23.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10005 — CPPIB/Sixth Street/Clara)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 398/14)

1.   

Fit-13 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada),

—

Sixth Street Partners (l-Istati Uniti tal-Amerka)

CPPIB u Sixth Street Partners jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV) (“Clara”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CPPIB hija organizzazzjoni ta’ ġestjoni ta’ investiment professjonali bbażata fil-Kanada,

—

Sixth Street Partners hija ditta ta’ investiment globali li tħaddem tmien pjattaformi diversifikati ta’ investiment kollaborattiv fit-tkabbir b’investiment f’kontigwi (adjacencies), self dirett, strateġiji pubbliċi fundamentali, infrastruttura, sitwazzjonijiet speċjali, agrikoltura u kreditu likwidu, b’uffiċċji fl-Istati Uniti tal-Amerka, ir-Renju Unit, il-Lussemburgu, iċ-Ċina u l-Awstralja;

—

Clara hija konsolidatur kummerċjali ta’ skemi tal-pensjoni ta’ benefiċċju definit fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10005 — CPPIB/Sixth Street/Clara

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.