jew kull operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni, biżżejjed informazzjoni sabiex jaċċerta li t-trasport u l-ħżin tal-gass naturali jistgħu jsiru b'mod kompatibbli mal-operat sikur u effiċjenti tas-sistema interkonnessa; u |
|
(d) |
jagħti lill-utenti tas-sistema l-informazzjoni li jeħtieġu għall-aċċess effiċjenti għas-sistema. |
2. Ir-regoli adottati mill-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni biex jibbilanċjaw is-sistemi ta' trasmissjoni tal-gass għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, inklużi regoli għat-tariffi għall-utenti tas-sistema tan-networks tagħhom għall-iskwilibrju tal-enerġija. It-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi regoli u tariffi, għall-fornitura ta' dawn is-servizzi minn operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni għandhom jiġu stabbiliti skont metodoloġija kompatibbli mal-Artikolu 40(6) b'mod mhux diskriminatorju u li jirrefletti l-ispejjeż u għandhom jiġu ppubblikati.
3. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni josservaw rekwiżiti minimi għall-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta' trasmissjoni, inkluża l-kapaċità tal-interkonnessjoni.
4. Operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni għandhom jipprokuraw l-energija li jużaw għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont proċeduri bbażati fuq is-suq li huma trasparenti u mhux diskriminatorji.
Artikolu 14
Operaturi ta' sistemi indipendenti
1. Fejn is-sistema ta' trasmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment fi … (6), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 9(1) u jaħtru operatur ta' sistema indipendenti fuq proposta mill-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni. Din il-ħatra għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.
2. L-Istat Membru jista' japprova u jaħtar biss operatur indipendenti tas-sistema, meta:
|
(a) |
l-operatur kandidat wera li jikkonforma mar-rekwiżiti Artikolu 9(1)(b), (c) u (d);; |
|
(b) |
l-operatur kandidat ikun wera li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi finanzjarji, tekniċi, fiżiċi u umani meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu taħt l-Artikolu 13; |
|
(c) |
l-operatur kandidat ikun intrabat li jikkonforma ma' pjan, għall-operatur indipendenti tas-sistema, ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network b'sorveljanza mill-awtorità regolatorja; |
|
(d) |
il-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni jkun wera l-kapaċità tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt il-paragrafu 5. Għal dan il-għan, għandu jipprovdi abbozz tal-arranġamenti kuntrattwali kollha mal-impriża kandidata u ma' kwalunkwe entità oħra relevanti; |
|
(e) |
l-operatur kandidat ikun wera l-abbiltà tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt ir-Regolament (KE) Nru …/2009 inkluża l-koperazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni fil-livell Ewropew u reġjonali. |
3. L-impriżi li jkunu ġew ċertifikati mill-awtorità regolatorja bħala li kkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 u tal-Artikolu 14(2) għandhom jiġu approvati u maħtura bħala operaturi tas-sistema indipendenti mill-Istati Membri. Għandha tkun applikabbli l-proċedura ta' ċertifikazzjoni fl-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/2009 jew dik fl-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva.
4. Kull operatur indipendenti tas-sistema, għandu jkun responsabbli għall-għoti u l-ġestjoni tal-aċċess għal partijiet terzi, inkluż il-ġbir ta' ħlasijiet ta' aċċess u d-drittijijet ta' konġestjoni, għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta' trasmissjoni, kif ukoll għall-iżgurar tal-kapaċità fit-tul tas-sistema li tilqa' domanda raġonevoli permezz ta' ppjanar ta' investiment. Fl-iżvilupp tas-sistema ta' trasmissjoni, l-operatur tas-sistema indipendenti għandu jkun responsabbli għall-ippjanar (inkluża l-proċedura tal-awtorizzazzjoni), il-bini, u l-kuntrattar tal-infrastruttura l-ġdida. Għal dan il-għan, l-operatur tas-sistema indipendenti għandu jaġixxi bħala operatur tas-sistema ta' trasmissjoni konformement ma' dan il-Kapitolu. Il-proprjetarji ta' sistemI ta' trasmissjoni m'għandhomx ikunu responsabbli għall-approvazzjoni u l-ġestjoni ta' aċċess mill-partijiet terzi, u lanqas għall-ippjanar tal-investiment.
5. Meta jinħatar operatur tas-sistema indipendenti, il-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni għandu:
|
(a) |
jipprovdi l-koperazzjoni u l-appoġġ kollha relevanti lill-operatur tas-sistema indipendenti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż b'mod partikolari t-tagħrif kollu relevanti; |
|
(b) |
jiffinanzja l-investimenti deċiżi mill-operatur tas-sistema indipendenti u approvati mill-awtorità regolatorja, jew jaċċetta li jiġu ffinanzjati minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti. L-arranġamenti ta' finanzjament relevanti għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Qabel din l-approvazzjoni, l-Awtorità Regolatorja għandha tikkonsulta lill-proprjetarju tal-assi flimkien mal-partijiet interessati l-oħrajn; |
|
(c) |
jipprovdi għall-kopertura ta' responsabbiltà relatata mal-assi tan-network, bl-esklużjoni tar-responsabbiltà marbuta mal-kompiti tal-operatur indipendenti tas-sistema; u |
|
(d) |
jipprovdi garanziji biex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta' kwalunkwe espansjonijet tan-network bl-eċċezzjoni ta' dawk l-investimenti fejn, taħt il-punt (b), jkun ta l-approvazzjoni tiegħu għal finanzjament minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti. |
6. F'koperazzjoni mill-qrib mal-awtorità regolatorja, l-awtorità nazzjonali relevanti fuq il-kompetizzjoni għandha tingħata s-setgħat kollha relevanti sabiex tissorvelja b'mod effettiv il-konformità tal-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni mal-obbligi tiegħu taħt il-paragrafu 5.
Artikolu 15
Separazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni u tal-operatur tas-sistema ta' ħżin
1. Il-proprjetarju ta' sistema ta' trasmissjoni, meta jkun inħatar operatur indipendenti tas-sistema, u l-operatur ta' sistema ta' ħżin li jiffurmaw parti minn impriżi integrati vertikalment, għandhom ikunu indipendenti, għall-anqas f'termini tal-forma ġuridika tagħhom, tal-organizzazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, minn attivitajiet oħrajn li ma jkunux relatati mat-trasmissjoni, distribuzzjoni u ħżin.
Dan l-Artikolu għandu japplika biss għall-faċilitajiet tal-ħżin li huma teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-aċċess effiċjenti fis-sistema għall-forniment ta' klijenti taħt l-Artikolu 32.
2. Sabiex tiġi aċċertata l-indipendenza tal-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni u tal-operatur tas-sistema ta' ħżin msemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-kriterji minimi li ġejjin:
|
(a) |
dawk il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operatur tas-sistema ta' ħżin ma jistgħux jieħdu sehem fl-istrutturi korporattivi tal-impriża integrata tal-gass naturali li hija responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operat ta' kuljum tal-produzzjoni u l-forniment tal-gass naturali; |
|
(b) |
għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi aċċertat illi l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operatur tas-sistema ta' ħżin jitqiesu b'mod li jiżgura li huma kapaċi li jaġixxu b'mod indipendenti; |
|
(c) |
l-operatur tas-sistema ta' ħżin għandu jkollu drittijiet effettivi ta' teħid tad-deċiżjonijiet, indipendentement mill-impriża integrata tal-gass naturali, rigward l-assi meħtieġa għall-operazzjoni, il-manutenzjoni jew l-iżvilupp tal-faċilitajiet tal-ħżin. Dan m'għandux jeskludi l-eżistenza ta' mekkaniżmi adegwati ta' koordinazzjoni biex jiġi aċċertat li jiġu protetti d-drittijiet ta' sorveljanza ekonomika u ta' amministrazzjoni tal-kumpanija prinċipali rigward prospetti fuq assi regolati indirettament taħt l-Artikolu 40(6) f'kumpanija sussidjarja. B'mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija prinċipali tapprova l-pjan finanzjarju ta' kull sena, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, tal-operatur tas-sistema ta' ħżin kif ukoll li tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta' dejn tas-sussidjarja tagħha. Dan m'għandux jippermetti lill-kumpanija prinċipali tagħti xi struzzjonijiet dwar l-operazzjoni ta' kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali marbuta mal-bini jew mat-tiġdid tal-faċilitajiet tal-ħżin, li ma jkunux jeċċedu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti ieħor; u |
|
(d) |
il-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operatur tas-sistema ta' ħżin għandhom ifasslu programm ta' konformità, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda kondotta diskriminatorja, u biex ikun żgurat li l-osservanza tiegħu tkun sorveljata tajjeb. Il-programm ta' konformita' għandu jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi tal-impjegati li jiksbu dawk l-għanijiet. Rapport annwali, li jindika l-miżuri meħuda, għandu jiġi ppreżentat mill-persuna jew l-entità responsabbli għas-sorveljanza tal-programm takonformità lejn l-awtorità regolatorja u għandu jiġi ppubblikat. |
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida biex taċċerta l-konformità sħiħa u effettiva mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu tal-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni u tal-operatur tas-sistema tal-ħażna. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 50(3).
Artikolu 16
Kunfidenzjalità għall-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni u proprjetarji tas-sistemi ta' trasmissjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29 jew kwalunkwe obbligu legali ieħor għall-iżvelar ta' informazzjoni, kull operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, ħżin u/jew LNG, u proprjetarji tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba matul it-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, u għandhom jipprevjenu li informazzjoni dwar l-attivitajiet proprji tagħhom li tista' tkun kummerċjalment vantaġġuża tiġi żvelata b'mod diskriminatorju, u b'mod partikolari m'għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni kummerċjalment sensittiva lill-partijiet li jkun baqa' tal-impriża, ħlief jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq ta' transazzjoni ta' negozju. Sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli dwar is-separazzjoni tal-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proprjetarju tas-sistema tat-trasmissjoni ma jużax servizzi konġunti, p.e. ebda servizz legali konġunt, minbarra funzjonijiet purament amministrattivi jew tal-IT.
2. L-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni, tal-ħżin u/jew tal-LNG m'għandhomx, fil-kuntest ta' bejgħ jew xiri tal-gass naturali minn impriża relatata, jużaw skorrettament informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba minn terzi fil-kuntest tal-għoti jew tan-negozjar tal-aċċess għas-sistema.
KAPITOLU IV
Operatur ta' trasmissjoni indipendenti
Artikolu 17
Assi, tagħmir, persunal u identità
1. L-opraturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha biex jaqdu l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u jwettqu l-attività ta' trasmissjoni tal-gass, partikolarment:
|
(a) |
assi li huma meħtieġa għall-attività ta' trasmissjoni tal-gass, inkluża s-sistema ta' trasmissjoni, għandhom ikunu l-proprjetà tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni; |
|
(b) |
persunal meħtieġ għan-negozju ta' trasmissjoni tal-gass, inkluż il-prestazzjoni tal-kompiti korporattivi, għandhom jiġu impjegati mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni; |
|
(c) |
it-twellija ta' persunal u l-għoti ta' servizzi, lil u minn kwalunkwe parti oħra tal-impriża integrata vertikalment għandha tiġi projbita. L-operatur ta' sistema ta' trasmissjoni jista' madankollu jagħti servizzi lill-impriża integrata vertikalment sakemm:
|
|
(d) |
mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-Korp ta' Sorveljanza taħt l-Artikolu 20, riżorsi finanzjarji xierqa għal proġetti futuri ta' investiment u/jew għas-sostituzzjoni ta' assi eżistenti għandhom ikunu disponibbli għall- operatur ta' sistema ta' trasmissjoni fiż-żmien dovut mill-impriża inegrata vertikalment wara talba adatta mill-operatur ta' sistema ta' trasmissjoni. |
2. L-attività tat-trasmissjoni tal-gass għandu għall-anqas jinkludi l-kompiti li ġejjin flimkien ma' dawk elenkati fl-Artikolu 13:
|
(a) |
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni u kuntatti lil partijiet terzi u l-awtoritajiet regolatorji; |
|
(b) |
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni fin-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trasmissjoni (European Network of Transmission System Operators) tal-Gass “ENTSO tal-Gass”; |
|
(c) |
l-għoti ta' aċċess lil partijiet terzi u l-ġestjoni tiegħu fuq bażi mhux diskriminatorja bejn l-utenti tas-sistema jew il-klassijiet tal-utenti tas-sistema; |
|
(d) |
il-ġbir tal-ispejjeż kollha relatati mas-sistema ta' trasmissjoni inkluż l-ispejjeż ta' aċċess, l-ispejjeż ta' kumpens għal servizzi anċillari bħat-trattament tal-gass, ix-xiri ta' servizzi (l-ispejjeż ta' bilanċ, enerġija għal telf); |
|
(e) |
l-operazzjoni, manutenzjoni u żvilupp tas-sistema sikura, effikaċi u ekonomika ta' trasmissjoni; |
|
(f) |
ippjanar fl-investiment li jiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq mad-domanda raġonevoli u tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista; |
|
(g) |
l-istabbiliment ta' impriżi konġunti adegwati, anke ma' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni wieħed jew aktar, skambji tal-gass, u attivitajiet oħra relevanti bil-għan tal-iżvilupp tal-ħolqien tas-swieq reġjonali jew jiġi ffaċilitat il-proċess ta' liberalizzazzjoni; u |
|
(h) |
is-servizzi korporattivi kollha, inklużi s-servizzi legali, il-kontabbiltà u s-servizzi tal-IT. |
3. L-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni għandhom ikunu organizzati fil-forma legali ta' kumpanija ta' responsabbiltà żgħira kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE (17).
4. L-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni m'għandux, fl-identità, il-komunikazzjonijiet u l-użu tal-marka (branding) u l-lokazzjoni korporattiva tiegħu, joħloq konfużjoni fir-rigward tal-identità tal-impriża integrata vertikalment jew kwalunkwe parti tagħha.
5. L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni m'għandux jikkondividi sistemi tal-IT jew tagħmir, bini u sistemi ta' aċċess ta' sigurtà ma' kwalunkwe parti tal-impriża integrata vertikalment, u lanqas juża l-istess konsulenti jew kuntratturi esterni għal sistemi jew tagħmir tal-IT, u s-sistemi ta' aċċess tas-sigurtà.
6. Il-kontijiet tal-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni għandhom jiġu vverifikati minn awditur li ma huwiex dak li jivverifika l-impriża integrata vertikalment jew xi parti minnha.
Artikolu 18
Indipendenza tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-membri tal-Korp ta' Sorveljanza taħt l-Artikolu 20, l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jkollu:
|
(a) |
drittijiet deċiżjonali reali, indipendenti mill-impriża integrata vertikalment, fejn għandhom x'jaqsmu l-assi meħtieġa biex jopera, iżomm jew jiżviluppa s-sistema ta' trasmissjoni; u |
|
(b) |
is-setgħa li jsib fondi fis-suq kapitali b'mod partikolari billi jissellef u permezz ta' żieda kapitali. |
2. L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu fi kwalunkwe ħin jaġixxi li jiżgura li huwa jkollu r-riżorsi li jeħtieġ sabiex iwettaq korrettament l-attività ta' trasmissjoni u effiċjenti u jiżviluppa u jżomm sistema ta' trasmissjoni li tkun effiċjenti, sikura u ekonomika.
3. Is-sussidjarji tal-impriża integrata vertikalment li twettaq funzjonijiet ta' produzzjoni jew provvista m'għandhom ikollhom ebda sehem dirett jew indirett fl-ishma fl-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni. L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni m'għandu jkollu la sehem dirett jew indirett fl-ishma ta' xi sussidjarja tal-impriża integrata vertikalment li twettaq funzjonijiet ta' produzzjoni jew provvista, u lanqas jirċievi dividendi jew xi benefiċċju finanzjarju ieħor min dik is-sussidjarja.
