European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/770

5.3.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/770

tal-4 ta’ Marzu 2024

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (UE) 2018/140 tad-29 ta’ Jannar 2018 (2), il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”).

(2)

Dawn il-miżuri ġew emendati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/261 (3) fl-14 ta’ Frar 2019. Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw minn 15,5 % għal 38,1 %.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (4), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba ġiet sottomessa fit-28 ta’ Ottubru 2022 minn Eurofonte (“l-applikant”) f’isem seba’ produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(5)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fis-27 ta’ Jannar 2023, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Avviż ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“l-Avviż ta’ Bidu”).

1.3.1.   Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(6)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.3.2.   Partijiet interessati

(7)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lill-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufin, lill-produtturi magħrufin fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif ukoll lill-importaturi, lill-utenti u lin-negozjanti magħrufin dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(8)

Fost il-partijiet interessati li ppreżentaw ruħhom kien hemm il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u ta’ Prodotti Elettroniċi (“CCCME”). Wara s-sentenza tal-Qorti fil-kawża C-478/21P (6), il-Kummissjoni ddeċidiet, fis-6 ta’ Novembru 2023, li titlob lis-CCCME biex tipprovdi Prokura għal produttur esportatur Ċiniż wieħed jew għal aktar minn produttur esportatur Ċiniż wieħed li ddikjarat li tirrappreżenta sabiex tikkonferma l-istatus tagħha bħala assoċjazzjoni rappreżentattiva ta’ esportaturi tal-prodott iddampjat. Is-CCCME ma pprovdietx tali Prokura, għalhekk il-Kummissjoni ċaħditha bħala parti interessata. Is-CCCME lanqas ma kkummentat dwar ir-rifjut tal-istatus tal-parti interessata tagħha.

(9)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti relatati mal-kummerċ.

1.3.3.   Kampjunar

(10)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(11)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni fl-2022, kif ukoll il-kopertura ġeografika tal-bejgħ. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 46 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju, iżda ma rċiviet l-ebda kumment. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun magħżul b’mod provviżorju bħala l-kampjun definittiv.

Kampjunar tal-importaturi

(12)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(13)

Żewġ importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun.

Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(14)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(15)

Disa’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ kien raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufin kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

(16)

Madankollu, wara t-talba sabiex jitlesta l-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi, waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun infurmat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li ma tikkooperax. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għażlet kampjun ġdid ta’ produtturi esportaturi, iżda għal darb’oħra waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun infurmat lill-Kummissjoni li ma kinitx se tikkoopera. B’dan il-mod, il-Kummissjoni emendat il-kampjun tliet darbiet differenti u stiednet total ta’ ħames produtturi esportaturi sabiex jimlew il-kwestjonarju. L-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju.

1.3.4.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(17)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(18)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun, lill-assoċjazzjoni Ewropea Eurofonte a.s.b.l. u lil ħames produtturi esportaturi. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (7) fil-jum tal-bidu.

(19)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, mill-assoċjazzjoni Ewropea Eurofonte a.s.b.l. u minn żewġ importaturi mhux relatati, Fundición Dúctil para Obras Publicas S.A. u Capa - Engenharia e Construções Metalomecânicas S.A. L-ebda wieħed mill-utenti ma pprovda kwestjonarju jew ippreżenta ruħu matul l-investigazzjoni.

(20)

Minħabba li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jew mill-GTĊ, is-sejbiet fir-rigward tal-probabilità ta’ dumping u dannu saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lill-Unjoni Ewropea ġiet informata dwar dan. Ma wasal l-ebda kumment.

1.3.5.   Verifika

(21)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-partijiet li kkooperaw għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara u tal-interess tal-Unjoni.

(22)

Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

—

EJ Picardie SAS, Franza

—

MeierGuss GmbH & Co. KG, il-Ġermanja

—

Fundiciones de Odena SA. Spanja.

1.3.6.   Proċedura sussegwenti

(23)

Fit-18 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(24)

Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. Eurofonte kienet l-unika parti li ppreżentat kummenti li kienu jappoġġjaw is-sejbiet tal-Kummissjoni. Ma saritx talba għal seduta.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(25)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti oġġetti tal-ħadid fondut bil-grafit lamellari (ħadid griż) jew tal-ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili), u partijiet tagħhom. Dawn l-oġġetti huma ta’ tip użat biex:

—

ikopru l-art jew sistemi ta’ taħt il-wiċċ, u/jew fetħiet f’sistemi tal-art jew ta’ taħt il-wiċċ, u wkoll

—

aċċess għal sistemi tal-art jew ta’ taħt il-wiċċ u/jew jipprovdu ħarsa lejn is-sistemi tal-art jew ta’ taħt il-wiċċ.

(26)

L-oġġetti jistgħu jinħadmu f’magna, jinksew, jinżebgħu u/jew mgħammra b’materjali oħra bħal, iżda mhux biss, konkrit, ċangaturi tal-pavimentar, jew madum (“il-prodott taħt rieżami”).

(27)

It-tipi ta’ prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott taħt rieżami:

—

spralli tal-kanali u uċuħ fonduti soġġetti għall-istandard EN 1433, biex jiġu ffittjati bħala komponent fuq kanali tal-polimeru, tal-plastik, tal-azzar galvanizzat jew tal-konkrit li jippermettu l-fluss tal-ilma tas-superfiċje għal ġol-kanal,

—

katusi għall-iskular tal-art, katusi għall-iskular tal-bjut, cleanouts u għotjien tal-cleanouts, soġġetti għall-istandard EN 1253,

—

turġien tal-ħadid, vireg tal-irfigħ, u idraturi tan-nirien.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(28)

Il-prodott ikkonċernat mill-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7325 10 00 u ex 7325 99 10 (kodiċijiet TARIC 7325100031 u 7325991060).

2.3.   Prodott simili

(29)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

—

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

—

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ;

—

il-prodott taħt rieżami mmanifatturat u mibjugħ mill-produtturi esportaturi lill-bqija tad-dinja; u

—

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(30)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(31)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut mir-RPĊ komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2016). Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ħadid fondut mir-RPĊ ammontaw għal madwar 4,7 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabblin ma’ sehem mis-suq ta’ 27,3 % matul l-investigazzjoni oriġinali. F’termini assoluti, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas minn 147 186 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali għal 22 146 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(32)

Kif huwa msemmi fil-premessa (20), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(33)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni sottomessa mat-talba għal rieżami u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni tar-rieżami (jiġifieri, l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun).

3.2.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-RPĊ

(34)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(35)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tal-Avviż ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Avviż ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku sal-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(36)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina l-pajjiżi xierqa possibbli f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(37)

Fil-31 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota għall-fajl dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi ta’ produzzjoni kollha, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti bbażati fuq rapporti finanzjarji aggregati mill-Istatistiki tal-Kontijiet tal-Kumpaniji (8) għal 892 kumpanija profittabbli attivi fil-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi, komunement imsejħa NACE, il-kategorija 24.5 “oġġetti tal-metalli tal-ħadid fondut”, il-produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv, ikkompilati mill-Bank Ċentrali tat-Turkija u mill-Istitut Tork tal-Istatistika. Ma wasal l-ebda kumment.

3.3.   Valur normali

(38)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(39)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem imsejħin “SG&A”).

(40)

Kif spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.3.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(41)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (9), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(42)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (10). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (11), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (12). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (13). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jinżammu ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (14). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (15), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (16).

(43)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-ħadid u tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the Purposes of Trade Defense Investigations” (17) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(44)

It-talba allegat li l-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi hija influwenzata u affettwata ħafna minn interventi sostanzjali tal-gvern, u minħabba dan il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-industrija tal-azzar Ċiniża ma jistgħux jintużaw f’din l-investigazzjoni.

(45)

B’mod aktar speċifiku, it-talba indikat li fl-isfond tal-prinċipju “ekonomija tas-suq soċjalista” stabbilita fil-Kostituzzjoni tar-RPĊ, l-omnipreżenza tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) u l-influwenza tal-gvern fuq l-ekonomija permezz ta’ inizjattivi ta’ ppjanar strateġiku, l-intervenzjoniżmu tal-GTĊ jieħu diversi forom, jiġifieri amministrattivi, finanzjarji u regolatorji. Bħala konsegwenza, it-talba kkonkludiet li mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-ħadid fondut ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-input kollha inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament jew il-manodopera, ukoll huma soġġetti għal distorsjoni minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern.

(46)

It-talba pprovdiet eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif elenkati fl-ewwel sas-sitt sing tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, b’referenza għal numru ta’ sorsi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħar-Rapport, investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni fis-settur tal-azzar, il-leġiżlazzjoni Ċiniża, kif ukoll għal sorsi addizzjonali, l-applikant issottometta li:

—

L-Istat Ċiniż mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi ġenerali mill-intrapriżi individwali tal-Istat (“SOEs”), iżda jsostni wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji, kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs. Bi skambju għal dan, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża. Dan l-istatus jinvolvi numru ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari l-protezzjoni mill-kompetizzjoni u l-aċċess preferenzjali għall-inputs rilevanti, inklużi l-finanzjament, l-art u l-enerġija. Dawn il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika huma ta’ pressjoni partikolarment urġenti fuq is-settur tal-azzar li fih għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-Gvern Ċiniż u li fih il-GTĊ għandu l-għan li jikkonsolida 60 % tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar f’madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025.

