15.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 506/135


P9_TA(2021)0121

Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Honduras ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta' prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (12543/2020 – C9-0084/2021 – 2020/0157(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 506/24)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12543/2020),

—

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta' prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (10365/2020),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 207(3), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0084/2021),

—

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tas-27 ta’ April 2021 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0053/2021),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Honduras.

(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P9_TA(2021)0129.