4. L-istruttura ġenerali tal-ġestjoni u l-istatuti korporattivi tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni konformement ma' dan il-Kapitolu. L-impriża integrata vertikalment m'għandiex tiddetermina direttament jew indirettament l-imġiba kompetittiva tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta' kuljum tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni u l-ġestjoni tan-network, jew fir-rigward tal-attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija tal-pjan ta' żvilupp tan-network fuq 10 snin żviluppat taħt l-Artikolu 22.
5. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom fl-Artikolu 13 u fl-Artikolu 17(2) ta' din id-Direttiva, u konformement mal-Artikolu 13(1), l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 16(2), (3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru …/2009, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni m'għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni jew entitajiet differenti u m'għandhomx jirrestrinġu, jiddistorsjaw jew jipprevjenu l-kompetizzjoni fil-produzzjoni jew il-provvista.
6. Kull relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, inkluż is-self mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni lill-impriża integrata vertikalment, għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet tas-suq. L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jżomm rekords iddettaljati ta' dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji u jagħmilhom disponibbli lill-awtorità regolatorja hekk kif issirlu t-talba.
7. L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jippreżenta għall-apporvazzjoni mill-awtorità regolatorja kull ftehim kummerċjali u finanzjarju mal-impriża integrata vertikalment.
8 L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jinforma lill-awtorità regolatorja bir-riżorsi finanzjarji, imsemmija fl-Artikolu 17(1)(d), disponibbli għal proġetti futuri ta' investiment u/jew għas-sostituzzjoni ta' assi eżistenti.
9. L-impriża integrata vertikalment għandha tastjeni minn kwalunkwe azzjoni li timpedixxi jew tippreġudika l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu f'dan il-Kapitolu u m'għandhiex tesiġi li l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jitlob il-permess mill-impriża integrata vertikalment biex jikkonforma ma' dawn l-obbligi.
10. Impriża li tkun ġiet ċertifikata mill-awtorità regolatorja bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu għandha tkun approvata u nnominata bħala operatur tas-sistema ta' trasmissjoni mill-Istat Membru konċernat. Għandha tapplika l-proċedura ta' ċertifikazzjoni fl-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru …/2009 jew dik fl-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 19
Indipendenza tal-persunal u l-ġestjoni tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni
1. Id-deċiżjonijiet fir-rigward ħatriet u tiġdid, kondizzjonijiet ta' xogħol inkluża r-remunerazzjoni u t-terminzzjoni tal-kariga tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jittieħdu mill-Korp ta' Sorveljanza tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni maħtur taħt l-Artikolu 20.
2. L-identità u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mandat, it-tul ta' żmien u t-terminazzjoni tal-kariga tal-persuni nnominati mill-Korp ta' Sorveljanza għall-ħatra jew tiġdid bħala persuni responsabbli mill-ġestjoni eżekuttiva u/jew bħala membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, u r-raġunijiet għal kull deċiżjoni proposta li tittermina tali kariga, għandhom jiġi nnotifikati lill-awtorità regolatorja. Dawn il-kondizzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jorbtu biss jekk, fi żmien tliet ġimgħat wara n-notifika, l-awtorità regolatorja ma tkunx oġġezzjonat għalihom.
L-awtorità regolatorja tista' toġġezzjona għad-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 1:
|
(a) |
jekk iqumu dubji dwar l-indipendenza professjonali ta' persuna nnominata responsabbli mill-ġestjoni u/jew membru tal-korpi amministrattivi, jew |
|
(b) |
fil-każ ta' terminazzjoni prematura ta' kariga, jekk jeżistu dubji rigward il-ġustifikazzjoni ta' tali terminazzjoni prematura. |
3. L-ebda pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, relazzjoni ta' interess jew ta' negozju, direttament jew indirettament, mal-impriża integrata vertikalment jew kwalunkwe parti jew l-azzjonisti li jikkontrollawha għajr l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, m'għandha tiġi eżerċitata għal perijodu ta' tliet snin qabel il-ħatra tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew tal-membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni li huma suġġetti għal dan is-subparagrafu.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-maġġoranza tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur ta' sistema ta' trasmissjoni.
Il-persuni responsabbli għall-ġestjoni u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni li mhumiex suġġetti għall-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu eżerċitaw l-ebda ġestjoni jew attività relevanti oħra fl-impriża integrata vertikalment għal perijodu ta' mill-anqas sitt xhur qabel il-ħatra tagħhom.
4. Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni ma jridx ikollhom xi pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, relazzjoni ta' interess jew negozju, direttament jew indirettament, ma' xi parti oħra tal-impriża integrata vertikalment jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha.
5. Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni ma jridx ikollhom xi interess fi jew jirċievu xi benefiċċju finanzjarju, direttament jew indirettament, minn xi parti tal-impriża integrata vertikalment li mhuwiex l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni. Ir-remunerazzjoni tagħhom m'għandhiex tiddipendi mill-attivitajiet jew mir-riżultati tal-impriża integrata vertikalment jekk mhux dawk tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni.
6. Id-drittijiet effettivi għal appell lill-awtorità regolatorja għandhom ikunu ggarantiti għal kwalunkwe lment mill-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni kontra terminazzjonijiet prematuri tal-kariga tagħhom.
7. Wara t-terminazzjoni tal-kariga fl-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, il-persuni responsabbli mill-ġestjoni tiegħu u/jew membri tal-korpi amministrattivi tiegħu ma jridx ikollhom xi pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, relazzjoni ta' interess jew negozju ma' xi parti tal-impriża integrata vertikalment jew xi parti minnha jekk mhux l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha għal perijodu ta' mhux anqas minn erba' snin.
8. It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-paragrafu 7 għandhom ikunu applikabbli għall-persuni kollha li jappartjenu għall-ġestjoni eżekuttiva u għal dawk kollha li jirrappurtaw għalihom direttament dwar materji relatati għall-operat, il-ġestjoni jew l-iżvilupp tan-network.
Artikolu 20
Korp ta' Sorveljanza
1. L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jkollu Korp ta' Sorveljanza li jkun inkarigat mit-teħid ta' deċiżjonijiet li jista' jkollhom impatt sinifikattiv fuq il-valur tal-assi tal-azzjonisti fl-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, partikolarment deċiżjonijiet rigward l-approvazzjoni tal-pjanijiet finanzjarju annwali u dawk fuq perijodu itwal, il-livell ta' djun tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni u l-ammont ta' dividendi mqassma lill-azzjonisti. Id-deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Korp ta' Sorveljanza għandhom jeskludu lil dawk li huma relatati mal-attivitajiet ta' kuljum tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni u l-ġestjoni tan-network, u fir-rigward tal-attivitajiet neċessarji għat-tħejjija tal-pjan ta' ħidma ta' 10 snin għall-iżvilupp tan-network żviluppat taħt l-Artikolu 22.
2. Il-Korp ta' Sorveljanza għandu jkun magħmul minn membri li jirrappreżentaw l-impriża integrata vertikalment, membri li jirrappreżentaw l-azzjonisti li huma parti terza u, fejn il-leġislazzjoni relevanti ta' Stat Membru tipprevedi hekk, membri li jirrappreżentaw partijiet oħra interessati bħal impjegati tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni.
3. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 19(4) sa (7) għandhom japplikaw għall-anqas għal nofs il-membri tal-Korp ta' Sorveljanza barra wieħed.
Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) għandu japplika għall-membri kollha tal-Korp ta' Sorveljanza.
Artikolu 21
Programm ta' konformità u uffiċjal għall-konformità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jistabbilixxu programm ta' konformità li jistabbilixxi l-miżuri meħudin biex jiġi żgurat li kull aġir diskriminatorju jiġi eskluż, u jaċċerta li l-konformità ma' dan il-programm hija ssorveljata b'mod xieraq. Il-programm ta' konformita' għandu jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi tal-impjegati li jiksbu dawk l-għanijiet. Huwa għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-regolatur nazzjonali, il-konformità mal-programm għandha tiġi ssorveljata indipendentement minn uffiċjal għall-konformità.
2. L-uffiċjal għall-konformità għandu jinħatar mill-Korp ta' Sorveljanza. L-uffiċjal għall-konformità jista' jkun persuna fiżika jew ġuridika. L-Artikolu 19(2) sa (7) għandu japplika għall-uffiċjal għall-konformità. L-awtorità regolatorja tista' toġġezzjona għall-ħatra ta' uffiċjal għall-konformità għal raġunijiet ta' nuqqas ta' indipendenza jew kapaċità professjonali.
3. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkun inkarigat milli:
|
(a) |
jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità; |
|
(b) |
jelabora rapport annwali, li juri l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità u jippreżentah lill-awtorità regolatorja; |
|
(c) |
jirrapporta lill-Korp ta' Sorveljanza u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-programm ta' konformità u l-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(d) |
jinnotifika lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe ksur sostanzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità; u |
|
(e) |
jirrapporta lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni. |
4. L-uffiċjal għall-konformità għandu jippreżenta d-deċiżjonijiet proposti dwar il-pjan ta' investiment jew dwar investimenti individwali fin-network lill-awtorità regolatorja. Dan għandu jseħħ l-aktar tard meta t-tmexxija u/jew il-korp amministrattivi kompetenti tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jippreżentahom lill-Korp ta' Sorveljanza.
5. Fejn l-impriża integrata vertikalment, fl-assemblea ġenerali jew permezz tal-vot tal-membri tal-Korp ta' Sorveljanza li hija tkun ħatret, tkun evitat l-adozzjoni ta' deċiżjoni bl-effett li ma jitħallewx isiru jew jiġu ttardjati investimenti fin-network, l-uffiċjal għall-konformità għandu jirrapporta dan lill-awtorità regolatorja.
6. Il-kondizzjonijiet li jiggvernaw il-mandat jew il-kondizzjonijiet ta' impjieg tal-uffiċjal għall-konformità għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja u għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-uffiċjal għall-konformità.
7. L-uffiċjal għall-konformità għandu jirrapporta regolarment, bil-fomm jew bil-kitba, lill-awtorità regolatorja u għandu jkollu d-dritt li jirrapporta regolarment, bil-fomm jew bil-kitba, lill-Korp ta' Sorveljanza tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni.
8. L-uffiċjal għall-konformità jista' jattendi għal-laqgħat kollha tat-tmexxija jew tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, u dawk tal-Korp ta' Sorveljanza u l-assemblea ġenerali. L-uffiċjal għall-konformità għandu jattendi l-laqgħat kollha li jindirizzaw il-materji li ġejjin:
|
(a) |
il-kondizzjonijiet ta' aċċess għan-network, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru …/2009, partikolarment fir-rigward tat-tariffi, is-servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi, l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, it-trasparenza, l-ibbilanċjar u s-swieq sekondarji; |
|
(b) |
proġetti mibdija sabiex tiġi operata, tiġi mantenuta u żviluppata s-sistema ta' trasmissjoni, inkluż investimenti f'konnessjonijiet ta' trasport ġodda, fl-espansjoni tal-kapaċità u l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità eżistenti; |
|
(c) |
xiri jew bejgħ tal-enerġija meħtieġa biex tiġi operata s-sistema ta' trasmissjoni. |
9. L-uffiċjal għall-konformità għandu jissorvelja l-konformità tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni mal-Artikolu 16.
10. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkollu aċċess għad-data kollha relevanti u għall-uffiċċji tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaqdi l-kompiti tiegħu.
11. Wara l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità regolatorja, il-Korp ta' Sorveljanza jista' jneħħi mill-kariga lill-uffiċjal għall-konformità.
12. L-uffiċċjal għall-konformità għandu jkollu aċċess għall-uffiċċji tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni mingħajr avviż minn qabel.
Artikolu 22
Żvilupp tan-network u setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet ta' investiment
1. Kull sena, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jippreżentaw lill-awtorità regolatorja pjan ta' żvilupp tan-network fuq għaxar snin ibbażat fuq il-provvista u d-domanda eżistenti u previsti wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha relevanti. Il-pjan għandu jkun fih miżuri effiċjenti sabiex jiggarantixxu l-adegwatezza tas-sistema u s-sigurtà tal-provvista.
2. Il-pjan ta' żvilupp tan-network fuq 10 snin għandu, b'mod partikolari:
|
(a) |
jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastrutturi ewlenin ta' trasmissjoni li jeħtieġ li jinbnew jew jiġu mmodernizzati matul l-għaxar snin li ġejjin. |
|
(b) |
jkun fih l-investimenti kollha diġà deċiżi u jidentifika investimenti ġodda li jridu jiġu eżegwiti fit-tliet snin li ġejjin. u |
|
(c) |
jipprovdi skeda ta' żmien għall-proġetti kollha ta' investiment. |
3. Waqt l-elaborazzjoni tal-pjan ta' żvilupp tan-network fuq 10 snin, l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jagħmel suppożizzjonijiet raġjonevoli dwar l-evoluzzjoni tal-produzzjoni, il-provvista, il-konsum u l-iskambji ma' pajjiżi oħrajn, b'kont meħud tal-pjani ta' investiment għan-networks reġjonali u fil-Komunità kollha, kif ukoll għall-pjani ta' investiment għall-ħżin u l-faċilitajiet ta' gassifikazzjoni mill-ġdid ta' LNG.
4. L-awtorità regolatorja għandha tikkonsulta mal-utenti kollha effettivi u potenzjali tan-network dwar il-pjan ta' żvilupp tan-network fuq 10 snin b'mod miftuħ u trasparenti. Il-persuni jew impriżi li jiddikjaraw li huma utenti potenzjali tas-sistema jistgħu jintalbu jissostanzjaw tali pretensjonijiet. L-awtorità regolatorja għandha tippubblika r-riżultat tal-proċess ta' konsultazzjoni, partikolarment il-ħtiġijiet possibbli għal investimenti.
5. L-awtorità regolatorja għandha teżamina jekk il-pjan ta' żvilupp tan-network fuq 10 snin ikoprix il-ħtiġijiet kollha tal-investimenti identifikati matul il-proċess ta' konsultazzjoni, u jekk hux konformi mal-pjan mhux obbligatorju ta' żvilupp tan-network fuq 10 snin għall-Ewropa kollha msemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru …/2009. Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-koformità mal-pjan mhux obbligatorju ta' żvilupp tan-network fuq 10 snin għall-Ewropa kollha, l-awtorità regolatorja għandha tikkonsulta mal-Aġenzija. L-awtorità regolatorja tista' titlob lill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni sabiex jemenda l-pjan tiegħu.
6. L-awtorità regolatorja għandha tissorvelja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp tan- network fuq 10 snin.