—

Fid-dawl tal-applikabbiltà ġenerali tal-leġiżlazzjoni dwar il-preżenza tas-CCP fil-kumpaniji, ma jistax jiġi preżunt li l-kapaċità tal-GTĊ li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti tkun differenti fir-rigward tal-prodott taħt rieżami meta mqabbel mas-settur tal-azzar b’mod ġenerali. Għalhekk, l-Istat huwa fil-pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti, b’mod partikolari permezz taċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, inkluż fir-rigward tal-produtturi tal-ħadid fondut u tal-fornituri tal-inputs tagħhom.

—

Il-preżenza tal-Istat u l-intervent mill-Istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs iħallu effett distorsiv addizzjonali fuq is-suq. Pereżempju, it-13 u l-14-il FYP daħħlu fis-seħħ miżuri li jippermettu lill-GTĊ iżid u jikkontrolla l-provvista, id-distribuzzjoni u s-sjieda tal-materja prima, jiġifieri permezz ta’ restrizzjonijiet fuq il-volumi tal-esportazzjoni u reġim ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq l-investiment li jnaqqsu l-prezzijiet domestiċi u jippermettu l-aċċess tal-industrija downstream għal materja prima orħos, u b’hekk jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod normali. B’mod partikolari, dan instab li huwa l-każ fis-suq tal-materja prima tal-produzzjoni tal-azzar kif ukoll fir-rigward tal-mineral tal-ħadid, iż-żewġ inputs upstream ewlenin għall-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, iċ-Ċina dan l-aħħar imponiet tariffi tal-esportazzjoni u stabbiliet ribassi tal-VAT li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, ruttam tal-azzar, ħadid fondut grezz, azzar mhux maħdum, materja prima tal-azzar riċiklat u ferrokrom, li huma l-materja prima ewlenija kollha għall-prodott taħt rieżami.

—

Fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari. Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju hija influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ – li tirriżulta fil-preżenza ta’ “kumpaniji żombi” li jaggravaw l-allokazzjoni ħażina tal-kapital -u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern. Barra minn hekk, il-kostijiet tat-teħid b’self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jistimulaw it-tkabbir tal-investiment, li wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment u ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu.

—

Il-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekklin fid-drittijiet tagħhom għall-organizzazzjoni kollettiva u għall-mobbiltà permezz tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi hukou, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u ta’ benefiċċji oħrajn. Dan iwassal biex il-kostijiet lavorattivi jkunu distorti minħabba li ma humiex ir-riżultat ta’ forzi normali tas-suq jew ta’ negozjati bejn il-kumpaniji u l-forza tax-xogħol.

—

Il-politika tal-enerġija tal-GTĊ tinċentiva żżejjed il-produzzjoni tal-faħam, li jintuża fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ħadid fondut u b’hekk tfixkel il-prezz tagħhom fiċ-Ċina.

—

Barra minn hekk, l-allokazzjoni preferenzjali tar-riżorsi lil ċerti produtturi domestiċi hija partikolarment ovvja fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet tal-art u tal-użu tal-art fiċ-Ċina, bl-art kollha proprjetà tal-Istat, l-allokazzjoni tiegħu tibqa’ tiddependi biss fuq l-Istat u l-awtoritajiet li spiss isegwu għanijiet politiċi inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi – kif stabbilit fit-13-il FYP - meta jallokaw l-art.

(47)

Bħala konklużjoni, it-talba ħadet il-pożizzjoni li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament Bażiku. Fuq dik il-bażi, skont it-talba, f’dan il-każ ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali.

(48)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(49)

Speċifikament fis-settur tal-prodott taħt rieżami, jiġifieri s-settur tal-ħadid u tal-azzar, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika. Eżempji jinvolvu l-Baowu Steel Group – li huwa SOE taħt is-SASAC ċentrali (18) – u s-sussidjarji tiegħu Chongqing Iron & Steel Company Ltd. (19) u Maanshan Iron & Steel Company Limited (20); il-Baotou Steel Group - SOE miżmuma mill-Gvern Intern tal-Mongolja (21) -, Angang Steel Group - SOE taħt is-SASAC ċentrali (22), kif ukoll il-Grupp Shougang - SOE 100 % miżmuma minn Beijing State-Owned Asset Management Ltd. (23) Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi determinat. Madankollu, filwaqt li jista’ ma jkunx hemm informazzjoni speċifika disponibbli għall-prodott taħt rieżami, is-settur jirrappreżenta sottosettur tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar u s-sejbiet li jikkonċernaw is-settur tal-ħadid u tal-azzar huma għalhekk meqjusa bħala indikattivi wkoll għall-prodott taħt rieżami.

(50)

L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-ħadid u tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Jingħata eżempju ta’ dan mill-abbozz ta’ Opinjoni Gwida tal-MIIT dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar li titlob aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (24), mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li jgħid li s-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija” (25), jew mill-Pjan ta’ Ħidma tal-2023 dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar (26) li jistabbilixxi l-objettivi li ġejjin: “Fl-2023, […]l-investiment f’assi fissi fl-industrija kollha għandu jżomm tkabbir kostanti, u l-benefiċċji ekonomiċi għandhom jittejbu b’mod sinifikanti; l-investiment fir-R&Ż tal-industrija eventwalment għandu jilħaq il–1,5 %; il-valur miżjud tal-industrija għandu jilħaq madwar it–3,5 %; fl-2024, l-ambjent tal-iżvilupp tal-industrija u l-istruttura tal-industrija għandhom jiġu ottimizzati aktar, il-mixja lejn prodotti ta’ livell għoli, intelliġenti u ekoloġiċi għandha tkompli, u t-tkabbir tal-valur miżjud tal-industrija għandu jaqbeż l-4 %”, u li tipprevedi konsolidazzjoni korporattiva mandata mill-gvern tas-settur tal-azzar: “it-tħeġġiġ lill-intrapriżi ewlenin fl-industrija sabiex jimplimentaw fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, jibnu gruppi ta’ intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar kbar ħafna u tal-ogħla klassi, u t-trawwim tat-tifsila ottimali tal-kapaċità tal-produzzjoni nazzjonali tal-ħadid u tal-azzar. L-appoġġ għall-intrapriżi speċjalizzati b’setgħa ewlenija b’mod partikolari segmenti tas-suq tal-azzar sabiex ikomplu jintegraw ir-riżorsi u joħolqu ekosistema tal-industrija tal-azzar. It-tħeġġiġ lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar sabiex iwettqu attivitajiet trans-reġjonali […] fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet […]. Il-kunsiderazzjoni tal-għoti ta’ appoġġ ta’ politika akbar għas-sostituzzjoni tal-kapaċità lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar li wettqu fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet sostantivi.”

(51)

Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei li qed jippjana li “jimplimenta b’mod kostanti l-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn wieħed sa żewġ (1-2) gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn tlieta sa ħames (3-5) gruppi kbar b’influwenza domestika bħala appoġġ” u li “jespandi aktar il-kanali tar-riċiklaġġ u taċ-ċirkolazzjoni tar-ruttam tal-azzar, u jsaħħaħ l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tar-ruttam tal-azzar.” (27) Barra minn hekk, il-pjan ta’ Hebei fis-settur tal-azzar jiddikjara: “Ikun hemm konformità mal-aġġustament strutturali u tiġi enfasizzata d-diversifikazzjoni tal-prodott. Jiġi promoss mingħajr waqfien l-aġġustament strutturali u jiġi ottimizzat it-tqassim tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, tiġi promossa l-konsolidazzjoni, ir-riorganizzazzjoni, it-trasformazzjoni u l-aġġornament tal-intrapriżi, u jiġi promoss b’mod komprensiv l-iżvilupp tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar lejn intrapriżi fuq skala kbira, il-modernizzazzjoni tat-tagħmir tekniku, id-diversifikazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, u d-diversifikazzjoni tal-prodotti downstream”.

(52)

Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jipprevedi l-“kostruzzjoni ta’ bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar […], il-bini ta’ sitt (6) bażijiet ta’ produzzjoni karatteristika tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhouou, eċċ., u t-titjib tal-iskala, l-intensifikazzjoni, l-ispeċjalizzazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz f’Angyang se tiġi kkontrollata sa 14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tiġi kkontrollata sa 15-il miljun tunnellata.” (28)

(53)

Aktar objettivi tal-politika industrijali jidhru wkoll fid-dokumenti tal-ippjanar ta’ provinċji oħra, bħal Jiangsu (29), Shandong (30), Shanxi (31), Liaoning Dalian (32) jew Zhejiang (33).

(54)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, kien impossibbli li tiġi stabbilita sistematikament l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP. Madankollu, hemm xi eżempji speċifiċi disponibbli dwar il-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta sottosettur tas-settur tal-metall, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt rieżami.

(55)

Pereżempju, il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-Baotou Steel Union, li jappartjeni għall-Grupp Baotou Steel iservi wkoll bħala s-segretarju tal-Partit tal-kumpanija, bil-President tat-trade union tal-kumpanija li huwa l-Viċi-Segretarju tal-Partit (34). Fuq l-istess nota, fi ħdan il-Grupp Shougang, il-President tal-Bord tad-Diretturi jservi bħala s-segretarju tal-Kumitat tal-Partit filwaqt li l-Viċi Maniġer Eżekuttiv huwa membru tal-Kumitat tal-Partit (35). Bl-istess mod, figura ewlenija tal-kumpanija Hongguang Handan iddikjarat pubblikament li mingħajr l-għajnuna u l-appoġġ mhux l-anqas permezz ta’ garanziji pprovduti mill-GTĊ u mis-CCP, li huwa involut b’aktar minn 20 membru f’Hongguang Casting Co. Ltd., l-impriża ma kinitx tirnexxi hekk kif għamlet (36). Eżempju ieħor ta’ lealtà għas-CCP jista’ jinstab fl-Artikolu 3 tal-Assoċjazzjoni tal-Fonderiji taċ-Ċina li skont dan hija taċċetta l-gwida kummerċjali, is-superviżjoni u l-ġestjoni mill-entitajiet rispettivi tal-partit, eż., l-SASAC u l-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili, u jipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-parteċipazzjoni tagħha (37).

