IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.4.2025
COM(2025) 169 final
2025/0089(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment stabbilit mill-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola fir-rigward tal-adozzjoni prevista tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Suġġett tal-proposta
Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment (“il-Kumitat”) stabbilit mill-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola, b’rabta mal-adozzjoni prevista tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.
2.Kuntest tal-proposta
2.1.Il-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli
Il-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli (“il-Ftehim”) għandu l-għan li jrawwem klima ta’ investiment aktar trasparenti, effiċjenti u prevedibbli fl-Angola, u b’hekk itejjeb il-kapaċità tagħha li tattira u żżomm investimenti diretti barranin. B’dan il-mod, l-għan tal-Ftehim huwa li jappoġġa t-tkabbir ekonomiku, id-diversifikazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-Angola. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2024.
2.2.Il-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment
Il-Kumitat huwa stabbilit permezz tal-Artikolu 43(1) tal-Ftehim biex “jiżgura li [il-] Ftehim jopera kif suppost u b’mod effettiv.” Il-Kumitat jinkludi rappreżentanti taż-żewġ Partijiet.
Il-funzjonijiet tal-Kumitat huma elenkati fl-Artikolu 44 tal-Ftehim u jinkludu, inter alia, is-superviżjoni u l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
Skont l-Artikolu 45 tal-Ftehim, il-Kumitat għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fejn previst fil-Ftehim, li għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet. Il-Kumitat jista’ wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha koperti mill-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu b’konsensus.
2.3.L-att previsti tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment
Skont l-Artikolu 44(2) tal-Ftehim, “il-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment għandu jadotta fl-ewwel laqgħa tiegħu r-regoli tiegħu stess.” Fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat fil-21 ta’ Jannar 2025, il-Partijiet qablu li jniedu l-proċeduri interni rispettivi tagħhom biex jadottaw deċiżjoni tal-Kumitat dwar il-Facilitazzjoni tal-Investiment fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment (“l-att previst”).
L-għan tal-att previst huwa li jistabbilixxi r-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment.
L-att previst għandu jkun vinkolanti fuq il-Partijiet skont l-Artikolu 45(1) tal-Ftehim, li jipprevedi li deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat “għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet.” Skont l-Artikolu 2 tal-att previst, “[id-] Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.”
3.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni
Il-pożizzjoni proposta li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment. Din il-pożizzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni. Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura huma meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment.
4.Bażi legali
4.1.Bażi legali proċedurali
4.1.1.Prinċipji
L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”
Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi atti li għandhom effetti legali bis-saħħa tar-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw il-korp inkwistjoni. Dan jinkludi wkoll l-istrumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni”.
4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ
Il-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment huwa korp stabbilit permezz ta’ ftehim, jiġifieri l-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola.
L-att, li l-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment huwa mitlub jadotta jikkostitwixxi att b’effetti legali. L-att previst se jkun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 45(1) tal-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli.
L-att previst la jissupplimenta u lanqas jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.
Għalhekk, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.
4.2.Bażi legali sostantiva
4.2.1.Prinċipji
Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u mill-kontenut tal-att previst li dwaru tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawn l-għanijiet jew komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tissejjes fuq bażi legali sostantiva unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew il-komponent ewlieni jew predominanti.
4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ
L-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-att previst jirrigwardaw il-politika kummerċjali komuni.
Għalhekk, il-bażi legali sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu tat-TFUE.
4.3.Konklużjoni
Il-bażi legali tad-Deċiżjoni proposta għandha tkun l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.
2025/0089 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment stabbilit mill-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola fir-rigward tal-adozzjoni prevista tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Angola (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/829 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2024.
(2)Skont l-Artikolu 45(1) tal-Ftehim, il-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fejn previst fil-Ftehim.
(3)L-Artikolu 44(2) tal-Ftehim jirrikjedi l-Kumitat li jadotta fl-ewwel laqgħa tiegħu r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.
(4)Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment, peress li d-deċiżjoni prevista tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.
(5)Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni jenħtieġ li tkun li tappoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment, peress li dawn ir-Regoli ta’ Proċedura huma meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment għandha tkun ibbażata fuq it-test tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
2.Korrezzjonijiet tekniċi minuri għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President