7. F'ċirkostanzi fejn l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, jekk mhux għal raġunijiet imperattivi mhux fil-kontroll tiegħu, ma jeżegwixxix investiment, li, konformement mal-pjan ta' żvilupp tan-network fuq 10 snin, suppost kellu jiġi eżegwit fis-snin ta' wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja għandha l-obbligu li tieħu għall-anqas waħda mill- miżuri li ġejjin biex tiżgura li l-investiment in kwistjoni jseħħ jekk tali investiment ikun għadu relevanti abbażi tal- pjan l-aktar reċenti ta' żvilupp tan-network fuq 10 snin:
|
(a) |
tesiġi mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni li jeżegwixxi l-investimenti in kwistjoni, |
|
(b) |
torganizza proċedura għal sejħa ta' offerti miftuħa għal kull investitur għall-investiment in kwistjoni; jew |
|
(c) |
tobbliga lill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jaċċetta żieda fil-kapital biex jiffinanzja l-investimenti meħtieġa u jippermetti l-investituri indipendenti jipparteċipaw fil-kapital. |
Meta l-awtorità regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha taħt il-punt (b) tal-paragrafu 7, hija tista' tobbliga lill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jaqbel ma' element wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-finanzjament minn xi parti terza, |
|
(b) |
il-kostruzzjoni minn xi parti terza, |
|
(c) |
il-bini minnu stess tal-assi koncernati, |
|
(d) |
l-operazzjoni minnu istess tal-ass koncernat. |
L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jipprovdi lill-investituri bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-investiment, għandu jikkollega l-assi l-ġodda man-network ta' trasmissjoni u għandu jagħmel l-aħjar li jista' biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett ta' investiment.
L-arranġamenti finanzjarji relevanti għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja.
8. Meta l-awtorità regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7, ir-regolamenti tariffarji relevanti għandhom ikopru l-ispejjeż tal-investimenti in kwistjoni.
Artikolu 23
Setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-konnessjoni ta' faċilitajiet ta' ħżin, faċilitajiet ta' gassifikazzjoni mill-ġdid ta' LNG u klijenti industrijali mas-sistema ta' trasmissjoni
1. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom ikunu obbligati jistabbilixxu u jippubblikaw proċeduri trasparenti u effiċjenti u tariffi għall-konnessjoni non-diskriminatorja ta' impjanti ta' ħżin, faċilitajiet ta' gassifikazzjoni mill-ġdid ta' LNG u klijenti industrijali mas-sistema ta' trasmissjoni. Il-proċeduri għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja.
2. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni m'għandhomx ikunu intitolati li jirrifjutaw il-konnessjoni ta' faċilità ġdida ta' ħżin, faċilità ta' gassifikazzjoni mill-ġdid ta' LNG jew klijent industrijali għal raġunijiet ta' limitazzjonijiet possibbli futuri fil-kapaċitajiet tan-network disponibbli jew spejjeż addizzjonali relatati maż-żieda neċessarja tal-kapaċità. L-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jkun obbligat jiżgura biżżejjed kapaċità ta' dħul u ħruġ għall-konnessjoni l-ġdida.
KAPITOLU V
Distribuzzjoni u fornitura
Artikolu 24
Il-ħatra tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni
L-Istati Membri għandhom jinnominaw, jew jesiġ li l-impriżi li għandhom jew li huma responsabbli għal sistemi ta' distribuzzjoni jinnominaw, għal perijodu li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri, wara li jkunu kkunsidraw kwistjonijiet ta' effikaċja u bilanċ ekonomiku, operatur tas-sistemi ta' trasmissjoni wieħed jew aktar, u għandhom jaċċertaw li dawk l-operaturi jaġixxu taħt l-Artikoli 25, 26 u 27.
Artikolu 25
Kompiti tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
1. Kull operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jopera, imantni u jiżviluppa taħt kondizzjonijiet ekonomiċi, sistema sikura, affidabbli u effiċjenti, b'rigward dovut għall-ambjent.
2. F'kull każ l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni m'għandux jiddiskrimina bejn utenti tas-sistema jew klassijiet ta' utenti, b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu.
3. Kull operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jipprovdi kull operatur ieħor tas-sistema tad-distribuzzjoni u/jew operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew tal-LNG, u/jew operatur tas-sistema tal-ħżin b'informazzjoni biżżejjed biex jiġi aċċertat li t-trasport u l-ħażna tal-gass naturali jsiru b'mod kompatibbli mal-operazzjoni sikura u effiċjenti tas-sistema interkonnessa.
4. Kull operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jipprovdi lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għall-aċċess għas-sistema effiċjenti.
5. Fejn l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni huma responsabbli għall-bilanċjar tas-sistema tad-distribuzzjoni, ir-regoli adottati minnhom għal dak l-iskop għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, inklużi regoli għat-tariffi imposti lill-utenti tas-sistema għall-iskwilibrju tal-enerġija. It-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi r-regoli u t-tariffi, għall-proviżjoni ta' tali servizzi minn operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jiġu stabbiliti skont metodoloġija kompatibbli mal-Atikolu 40(6) b'mod mhux diskriminatorju u li jirrefletti l-ispejjeż u għandhom jiġu ppubblikati.
Artikolu 26
Separazzjoni tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni
1. Fejn l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, huwa għandu jkun indipendenti minn attivitajiet oħra mhux relatati mad-distribuzzjoni mill-inqas f'termini tal-forma legali tiegħu, l-organizzazzjoni tiegħu u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Dawk ir-regoli m'għandhomx jikkreaw obbligazzjoni li l-proprjetà tal-assi tas-sistema tad-distribuzzjoni tiġi sseparata mill-impriża integrata vertikalment.
2. Addizzjonalment għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, fejn l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, huwa għandu jkun indipendenti minn attivitajiet oħra mhux relatati mad-distribuzzjoni f'termini tal-organizzazzjoni tiegħu u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Sabiex jintlaħaq dan, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
|
(a) |
dawk il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni ma jistgħux jieħdu sehem fl-istrutturi tad-distribuzzjoni tal-impriża integrata tal-gass naturali responsabbli, direttament jew direttament, għall-operazzjoni ta' kuljum tal-produzzjoni, trasmissjoni u fornitura tal-gass naturali; |
|
(b) |
għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi aċċertat illi l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni jitqiesu b'mod li jaċċerta li huma kapaċi li jaġixxu b'mod indipendenti; |
|
(c) |
l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jkollu drittijiet deċiżjonali effettivi, indipendentement mill-impriża integrata tal-gass naturali, rigward l-assi meħtieġa għall-operazzjoni, il-manutenzjoni jew żviluppar tan-networks. Sabiex jitwettqu dawn il-kompiti, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa, inklużi r-riżorsi umani, tekniċi, finanzjarji u fiżiċi. Dan m'għandux jipprevjeni l-eżistenza ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni adatti biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta' superviżjoni ekonomiċi u amministrattiv tal-kumpanija ewlenija fir-rigward tal-qliegħ mill-assi, regolati indirettament taħt l-Artikolu 40(6), f'sussidjara jiġu protetti. B'mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija ewlenija tapprova l-pjan finanzjarju annwali, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta' dejn tas-sussidjarja tagħha. Dan m'għandux jippermetti l-kumpanija ewlenija biex tagħti struzzjonijiet dwar il-ħidma ta' kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali dwar il-bini jew l-immodernizzar tal-linji ta' distribuzzjoni, li ma jkunux jaqbżu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti; u |
|
(d) |
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jistabbilixxi programm ta' konformità, li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li tkun eskluża mġiba diskriminatorja, u jiżgura li l-osservanza tiegħu tkun adegwatament sorveljata. Il-programm ta' konformita' għandu jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi tal-impjegati li jiksbu dak il-għan. Għandu jiġi ppreżentat rapport annwali, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda, mill-persuna jew l-entità responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta' konformità, l-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni, lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 38(1) u għandu jiġi ppubblikat. L-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun kompletament indipendenti u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u dwar kwalunkwe impriża affiljata sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu. |
3. Fejn l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jifforma parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni jiġi sorveljat sabex ma jkunx jista' japprofitta ruħu mill-integrazzjoni vertikali tiegħu biex ixekkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni li huma integrati vertikalment m'għandhomx, fil-komunikazzjoni u l-branding, joħolqu konfużjoni fir-rigward tal-identità separata tal-fergħa ta' provvista tal-impriża integrata vertikalment.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1, 2 u 3 lil impriżi integrati tal-gass naturali li jservu inqas minn 100 000 klijent imqabbad.
Artikolu 27
Obbligi ta' kunfidenzjalità għall-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29 jew kwalunkwe dmir legali biex l-informazzjoni tiġi żvelata, kull operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jippreżerva l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba fil-kors tat-twettiq tal-kummerċ tiegħu, u għandu jipprevjeni informazzjoni dwar l-attivitajiet proprji li tista' tkun kummerċjalment vantaġġuża milli tiġi żvelata b'mod diskriminatorju.
2. L-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni m'għandhomx, fil-kuntest ta' bejgħ jew xiri tal-gass naturali minn impriżi relatati, jabbużaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba minn terzi fil-kuntest tal-fornitura jew negozjar tal-aċċess għas-sistema.
Artikolu 28
Operatur kombinat
L-Artikolu 26(1) m'għandux jipprevjeni l-ħidma ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, LNG, ħżin u ta' distribuzzjoni kombinati sakemm dan l-operatur jikkonforma mal-Artikoli 9(1) jew, 14 u15 jew mal-Kapitolu IV jew jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 48(6).
KAPITOLU VI
Separazzjoni u trasparenza tal-kontijiet
Artikolu 29
Dritt ta' aċċess għall-kontijiet
1. L-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li huma jaħtru, inklużi l-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 38(1) u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' disputi msemmija fl-Artikolu 33(3), għandhom, sa fejn meħtieġ biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, ikollhom dritt ta' aċċess għall-kontijiet tal-impriżi tal-gass naturali kif stabbilit fl-Artikolu 30.
2. L-Istati Membri u kwalunkwe awtorità kompetenti nominata, inklużi awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 38(1) u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' disputi, għandhom jippreżervaw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni fejn dan huwa meħtieġ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-funzjonijiet tagħhom.
Artikolu 30
Separazzjoni tal-kontijiet
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jaċċertaw li l-kontijiet tal-impriżi tal-gass naturali jinżammu taħt il-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Fejn l-impriżi tal-gass naturali jibbenifikaw minn deroga minn din id-dispożizzjoni abbażi tal-Artikolu 48(2) u (4), għandhom għall-inqas iżommu l-kontijiet interni tagħhom konformement ma' dan l-Artikolu.
2. L-impriżi tal-gass naturali, irrispettivament mis-sistema ta' proprjetà jew forma legali tagħhom, għandhom ifasslu, jissottomettu għall-verifika u jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom konformement mar-regoli tal-liġi nazzjonali dwar il-kontijiet annwali ta' kumpaniji b'respondabbiltà limitata adottata konformement mar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 44(2)(g) (18) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (19).
L-impriżi li mhumiex legalment obbligati li jippubblikaw il-kontijiet ta' kull sena tagħhom għandhom iżommu kopja tagħhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-uffiċċju ewlieni tagħhom.
3. L-impriżi tal-gass naturali għandhom, fil-kontijiet interni tagħhom, iżommu kontijiet separati għal kull waħda mill-attivitajiet tagħhom tat-trasmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-LNG u tal-ħżin kif ikunu meħtieġa li jagħmlu kieku l-attivitajiet in kwistjoni kellhom jitwettqu minn impriżi separati, bl-iskop li jiġu evitati d-diskriminazzjoni, is-sussidji inkroċati u distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għandhom ukoll iżommu kontijiet, li jistgħu jkunu konsolidati, għal attivitajiet oħrajn tal-gass li ma jirrelatawx għat-trasmissjoni, distribuzzjoni, LNG u ħżin. Sal-1 ta' Lulju 2007, għandhom iżommu kontijiet separati għall-attivitajiet tal-fornitura għall-klijenti eliġibbli u għall-attivitajiet tal-fornitura tal-klijenti mhux eliġibbli. L-introjtu minn proprjetà tan-network tat-trasmissjoni/tad-distribuzzjoni għandu jiġi speċifikat fil-kontijiet. Fejn xieraq, għandhom iżommu kontijiet konsolidati għal attivitajiet oħrajn mhux tal-gass. Il-kontijiet interni għandhom jinkludi balance sheet u kont ta' qligħ u telf għal kull attività.
4. Il-verifika, imsemmija fil-paragrafu 2, għandha, b'mod partikolari, tivverifika li l-obbligazzjoni li jiġu evitati d-diskriminazzjoni u s-sussidji inkroċati imsemmija fil-paragrafu 3, hija mħarsa.
5. L-impriżi għandhom jispeċifikaw fil-kontijiet interni tagħhom ir-regoli għall-allokazzjoni ta' assi u djun, spejjeż u introjtu kif ukoll għad-deprezzament, mingħajr preġudizzju għal regoli nazzjonali applikabbli dwar il-kontijiet, li jsegwi fl-għamla tal-kontijiet separati msemmija fil-paragrafu 3. Dawn ir-regoli interni jistgħu jiġu emendati biss f'każijiet eċċezzjonali. Dawn l-emendi għandhom jissemmew u jiġu debitament sostanzjati.
6. Il-kontijiet ta' kull sena għandhom jindikaw fin-noti kwalunkwe transazzjoni ta' ċertu daqs effettwata ma' impriżi relatati.
KAPITOLU VII
Organizzazzjoni ta' aċċess għas-sistema
Artikolu 31
Aċċess minn parti terza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tas-sistema ta' aċċess għal parti terza għas-sistemi ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni, u faċilitajiet tal-LNG abbażi ta' tariffi ppubblikati, applikabbli għall-klijenti eliġibbli kollha, inklużi l-impriżi ta' forniment u applikati b'mod oġġettiv u mingħajr diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn it-tariffi, jew il-metodoloġiji li jkunu sottostanti l-kalkoli tagħhom, ikunu approvati qabel id-dħul tagħhom fis-seħħ konformement mal-Artikolu 40 minn awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 38(1) u li dawk it-tariffi — u l-metodoloġiji, fejn il-metodoloġiji biss ikunu approvati — jiġu ppubblikati qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.
2. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom ikollhom aċċess għan-network ta' operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni oħrajn, jekk dan ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom inkluż f'relazzjoni ma' trasmissjoni transkonfinali.
3. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jipprevjenu l-konklużjoni ta' appalti fit-tul sa fejn dawn iħarsu r-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni.
Artikolu 32
Aċċess għall-ħażna
1. Għall-organizzazzjoni tal-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħżin u linepack fejn teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvediemnt ta' aċċess effiċjenti għas-sistema għall-fornitura tal-klijenti, kif ukoll għall-organizzazzjoni tal-aċċess għas-servizzi anċillari, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu waħda mill-proċeduri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jew it-tnejn li huma. Dawn il-proċeduri għandhom joperaw skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu u jippubblikaw il-kriterji skont liema jista' jiġi ddeterminat jekk l-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħżin u l-linepack humiex teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa biex jipprovdu aċċess effiċjenti għas-sistema għall-forniment tal-klijenti. L-Istati Membri għandhom joħorġu fil-pubbliku, jew inkella jobbligaw lill-operaturi tas-sistema ta' ħżin u lill-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni li jagħmlu pubbliku, liema faċilitajiet tal-ħżin u liema linepack huma offruti konformement mal-proċeduri differenti msemmija fil-paragrafi 3 u 4.
2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal servizzi anċillari u ħażna temporanja relatati ma' faċilitajiet tal-LNG u huma meħtiepa għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u konsenja sussegwenti għas-sistema tat-trasmissjoni.
3. Fil-każ ta' aċċess negozjat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti eliġibbli kollha kemm ġewwa jew barra mit-territorju kopert mis-sistema interkonnessa biex ikunu jistgħu jinnegozjaw aċċess għall-faċilitajiet ta' ħażna u l-linepack, meta teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvediment ta' aċċess effiċjenti għas-sistema, kif ukoll għall-organizzazzjoni tal-aċċess għal servizzi oħrajn anċillari. Il-partijiet għandhom jiġu obbligati li jinnegozjaw, bona fide, l-aċċess għall-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari.