(56)

Barra minn hekk, politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b), tar-Regolament bażiku huma stabbiliti fis-settur tal-prodott taħt rieżami. L-investigazzjoni identifikat aktar dokumenti li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida u minn intervent governattivi fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta wieħed mis-subsetturi tagħha.

(57)

L-industrija tal-ħadid u tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (38). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq is-settur, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYC, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-ħadid u tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (39). B’mod simili, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur fil-perjodu ta’ żmien 2021-2025, bħal aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (40). Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ħidma msemmi hawn fuq (ara l-premessa (50)) dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar juri kif il-fokus tal-awtoritajiet Ċiniżi fuq is-settur jitqiegħed fil-kuntest usa’ tal-GTĊ li jmexxi l-ekonomija Ċiniża: “l-appoġġ lill-kumpaniji tal-azzar sabiex isegwu mill-qrib il-ħtiġijiet ta’ infrastruttura ġdida, ta’ urbanizzazzjoni ġdida, ta’ rivitalizzazzjoni rurali, u ta’ industriji emerġenti, l-allinjament ma’ proġetti kbar tal-inġinerija relatati mal-“14-il Pjan ta’ Ħames Snin” f’diversi reġjuni, u t-twettiq ta’ kull sforz sabiex tiġi żgurata l-provvista tal-azzar. L-istabbiliment u l-approfondiment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni upstream u downstream bejn is-settur tal-azzar u s-setturi ewlenin li jużaw l-azzar bħat-tarzna, it-trasport, il-kostruzzjoni, l-enerġija, il-karozzi, l-apparati domestiċi, il-makkinarju agrikolu, u t-tagħmir tqil, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ allinjament tal-produzzjoni u tad-domanda, u l-espansjoni b’mod attiv tal-oqsma tal-applikazzjoni tal-azzar” (41).

(58)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-mineral tal-ħadid - materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami - skont l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP”, Five year Plan) dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, l-Istat qiegħed jippjana li “jiżviluppa b’mod razzjonali r-riżorsi minerali domestiċi. Isaħħaħ l-esplorazzjoni tal-minerali tal-ħadid […], jimplimenta politiki tat-taxxa preferenzjali, iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ teknoloġija u ta’ tagħmir avvanzati sabiex inaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart solidu mill-minjieri” (42) li jwassal għall-istabbiliment ta’ sistema għar-riżervi tal-produzzjoni tal-minerali tal-ħadid u tal-artijiet tal-minerali li se “jsiru miżura importanti sabiex jiġi stabbilizzat il-prezz tas-suq tal-minerali tal-ħadid u sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-katina industrijali” (43). Fil-provinċji, bħal Hebei, l-awtoritajiet jipprevedu dan li ġej għas-settur: “sussidju ta’ skont fuq l-investiment ta’ proġett ġdid; jesplora u jiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jipprovdu self b’imgħax baxx lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar sabiex jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin, il-gvern se jipprovdi sussidji ta’ skont” (44). Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(59)

Il-prodott taħt rieżami huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessi (42) u (46). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta’ xogħol fir-RPĊ) (45).

(60)

Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessi (42) u (46). Il-Pjan ta’ Ħidma msemmi hawn fuq (ara l-premessa (50)) dwar it-Tkabbir Stabbli juri wkoll dan it-tip ta’ intervent tal-gvern tajjeb ħafna: “It-tħeġġiġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jipprovdu b’mod attiv servizzi finanzjarji lill-kumpaniji tal-azzar li jimplimentaw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet, aġġustamenti tat-tifsila, trasformazzjoni u aġġornament, f’konformità mal-prinċipji tal-kontroll tar-riskju u tas-sostenibbiltà tan-negozju.” Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(61)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi manifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt rieżami jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(62)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija.

(63)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ, li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja.

(64)

L-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma tressqu mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni.

3.3.2.   Pajjiż rappreżentattiv

3.3.2.1.   Kummenti ġenerali

(65)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

—

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (46);

—

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (47);

—

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

—

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(66)

Kif spjegat fil-premessa (37), il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-31 ta’ Mejju 2023. Din in-nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji relevanti, informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

(67)

F’konformità mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ. It-Turkija hija klassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Barra minn hekk, it-Turkija ġiet identifikata bħala pajjiż fejn il-prodott taħt rieżami qiegħed jiġi prodott u fejn data rilevanti kienet faċilment disponibbli.

(68)

Fl-aħħar, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni u wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku.

3.3.2.2.   Konklużjoni

(69)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kif propost fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u minħabba li t-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.3.3.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(70)

Fin-nota dwar is-sorsi rilevanti li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza aġġornata kif xieraq meta kienet disponibbli informazzjoni aktar akkurata. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) (48) sabiex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża informazzjoni minn: l-Istitut Tork tal-Istatistika (49) għall-istabbiliment ta’ kostijiet mingħajr distorsjoni tal-elettriku, tal-gass u tal-manodopera, l-Uffiċċju tal-Investiment tat-Turkija (50) għall-ilma u minn Türkiye Petrolleri (51) għall-fjuwil.

Wara li ddivulgat in-nota dwar is-sorsi rilevanti li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni sabet li ż-żieda fil-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali fit-Turkija qabżet ir-rata tal-inflazzjoni fit-Turkija. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali fit-tieni nofs tal-2022 ma ġietx ippubblikata mill-Istitut Tork tal-Istatistika. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku u tal-gass naturali fil-Malażja, kif stabbilit fil-premessa (81). Tabilħaqq, il-Malażja hija pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Barra minn hekk, hija ntużat ukoll bħala pajjiż rappreżentattiv f’investigazzjonijiet simili oħrajn.

(71)

Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li sabiex tistabbilixxi l-kostijiet SG&A u l-profitt, hija tuża d-data finanzjarja mill-Istatistiki tal-Kontijiet tal-Kumpaniji għal 892 kumpanija attivi fil-kategorija 24.5 tal-NACE, kif stabbilit fil-premessa (37).

(72)

Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li numru ta’ fatturi ta’ produzzjoni (bħall-imballaġġ, aċċessorji oħrajn u partijiet) kollha kienu jirrappreżentaw sehem żgħir, li jvarja minn 1 sa 10 %, tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tittratta dawn il-fatturi ta’ produzzjoni l-oħrajn bħala “materjal konsumabbli” u esprimiet dan il-materjal konsumabbli bħala perċentwal tal-kost totali tal-materja prima. Dawn il-fatturi ta’ produzzjoni kienu jirrappreżentaw 16 % u 7 % tal-kostijiet totali tal-materja prima għall-prodotti tal-ħadid duttili u għall-prodotti tal-ħadid griż rispettivament.

(73)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmijin aktar ’il fuq. Il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet diretti tal-manifattura, abbażi tad-data tal-produttur tal-Unjoni li ġiet ipprovduta mill-applikant, li pprovda informazzjoni speċifika għal dak il-għan.

3.4.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.4.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(74)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti miġbura matul il-proċediment, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità

Valur mingħajr distorsjoni (CNY)

Unità ta’ kejl

Materja prima

Ruttam Ferruż jew tal-Azzar

72044910

3,31

KG

Kokk u semikokk tal-faħam

27040010

3,34

KG

Ħadid fondut grezz

720110

3,82

KG

Ruttam tal-Ħadid Fondut

72041000

2,20

KG

Liga tal-ħadid - FeMn

72021900

22,08

KG

Liga tal-ħadid - FeSi

72022100

15,24

KG

Liga tal-ħadid - FeSiMg

72029930

21,25

KG

Liga tal-ħadid - oħrajn

72029980

24,20

KG

Briquettes tal-Karbur tas-Siliċju

28492000

11,4

KG

Oqfsa tal-azzar

730890980018

34,90

KG

Żebgħat

32081090

42,14

KG

Ġebla tal-ġir

252100

7,49

KG

Enerġija

Elettriku

Mhux applikabbli

CNY 0,52 /Kwh

Kwh

Gass Naturali

Mhux applikabbli

CNY 0,20 /Kwh

Kwh

Ilma

Mhux applikabbli

CNY 10,17 /M3

M3

Fjuwil

Mhux applikabbli

CNY 4,63 /L

L

Manodopera

Manodopera

Mhux applikabbli

CNY 36,56 /siegħa

Sigħat

3.4.1.1.   Materja prima

(75)

Il-proċessi tal-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut huma globalment simili, mingħajr differenzi sinifikanti bejn il-proċessi tal-produzzjoni fir-RPĊ, fl-Unjoni u f’pajjiżi oħrajn. Il-proċess tal-produzzjoni u l-fatturi ta’ produzzjoni varjaw kemxejn skont jekk l-oġġett tal-ħadid fondut kienx magħmul minn ħadid griż jew magħmul minn ħadid duttili. Dawn iż-żewġ tipi ta’ oġġetti tal-ħadid fondut ġew esportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

(76)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv, kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (52) Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (63) din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

(77)

Għall-fatturi ta’ produzzjoni, il-ġebla tal-ġir (il-kodiċi tal-komodità 252100) u l-liga tal-ħadid (oħrajn) (il-kodiċi tal-komodità 72029980), skont l-istatistiki tal-GTA, ma kien hemm l-ebda kwantità ta’ importazzjoni jew kien hemm kwantitajiet insinifikanti fit-Turkija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jfisser li l-prezzijiet tal-importazzjoni medji finali li rriżultaw ma kinux rappreżentattivi biżżejjed. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ data oħra, il-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami. matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-ġebla tal-ġir kienet tirrappreżenta 2 % tal-kostijiet totali tal-materja prima tal-prodotti tal-ħadid fondut duttili u l-liga tal-ħadid (oħrajn) kienet tirrappreżenta 1 % tal-kostijiet totali tal-materja prima tal-prodotti tal-ħadid fondut griż. Peress li l-valur użat għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet fil-materjal konsumabbli.

(78)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni u tan-nuqqas ta’ elementi oħrajn fil-fajl, fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-applikant, u filwaqt li qieset l-inklużjoni ta’ ċerti kostijiet fil-materjal tal-konsum kif spjegat fil-premessi (72) u (77), il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-materjal tal-konsum għall-kostijiet totali tal-materja prima għal 25 % għall-prodotti tal-ħadid duttili u 16 % għall-prodotti tal-ħadid griż. Imbagħad, dawn il-perċentwali ġew applikati għall-valur mingħajr distorsjoni tal-materja prima sabiex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-materja prima u tal-materjal konsumabbli l-oħrajn.

(79)

Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tal-firxa eżatta tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Tali aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, b’hekk, tal-marġni tad-dumping.

3.4.1.2.   Manodopera

(80)

L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. (53) Il-Kummissjoni użat l-istatistiki għall-2020, li kienet l-aktar reċenti disponibbli, għall-kost lavorattiv medju għall-attività ekonomika “Manifattura ta’ metalli bażiċi” taħt il-kodiċi 24 tal-NACE skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Għalhekk, il-kostijiet lavorattivi medji fis-siegħa miksubin b’dan il-mod ġew aġġustati ulterjorment għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-kost lavorattiv (54) sabiex jirriflettu l-kostijiet għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.4.1.3.   Enerġija

(81)

Il-prezzijiet tal-elettriku fil-Malażja kienu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-kumpanija tal-utilitajiet tal-elettriku TNB (55). Il-Kummissjoni użat tariffi applikabbli għall-klijenti fil-kategorija ta’ “vultaġġ medju”. Il-prezzijiet tal-gass naturali fil-Malażja kienu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-kummissjoni tal-enerġija (56). Il-Kummissjoni użat it-tariffi tal-gass naturali applikabbli għall-utenti industrijali fir-raba’ trimestru tal-2021 u għażlet medda ta’ konsum f’konformità mal-konsum tal-gass naturali mill-applikant.

3.4.1.4.   Fjuwil

(82)

Türkiye Petrolleri (Turkish Petroleum) tippubblika l-prezzijiet medji għaż-żejt tal-fjuwil fl-ibliet differenti fit-Turkija. F’konformità mat-talba għal rieżami, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet medji tal-fjuwil għal Istanbul Anadolu għall-perjodu minn Jannar 2022 sa Diċembru 2022. (57) Peress li l-prezzijiet tal-fjuwil ivarjaw biss marġinalment bejn il-bliet, Istanbul Anadolu tqieset bħala indikatur xieraq għat-Turkija kollha.

3.4.1.5.   Ilma

(83)

Għall-prezz tal-ilma, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet medji applikabbli fit-Turkija għall-kost tal-ilma għall-użu industrijali kif ippreżentati mill-Uffiċċju tal-Investiment tal-Presidenza tar-Repubblika tat-Turkija. (58)

3.4.1.6.   L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(84)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(85)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u lavorattivi. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura.

(86)

Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-aktar finanzjarja reċenti disponibbli għat-892 kumpanija Torka attivi fil-kategorija 24.5 tal-NACE, kif stabbilit fil-premessa (37).

3.4.2.   Kalkolu tal-valur normali

(87)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott (oġġetti tal-ħadid griż u oġġetti tal-ħadid fondut tal-ħadid duttili) fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(88)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali, l-enerġija u l-manodopera) għall-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut. Il-Kummissjoni mmoltiplikat l-użu ta’ kull fattur bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, it-Turkija.

(89)

Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt, kif innotat fit-taqsima 3.4.1.6. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati fuq il-bażi tal-medja tal-valuri rrapportati għat-892 kumpanija Torka attivi fil-kategorija 24.5 tal-NACE għall-2022. (59) Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

—

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li b’kollox kienu jammontaw għal [20-25] % tal-kost dirett tal-manifattura għall-prodotti tal-ħadid duttili u [15-20] % għall-prodotti tal-ħadid griż (60),

—

L-SG&A u kostijiet oħra, li rrappreżentaw 10,07 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”), u

—

Il-profitti, li ammontaw għal 7,98 % tas-COGS, ġew applikati għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(90)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.5.   Prezz tal-esportazzjoni

(91)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat billi ntużaw il-prezzijiet CIF estratti mid-data tal-Eurostat, ikkoreġuti sabiex jinkiseb livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz CIF tnaqqas bil-kost tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni u l-kost tat-trasport domestiku. Il-kostijiet tat-trasport domestiku Ċiniż u internazzjonali kienu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami.

3.6.   Tqabbil

(92)

Il-Kummissjoni qabblet, għal kull tip ta’ prodott, il-valur normali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq.

3.7.   Marġni tad-dumping

(93)

Fuq din il-bażi, id-differenza bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali maħdum instabet li kienet sinifikanti (aktar minn 60 %). Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

(94)

Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk jitħassru l-miżuri. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Huwa mfakkar li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll mill-GTĊ, l-analiżi kienet ibbażata fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari t-talba għal rieżami, l-istatistiki tal-GTA u informazzjoni disponibbli oħra.

4.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(95)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba tiegħu għal rieżami.

(96)

L-investigazzjoni wriet li kien hemm kapaċità żejda ġenerali fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti tla-ħadid fondut fiċ-Ċina matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-kapaċità tal-produzzjoni (61) fiċ-Ċina matul dan il-perjodu kienet stmata li hija ta’ 1 031 292 tunnellata fis-sena. Skont l-intelliġenza tas-suq tal-applikant, il-produzzjoni u l-bejgħ attwali Ċiniżi ammontaw għal 408 654 tunnellata fis-sena, li indikaw kapaċità ta’ riżerva stmata ta’ 622 638 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Din il-kapaċità ta’ riżerva, li kienet aktar mill-konsum totali tal-Unjoni matul l-istess perjodu, tista’ tiġi ddevjata lejn l-Unjoni jekk il-miżuri kurrenti ma jibqgħux japplikaw.

(97)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jintużaw għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni fi kwantitajiet kbar bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(98)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, is-suq tal-Unjoni għal ċerti oġġetti tal-ħadid fondut baqa’ attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Mill-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi. Is-sehem mis-suq li qabel kien miżmum mir-RPĊ parzjalment ittieħed minn pajjiżi terzi oħrajn, bħall-Indja u t-Turkija, li żiedu l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni mill-investigazzjoni preċedenti. Fl-istess ħin, ir-RPĊ kienet għadha t-tielet l-akbar esportatur ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan juri li l-Unjoni hija suq attraenti għall-esportaturi miċ-Ċina.

(99)

Is-suq tal-Unjoni għal ċerti oġġetti tal-ħadid fondut huwa wieħed mill-akbar fid-dinja, b’konsum ta’ 467 544 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Skont it-talba għal rieżami ta’ skadenza, il-fonderiji Ċiniżi stabbilew rabtiet mal-importaturi u man-networks ta’ distribuzzjoni tul ħafna snin ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-evidenza pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami ta’ skadenza wriet li l-produtturi Ċiniżi kienu qegħdin joffru oġġetti tal-ħadid fondut bi prezzijiet baxxi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, is-suq tal-Istati Uniti, wieħed mill-akbar swieq f’termini ta’ daqs, huwa protett minn miżuri ta’ difiża tal-kummerċ f’livell ta’ 25,52 % (62) kontra ċ-Ċina, li jnaqqsu l-aċċess tal-produtturi Ċiniżi għal dak is-suq. Dawn il-miżuri ġew estiżi għal 5 snin oħrajn f’Marzu 2022. Bħala riżultat, dan x’aktarx iwassal għal żieda ulterjuri fl-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni, jekk jiskadu l-miżuri kurrenti.

(100)

Anki bil-miżuri fis-seħħ, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni komplew u għandhom sehem mis-suq mhux negliġibbli li wera li s-suq tal-Unjoni għadu attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(101)

Għalhekk, abbażi tal-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ u tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri kurrenti jiskadu, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jidderieġu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fi kwantitajiet kbar, bi prezzijiet oġġett ta’ dumping.

4.3.   Konklużjoni

(102)

Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping.

5.   DANNU

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(103)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn 22 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(104)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 467 544 tunnellata. Il-Kummissjoni ddeterminat din iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi fl-Unjoni u l-kwestjonarju makro sottomess minn Eurofonte. Kif indikat fil-premessa (11), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 46 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(105)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u tad-data dwar l-importazzjonijiet mill-Eurostat.

(106)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Konsum totali tal-Unjoni

451 373

432 522

484 501

467 544

Indiċi

100

96

107

104

Sors: Il-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni u d-data tal-Eurostat.