Appalti għall-aċċess għall-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari għandhom jiġu negozjati mal-operatur relevanti tas-sistema tal-ħżin jew mal-impriża relevanti tal-gass naturali. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi tas-sistemi tal-ħżin u l-impriżi tal-gass naturali jippubblikaw il-kondizzjonijiet kummerċjali ewlenin għall-użu tal-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari sa … (20) u fuq bażi annwali kull sena wara.
4. Fil-każ ta' aċċess regolat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jagħtu lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti eliġibbli kemm ġewwa kif ukoll barra mit-territorju kopert mis-sistema interkonnessa dritt għall-aċċess għall-ħażniet, linepack u servizzi oħrajn anċillari, a bażi ta' tariffi u/jew termini u obbligazzjonijiet oħrajn pubblikati għall-użu ta' dawk il-ħażniet u l-linepack, fejn teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa biex jingħata aċċess effiċjenti għas-sistema, kif ukoll għall-organizzazzjoni tal-aċċess għal servizzi oħrajn anċillari. Dan id-dritt ta' aċċess għall-klijenti eliġibbli jista' jingħata billi jiġu permessi li jdħlu fkuntratti ta forniment ma impriżi tal-gass naturali li huma kompetituri minbarra l-proprjetarju u/jew l-operatur tas-sistema u/jew impriża relatata.
Artikolu 33
Aċċess għall-upstream pipeline networks
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jaċċertaw illi l-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti eliġibbli, kull fejn jinsabu, jistgħu jiksbu aċċess għall-upstream pipeline networks, li jinkludu faċilitajiet li jipprovdu servizzi tekniċi inċidentali għal tali aċċess, konformement ma' dan l-Artikolu, ħlief għall-partijiet ta' dawn in-networks u l-faċilitajiet li jintużaw għall-operazzjonijiet ta' produzzjoni lokali fil-post ta' kamp fejn il-gass jiġi prodott. Il-miżuri għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53.
2. L-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata b'mod determinat mill-Istat Membru konformement mal-istrumenti legali relevanti. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-għanijiet ta' aċċess imparzjali u miftuħ, il-kisba ta' suq kompetittiv fil-gass naturali u l-evitar ta' kwalunkwe abbuż minn pożizzjoni dominanti, filwaqt li jqisu is-sigurtà u r-regolarità tal-provvisti, il-kapaċità li raġonevolment tista' tkun disponibbli u l-protezzjoni tal-ambjent. Dawn li ġejjin jistgħu jiġu meqjusa:
|
(a) |
il-ħtieġa li jiġi rrifjutat l-aċċess fejn hemm inkompatibilità ta' speċifikazzjonijiet tekniċi li ma jistgħux jiġu megħluba b'mod raġonevoli; |
|
(b) |
il-ħtieġa li jiġu evitati diffikultajiet li ma jistgħux jiġu megħluba b'mod raġonevoli u jistgħu jippreġudikaw il-produzzjoni effiċjenti, preżenti u ppjanata fil-futur tal-hydrocarbons, inklużi dawk minn oqsma ta' vijabbiltà ekonomika marġinali; |
|
(c) |
il-ħtieġa li tirrispetta l-ħtiġijiet raġjonevoli u debitament sostanzjati tal-proprjetarju jew operatur tan-network ta' linji ta' pajpijiet upstream għat-trasport u l-pproċessar ta' gass u l-interessi tal-utenti l-oħra kollha tar-retikolat ta' linji ta' pajpijiet upstream jew faċilitajiet relevanti ta' proċessar jew maniġġjar li jistgħu jiġu effettwati; u |
|
(d) |
il-ħtieġa li japplikaw il-liġijiet u l-proċeduri amministrattivi tagħhom, konformement mal-liġi Komunitarja, għall-għotja ta' awtorizzazzjoni għall-produzzjoni jew għall-iżvilupp upstream. |
3. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi għandhom arranġamenti għar-riżoluzzjoni ta' disputi, li jinkludu awtorità indipendenti mill-partijiet li għandha aċċess għall-informazzjoni relevanti kollha, biex id-disputi rigward l-aċċess għall-upstream pipeline networks jistgħu jiġu riżolti malajr, filwaqt li jittieħed kont tal-kriterji fil-paragrafu 2 u n-numru ta' partijiet li jistgħu jkunu involuti fin-negozjar tal-aċċess għal dawn in-networks.
4. F'każ ta' disputa transkonfinali, għandhom jiġu applikati l-arranġamenti ta' riżoluzzjoni ta' disputi għall-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq l-upstream pipeline network li jiċħad aċċess. Fejn, f'disputa transkonfinali, aktar minn Stat Membru wieħed ikopri n-network konċernat, l-Istat Membru konċernat għandu jikkonsulta bil-ħsieb li jiżgura li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu applikati b'mod konsistenti.
Artikolu 34
Rifjut tal-aċċess
1. L-impriżi tal-gass naturali jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għas-sistema abbażi ta' nuqqas ta' kapaċità jew fejn l-aċċess għas-sistema ma tħallihomx iwettqu l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku msemmija fl-Artikolu 3(2) li ġew assenjati lilhom jew a bażi ta' diffikultajiet gravi ekonomiċi u finanzjarji b'kuntratti “take-or-pay” wara li jkunu kkunsidraw il-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 47 u l-alternattiva magħżula mill-Istat Membru taħt il-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu. Għandhom jingħataw raġunijiet debitament sostanzjati għal tali rifjut.
2. L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jaċċertaw illi l-impriża tal-gass naturali li tirrifjuta l-aċċess għas-sistema abbażi ta' nuqqas ta' kapaċità jew nuqqas ta' konnessjoni tagħmel it-titjib meħtieġ sa fejn huwa ekonomiku li tagħmel dan jew fejn klijent potenzjali huwa lest li jħallas għalihom.F'ċirkostanzi fejn l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 4(4), l-Istati Membri għandhom jieħdu tali miżuri.
Artikolu 35
Infrastruttura ġdida
1. Infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass, jiġifieri interkonnetturi, faċilitajiet ta' ħżin u ta' LNG jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perijodu ta' żmien limitat, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9, 31, 32u 33, u l-Artikoli 40(6), (7) u (8) taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-investiment għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fil-fornitura tal-gass u jtejjeb is-sigurtà tal-fornitura; |
|
(b) |
il-livell tar-riskju għall-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx kemm-il darba ma tingħatax eżenzjoni; |
|
(c) |
l-infrastruttura għandha tkun il-proprjetà ta' persuna naturali jew legali li hija separata għall-inqas f'termini tal-forma legali tagħha, mill-operatur tas-sistema li fis-sistemi tiegħu sejra tinbena dik l-infrastruttura; |
|
(d) |
id-drittjiet jiġu imposti fuq l-utenti ta' dik l-infrastruttura; |
|
(e) |
l-eżenzjoni m'hix detrminetali għall-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali jew il-funzjonament effettiv tas-sistema regolata li l-infrastruttura hija mqabbda magħha. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll għal żidiet sinifikanti fil-kapaċità ta' infrastrutturi eżistenti u għal modifiki ta' tali infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta' sorsi ġodda tal-fornitura tal-gass.
3. L-awtorità regolatorja msemmija fil-Kapitolu VIII tista', fejn ikun il-każ, tiddeċiedi dwar l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4. Fejn l-infrastruttura konċernata tkun tinsab fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha teżerċita l-kompiti konferiti lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri konċernati minn dan l-Artikolu. Dan madanakollu għandu japplika biss:
|
(a) |
meta l-awtoritajiet regolatorji konċernati ma jkunx irnexxiehom jilħqu ftehim fi żmien perijodu ta' sitt xhur mid-data li fiha tkun intalbet l-eżenzjoni quddiem l-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji; jew |
|
(b) |
fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji konċernati. |
L-awtoritajiet regolatorji konċernati jistgħu jitolbu konġuntament li l-perijodu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jkun estiż b'perijodu massimu ta' sitt xhur.
5. Eżenzjoni tista' tkopri l-kapaċità kollha jew parti minnha tal-infrastruttura l-ġdida, jew tal-infrastruttura eżistenti b'kapaċità miżjuda b'mod sinifikanti.
Meta tittieħed deċiżjoni li tingħata eżenzjoni, għandu jitqies, fuq bażi ta' kull każ individwalment, għall-ħtieġa li jiġu imposti l-kondizzjonijiet rigward id-durata tal-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Meta tittieħed deċiżjoni rigward dawk il-kondizzjonijiet, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-kapaċità żejda li għandha tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-medda ta' żmien prevista għall-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.
Qabel tagħti eżenzjoni l-awtorità regolatorja għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità. Ir-regoli għandhom jesiġu li l-utenti kollha potenzjali tal-infrastruttura jkunu mistidnin jindikaw l-interess tagħhom fil-kapaċità tal-kuntrattar qabel ma tiġi allokata l-kapaċità għall-infrastruttura l-ġdida, inkluż għall-użu proprju. L-awtorità regolatorja għandha tesiġi li r-regoli għall-ġestjoni tal-konġestjoni jinkludu l-obbligu li tinbiegħ kapaċità ġdida fis-suq, u għandha tesiġi li l-utenti tal-infrastruttura jkunu intitolati jikkummerċjalizzaw il-kapaċitjiet kuntrattati tagħhom fuq is-suq sekondarju. Fl-analiżi tagħha tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (e) tal-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja għandha tqis ir-riżultati tal-proċedura tal-allokazzjoni ta' kapaċità.
Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, li tinkludi kwalunkwe mill-kondizzjonijiet imsemmija fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandha tkun motivata u ppubblikata kif jixraq.
6. Minkejja l-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jipprovedu li l-awtorità regolatorja jew l-Aġenzija, fejn ikun il-każ, għandha tissottometti, għal deċiżjoni formali, lill-korp relevanti fl-Istat Membru l-opinjoni tagħhom dwar it-talba għal eżenzjoni. Din l-opinjoni għandha tiġi pubblikata flimkien mad-deċiżjoni.
7. L-awtorità regolatorja għandha tibgħat lill-Kummissjoni minnufih kopja ta' kull talba għal eżenzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien, mill-awtorità kompetenti lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha rigward id-deċiżjoni. Din l-informazzjoni tista' tingħata lill-Kummissjoni f'forma aggregata, li tippermetti lill-Kumissjoni tasal għal deċiżjoni fuq bażi tajba. B'mod partikolari, l-informazzjoni għandu jkun fiha:
|
(a) |
ir-raġunjijiet dettaljat li abbażi tagħhom l-awtorità regolatorja, jew l-Istat Membru, ta eżenzjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni; |
|
(b) |
l-analiżi li tikun saret dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-operat effettiv tas-suq intern tal-gass li jirriżultaw mill-għotja tal-eżenzjoni; |
|
(c) |
ir-raġunijiet għall-perijodu ta' żmien u s-sehem tal-kapaċità totali tal-infrastruttura tal-gass in kwistjoni li għaliha ngħatat l-eżenzjoni; |
|
(d) |
f'każ li l-eżenzjoni tirrigwarda interkonnettur, ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji konċernati; |
|
(e) |
il-kontribut tal-infrastruttura għad-diversifikazzjoni tal-fornitura tal-gass. |
8. Fi żmien xahrejn li jibdew fil-jum tar-riċezzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li tesiġi li l-awtorità regolatorja temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perijodu ta' xahrejn jista' jiġi estiż b'perijodu addizzjonali ta' xahrejn fejn il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni addizzjonali. Dak il-perijodu addizzjonali għandu jibda l-għada tar-riċezzjoni tal-informazzjoni kompleta. Il-perijodu inizjali ta' xahrejn jista' jiġi estiż ukoll bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità regolatorja.
Meta l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet provvduta fil-perijodu stipulat fit-talba, in-notifika għandha titqies li ġiet irtirata jekk, sakemm qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, dan ma jkunx ġie estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità regolatorja, u sakemm l-awtorità regolatorja, fi stqarrija debitament raġunata, ma tkunx informat lill-Kummissjoni li tikkunsidra li n-notifika hija kompluta.
L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni ta' eżenzjoni fi żmien xahar, u għandha tinforma lill-Kummissjoni kif ikun meħtieġ.
Il-Kummissjoni għandha tippreżerva l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva kummerċjalment.
L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta' deċiżjoni dwar eżenzjoni m'għandhiex tibqa' fis-seħħ sentejn wara l-adozzjoni tagħha jekk, sa dak iż-żmien, il-bini tal-infrastruttura ma jkunx għadu beda, u ħames snin wara l-adozzjoni tagħha jekk, l-infrastruttura ma tkunx saret operattiva.
9. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida għall-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tistipula l-proċedura li għandha tkun segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 3, 5, 7 u 8 ta' dan l-Artikolu. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 50(3).).
Artikolu 36
Ftuħ tas-suq u reċiproċità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti eliġibbli huma:
|
(a) |
sal-1 ta' Lulju 2004, il-klijenti eliġibbli kif speċifikat fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (21). L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sal-31 ta' Jannar kull sena il-kriterji għad-definizzjoni ta' dawn il-klijenti eliġibbli; |
|
(b) |
mill-1 ta' Lulju 2004, il-klijenti mhux domestiċi kollha; |
|
(c) |
mill-1 ta' Lulju 2007, il-klijenti kollha. |
2. Biex jiġi evitat l-iskwilibrju fil-ftuħ tas-swieq tal-gass:
|
(a) |
appalti għall-fornitura ma' klijent eliġibbli f'sistema ta' Stat Membru ieħor m'għandhomx jiġu pprojbiti jekk il-klijent huwa eliġibbli fiż-żewġ sistemi involuti; u |
|
(b) |
fejn it-transazzjonijiet kif deskritti fil-punt (a) jiġu rifjutati minħabba li l-klijent huwa eliġibbli biss f'waħda miż-żewġ sistemi, il-Kummissjoni tista', filwaqt li tqis is-sitwazzjoni fis-suq u l-interess komuni, tobbliga lill-parti li qed jirrifujta li tesegwwixxi t-talba għall-fornitura, fuq it-talba ta' wieħed mill-Istati Membri taż-żewġ sistemi. |
Artikolu 37
Linji diretti
1. l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu:
|
(a) |
lill-impriżi tal-gass naturali stabbiliti fit-territorji tagħhom li jipprovdu lill-klijenti eliġibbli permezz ta' linja diretta; u |
|
(b) |
kwalunkwe klijent eliġibbli fit-territorju tagħhom li jiġi pprovdut permezz ta' linja diretta minn impriżi tal-gass naturali. |
2. F'ċirkostanzi fejn hija meħtieġa awtorizzazzjoni (eż. liċenzja, permess, konċessjoni, kunsens jew approvazzjoni) għall-kostruzzjoni jew l-operazzjoni ta' linji diretti, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti li jinnominaw għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għotja ta' awtorizzazzjonijiet għall-kostruzzjoni jew l-operazzjoni ta' tali linji fit-territorju tagħhom. Dawn il-kriterji għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.
3. L-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni, għall-kostruzzjoni ta' linja diretta, li tkun suġġetta għar-rifjut tal-aċċess għas-sistema abbażi tal-Artikolu 34 jew għall-ftuħ ta' proċedura għar-riżoluzzjoni ta' disputi taħt l-Artikolu 40.
KAPITOLU VIII
Awtoritajiet regolatorji nazzjonali
Artikolu 38
Ħatra u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali waħda fil-livell nazzjonali.
2. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ħatra ta' awtoritajiet regolatorji oħrajn fil-livell reġjonali fl-Istati Membri, sakemm ikun hemm rappreżentant għall-finijiet ta' rappreżentanza u kuntatt fil-livell Komunitarju fil-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija konformement mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru …/2009.
3. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, Stat Membru jista' jaħtar awtoritajiet regolatorji għal sistemi żgħar fuq reġjun ġeografikament separat li fis-sena 2008 jkollu konsum ta' anqas minn 3 % tal-konsum totali tal-Istat Membru li minnu jagħmel parti. Din id-deroga għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħatra ta'rappreżentant wieħed għall-finijiet ta' rappreżentanza u kuntatt fil-livell Komunitarju fil-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija konformement mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru …/2009.
4. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji u jiżguraw li dawn jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fit-twettiq tal-kompiti regolatorji mogħtija lilha minn din id-Direttiva u mil-leġislazzjoni relatata, l-awtorità regolatorja:
|
(a) |
tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra; |
|
(b) |
tiżgura li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha:
|
5. Sabiex tkun protetta l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li:
|
(a) |
l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jieħdu deċiżjonijiet awtonomi, b'mod indipendenti minn kwalunkwe entità politika, u jkollhom awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit, u riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom, |
|
(b) |
il-persunal tat-tmexxija għoljatal-awtorita' regolatorja jinħatar għal mill-anqas ħames snin, u jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu biss matul il-mandat tiegħu jekk ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu jew minħabba li jkun ħati ta' kondotta serjament skorretta taħt il-liġi nazzjonali. |
Artikolu 39
Objettivi ġenerali tal-awtoritajiet regolatorji
Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jinkisbu l-objettivi li ġejjin fil-qafas tal-kompiti u s-setgħat tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 40, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra, fejn ikun il-każ, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tagħhom:
|
(a) |
il-promozzjoni, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzij, l-awtoritajiet regolatorji ta' Stati Membri oħrajn u l-Kummissjoni, ta' suq intern tal-gass naturali li jkun kompetittiv, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan il-Komunità, u ftuħ effettiv fis-suq għall-klijenti u l-fornituri kollha tal-Komunità; |
|
(b) |
l-iżvilupp ta' swieq reġjonali kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fil-Komunità sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-punt (a); |
|
(c) |
l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-gass naturali bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta' kapaċitajiet adatti ta' trasmissjoni transkonfini biex tiġi sodisfatta d-domanda u tittejjeb l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali li jistgħu jiffaċilitaw il-flussi tal-gass naturali fil-Komunità; |
|
(d) |
il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' sistemi mhux diskriminatorji li jkunu sikuri, affidabbli u effiċjenti kif ukoll ta' adegwatezza tas-sistema; |
|
(e) |
il-faċilitazzjoni għall-aċċess lil kapaċità ta' produzzjoni ġdida għan-network, b'mod partikolari it-tneħħija ta' ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-aċċess ta' parteċipanti ġodda fis-suq; |
|
(f) |
li jiġi żgurat li l-operaturi u l-utenti tas-sistema jingħataw inċentivi adegwati, kemm għall-perijodu qasir kif ukoll għal dak fit-tul, sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-prestazzjoni tas-sistemau titrawwem l-integrazzjoni tas-suq; |
|
(g) |
li jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u protezzjoni tal-konsumatur; |
|
(h) |
il-kontribut għal standards għolja ta' servizz pubbliku għall-gass naturali, il-protezzjoni ta' konsumaturi vulnerabbli, u l-kontribut għall-effikaċja tal-miżuri ta' protezzjoni tal-konsumatur stabbiliti fl-Anness A; |
Artikolu 40
Dmirijiet u setgħat tal-awtoritajiet regolatorji
1. L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom id-dmirijiet li ġejjin:
|
(a) |
li jiżguraw il-konformità tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u distribuzzjoni, u, meta dan ikun relevanti, il-proprjetarji tas-sistema, kif ukoll kwalunkwe impriża tal-gass naturali, mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u taħt leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-Komunità, inkluż f'dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet transkonfinali; |
|
(b) |
jikkoperaw fir-rigward ta' kwistjonijiet transkonfinali mal-awtorità regolatorja jew l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri konċernati; |
|
(c) |
jikkonformaw ma', u jimplimentaw, kwalunkwe deċiżjoni legalment obbligatorja relevanti tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni; |
|
(d) |
jirrapportaw kull sena lill-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar l-attività tagħhom u dwar il-qadi ta' dmirijiethom. Dan ir-rapport għandu jkopri l-passi kollha li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta' kull wieħed mill-kompiti elenkati f'dan l-Artikolu; |
|
(e) |
jiżguraw li ma jkunx hemm sussidji inkroċati bejn it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-LNG u l-attivitajiet tal-forniment; |
|
(f) |
jissorveljaw il-pjanijiet ta' investiment tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni, u jipprovdu fir-rapport annwali tagħhom valutazzjoni tal-pjan ta' investiment tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mal-pjan mhux obbligatorju ta' 10 snin għall-iżvilupp fil-Komunità kollha tan-network taħt l-Artikolu 8(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru …/2009; |
|
(g) |
jissorveljaw il-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-network u jissorveljaw l-istandards u r-rekwiżiti għall-kwalità tas-servizz tan-network; |
|
(h) |
jissorveljaw il-livell ta' trasparenza u, jiżguraw il-konformità mal-obbligi ta' trasparenza min-naħa tal-impriżi tal-gass naturali; |
|
(i) |
jissorveljaw il-livell ta' ftuħ tas-suq u ta' kompetizzjoni fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi l-iskambji tal-gass naturali, il-prezzijiet għall-klijentidomestiċi, ir-rati għall-bdil, ir-rati biex skonnessjoni u lmenti ta' klijenti domestiċi, kif ukoll kwalunkwe distorsjoni jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni, anke billi jipprovdu kull informazzjoni relevanti, filwaqt li jgħaddu kwalunkwe każ relevanti għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-kompetizzjoni; |
|
(j) |
jissorveljaw iż-żmien li jittieħed mill-operaturi ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet; |
|
(k) |
jissorveljaw u jirrivedu l-kondizzjonijiet tal-aċċess għall-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari kif previst fl-Artikolu 32. F'każ li r-reġim ta' aċċess għall-ħażna huwa definit taħt l-Artikolu 32(3), dan il-kompitu għandu jeskludi r-reviżjoni tat-tariffi. |
|
(l) |
jippubblikaw rakkomandazzjonijiet, għall-anqas kull sena, dwar il-konformità tat-tariffi tal-provvista mal-Artikolu 3; |
|
(m) |
jiżguraw l-aċċess għad-data dwar il-konsum tal-klijent, il-forniment għal użu fakultattiv, ta' format armonizzat fil-livell nazzjonali għad-data dwar il-konsum u l-aċċess għad-data taħt il-punt (h) tal-Anness I; |
|
(n) |
jissorveljaw l-implimentazzjoni tar-regoli marbuta mar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni, tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, il-fornituri u l-klijenti u ta' partijiet oħrajn fis-suq konformement mar-Regolament (KE) Nru …/2009; |
|
(o) |
jissorveljaw l-applikazzjoni tajba tal-kriterji li jiddeterminaw jekk faċilità ta' ħżin taqax taħt l-Artikolu 32(3) jew 32(4); u |
|
(p) |
jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja kif imsemmi fl-Artikolu 45. |
2. Meta Stat Membru jagħmel provvediment għal dan, id-dmirijiet ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu minn awtoritajiet oħra diversi mill-awtorità regolatorja F'tali każ, l-informazzjoni li tirriżulta minn din is-sorveljanza għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità regolatorja kemm jista' jkun malajr.
Filwaqt li jżommu l-indipendenza tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom stess u b'mod konsistenti mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, l-awtoritajiet regolatorji għandhom, fejn ikun il-każ, jikkonsultaw mal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u, fejn ikun il-każ, jikkoperaw mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra fit-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
Kwalunkwe approvazzjoni mogħtija minn awtorità regolatorja jew mill-Aġenzija taħt din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe użu futur debitament ġustifikat tas-setgħat tagħhom mill-awtoritajiet regolatorji taħt dan l-Artikolu jew għal kwalunkwe penali imposta minn awtoritajiet relevanti oħra jew mill-Kummissjoni.
3. Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija lilhom taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta operatur ta' sistema indipendenti jkun ġie maħtur taħt l-Artikolu 14, l-awtoritajiet regolatorji għandhom:
|
(a) |
jissorveljaw il-konformità tal-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni u tal-operatur tas-sistema indipendenti mal-obbligi tagħhom taħt dan l-Artikolu, u jimponu penali għan-nuqqas ta' konformità taħt il-punt (d) tal-paragrafu 4; |
|
(b) |
jissorveljaw ir-relazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema indipendenti u l-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-operatur tas-sistema indipendenti mal-obbligi tiegħu, u b'mod partikolari għandhom japprovaw kuntratti u jaġixxu bħala l-awtorità għar-riżoluzzjoni ta' disputi bejn l-operatur tas-sistema indipendenti u l-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni fir-rigward ta' kwalunkwe lment imressaq minn kwalunkwe wieħed minnhom taħt il-paragrafu 9; |
|
(c) |
mingħajr preġudizzju għall-proċedura taħt l-Artikolu 14(2)(c), għall-ewwel pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network, japprovaw l-ippjanar tal-investimenti u l-pjan pluriennali għall-iżvilupp tan-network preżentati fuq bażi annwali mill-operatur tas-sistema indipendenti; |
|
(d) |
jiżguraw li t-tariffi tal-aċċess għan-network miġbura minn operaturi tas-sistema indipendenti jkunu jinkludu remunerazzjoni għall-proprjetarju jew proprjetarji tan-network li jipprevedu remunerazzjoni adegwata tal-użu tal-assi tan-network u ta' kwalunkwe investiment ġdid fihom, sakemm ikunu magħmula ekonomikament u b'mod effiċjenti; u |
|
(e) |
ikollhom s-setgħat li jwettqu ispezzjonijiet, inklużi uħud mhux imħabbra fil-bini tal-proprjetarju tas-sistema ta' trasmissjoni u tal-operatur tas-sistema indipendenti. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 6 b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom għall-anqas dawn is-setgħat:
|
(a) |
li jimponu deċiżjonijiet obbligatorji fuq l-impriżi tal-gass naturali; |
|
(b) |
li jwettqu investigazzjonijiet fil-funzjonament tas-swieq tal-gass, u li jiddeċiedu u jimponu kwalunkwe miżura neċessarja u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq. Fejn ikun opportun, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom ukoll is-setgħa li jikkoperaw mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew mal-Kummissjoni fit-twettiq ta' investigazzjoni relatata mal-liġi tal-kompetizzjoni; |
|
(c) |
li jesiġu kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi tal-gass naturali li tkun relevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħhom; |
|
(d) |
li jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq impriżi tal-gass naturali li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva jew kwalunkwe deċiżjoni relevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-Aġenzija, jew li jipproponu lil qorti kompetenti li timponi dawn is-sanzjonijiet. Dan għandu jinkludi s-setgħa li jimponu, jew li jipproponu l-impożizzjoni ta' penali sa 10 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni fuq l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew sa 10 % tat-turnover annwali tal-impriża integrata vertikalment fuq l-impriża integrata vertikalment, fejn ikun il-każ, għal non-konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva; |
|
(e) |
li jkollhom id-drittijiet adatti ta' investigazzjoni, u setgħat relevanti biex jagħtu istruzzjonijiet għar-riżoluzzjoni ta' disputi taħt l-Artikoli 9 u 10. |
5. Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija u s-setgħat konferiti lilhom taħt il-paragrafi 1 u 4 ta' dan l-Artikolu, meta operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jkun inħatar taħt il-Kapitolu V, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jingħataw għall-anqas id-dmirijiet u s-setgħat li ġejjin:
|
(a) |
li jimponu penali taħt il-punt (d) tal-paragrafu 4 għal kondotta diskriminatorja favur l-impriża integrata vertikalment; |
|
(b) |
jissorveljaw il-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni u l-impriża integrata vertikalment sabiex tkun żgurata l-konformità tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni mal-obbligi tiegħu; |
|
(c) |
jaġixxu bħala awtoritajiet għar-riżoluzzjoni ta' disputi bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni fir-rigward ta' kull ilment preżentat taħt il-paragrafu 9; |
|
(d) |
jissorveljaw ir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji inkluż is-self bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni; |
|
(e) |
japprovaw kull relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni bil-kondizzjoni li dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tas-suq; |
|
(f) |
jesiġu ġustifikazzjoni mill-impriża integrata vertikalment meta jiġu notifikati mill-uffiċjal għall-konformità taħt l-Artikolu 21(4). Din il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi partikolarment l-evidenza li ma seħħet ebda kondotta diskriminatorja għall-vantaġġ tal-impriża integrata vertikalment; |
|
(g) |
iwettqu ispezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fuq il-post tal-impriża integrata vertikalment u tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni; |
|
(h) |
jassenjaw il-kompiti kollha jew dawk speċifiċi tal-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni lil operatur tas-sistema indipendenti maħtur taħt l-Artikolu 14 f'każ ta' ksur persistenti mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni tal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva, partikolarment fil-każ ta' kondotta diskriminatroja ripetuta għall-benefiċċju tal-impriża integrata vertikalment. |
6. L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu responsabbli biex jistipulaw jew japprovaw qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, mill-inqas il-metodoloġiji użati għall-kalkolu jew l-istabbiliment tat-termini u l-kondizzjonijiet għal:
|
(a) |
il-konnessjoni u l-aċċess għan-networks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, u termini, kondizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi, jew metodoloġiji għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-networks u faċilitajiet LNG li jsiru b'mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-networks u tal-faċilitajiet LNG; |
|
(b) |
il-forniment ta' servizzi ta' bilanċjar. |
7. Meta jkunu qed jistipulaw jew japprovaw it-tariffi jew il-metodoloġiji, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni jingħataw inċentiva adatta, kemm fil-perijodu qasir kif ukoll għal fit-tul, biex iżidu l-effiċjenzi, irawmu l-integrazzjoni tas-suq u s-sigurtà tal-provvista u jappoġġjaw l-attivitajiet ta' riċerka relatati.
8. L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom l-awtorità li jesiġu li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni, tal-ħżin, tal-LNG, jekk hekk ikun meħtieġ, jimmodifikaw it-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi t-tariffi u l-metodoloġiji msemmija f'dan l-Artikolu, biex jiżguraw li jkunu proporzjonati u applikati b'mod mhux diskriminatorju. F'każ li r-reġim ta' aċċess għall-ħażna jiġi definit taħt l-Artikolu 32(3), dan il-kompitu għandu jinkludi l-modifika tat-tariffi.
9. Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, ħżin, LNG jew distribuzzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 8 tista' tirriferi l-ilment lill-awtoritajiet regolatorji li, waqt li jaġixxu bħala l-awtoritajiet għar-riżoluzzjoni tad-disputi, għandhom jagħtu deċiżjoni fi żmien xahrejn wara li jkunu rċevew l-ilment. Dan il-perijodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fejn tintalab aktar informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji. Dan il-perijodu jista' jiġi estiż bil-ftehim tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Id-deċiżjoni tal-awtorita' regolatorja għandha jkollha effett obbligatorju kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b'appell.
10. Kwalunkwe parti li tintlaqat u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda konformement ma' dan l-Artikolu jew, fejn l-awtoritajiet regolatorji jkollhom l-obbligu li jikkonsultaw dwar il-metodoloġiji proposti, tista', minn għall-anqas fi żmien xahrejn, jew f'perijodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tressaq ilment għar-reviżjoni. Tali lment m'għandux ikollu effett sospensiv.
11. L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi xieraq u effiċjenti għar-regolament, kontroll u trasparenza sabiex jiġi evitat abbuż ta' pożizzjoni dominanti, b'mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jieħdu kont tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu.
12. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jittieħdu l-passi adegwati, inklużi azzjoni amministrativa jew proċeduri kriminali b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni naturali jew legali responsabbli fejn ir-regoli tal-kunfidenzjalità imposti minn din id-Direttiva ma jkunux ġew rispettati.
13. L-ilmenti msemmija fil-paragrafi 9 u 10 għandhom ikunu bla ħsara għall-eżerċitu tad-drittijiet tal-appell taħt il-liġi Komunitarja u/jew il-liġi nazzjonali.
14. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu raġunati u ġustifikati sabiex jippermettu reviżjoni ġudizzjarja.
15. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi adegwati fuq livell nazzjonali li bihom parti affettwata minn deċiżjoni ta' awtorità regolatorja jkollha d-dritt għall-appell lil entità indipendenti mill-partijiet involuti.
Artikolu 41
Reġim regolatorju għal kwistjonijiet transkonfini
1. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkoperaw mill-qrib u jikkonsultaw ma' xulxin, u għandhom jipprovdu lil xulxin u lill-Aġenzija bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt id-Direttiva. Fir-rigward tal-informazzjoni skambjata, l-awtorità li tirċievi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità bħal dak rikjest mill-awtorità li tibgħat l-informazzjoni.
2. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkoperaw mill-inqas fil-livell reġjonali biex irawmu l-ħolqien ta' arranġamenti operattivi sabiex tkun possibbli l-aħjar ġestjoni tan-network, jiġu promossi skambji tal-gass konġunti u l-allokazzjoni ta' kapaċità transkonfini, u sabiex ikun possibbli livell minimu ta' kapaċità ta' interkonnessjoni, inkluż permezz ta' interkonnessjonijiet ġodda, fir-reġjun u bejn ir-reġjuni sabiex jitħalla lok għall-iżvilupp ta' kompetizzjoni effettiva u titjib tas-sigurtà tal-provvista.
3. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu, fejn ikun il-każ, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom.
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida dwar il-limitu tal-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji biex jikkoperaw flimkien u mal-Aġenzija. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 50(3).
Artikolu 42
Konformità mal-linji gwida
1. Kwalunkwe awtorità regolatorja u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-Aġenzija dwar il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru …/2009.
2. L-Aġenzija għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja li tkun talbitha jew lill-Kummissjoni, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja li tkun ħadet id-deċiżjoni konċernata fi żmien erba' xhur mid-data tar-riċezzjoni tat-talba.
3. Meta l-awtorità regolatorja li tkun ħadet deċiżjoni ma tikkonformax mal-opinjoni tal-Aġenzija fi żmien erba' xhur mid-data tal-irċevuta ta' dik l-opinjoni, l-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b' dan.
4. Kwalunkwe awtorità regolatorja tista' tinforma lill-Kummissjoni fejn tqis li deċiżjoni relevanti għall-kummerċ transkonfini meħuda minn awtorità regolatorja ma tikkonformax mal-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru …/2009 fi żmien xahrejn mid-data ta' dik id-deċiżjoni.
5. Meta l-Kummissjoni, fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet infurmata mill-Aġenzija taħt il-paragrafu 3 jew minn awtorità regolatorja taħt il-paragrafu 4, u fuq l-inzjattiva tagħha stess fi żmien tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni, issib li d-deċizjoni ta' awtorità regolatorja tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mal-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru …/2009, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li teżamina l-każ aktar. F'każ bħal dan, hija għandha tistieden lill- awtorità regolatorja u lill-partijiet għall-proċedimenti quddiem l-awtorità regolatorja biex jagħmlu osservazzjonijiet
6. Meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li teżamina l-każ aktar, hija għandha, fi żmien mhux aktar minn erba' xhur mid-data ta' tali deċiżjoni, tagħti deċiżjoni finali:
|
(a) |
li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja; jew |
|
(b) |
li tesiġi li l-awtorità regolatorja konċernata tirtira d-deċiżjoni tagħha jekk tqis li ma kienx hemm konformità mal-linji gwida. |
7. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni biex teżamina l-każ aktar jew deċiżjoni finali fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 rispettivament, għandu jitqies li ma qajmitx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
8. L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tirtira d-deċiżjoni tagħha fi żmien perijodu ta' xahrejn u għandha tinforma lill-Kummissjoni b'dan.
9. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita mill-awtoritajiet regolatorji, l-Aġenzija u l-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità ta' deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet regolatorji mal-linji gwida msemmijin f'dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 50(3).
Artikolu 43
Żamma ta' records
1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-impriżi tal-forniment iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, inkluża l-awtorità regolatorja, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, għal għall-anqas ħames snin, id-data relevanti relatata mat-transazzjonijiet kollha fil-forniment tal-gass u d-derivattivi tal-gass ma' klijenti bl-ingrossa u operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni kif ukoll l-operaturi tal-ħżin u tal-LNG.
2. Id-data għandha tinkludi d-dettalji dwar karatteristiċi tat-transazzjonijiet relevanti, bħad-dewmien, it-twassil u r-regoli ta ħlas, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet ta' eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-transazzjoni, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa konċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-kuntratti kollha miftuħin fil-kuntratti tal-forniment tal-gass u tad-derivattivi tal-gass.
3. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli lill-parteċipanti fis-suq l-elementi ta' din l-informazzjoni, sakemm ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar transazzjonijiet individwali. Dan il-paragrafu m'għandux japplika għal informazzjoni dwar strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE.
4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jiddefinixxu l-metodu u l-arranġamenti għaż-żamma tar-reġistri kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-data li għandha tinżamm. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 50(3).
5. Fir-rigward tat-transazzjonijiet fid-derivattivi tal-gass ta' impriżi ta' forniment ma' klijenti bl-ingrossa u ma' operaturi ta' sistemi tat-trasmissjoni kif ukoll operaturi tal-ħżin u tal-LNG, dan l-Artikolu japplika biss biss ladarba l-Kummissjoni tkun adottat il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 4.
6. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx joħolqu obbligi addizzjonali lejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE.
7. Fil-każ li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu aċċess għad-data miżmuma mill-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE, l-awtoritajiet responsabbli taħt dik id-Direttiva għandhom jipprovdu dawk l-awtoritajiet bid-data meħtieġa.
KAPITOLU IX
Swieq ta' bejgħ bl-imnut
Artikolu 44
Swieq ta' bejgħ bl-imnut
Sabiex tiġi ffaċilitata l-emerġenza ta' swieq ta' bejgħ bl-imnut li jkunu trasparenti u li jaħdmu tajjeb fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, l-impriżi ta' forniment u l-klijenti u jekk meħtieġ parteċipanti oħra tas-suq ikunu definiti fir-rigward ta' arranġamenti kuntrattwali, impenji bejn il-konsumatur, skambju ta' data u regoli ta' riżoluzzjoni, pussess ta' data u responsabbiltà għall-metraġġ.
Dawn ir-regoli għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, għandhom jitfasslu bl-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tal-konsumaturi u l-fornituri għan-networks u għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet nazzjonali relevanti oħrajn.
KAPITOLU X
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 45
Miżuri ta' salvagwardja
1. Fil-każ ta' kriżi f'daqqa fis-suq tal-enerġija jew fejn is-sigurtà fiżika jew is-sigurtà tal-persuni, tal-apparat jew tal-istallazzjonijiet jew tal-integrità tas-sistema jiġu mhedda, l-Istat Membru jista' temporanjament jieħu s-salvagwadji meħtieġa.
2. Dawn il-miżuri għandhom jikkawżaw l-inqas disturb possibbli għall-funzjonament tas-suq intern u m'għandux ikollhom skop usa' milli strettament meħtieġ biex id-diffikultajiet imprevisti li jkunu qamu jiġu rimedjati.
3. L-Istat Membru in kwistjoni għandu mingħajr dewmien jinnotifika dawn il-miżuri lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, li tista' tiddeċiedi li l-Istat Membru in kwistjoni għandu jemenda jew iħassar dawn il-miżuri, sa fejn għandhom effett ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwaw b'mod avvers il-Kummerċ f'tali mod li ma jaqbilx mal-interess komuni.
Artikolu 46
Kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni
1. Il-miżuri li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jieħdu taħt din id-Direttiva sabiex jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattat KE, speċjalment mal-Artikolu 30 tiegħu, u mal-liġi Komunitarja.
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati, non-diskriminatorji u trasparenti. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu implimentati biss wara n-notifika u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha taġixxi fuq in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien xahrejn mir-riċevuta ta' din in-notifika. Dak il-perijodu għandu jibda l-għada tar-riċevuta tal-informazzjoni sħiħa. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx aġixxiet f'dan il-perijodu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha titqies li mhijiex toġġezzjona għall-miżuri notifikati.
Artikolu 47
Derogi rigward rabtiet “take-or-pay”
1. Jekk impriża tal-gass naturali tiltaqa' ma', jew tikkunsidra li ser tiltaqa' ma', diffikultajiet serji ekonomiċi u finanzjarji minħabba r-rabtiet “take-or-pay” aċċettata f'kuntratt tax-xiri tal-gass wieħed jew aktar, tista' tintbagħat applikazzjoni għal deroga temporanja mill-Artikolu 31 lill-Istat Membru in kwistjoni jew lill-awtorità kompetenti nominata. L-applikazzjonijiet għandom, abbażi tal-għażla tal-Istati Membri, jiġu ppreżentati fuq każ individwali jew qabel jew wara ċ-ċaħda tal-aċċess għas-sistema. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu lill-impriża tal-gass naturali l-għażla li tippreżenta applikazzjoni jew qabel jew wara ċ-ċaħda tal-aċċess għas-sistema. Fejn impriża tal-gass naturali tkun irrifjutat l-aċċess, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata mingħajr dewmien. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu akkumpanjati bl-informazzjoni kollha relevanti dwar in-natura u l-estent tal-probkema u dwar l-isforzi magħmula mill-impriża tal-gass naturali biex issolvi l-problemi.
Jekk mhumiex disponibbli soluzzjonijiet alternattivi, filwaqt li jiġu meqjusa d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata jistgħu jiddeċiedu li jagħtu deroga.
2. L-Istat Membru, jew l-awtorità kompetenti nominanta, għandhom javżaw lill-Kummisjoni mingħajr dewmien dwar id-deċiżjoni li jagħtu deroga, flimkien mal-informazzjoni kollha relevanti rigward id-deroga. Din l-inforazzjoni tista' tingħata lill-Kummmissjoni fil-forma aggregata, li tippermetti lill-Kummissjoni li tilħaq deċiżjoni fuq bażi tajba. Fi żmien tmien ġimgħat minn meta tirċievi din in-notifika, il-Kummissjoni tista' titlob li l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata in kwistjoni temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tagħti deroga.
Jekk l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata in kwistjoni ma tikkonformax ma' din it-talba fi żmien erba' ġimgħat, għandha tittieħed deċiżjoni finali malajr konformement mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 50(2).
Il-Kummissjoni għandha tippreżerva l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva kummerċjalment.
3. Meta tittieħed deċiżjoni fuq id-derogi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nominata in kwistjoni, u l-Kummissjoni għandhom iqisu, b'mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
l-għan li jinkiseb suq tal-gass kompetittiv; |
|
(b) |
il-ħtieġa li jintlaħqu obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku u li tiġi aċċertata s-sigurtà tal-fornitura; |
|
(c) |
il-pożizzjoni ta' impriżi tal-gass naturali fis-suq tal-gass u l-istat attwali tal-kompetizzjoni f'dan is-suq; |
|
(d) |
is-serjetà tad-diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji li jiffaċċjaw l-impriżi tal-gass naturali u l-impriżi tat-trasmissjoni jew il-klijenti eliġibbli; |
|
(e) |
id-dati tal-firma u t-termini tal-appalt jew appalti in kwistjoni, inkluż l-estent sa fejn jippermettu għal tibdil fis-suq; |
|
(f) |
l-isforzi li saru biex tinsab soluzzjoni għall-problema; |
|
(g) |
l-estent sa fejn, meta jiġu aċċettati r-rabtiet “take-or-pay” in kwistjoni, l-impriża setgħet raġonevolment ipprevediet, filwaqt li qieset id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li x'aktarx iqumu diffikultajiet serji; |
|
(h) |
il-livell tal-konnessjoni tas-sistema ma' sistemi oħrajn u l-grad ta' interoperabilità ta' dawn is-sistemi; u |
|
(i) |
l-effetti li jkollha l-għotja ta' deroga fuq l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva rigward il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tal-gass naturali. |
Deċiżjoni fuq talba għal deroga li tirrigwarda kuntratti tat-tip ħu jew ħallas konklużi qabel … (22) m'għandhiex twassal għal sitwazzjoni li fiha huwa impossibbli li jinstabu sorsi alternattivi ekonomikament vijabbli. Diffikultajiet serji għandhom f'kull każ jitqiesu bħala li ma jeżistux meta l-bejgħ ta' gass naturali ma jaqax taħt il-livell ta' garanziji minimi kontenuti f'kuntratti ħu jew ħallas ta' xiri ta' gass jew sa fejn il-kuntratt ħu jew ħallas relevanti ta' xiri ta' gass jista' jiġi adattat jew kemm l-impriża ta' gass naturali għandha ħila li ssib sorsi alternattivi.
4. L-impriżi tal-gass naturali li ma ngħatawx deroga msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jirrifjutaw, jew għandhom jieqfu milli jirrifjutaw, aċċess għas-sistema minħabba rabtiet “take-or-pay” aċċettati f'appalti tax-xiri tal-gass. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Kapitolu VII u b' mod partikolari l-Artikoli 31 sa 44.
5. Kwalunkwe deroga mogħtija taħt id-dispożizzjonijiet hawn fuq għandha tkun debitament sostanzjata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
6. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien … (23), jissottomettu rapport ta' reviżjoni dwar l-esperjenza akkwistata mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jikkunsidraw il-ħtieġa li jaġġustawh maż-żmien.
Artikolu 48
Swieq emerġenti u iżolati
1. L-Istati Membri mhux direttament imqabbda mas-sistema interkonnessa ta' ebda Stat Membru ieħor u li għandhom biss provditur ewlieni barrani wieħed biss jistgħu jidderogaw mill-Artikoli 4, 9, 36 u/jew 37 ta' din id-Direttiva. Impriża tal-fornitura li għandha sehem tas-suq ta' aktar minn 75 % għandha titqies li tkun provditur ewlieni. Kull deroga bħal din għandha tiskadi awtomatikament mill-mument meta għall-inqas wieħed mill-kondizzjonijiet msemmij ma tibqax tapplika. Kwalunkwe deroga bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.
Ċipru jista' jidderoga mill-Artikoli 4, 9, 36 u/jew 37. Din id-deroga għandha tiskadi mill-mument li Ċipru ma jikkwalifikax bħala suq iżolat.
L-Artikoli 4, 9, 36 u/jew 37 m'għandhomx japplikaw għall-Estonja, il-Latvja, u/jew il-Finlandja sakemm kwalunkwe wieħed minn dawn l-Istati Membri huwa konness direttament mas-sistema interkonnessa ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor minbarra l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Finlandja. Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għal kull derogazzjoni taħt l-ewwel sub-paragrafu ta' dan il-paragrafu.
2. Stat Membru li jikkwalifika bħala suq emerġenti, li minħabba l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jesperjenza problemi sostanzjali jista' jidderoga mill-Artikoli 4 u 9, mill-Artikolu 13 (1) u (2), mill-Artikoli 14 u 24, mill-Artikolu 25(5), mill-Artikoli 26, 30 u 31, mill-Artikolu 36(1) u/jew mill-Artikolu 37. Din id-deroga għandha tiskadi awtomatikament mill-mument meta l-Istat Membru ma jibqax jikkwalifika bħala suq emerġenti. Kwalunkwe deroga bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.