(107)

B’mod ġenerali, il-konsum tal-Unjoni żdied b’4 %. Fil-fatt, is-suq tal-oġġetti tal-ħadid fondut ivarja skont it-tkabbir ekonomiku fis-suq tal-Unjoni u b’mod aktar speċifiku skont il-volum tal-proġetti infrastrutturali jiġifieri fis-settur tal-ilma u tat-trasport. Fl-2020, l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea naqset minħabba l-pandemija u l-lockdowns sussegwenti u hekk ukoll il-konsum ta’ oġġetti tal-ħadid fondut li naqas b’4 %. Is-sena 2021 kienet sena ta’ rikorrenza ekonomika, li wasslet għall-ilħuq tal-quċċata fil-konsum ta’ +12 %. Fl-2022, ix-xogħlijiet pubbliċi fl-Unjoni naqsu u dan wassal għal tnaqqis fil-konsum ta’ oġġetti tal-ħadid fondut (–3,5 % meta mqabbel mal-2021).

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

5.3.1.   Volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(108)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (106). L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)

48 352

34 451

28 385

22 146

Indiċi

100

71

59

46

Sehem mis-suq (%)

10,7

8,0

5,9

4,7

Indiċi

100

74

55

44

Sors: Il-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni u d-data tal-Eurostat.

(109)

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ naqas b’mod kostanti b’54 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ewwel naqsu b’29 % bejn l-2019 u l-2020, imbagħad bi 18 % bejn l-2020 u l-2021 u fl-aħħar nett naqsu bi 22 % bejn l-2021 u l-PIR. B’riżultat ta’ dan, is-sehem mis-suq tagħhom naqas b’aktar min-nofs, u naqas minn 10,7 % fl-2019 għal 4,7 % fil-PIR.

5.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u d-differenza fil-prezz

(110)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat.

(111)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Iċ-Ċina

1 000

951

1 123

1 436

Indiċi

100

95

112

144

Sors: Comext tal-Eurostat.

(112)

B’mod ġenerali, il-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina żdied b’44 %. L-ewwel naqas b’5 % bejn l-2019 u l-2020 u sussegwentement żdied bi 18 % bejn l-2020 u l-2021 u bi 28 % bejn l-2021 u l-PIR.

(113)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni qabblet il-prezz medju ponderat tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitlub lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, mal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ mill-Eurostat, stabbilit fuq bażi CIF, inkluż id-dazju anti-dumping.

(114)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet wera differenza ta’ 6 % bejn il-prezz medju tal-bejgħ tal-esportazzjoni u l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Mingħajr id-dazji anti-dumping, id-differenza kienet tammonta għal 25 %.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ

(115)

Il-volum aggregat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ oġġetti tal-ħadid fondut minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

L-Indja

Volum (tunnellati)

41 200

52 319

82 436

77 167

 

Indiċi

100

127

200

187

 

Sehem mis-suq (%)

9,1

12,1

17,0

16,5

 

Indiċi

100

133

186

181

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

925

932

1 066

1 426

 

Indiċi

100

100

115

154

It-Turkija

Volum (tunnellati)

34 410

37 761

47 112

41 899

 

Indiċi

100

110

137

122

 

Sehem mis-suq (%)

7,6

8,7

9,7

9,0

 

Indiċi

100

114

127

117

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 079

1 098

1 139

1 498

 

Indiċi

100

102

106

139

L-Iran

Volum (tunnellati)

2 897

2 537

6 048

8 647

 

Indiċi

100

87

208

298

 

Sehem mis-suq (%)

0,6

0,6

1,2

1,8

 

Indiċi

100

91

194

288

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 094

1 091

1 189

1 533

 

Indiċi

100

100

109

140

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (tunnellati)

5 745

8 637

11 548

9 212

 

Indiċi

100

150

201

160

 

Sehem mis-suq

1,3

2,0

2,4

2,0

 

Indiċi

100

156

187

154

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 156

1 108

1 293

1 752

 

Indiċi

100

96

112

152

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina

Volum (tunnellati)

84 253

101 253

147 144

136 925

 

Indiċi

100

120

175

163

 

Sehem mis-suq

18,7

23,4

30,4

29,3

 

Indiċi

100

125

163

157

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 009

1 013

1 112

1 477

 

Indiċi

100

100

110

146

Sors: data tal-Eurostat.

(116)

Fil-PIR, ġew importati 136 925 tunnellata ta’ oġġetti tal-ħadid fondut minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina. Dan il-volum jirrappreżenta 29 % tas-suq tal-Unjoni. B’kollox, is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 19 % fl-2019 għal 29 % fil-PIR. Filwaqt li ċ-Ċina kienet għadha esportatur ewlieni tal-prodott taħt rieżami lejn l-UE fl-2019, wara l-impożizzjoni tad-dazji gradwalment tilfet is-sehem mis-suq tagħha għall-benefiċċju tal-Indja, u sa ċertu punt inqas tat-Turkija u tal-Iran. L-importazzjonijiet fil-volum minn dawn it-tliet pajjiżi flimkien żdiedu bi 63 % bejn l-2019 u l-PIR, u laħqu sehem mis-suq ta’ 27,3 % fil-PIR.

(117)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Indja kienu anqas mill-prezzijiet Ċiniżi mingħajr miżuri. Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-oġġetti tal-ħadid fondut mit-Turkija u mill-Iran kienu kemxejn ogħla mill-prezzijiet Ċiniżi mingħajr dazji (b’4 % u b’7 %, rispettivament, fil-PIR) iżda xorta ħafna anqas mill-prezzijiet Ċiniżi b’miżuri anti-dumping u bil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fil-PIR, dawn it-tliet pajjiżi importaturi kienu qegħdin ibigħu b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni, b’27 % għall-Indja, bi 23 % għat-Turkija u bi 22 % għall-Iran.

5.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Kummenti ġenerali

(118)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(119)

Kif imsemmi fil-premessa (11), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(120)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data inkluża fit-tweġibiet ipprovduti minn Eurofonte, kontroverifikati mad-data tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġiet ivverifikata. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(121)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(122)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

5.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(123)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

358 048

329 785

343 267

339 231

Indiċi

100

92

96

95

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

652 029

650 590

651 077

645 386

Indiċi

100

100

100

99

Użu tal-kapaċità (%)

54,9

50,7

52,7

52,6

Indiċi

100

92

96

96

Sors: Il-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni.

(124)

B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kwantità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’5 %. Il-produzzjoni segwiet mill-qrib il-varjazzjoni fil-konsum. Bħala konsegwenza tal-pandemija, il-produzzjoni naqset bi 8 % bejn l-2019 u l-2020. Imbagħad reġgħet żdiedet bejn l-2020 u l-2021 (+ 4 %) qabel ma reġgħet naqset bi ftit bejn l-2021 u l-PIR (-1 %).

(125)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli bejn l-2019 u l-2021 u mbagħad naqset ftit bejn l-2021 u l-PIR (-1 %).

(126)

L-użu tal-kapaċità segwa l-istess xejra bħall-produzzjoni u naqas b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan l-indikatur naqas bi 8 % fl-2020 u mbagħad żdied b’4 % fl-2021 u stabbilizza matul il-PIR. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas b’2,3 punti perċentwali minn madwar 55 % fl-2019 għal 52,6 % matul il-PIR.

5.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(127)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

318 768

296 818

308 972

308 474

Indiċi

100

93

97

97

Sehem mis-suq (%)

71

69

64

66

Indiċi

100

97

90

93

Sors: Il-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni u d-data tal-Eurostat.

(128)

Minkejja ż-żieda fil-konsum, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żviluppa b’mod negattiv, bi tnaqqis ta’ 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ewwel naqas fl-2020, b’7 %, u mbagħad irkupra fl-2021 u fl-2022, iżda qatt ma laħaq f’termini assoluti l-livell tal-bejgħ fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(129)

Fil-kuntest ta’ tkabbir żgħir fil-konsum, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’aktar minn 5 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ewwel naqas b’2 punti perċentwali fl-2020, segwit minn tnaqqis ulterjuri ta’ 5 punti perċentwali fl-2021 u mbagħad minn żieda żgħira ta’ 2 punti perċentwali fil-PIR.

(130)

Is-sehem mis-suq mitluf mill-produtturi tal-Unjoni ttieħed prinċipalment mill-produtturi esportaturi Indjani, li s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 9,1 % fl-2019 għal 16,5 % fil-PIR u mit-Turkija, it-tieni l-akbar esportatur lejn l-Unjoni, li żiedet is-sehem mis-suq tagħha minn 7,6 % fl-2019 għal 9 % fil-PIR.

5.5.2.3.   Tkabbir

(131)

Bejn l-2019 u l-PIR, il-konsum mill-Unjoni żdied b’4 %. Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’3 %, li sarraf f’telf ta’ 5 punti perċentwali fis-sehem mis-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(132)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Numru ta’ impjegati (FTE)

3 053

3 027

3 027

3 076

Indiċi

100

99

99

101

Produttività (tunnellati/FTE)

117

109

113

110

Indiċi

100

93

97

94

Sors: Il-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni.

(133)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u saħansitra żżid (ftit) in-numru ta’ impjegati espress f’ekwivalenti għall-full-time (“FTE”) involuti fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-prodott taħt rieżami, li żdied b’1 % bejn l-2019 u l-PIR.

(134)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull FTE, segwiet xejra ’l isfel matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (-6 %). Din hija l-konsegwenza tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni ġenerali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni meta mqabbel man-numru ta’ impjegati li baqa’ stabbli u saħansitra żdied marġinalment.

5.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(135)

Kif indikat fil-premessa (93), id-differenza bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali maħdum instabet li kienet sostanzjalment ogħla mil-livell de minimis (akbar minn 60 %). L-impatt ta’ dawn il-marġnijiet fuq l-industrija tal-Unjoni kien għadu materjali u sinifikanti, peress li l-oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw miċ-Ċina komplew jidħlu fl-Unjoni fi kwantitajiet kbar.

(136)

Barra minn hekk, anki bil-miżuri, dawn l-importazzjonijiet kienu għadhom bi prezzijiet li huma ħafna anqas mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni u, għalhekk, għamluha diffiċli għall-industrija tal-Unjoni li tirkupra mill-prattiki tad-dumping tal-passat.

5.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(137)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali

1 514

1 533

1 625

1 956

Indiċi

100

101

107

129

Kost unitarju tal-produzzjoni

1 451

1 470

1 662

1 917

Indiċi

100

101

115

132

Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(138)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz medju ta’ bejgħ fl-industrija tal-Unjoni żdied b’29 %. Ġew irreġistrati żidiet kbar bejn l-2020 u l-2021 (+ 6 %) u bejn l-2021 u l-PIR (+ 20 %). Dawn iż-żidiet huma l-konsegwenza taż-żieda fil-kost medju tal-materja prima u tal-enerġija. Il-kostijiet żdiedu bi 15 % mill-2019 sal-2021 u mbagħad bi 15 % oħra mill-2021 ’il quddiem. Kumplessivament, il-kostijiet żdiedu bi 32 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(139)

L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet biżżejjed sabiex tkopri ż-żieda fil-kostijiet bħala konsegwenza tal-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u mill-importazzjonijiet mill-Indja, mit-Turkija u mill-Iran.

(140)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

55 061

57 835

57 611

59 715

Indiċi

100

105

105

108

Sors :It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(141)

Il-kost medju lavorattiv għal kull impjegat żdied kontinwament. Żdied bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Żdied b’5 % fl-2020, baqa’ stabbli fl-2021 u mbagħad reġa’ żdied b’madwar 4 % fil-PIR. Din hija l-konsegwenza ta’ ftehimiet settorjali rigward iż-żidiet fis-salarju u tal-primjums speċjali mogħtijin.

5.5.3.2.   Inventarji

(142)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Inventarji

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

23 999

24 297

26 613

26 823

Indiċi

100

101

111

112

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

14,5

15,7

16,7

17,3

Indiċi

100

109

115

120

Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(143)

Il-livell ta’ stokkijiet tal-għeluq tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda seħħet prinċipalment fl-2021.

(144)

Kif indikat hawn fuq fil-premessa (107), is-suq tal-oġġetti tal-ħadid fondut huwa marbut mill-qrib mat-tkabbir ekonomiku fis-suq tal-Unjoni. Is-sena 2021 kienet prevista bħala sena tajba, bl-ogħla livell ta’ konsum ta’ +12 % meta mqabbel mas-sena 2020. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żiedu ftit il-produzzjoni tagħhom. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma setgħux jibbenefikaw bis-sħiħ miż-żieda fil-konsum u għalhekk il-livell tal-istokkijiet żdied.

5.5.3.3.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(145)

Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

5,6

5,8

0,1

3,4

Indiċi

100

103

1

60

Fluss tal-flus (EUR)

16 939 091

17 495 491

6 742 515

15 285 813

Indiċi

100

103

40

90

Investimenti (EUR)

11 085 740

8 677 592

11 531 261

14 484 710

Indiċi

100

78

104

131

Redditu fuq l-investimenti (%)

6,5

6,2

0,1

4,5

Indiċi

100

96

1

70

Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(146)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(147)

Il-profittabilità tal-produtturi inklużi fil-kampjun kienet negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u marret minn 5,6 % fl-2019 għal 3,4 % fil-PIR. Fis-snin 2019 u 2020, il-profittabilità kienet ftit ogħla mill-profitt fil-mira stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri 5,3 %). Il-profittabilità ddeterjorat sostanzjalment fl-2021 u niżlet qrib iż-żero. Din ix-xejra negattiva kienet ikkawżata mill-inkapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tgħolli l-prezzijiet b’mod suffiċjenti sabiex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. Fil-PIR, il-profittabilità tjiebet, u laħqet profitti ta’ 3,4 %, anki jekk baqgħet taħt il-mira ta’ 5,3 %.

(148)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus żdied bi ftit fl-2020 (+ 3 %). Is-sitwazzjoni marret għall-agħar b’mod sinifikanti fl-2021, bi tnaqqis ta’ dan l-indikatur b’61 % bħala konsegwenza tat-telf fil-profittabilità. Fil-PIR, bir-ritorn għal profitti mtejbin, dan l-indikatur reġa’ żdied b’127 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, u wera stampa aktar b’saħħitha tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(149)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan segwa xejra simili bħall-profittabilità. Kien stabbli fl-2019 u fl-2020, qabel ma naqas b’mod sinifikanti fl-2021 u reġa’ żdied fil-PIR f’konformità mal-evoluzzjoni tal-profittabilità.

5.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(150)

Minkejja li, l-importazzjonijiet ta’ oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw miċ-Ċina naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi, dawn kienu għadhom sinifikanti fil-PIR u kienu jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 4,7 %. Id-daqs tal-marġni tad-dumping li nstab fir-rigward ta’ dawk l-importazzjonijiet baqa’ sinifikanti wkoll, b’aktar minn 60 %. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet kienu għadhom taħt il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-UE b’6 % (id-dazji inklużi). Mingħajr id-dazji, id-differenza kienet tammonta għal 25 %.

(151)

L-evoluzzjoni tal-mikroindikaturi u tal-makroindikaturi turi li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minkejja żieda ta’ 4 % fil-konsum, ix-xejriet tal-indikaturi ekonomiċi ewlenin marru għall-agħar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod partikolari, il-bejgħ u l-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni naqsu bi 3 % u b’5 % rispettivament, fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Konsegwentement, is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas minn 71 % fl-2019 għal 66 % waqt il-PIR. Dawn l-ishma ttieħdu mill-produtturi esportaturi f’pajjiżi terzi; b’mod partikolari, l-Indja, li ggwadanjat 7 punti perċentwali fl-ishma mis-suq għal 16,5 % u t-Turkija, li żiedet ukoll is-sehem mis-suq tagħha minn 7,6 % fl-2019 għal 9 % fil-PIR.

(152)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz medju ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni żdied b’29 %. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet żdiedu bi 32 % f’tentattiv sabiex ikopru ż-żieda fil-kost tal-materja prima u tal-enerġija. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet biżżejjed sabiex tkopri ż-żieda fil-kostijiet. Konsegwentement, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqset għal 3,4 % fil-PIR, anqas mill-profitt fil-mira stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali (5,3 %).

(153)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

6.   KAWŻALITÀ

(154)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

6.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(155)

L-importazzjonijiet ta’ oġġetti tal-ħadid fondut mir-RPĊ naqsu b’mod stabbli b’54 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bħala medja, sabiex laħqu sehem mis-suq ta’ 4,7 % fl-Unjoni fil-PIR. Il-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina żdied b’44 %. Minkejja din iż-żieda, xorta għadu 6 % anqas mill-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija tal-Unjoni. Mingħajr id-dazji anti-dumping, id-differenza kienet tammonta għal 25 % (ara l-premessa (114)).

(156)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kienu għadhom sinifikanti u kienu qegħdin jeżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet u fuq il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

6.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

6.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(157)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kif muri fit-Taqsima 5.4 aktar ’il fuq. Dawn l-importazzjonijiet ġew prinċipalment mill-Indja (sehem mis-suq ta’ 16,5 % fil-PIR), mit-Turkija (sehem mis-suq ta’ 9 % fil-PIR) u mill-Iran (sehem mis-suq ta’ 1,8 % fil-PIR).

(158)

Dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet li kienu ferm anqas mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni.

(159)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi u l-prezzijiet baxxi ħafna tagħhom, ferm anqas mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni, kienu qegħdin jeżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet u fuq il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, b’hekk ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

6.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(160)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

 

2019

2020

2021

Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

16 664

15 910

14 844

13 420

Indiċi

100

95

89

81

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 400

1 441

1 543

1 776

Indiċi

100

103

110

127

Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(161)

Fil-volum, l-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lejn klijenti relatati u mhux relatati naqsu bi 19 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-PIR, il-bejgħ għall-esportazzjoni kien jirrappreżenta madwar 11 % tal-bejgħ totali tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ li wassal għal tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni, ġie konkluż li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni kienet ikkontribwiet ukoll għad-dannu mġarrab.

6.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(162)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li joriġinaw mir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(163)

Il-fatturi identifikati l-oħrajn bħall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn u l-prestazzjoni tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, kemm jekk ikkunsidrati individwalment kif ukoll kollettivament, ukoll ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni iżda ma taffewx ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

7.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DANNU

(164)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (153) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(165)

F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, il-miżuri fis-swieq terzi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

7.1.   Il-kapaċità żejda fir-RPĊ

(166)

Kif indikat fil-premessa (96) hawn fuq, ir-RPĊ hija fost l-akbar produtturi ta’ oġġetti tal-ħadid fondut fid-dinja. Il-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża ġiet stmata għal 622 638 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami; jiġifieri 133 % tal-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Għalhekk, l-industrija Ċiniża tal-ħadid fondut li tiddependi ħafna fuq is-swieq barranin sabiex tbigħ il-prodotti tagħha, tkun tista’ żżid faċilment l-esportazzjonijiet tagħha f’ammonti kbar, bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, lejn l-Unjoni, jekk id-dazji anti-dumping jitħallew jiskadu. Dan ikompli jiddeterjora s-sitwazzjoni ekonomika diġà fraġli tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(167)

Is-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għall-esportaturi Ċiniżi, kif jidher mill-fatt li dawn komplew jesportaw b’mod sinifikanti lejn l-Unjoni minkejja l-miżuri fis-seħħ. Iċ-Ċina kienet it-tielet l-akbar esportatur ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(168)

Is-suq tal-Unjoni għal ċerti oġġetti tal-ħadid fondut huwa wieħed mill-akbar fid-dinja, b’konsum ta’ 467 544 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-suq ewlieni l-ieħor f’termini ta’ daqs huwa s-suq tal-Istati Uniti. Bħalissa huwa protett minn miżuri ta’ difiża tal-kummerċ kontra ċ-Ċina fil-livell ta’ 25,52 %, (63) li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-importazzjonijiet Ċiniżi. Dawn il-miżuri ġew estiżi għal 5 snin f’Marzu 2022.