Ċipru jista' jidderoga mill-Artikoli 4 u 9, mill-Artikolu 13(1) u (2), mill-Artikoli 14 u 24, mill-Artikolu 25(5), mill-Artikoli 26, 30 u 31, mill-Artikolu 36(1) u/jew mill-Artikolu 37. Din id-deroga għandha tiskadi mill-mument li Ċipru ma jikkwalifikax bħala suq emerġenti.
3. Fid-data meta tiskadi d-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, id-definizzjoni ta' klijenti eliġibbli għandha tirriżulta fi ftuħ tas-suq ugwali għall-inqas għal 33 % tat-total tal-konsum tal-gass annwali fis-suq nazzjonali tal-gass. Sentejn wara dan, għandu japplika l-Artikolu 36(1)(b), u tliet snin wara, l-Artikolu 36(1)(c). Sa meta jsir applikabbli l-Artikolu 36(1)(b), l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jista' jiddeċiedi li ma japplikax l-Artikolu 31 sa fejn għandhom x'jaqsmu s-servizzi anċillari u ħażna temporanja għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u l-konsenja sussegwenti tiegħu lis-sistema tat-trasmissjoni.
4. Fejn l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva x'aktarx tikkawża problemi sostanzjali f'żona ġeografika limitata ta' Stat Membru, b'mod partikolari rigward l-iżvilupp ta' infrastrutturi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni maġġuri, u bl-iskop tal-inkoraġġiment tal-investimenti, l-Istat Membru jista' japplika lill-Kummissjoni għal deroga temporanja mill-Artikoli 4 u 9, mill-Artikolu 13(1) u (2), mill-Artikolu 14, mill-Artikolu 24, mill-Artikolu 25(5), mill-Artikolu 26, mill-Artikolu 30, mill-Artikolu 31, mill-Artikolu 36(1) u/jew mill-Artikolu 37 għall-iżviluppi f'din iż-żona.
5. Il-Kummissjoni tista' tagħti d-deroga msemmija fil-paragrafu 4, filwaqt li tqis, b'mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:
|
— |
il-bżonn għall-investimenti fl-infrastruttura, li ma jkunux ekonomiċi sabiex wieħed jaħdem f'ambjent ta' suq kommpettiv, |
|
— |
il-livell u l-prospetti ta' ħlas lura meħtieġa ta' investimenti, |
|
— |
id-daqs u l-maturità tas-sistema ta' gass fiz-zona konċernata, |
|
— |
il-prospetti għas-suq tal-gass in kwistjoni, |
|
— |
id-daqs ġeografiku u l-karatteristiċi taż-żona jew reġjun in kwistjoni, u l-fatturi soċjo-ekonomiċi u demografiċi. |
Għall-infrastruttura tal-gass għajr infrastruttura tad-distribuzzjoni, tista' tingħata deroga biss jekk ma tkun ġiet stabbilita ebda infrastruttura tal-gass f'din iż-żona, jew ilha stabbilita hemm għal inqas minn 10 snin. Id-deroga temporanja ma tistax teċċedi 10 snin miż-żmien meta l-gass l-ewwel ġie provdut f'dik iż-żona.
Għall-infrastruttura tad-distribuzzjoni tista' tingħata deroga għal perijodu ta' żmien li ma jistax jeċċedi 20 sena għall-infrastruttura tad-distribuzzjoni miż-żmien meta l-gass l-ewwel ġie provdut mill-imsemmijainfrastruttura fiż-żona.
6. L-Artikolu 9 m'għandux japplika għal Ċipru, il-Lussemburgu u/jew Malta.
7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar applikazzjonijiet li jkunu saru taħt il-paragrafu 4 qabel ma tieħu deċiżjoni taħt il-paragrafu 5, filwaqt li tqis ir-rispett għall-kunfidenzjalità. Din id-deċiżjoni, kif ukoll id-deroga msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
8. Il-Greċja tista' tidderoga mill-Artikoli 4, 24, 25, 26, 31, 36 u/jew 37 ta' din id-Direttiva għaż-żoni ġeografiċi u għaż-żmien imsemmi fil-liċenzji maħruġa minnha, qabel il-15 ta' Marzu 2002 u taħt id-Direttiva 98/30/KE, għall-iżvilupp u l-esplojtazzjoni esklussiva ta' networks tad-distribuzzjoni f'xi żoni ġeografiċi.
Artikolu 49
Proċedura ta' Reviżjoni
Fil-każ li r-rapport imsemmi fl-Artikolu 51(3) jasal għall-konklużjoni fejn, minħabba l-mod effettiv li bih l-aċċess għan-network ikun sar fi Stat Membru — li jwassal għal aċċess kompletament effettiv, non-diskriminatorju u mingħajr xkiel għan-network, il-Kummissjoni tikkonkludi li ċerti obbligi imposti minn din id-Direttiva fuq l-impriżi (inklużi dawk rigward is-separazzjoni legali għall-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni) mhumiex proporzjonati mal-objettiv mixtieq, l-Istat Membru in kwistjoni jista' jippreżenta talba lill-Kummissjoni għal eżenzjoni mill-ħtieġa in kwistjoni.
It-talba għandha tiġi nnotifikata, mingħajr dewmien, mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa biex jintwera li l-konklużjoni milħuqa fir-rapport dwar l-aċċess effettiv għan-networks milħuq ser jinżamm.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi notifika, il-Kummissjoni għandha tadotta opinjoni rigward it-talba mill-Istat Membru in kwistjoni, u fejn xieraq, tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tipproponi, fil-proposti biex tiġi emendata d-Direttiva, li l-Istat Membru in kwistjoni jiġi eżentat minn rekwiżiti speċifiċi, b'kondizzjoni li dak l-Istat Membru jimplimenta miżuri ugwalment effettivi kif xieraq.
Artikolu 50
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.
2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-diżpożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 51
Rapportar
1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrivedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti rapport ta' progress ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-ewwel darba sa … (24), u wara dan, fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jkopri għall-inqas:
|
(a) |
l-esperjenza miksuba u l-progress li jkun sar fil-ħolqien ta' suq intern sħiħ u għal kollox operattiv fil-gass naturali u l-ostakoli li jibqgħu f'dan ir-rigward inklużi aspetti ta' dominanza tas-suq, konċentrazzjoni fis-suq, aġir predatorju jew anti-kompetittiv; |
|
(b) |
id-derogi mogħtija taħt din id-Direttiva, li jinkludu l-implimentazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 26(2) bi skop ta' reviżjoni possibbli tal-limitu; |
|
(c) |
l-estent sa fejn ir-rekwiżiti ta' separazzjoni u tariffazzjoni li jinsabu f'din id- Direttiva jkunu rnexxew fl-aċċertazzjoni ta' aċċess imparzjali u mhux diskriminatorju għas-sistema tal-Komunità tal-gass u livelli ekwivalenti ta' kompetizzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-ftuħ tas-suq tal-gass għall-klijenti; |
|
(d) |
eżaminazzjoni tal-kwistjonijiet li jirrelataw għall-livelli tal-kapaċità tas-sistema u s-sigurtà tal-fornitura tal-gass naturali fil-Komunità, u b'mod partikolari l-bilanċ eżistenti u proġettat bejn it-talbiet u l-fornitura, filwaqt li titqies il-kapaċità finanzjarja għal skambji bejn żoni u l-iżvilupp tal-ħażniet (inkluża l-kwistjoni tal-proporzjonalità tar-regolament tas-suq f'dan il-qasam); |
|
(e) |
tingħata attenzjoni speċjali għall-miżuri meħuda fl-Istati Membri biex ikopru numri kbar ta' talbiet u biex jegħlbu n-nuqqasijiet ta' provditur wieħed jew aktar; |
|
(f) |
stima ġenerali tal-progress miksub rigward relazzjonijiet bilaterali ma' pajjiżi terzi li jipproduċu u jesportaw jew jittrasportaw il-gass naturali, li jinkludi l-progress fl-integrazzjoni fis-suq, kummerċ u aċċess għan-networks ta' dawn il-pajjiżi terzi; |
|
(g) |
il-ħtieġa għal possibbli rekwiżiti għall-armonizzazzjoni li mhumiex konnessi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. |
Fejn xieraq, dan ir-rapport ta' progress jista' jinkludi rakkomandazzjonijiet u miżuri biex jingħelbu l-effetti negattivi tad-dominanza fis-suq u tal-konċentrazzjoni fis-suq.
2. Kull sentejn, ir-rapport ta' progress imsemmi fil-paragrafu 1 għandu wkoll ikopri analiżi tal-miżuri relevanti meħuda fl-Istati Membri biex jintlaħqu obbligazzjoni dwar is-servizz pubbliku, flimkien ma' eżaminazzjoni tal-effettivita' ta' dawn il-miżuri, u b'mod partikolari l-effetti tagħhom fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass. Fejn xieraq, ir-rapport jista' jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fuq livell nazzjonali biex jinkisbu standards għoljin fis-servizz pubbliku jew miżuri maħsuba li jipprevjenu għeluq tas-suq.
3. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn … (25), tippreżenta bħala parti mir-reviżjoni ġenerali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport speċifiku dettaljat li jiddelinea kemm ir-rekwiżiti ta' separazzjoni taħt il-Kapitolu IV kienu ta' suċċess bl-iżgurar tal-indipendenza sħiħa u effettiva tal-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni, bl-użu ta' separazzjoni effettiva u effiċjenti bħala referenza.
4. Għall-fini tal-valutazzjoni tagħha taħt il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tqis partikolarment il-kriterji li ġejjin: aċċess ġust u non-diskriminatorju għan-network, regolamentazzjoni effettiva, l-iżvilupp tan-network biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tas-suq, inċentivi mhux imxekkla għall-investiment, l-iżvilupp ta' infrastruttura għall-interkonnessjoni, kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-enerġija tal-Komunità u s-sigurtà tas-sitwazzjoni ta' provvista fil-Komunità.
5. Fejn opportun, u partikolarment f'każ li r-rapport dettaljat imsemmi fil-paragrafu 3 jiddetermina li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ma kienux iggarantiti fil-prattika, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tkun żgurata l-indipendenza totalment effettiva tal-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni … (26).
6. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta' 1 Jannar 2006, tibgħat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport dettaljat li juri l-progress fil-ħolqien tas-suq intern tal-gass. B'mod partikolari dan ir-rapport għandu jqis:
|
— |
l-eżistenza ta' aċċess non-diskriminatorju għan-network; |
|
— |
regolamentazzjoni effettiva; |
|
— |
l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-interkonnessjoni, il-kondizzjonijiet tat-transitu, u s-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-fornitura fil-Komunità; |
|
— |
l-estent sa fejn il-benefiċċji sħaħ tal-ftuħ tas-suq huma ta' benefiċċju għall-impriżi żgħar ul-klijenti domestiċi, notevolment rigward standards tas-servizz pubbliku; |
|
— |
il-punt sa liema s-swieq huma fil-prattika miftuħa għal kompetizzjoni effettiva, inklużi aspetti ta' dominanza tas-suq, ta' konċentrazzjoni fis-suq u aġir predatorju jew li jmur kontra l-kompetizzjoni; |
|
— |
il-punt sa liema l-klijenti attwalment ibiddlu minn fornitur għall-ieħor u jinnegozjaw mill-ġdid it-tariffi; |
|
— |
żviluppi fil-prezzijiet, inklużi prezzijiet tal-provvista, fir-rigward tal-livell tal-ftuħ tas-swieq; |
|
— |
jekk jeżistix aċċess effettiv u mhux diskriminatorju għal terzi għall-ħażniet tal-gass fejn meħtieġa teknikament u/jew ekonomikament għall-provvediment ta' aċċess effiċjenti għas-sistema; |
|
— |
l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Direttiva sa fejn hija konċernata l-indipendenza effettiva ta' operaturi tas-sistema f'impriżi integrati vertikalment u jekk ġewx żviluppati miżuri oħra minbarra l-indipendenza funzjonali u s-separazzjoni tal-kontijiet li għandhom effetti ekwivalenti għal separazzjoni legali. |
Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod partikolari biex jiġu ggarantiti standards għoljin fis-servizz pubbliku.
Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod partikolari biex tiġi aċċertata l-indipendenza sħiħa u effettiva tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni qabel l-1 ta' Lulju 2007. Fejn meħtieġ, dawn il-proposti għandhom, konformement mal-liġi tal-kompetizzjoni, jikkonċernaw ukoll miżuri li jindirizzaw kwistjonijiet ta' dominanza fis-suq, konċentrazzjoni fis-suq u aġir predatorju jew anti-kompetittiv.
Artikolu 52
Tħassir
Id-Direttiva 2003/55/KE għandha titħassarminn … (27) mingħajr preġudizzju għall-obbliazzjonijiet tal-Istati Membri rigwrd it-termini perentorji għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Ir-riferenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiemu li qed isiru għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw konformement mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness B.
Artikolu 53
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma' din id-Direttiva sa … (27). Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwarhom.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn … (27) bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11 li għandhom japplikaw minn … (28).
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 54
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 55
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi, …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 23.
(2) ĠU C 172, 5.7.2008, p. 55.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 9 ta' Jannar 2009 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.
(6) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(7) ĠU L …
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(9) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(10) It-titolu tad-Direttiva 83/349/KEE ġie aġġustat biex jittieħed kont tar-rinumerazzjoni tal-Artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunita' Ewropea taħt l-Artikolu 12 tat-Trattat ta' Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikolu 54(3)(g).
(11) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
(12) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(13) ĠU L 127, 29.4.2004, p. 92.
(14) ĠU L 204, 29.1.2004, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18).
(15) Id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva miżjuda b'sena, jiġifieri tletin xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(16) Id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva miżjuda b'sentejn, jiġifieri 42 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(17) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta' Marzu 1968 dwar il-koordinament ta' salvagwardji li, għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta' oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri mingħand kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li dawn is-salvagwardji isiru ekwivalenti mal-Komunità kollha (ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8).
(18) It-Titolu tad-Direttiva 78/660/KEE ġie aġġustat biex jikkunsidra n-numerazzjoni mill-ġdid tal-Artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea skont l-Artikolu 12 tat-Trattat ta' Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikolu 54(3).
(19) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
(20) 6 xhur wara l-iskadenza tal-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2003/55/KE.
(21) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 1.
(22) Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/55/KE.
(23) Ħames snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/55/KE.
(24) 31 ta' Diċembru tas-sena li tiġi wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/55/KE.