(169)

Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti wkoll f’termini tal-prezzijiet. L-evidenza pprovduta fit-talba għal rieżami mill-applikant turi offerti (64) lill-klijenti madwar id-dinja magħmulin mill-produtturi esportaturi Ċiniżi f’livelli taħt il-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn l-Unjoni (bħala medja 26 % anqas) u ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, huwa probabbli li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, is-suq tal-Unjoni jsir saħansitra aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi.

(170)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri bil-probabbiltà kollha jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina b’livelli ta’ prezzijiet dannużi u, għalhekk, ikompli jaggrava d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, hemm probabbiltà kbira ta’ kontinwazzjoni tad-dannu.

8.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(171)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li r-revoka tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’rikorrenza ta’ aktar dannu jekk il-miżuri jiġu revokati. Tabilħaqq, anki jekk id-dannu kontinwu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi attribwit lill-importazzjonijiet soġġetti, il-Kummissjoni sabet li hemm probabbiltà qawwija ta’ rikorrenza ta’ dannu fuq il-bażi tal-livell sinifikanti tal-kapaċità żejda fir-RPĊ, u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni.

9.   INTERESS TAL-UNJONI

(172)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija, tal-importaturi/tan-negozjanti u tal-utenti/tal-konsumaturi tal-Unjoni.

9.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(173)

Il-miżuri imposti kienu effettivi peress li għenu sabiex jitnaqqas il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, il-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina baqgħu sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (sehem mis-suq ta’ 4,6 % fil-PIR).

(174)

Ġie stabbilit li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u li s-sitwazzjoni tagħha hija fraġli, kif ikkonfermat mix-xejriet negattivi ta’ diversi indikaturi tad-dannu.

(175)

It-tħassir tal-miżuri bil-probabbiltà kollha jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina b’livelli ta’ prezzijiet dannużi u jkompli jaggrava d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u jhedded il-vijabbiltà tagħha.

(176)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra r-RPĊ kienet fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

9.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(177)

Żewġ importaturi mhux relatati ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu u kkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjoni billi ppreżentaw tweġibiet għall-punti ta’ defiċjenza mqajmin matul l-investigazzjoni.

(178)

It-tnejn li huma kienu qegħdin jimportaw il-prodott taħt rieżami minn diversi sorsi (sorsi multipli li jinkludu ċ-Ċina) matul il-PIR. Il-prodott taħt rieżami kien jirrappreżenta aktar minn 90 % tal-fatturat totali għal wieħed mill-importaturi, filwaqt li għall-ieħor kien anqas minn 50 % tal-attività totali.

(179)

It-tnejn kienu kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri meta jitqies li dawn il-miżuri kienu ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni u kienu ta’ piż żejjed għalihom. Huma allegaw ukoll li l-industrija tal-Unjoni ma teħtieġx protezzjoni bħal din.

(180)

Il-Kummissjoni qieset li l-miżuri anti-dumping ma humiex sempliċiment mekkaniżmu protezzjonist iżda mekkaniżmu sabiex jinkisbu kundizzjonijiet ekwi. Il-miżuri anti-dumping ma għandhomx l-objettiv li jagħlqu s-suq tal-Unjoni għall-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda li jreġġgħu lura l-kummerċ ġust billi jneħħu l-effett tad-dumping dannuż. Fir-rigward tal-asserzjoni li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex bżonn protezzjoni, l-investigazzjoni żvelat eżattament l-oppost peress li l-industrija tal-Unjoni dehret li ġarrbet dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u ġie stabbilit li l-importazzjonijiet Ċiniżi kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.

(181)

L-investigazzjoni żvelat ukoll li ż-żewġ negozjanti kienu profittabbli ħafna, minkejja l-miżuri fis-seħħ. Għalhekk, nistgħu nikkunsidraw li l-piż impost fuqhom mill-miżuri anti-dumping jidher raġonevoli.

(182)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti mill-perspettiva tal-kummerċjanti mhux relatati kontra l-estensjoni tal-miżuri.

9.3.   L-interess tal-utenti, tal-konsumaturi

(183)

Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti/lill-konsumaturi magħrufin kollha. L-ebda wieħed minnhom ma wieġeb għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni.

(184)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment li jindika li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti, li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, kif indikat fl-investigazzjoni oriġinali fil-premessa (254), il-Kummissjoni kkonfermat mill-ġdid li l-utenti finali ma jistgħux jiddependu fuq prezzijiet oġġett ta’ dumping għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

9.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(185)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fiċ-Ċina. L-effetti pożittivi tal-miżuri anti-dumping fuq is-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, jegħlbu l-effett potenzjalment negattiv fuq il-gruppi ta’ interess l-oħra.

10.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(186)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet milħuqin mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, il-kontinwazzjoni ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq ċerti oġġetti tal-ħadid fondut mir-RPĊ jenħtieġ li jinżammu.

(187)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(188)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Fil-fatt, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(189)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(190)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(191)

Kumpanija, li tibbenefika minn rata tad-dazju anti-dumping individwali, tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ din ir-rata jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (65). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(192)

Jenħtieġ li esportaturi jew produtturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu użat biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju li huwa applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) ma huwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

(193)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66), meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jiġi kkalkolat fuq il-bażi tar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(194)

Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut bil-grafit lamellari (ħadid griż) jew tal-ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili), u partijiet minnhom li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7325 10 00 (kodiċi TARIC 7325100031) u ex 7325 99 10 (kodiċi TARIC 7325991060) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Dawn l-oġġetti huma ta’ tip użat biex:

—

ikopru l-art jew sistemi ta’ taħt il-wiċċ, u/jew fetħiet f’sistemi tal-art jew ta’ taħt il-wiċċ, u wkoll

—

aċċess għal sistemi tal-art jew ta’ taħt il-wiċċ u/jew jipprovdu ħarsa lejn is-sistemi tal-art jew ta’ taħt il-wiċċ.

L-oġġetti jistgħu jkunu maħdumin bil-magni, miksijin, miżbugħin u/jew iffitjati b’materjali oħra bħal iżda mhux limitati għal konkrit, ċangaturi jew madum.

It-tipi ta’ prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

—

spralli tal-kanali u uċuħ fonduti soġġetti għall-istandard EN 1433, biex jiġu ffittjati bħala komponent fuq kanali tal-polimeru, tal-plastik, tal-azzar galvanizzat jew tal-konkrit li jippermettu l-fluss tal-ilma tas-superfiċje għal ġol-kanal,

—

katusi għall-iskular tal-art, katusi għall-iskular tal-bjut, cleanouts u għotjien tal-cleanouts, soġġetti għall-istandard EN 1253,

—

turġien tal-ħadid, vireg tal-irfigħ, u idraturi tan-nirien.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory

15,5  %

C221

Botou Lisheng Casting Industry Co., Ltd.

31,5  %

C222

Fengtai (Handan) Alloy Casting Co., Ltd.

38,1  %

C223

Hong Guang Handan Cast Foundry Co., Ltd.

21,3  %

C224

Shijiazhuang Transun Metal Products Co., Ltd.

25,0  %

C225

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

25,4  %

Ara l-Anness

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

38,1  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

—

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2016),

—

ma jkun relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew mill-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament,

—

esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

L-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi emendat, wara li l-partijiet interessati kollha jkunu ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw, billi l-produttur esportatur il-ġdid jiżdied mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għaldaqstant soġġetti għar-rata tad-dazju medja ponderata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta’ Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 25, 30.1.2018, p. 6).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/261 tal-14 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 44, 15.2.2019, p. 4).

(4)   ĠU C 195, 13.5.2022, p. 23.

(5)   ĠU C 30, 27.1.2023, p. 11

(6)  Is-sentenza tal-21 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża C-478/21 P, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products u Oħrajn vs Il-Kummissjoni (EU:C:2023:685), b’mod partikolari l-para. 73 – 74.

(7)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2648

(8)  L-Istatistiki tal-Kontijiet tal-Kumpaniji, disponibbli fuq https://www3.tcmb.gov.tr/sektor/#/en.

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (ĠU L 177, 12.7.2023, p. 63); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100 tal-11 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 10, 12.1.2023, p. 36); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36).

(10)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 66; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 58; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 80; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 59.

(11)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 38; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 64; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 46.

(12)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 58; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 40; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 66; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessi 193-194, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 47. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif huwa previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont id-dritt tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif huwa speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, sa minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ l-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % minn madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(13)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 59; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 43; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 68; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessi 48-52.

(14)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 62; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 52; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 74; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 53.

(15)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 75; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 54.

(16)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 64; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 54; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 76; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 204, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 55.