(25) Sentejn wara d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1), jiġifieri 42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(26) Tliet snin wara d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1), jiġifieri 54 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(27) 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(28) 42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
ANNESS I
MIŻURI DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari d-Direttivi 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod (1) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (2), il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jiżguraw li l-klijenti:
|
(a) |
għandhom dritt għal appalt mal-provditur tas-servizz tal-gass tagħhom li jispeċifika:
Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Meta xi kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet msemmija f' dan il-punt għandha wkoll tkun provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. |
|
(b) |
jingħataw avviż adegwat dwar kwalunkwe intenzjoni li l-kondizzjonijiet kuntrattwali jiġu modifikati u jiġu informati dwar id-dritt tagħhom ta' rtirar meta jingħata l-avviż. Il-provdituri tas-servizzi għandhom javżaw lis-sottoskritti tagħhom direttament dwar kwalunkwe żieda fil-piżijiet, fi żmien xieraq mhux aktar tard minn perijodu wieħed fejn isir il-kont, wara li ż-żieda tkun daħlet fis-seħħ. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-klijenti huma liberi li jirtiraw mill-kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kondizzjonijiet ġodda, notifikati lilhom mill-provditur tagħhom tas-servizzi tal-gass. |
|
(c) |
jirċievu informazzjoni trasparenti dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli u dwar it-termini u l-kondizzjonijiet standards, fir-rigward tal-aċċess għal u l-użu tas-servizzi tal-gass. |
|
(d) |
jiġu offruti għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas. Kwalunkwe differenza fit-termini u l-kondizzjonijiet għandha tirrefletti l-ispejjeż lill-provditur tas-sistemi differenti tal-ħlas. It-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għandhom ikunu ġusti u trasparenti. Għandhom jingħataw f'lingwa ċara u li tinftiehem. Il-klijenti għandhom jiġu mħarsa kontra l-metodi tal-bejgħ mhux imparzjali u qarriqin. |
|
(e) |
m'għandhomx iħallsu talli jibdlu l-fornitur. |
|
(f) |
jibbenefikaw minn proċeduri trasparenti, sempliċi u effettivi biex jiġu ttrattati l-ilmenti tagħhom. Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu li kwalunkwe disputa tiġi solvuta b'mod ġust u minnufih bi provvediment, fejn ikun meħtieġ, għal sistema ta' rifużjoni u/jew kumpens. Għandhom ikunu konformi, kull fejn possibbli, mal-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli għar-riżoluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' disputi konsumeristiċi 1 (3). |
|
(g) |
imqabbda mas-sistema tal-gass jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom li jiġu forniti, taħt il-liġi nazzjonali li tapplika, bil-gass naturali ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet raġonevoli. |
|
(h) |
ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-data dwar il-konsum tagħhom, u għandhom ikunu jistgħu, bi ftehim espliċitu u mingħajr ħlas, jagħtu lil kwalunkwe impriża li jkollha liċenzja ta' provvista aċċess għad-data tagħha dwar il-kejl. Il-parti responsabbli għall-ġestjoni tad-data għandha jkollha l-obbligu li tgħaddi din id-data lill-impriża. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format għad-data kif ukoll proċedura għall-fornituri u għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għad-data. L-ebda spiża addizzjonali ma tista' tiġi imposta fuq il-konsumatur għal dan is-servizz. |
|
(i) |
għandhom ikunu infurmati tajjeb dwar l-konsum u l-ispejjeż attwali tal-gass ta' spiss biżżejjed biex ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tal-gass tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tingħata bl-użu ta' qafas ta' żmien suffiċjenti, b' kont meħud tal-kapaċità tat-tagħmir tal-metraġġ tal-klijent. Għandu jittieħed debitament kont tal-effiċjenza ta' tali miżuri fir-rigward tal-ispiża tagħhom. Il-konsumatur ma jista' jiġi mġiegħel iħallas l-ebda spiża addizzjonali għal dan is-servizz. |
|
(j) |
jistgħu jibdlu l-fornitur fi kwalunkwe żmien tas-sena, u konsumatur għandu jkun intitolat għal riċevuta finali sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-aħħar provvista minn dan il-fornitur preċedenti. |
(1) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
ANNESS II
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Id-Direttiva 2003/55/EC |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
— |
Artikolu 6 |
|
— |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 10 |
|
— |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 13 |
|
— |
Artikolu 14 |
|
— |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 16 |
|
— |
Artikolu 17 |
|
— |
Artikolu 18 |
|
— |
Artikolu 19 |
|
— |
Artikolu 20 |
|
— |
Artikolu 21 |
|
— |
Artikolu 22 |
|
— |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 25(1) (l-ewwel sentenza u t-tieni sentenza) |
Artikolu 38 |
|
— |
Artikolu 39 |
|
Artikolu 25 (il-bqija) |
Artikolu 40 |
|
— |
Artikolu 41 |
|
— |
Artikolu 42 |
|
— |
Artikolu 43 |
|
— |
Artikolu 44 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 45 |
|
— |
Artikolu 46 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 47 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 48 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 50 |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 51 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 52 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 53 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 54 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 55 |
|
Anness A |
Anness I |
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fid-19 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/55/KE, ibbażata fuq l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tat-Trattat, flimkien ma' erba' proposti oħrajn f'pakkett dwar is-suq intern tal-enerġija. |
|
2. |
Il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew taw l-opinjoni tagħhom dwar il-pakkett komplet fl-10 (1) u fit-22 ta' April 2008 (2) rispettivament. |
|
3. |
Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni tiegħu (3) fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008, fejn approva 122 emenda. Il-Kummissjoni ma ppreżentatx proposta modifikata. |
|
4. |
Fid-9 ta' Jannar 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu skont l-Artikolu 251 tat-Trattat, fl-għamla ta' Direttiva riformulata. |
II. OBJETTIV TAL-PROPOSTA
|
5. |
Il-proposta hi parti mit-tielet pakkett dwar is-suq intern tal-enerġija, flimkien mar-Regolament dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni ta' gass naturali, id-Direttiva dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku, ir-Regolament dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku, u r-Regolament li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija. Din timmira li jitlesta s-suq intern tal-gass naturali, b'mod partikolari, billi tintroduċi:
|
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI
6. Rimarki Ġenerali
|
6.1. |
Il-Kunsill ikkunsidra li hu aktar effettiv, aktar trasparenti u koerenti mad-Direttiva 2003/55/KE kif ukoll aktar faċli għall-utent li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jiġu riformulati. Barra minn hekk, bħala prinċpju ġenerali, il-Kunsill irrispetta b'mod sħiħ il-proposta emendatorja tal-Kummissjoni fis-sens li ma fetaħ l-ebda dispożizzjoni oħra li mhijiex parti mill-proposta tal-Kummissjoni, sakemm il-bidliet ma kinux meħtieġa b'segwitu mill-bidliet għall-proposta introdotti mill-Kunsill, ir-riferimenti mibdulin bħala riżultat tan-numerazzjoni mill-ġdid tal-Artikoli, eċċ. Safejn kien possibbli l-Kunsill segwa l-approċċ tal-Kummissjoni rigward trattament ugwali tas-setturi tal-elettriku u l-gass. Il-Kummissjoni aċċettat il-bidliet kollha għall-proposta tagħha introdotti mill-Kunsill. |
|
6.2. |
Dwar il-122 emenda adottata mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill qabel mal-Kummissjoni billi
|
|
6.3. |
Il-Kunsill iddevja mill-pożizzjoni tal-Kummissjoni billi
|
7. Rimarki Speċifiċi:
|
7.1. |
Rigward l-emendi tal-PE fejn il-Kunsill iddevja mill-pożizzjoni tal-Kummissjoni:
|
|
7.2 |
Dwar il-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill introduċa ċerti modifiki oħrajn (ta' sustanza u/jew ta' forma); dawk prinċipali huma mniżżlin hawn taħt. a) Separazzjoni effettiva tal-operazzjoni tan-netwerk mill-attivitajiet ta' produzzjoni u forniment: Minbarra ż-żewġ alternattivi proposti mill-Kummissjoni (is-separazzjoni tal-proprjetà (OU -ownership unbundling) u l-Operatur Indipendenti tas-Sistema (ISO), il-Kunsill, bi qbil mal-Kummissjoni qis xieraq li jintroduċi t-tielet alternattiva, l-Operatur tat-Trasmissjoni Indipendenti (ITO), fil-każ fejn operatur tas-sistema ta' trasmissjoni hu parti minn impriża integrata vertikalment (VIU) fid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (il-Kapitolu IV l-ġdid mal-Artikoli 17 — 23, il-premessi korrispondenti 13, 15 u 16). It-tliet alternattivi huma ugwali u ser ikunu disponibbli kemm għas-settur tal-elettriku kif ukoll għal dak tal-gass. Id-dispożizzjonijiet tal-ITO ser jiżguraw l-indipendenza effettiva tal-operatur (l-Artikoli 17 u 18), il-ġestjoni tiegħu (l-Artikolu 19) u l-korp superviżorju (l-Artikolu 20) u li jiġu evitati l-konflitti ta' interess. L-istabbiliment ta' programm ta' konformità u ta' uffiċjal ta' konformità (l-Artikolu 21) qiegħed ukoll jikkontribwixxi għal dan l-għan. Barra minn hekk, ser jiġu żgurati inċentivi ta' investiment mhux imxekkla u l-iżvilupp ta' infrastruttura għall-interkonnessjoni (l-Artikolu 22) kif ukoll l-aċċess ġust u non-diskriminatorju għan-netwerk (l-Artikolu 23). Setgħat u kompetenzi addizzjonali għall-awtoritajiet regolatorji nżiedu fl-Artikolu 40(5) sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV. Barra minn hekk, żdied paragrafu ġdid mal-Artikolu 7 rigward kooperazzjoni reġjonali f'dak li jikkonċerna l-ITOs. Fl-aħħarnett, l-Artikolu 51 dwar ir-rappurtar jipprevedi fil-paragrafi 3 sa 5 li bħala parti minn reviżjoni ġenerali, il-Kummissjoni ser tivvaluta l-implimentazzjoni tal-alternattiva tal-ITO b'paragun ma' ċerti kriterji sentejn wara d-data ta' traspożizzjoni tad-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet tal-ITO tal-Pożizzjoni Komuni jimmiraw li jinkiseb bilanċ bejn it-tħassib rigward il-kamp tal-applikazzjoni, l-iskeda taż-żmien u l-infurzabbiltà tal-alternattiva tal-ITO u l-preservazzjoni tal-interess finanzjarju tal-VIU u li jinżamm vijabbli. Dak hu wieħed mir-raġunijiet għalfejn il-Kunsill ma kkunsidrax li kien adatt li jintroduċi dispożizzjonijiet dwar it-trustee. Bil-għan li jittieħed kont tal-każijiet fejn hemm arranġamenti fis-seħħ għas-sistema ta' trasmissjoni li tappartjeni għall-VIU li jiggarantixxu indipendenza aktar effettiva tat-TSO mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, ġiet introdotta dispożizzjoni addizzjonali fl-Artikolu 9(9). b) Kondizzjonijiet indaqs B'rabta mal-preżenza futura ta' tliet mudelli differenti ta' separazzjoni fis-suq Komunitarju hemm l-introduzzjoni ta' 'l hekk imsejħa klawsola dwar il-kondizzjonijiet indaqs fl-Artikolu 46, flimkien mal-premessa 17 korrispondenti. Notevolment, din tagħti numru ta' kriterji għal miżuri li l-Istati Membri għandhom possibbiltà li jieħdu sabiex jiżguraw kondizzjonijiet indaqs. c) Ċertifikazzjoni tat-TSOs tal-Komunità u ta' pajjiżi terzi Il-Pożizzjoni Komuni għandha żewġ Artikoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tat-TSOs: waħda ġenerali (l-Artikolu 10), u waħda dwar iċ-ċertifikazzjoni rigward pajjiżi terzi (l-Artikolu 11) li ssostitwixxa l-Artikolu 7a tal-proposta tal-Kummissjoni. Minn naħa waħda, l-Artikolu 11 jiżgura li TSOs ta' pajjiżi terzi għandhom jirrispettaw l-istess regoli ta' separazzjoni bħat-TSOs Komunitarji; min-naħa l-oħra, jintroduċi l-kriterju tas-sigurtà tal-provvista ta' enerġija tal-Istati Membri u l-Komunità li tiegħu jrid jittieħed kont meta tingħata ċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, il-Kunsill ikkunsidra li kien adegwat li l-parti tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni li tistabbilixxi r-rwol tal-Kummissjoni f'din il-proċedura tiġi trasferita għall-Artikolu 3 l-ġdid tar-Regolament dwar il-gass. Minbarra dan, id-deċiżjoni prinċipali dwar iċ-ċertifikazzjoni ser tibqa' mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali filwaqt li l-Kummissjoni hi mitluba tagħti l-opinjoni tagħha dwar iċ-ċertifikazzjoni. Ir-regolaturi nazzjonali jridu jieħdu kont sħiħ ta' dik l-opinjoni. d) Awtoritajiet regolatorji Il-Kunsill introduċa żewġ paragrafi addizzjonali għall-Artikolu 38 li jiżguraw li l-prinċipju ta' regolatur uniku fil-livell nazzjonali flimkien ma' rapreżentazzjoni unika (eż. fl-Aġenzija) huwa kompatibbli mal-eżistenza attwali f'xi Stati Membri ta' regolaturi fil-livell reġjonali jew għal partijiet żgħar u iżolati tat-territorju (l-Artikolu 38(2+3)). Filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji, it-test tal-Pożizzjoni Komuni jiċċara wkoll li dan ma jfissirx li r-regolaturi huma ħielsa mill-kontroll ġudizzjarju jew mis-superviżjoni parlamentari (il-premessa 26) jew li jistgħu jiġu injorati objettivi usa' eż. dwar is-sostenibbiltà ambjentali jew dwar l-obbligi tas-servizz pubbliku (l-Artikolu 38(4)). Il-Pożizzjoni Komuni tiżgura wkoll li, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, ir-regolaturi jkollhom il-possibbiltà li, fejn hu rilevanti, jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet oħrajn, bħal dawk tal-kompetizzjoni, filwaqt li jippreservaw l-indipendenza tagħhom u mingħajr ma jiddupplikaw il-kompiti (eż. il-monitoraġġ) li normalment jitwettqu minn awtoritajiet oħrajn (l-Artikolu 40(2)). e) Reġim regolatorju għal kwistjonijiet transkonfinali Għal raġunijiet legali, il-paragrafi li jistabbilixxu r-rwol tal-Aġenzija (il-paragrafi 3 u 4 (parzjalment) tal-Artikolu 41) ġew trasferiti għar-Regolament dwar l-Aġenzija (l-Artikolu 8 il-ġdid). L-Aġenzija ser tkun involuta fi kwistjonijiet transkonfinali bħala l-aħħar għażla, fuq talba tar-regolaturi nazzjonali jew jekk ir-regolaturi nazzjonali ma jilħqux qbil f'ċertu skeda ta' żmien. f) Eżenzjonijiet mill-infrastruttura l-ġdida Rigward l-għoti ta' eżenzjonijiet għall-infrastruttura transkonfinali l-ġdida (l-Artikolu 35), il-Kunsill ikkunsidra li kien adegwat li jinvolvi lill-Aġenzija biss f'dawk il-każijiet fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati ma jaqblux jew jippreżentaw talba konġunta lill-Aġenzija (il-paragrafu 4). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li, jekk jixtiequ, jipprevedu li d-deċiżjoni formali dwar l-eżenzjoni tittieħed minn korp rilevanti ieħor tal-Istat Membru, abbażi tal-opinjoni tar-regolatur (il-paragrafu 6). g) Swieq ta' bejgħ bl-imnut: Il-Kunsill ikkunsidra li kien adegwat li jerġa' jfassal l-Artikolu dwar is-swieq ta' bejgħ bl-imnut, billi fost l-oħrajn ineħħi r-riferiment transkonfinali, u jitrasferih mir-Regolament dwar il-gass (l-Artikolu 8a tal-proposta tal-Kummissjoni) għad-Direttiva (l-Artikolu 44 il-ġdid). h) Derogi Fid-dawl tar-riformulazzjoni, il-Kunsill ikkunsidra li kien jixraq li l-Artikolu 48 jiġi aġġornat, b'mod partikolari fir-rigward tad-deroga mid-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni għall-Istati Membri bi swieq emerġenti jew iżolati. i) Punti oħrajn:
|
(1) ĠU C 172, 5.7.2008, p. 55.
(2) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 23.
(3) Għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.