(17)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2017) 483 final/2, 20. 12. 2017, disponibbli minn: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=en

(18)  Ara: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(19)  Ara: www.cqgt.cn (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(20)  Ara: https://www.magang.com.cn/ (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(21)  Ara: https://www.qixin.com/company/ab02483a-5ed7-49fe-b6e6-8ea39dc4dc80 (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(22)  Ara: http://www.ansteel.cn/about/company_profile/ (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(23)  Ara: https://www.qcc.com/firm/d620835aaae14e62fdc965fd41a51d8d.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(24)  Ara: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-02/08/content_5672513.htm (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(25)  Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(26)  Ara: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(27)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tal-Cluster fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, il-Kapitolu I, it-Taqsima 3; disponibbli minn: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(28)  Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli minn: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(29)  Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Provinċja ta’ Jiangsu għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tas-Settur tal-Azzar u l-Ottimizzazzjoni tat-Tqassim 2019-2025; disponibbli minn: http://www.jiangsu.gov.cn/art/2019/5/5/art_46144_8322422.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(30)  L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar; disponibbli minn: http://gxt.shandong.gov.cn/art/2021/11/18/art_15681_10296246.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(31)  Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2020 tal-Provinċja ta’ Shanxi; disponibbli minn: http://gxt.shanxi.gov.cn/zfxxgk/zfxxgkml/cl/202110/t20211018_2708031.shtml (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(32)  L-14-il FYP tal-Muniċipalità ta’ Liaoning Dalian dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Manifattura: “Sal-2025, il-valur tal-output industrijali ta’ materjali ġodda se jilħaq 15-il miljun CNY, u l-livell ta’ tagħmir u l-kapaċità ta’ garanzija tal-materjali ewlenin huwa ovvjament imtejjeb.”; disponibbli minn: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(33)  Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang biex Jitrawwem Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar: “Trawwem fużjonijiet u riorganizzazzjoni tal-intrapriżi, taċċellera l-proċess ta’ konċentrazzjoni, tnaqqas in-numru ta’ intrapriżi tat-tidwib tal-azzar għal madwar għaxar (10) intrapriżi”; disponibbli minn: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(34)  Ara: https://www.baoganggf.com/ggry (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(35)  Ara: https://www.shougang.com.cn/sgweb/html/gsld.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(36)  Ara: https://www.handannews.com.cn/news/content/2023-05/20/content_20113749.html (aċċessat fid-9 ta’ Ottubru 2023).

(37)  Ara: https://foundry.org.cn/%e5%8d%8f%e4%bc%9a%e7%ab%a0%e7%a8%8b (aċċessat fid-9 ta’ Ottubru 2023).

(38)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.

(39)  Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(40)  Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(41)  Ara: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(42)  Ara l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, p. 22.

(43)  Ara: https://en.ndrc.gov.cn/news/mediarusources/202203/t20220325_1320408.html (aċċessat fil-5 ta’ Ottubru 2023).

(44)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni 1 + 3 tal-2022 dwar il-Ħadid u l-Azzar tal-Muniċipalità ta’ Hebei Tangshan, il-Kapitolu 4, it-Taqsima 2; disponibbli fuq: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessat fit-13 ta’ Settembru 2023).

(45)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 63; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33.

(46)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(47)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(48)  http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.

(49)  https://www.tuik.gov.tr/Home/Index.

(50)  https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx.

(51)  tppd.com.tr.

(52)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(53)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/DownloadIstatistikselTablo?p=FsjYWs9udep3a8vd2aOEDJTGI/j4OMXQ7hW06NadVvxfqfqjMxKjxtm2wtRf4Xel.

(54)  https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=Istihdam%2c-Issizlik-ve-Ucret-108.

(55)  https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1 (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2023).

(56)  https://www.st.gov.my/en/web/consumer/details/2/10 (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2023).

(57)  tppd.com.tr.

(58)  https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx.

(59)  L-Istatistiki tal-Kontijiet tal-Kumpaniji, disponibbli fuq https://www3.tcmb.gov.tr/sektor/#/en.

(60)  Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, iċ-ċifri huma pprovduti f’meded peress li din l-informazzjoni fit-talba għal rieżami ta’ skadenza hija bbażata fuq l-informazzjoni ta’ żewġ produtturi tal-Unjoni.

(61)  Kif irrapportat fl-Anness C.05 tat-talba għal rieżami.

(62)  Federal Register : Certain Iron Construction Castings From Brazil, Kanada and the People’s Republic of China: Final Results of Expedited Fifth Sunset Review of Antidumping Duty Orders

(63)  Federal Register : Certain Iron Construction Castings From Brazil, Kanada and the People’s Republic of China: Final Results of Expedited Fifth Sunset Review of Antidumping Duty Orders available at https://www.federalregister.gov/documents/2022/03/16/2022-05550/certain-iron-construction-castings-from-brazil-canada-and-the-peoples-republic-of-china-final, ikkonsultat fit-13 ta’ Diċembru 2023

(64)  Il-prezzijiet FOB għal disa’ (9) tipi rappreżentattivi tal-prodott ikkonċernat, tmienja (8) minnhom huma rreklamati fuq sit web pubbliku speċjalizzat fil-prezzijiet minn negozju għal negozju, offruti mill-produtturi fir-RPĊ. Estratti minn https://www.made-in-china.com/ fl-Anness B.10 tat-talba għal rieżami.

(65)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(66)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


ANNESS

Produtturi esportaturi Ċiniżi li qed jikkooperaw mhux fil-kampjun:

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Baoding City Maikesaier Casting Ltd.

C226

Baoding GB Metal Products Co., Ltd.

C232

Baoding Hualong Casting Co., Ltd.

C233

Baoding Shuanghu Casting Co., Ltd.

C234

Bo Tou Chenfeng Casting Co., Ltd.

C235

Botou City Minghang Casting Co., Ltd.

C236

Botou City Qinghong Foundry Co., Ltd. and the related company Cangzhou Qinghong Foundry Co., Ltd.

C237

Botou City Simencun Town Bai Fo Tang Casting Factory

C238

Botou Dongli Foundry Co., Ltd.

C239

Botou GuangTai Precision Casting Factory

C240

Botou Mancheng Foundry Co., Ltd.

C241

Botou Okai Foundry Co., Ltd.

C242

Botou Sanjiang Casting Co., Ltd.

C243

Botou TongYang Casting Factory

C244

Botou Weili Precision Casting Co., Ltd.

C245

Botou Xinrong Foundry Co., Ltd.

C246

Botou Zhengxin Foundry Co., Ltd.

C247

Cangzhou Hongyuan Machinery & Foundry Co., Ltd.

C248

Cangzhou Yadite Casting Machinery Co., Ltd.

C249

Changsha Jinlong Foundry Industry Co., Ltd.

C250

Changyi City ChangZhan Casting Co., Ltd.

C251

China National Minerals Co., Ltd.

C252

Dingxiang Sitong Forging and Casting Industrial

C253

Dingzhou Dongyu Foundry Co., Ltd.

C254

Handan City Jinzhu Foundry Co., Ltd.

C255

Handan Haolin Casting Co., Ltd.

C256

Handan Qunshan Foundry Co., Ltd.

C257

Handan Yanyuan Machinery Foundry Co., Ltd.

C258

Handan Yuanyang Foundry Co.,Ltd

C259

Handan Zhangshui Pump Manufacturing Co., Ltd.

C260

Hebei Cheng’An Babel Casting Co., Ltd.

C261

Hebei Feixiang East Foundry Products Co., Ltd.

C262

Hebei Jinghua Casting Co., Ltd.

C263

Hebei Shunda Foundry Co., Ltd.

C264

Hebei Tengfeng Metal Products Co., Ltd.

C265

Hebei Zhonghe Foundry Co., Ltd.

C266

Hengtong Valve Co.,LTD

C267

Heping Cast Co., Ltd. Yi County

C268

Jiaocheng County Honglong Machinery Manufacturing Co., Ltd.

C269

Jiaocheng County Xinlei Machinery Manufacturing Co., Ltd.

C270

Jiaocheng County Xinxing Casting Co., Ltd.

C271

Jinan Laiwu Haitian Machinery Manufacturing Co., Ltd

C272

Laiwu Xinlong Weiye Foundry Co., Ltd.

C273

Lianyungang Ganyu Xingda Casting Foundry

C274

Lingchuan County Rainbow Casting Co., Ltd.

C275

Lingshou County Boyuan Foundry Co., Ltd.

C276

Pingyao County Master Casting Co., Ltd.

C277

Qingdao Jiatailong Industrial Co.,Ltd

C278

Qingdao Jinfengtaike Machinery Co., Ltd.

C279

Qingdao Qitao Casting Co., Ltd.

C280

Qingdao Shinshu Casting Co., Ltd.

C281

Qingyuanxian Yueda Fountry Co., Ltd.

C282

Rockhan Technology Co., Ltd.

C283

Shahe City Fangyuan Casting Co., Ltd.

C284

Shandong Heshengda Machinery Technology Co., Ltd.

C298

Shandong Hongma Engineering Machinery Co., Ltd.

C285

Shandong Lulong Group Co., Ltd.

C286

Shanxi Ascent Industrial Co., Ltd.

C310

Shanxi Associated Industrial Co., Ltd.

C287

Shanxi Jiaocheng Xinglong Casting Co., Ltd.

C288

Shanxi Solid Industrial Co., Ltd.

C289

Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co., Ltd.

C290

Shaoshan Huanqiu Castings Foundry

C291

Tang County Kaihua Metal Products Co., Ltd.

C292

Tangxian Hongyue Machinery Accessory Foundry Co., Ltd.

C293

Tianjin Jinghai Chaoyue Industrial and Commercial Co., Ltd.

C294

Tianjin Yu Xing Da Casting Co., Ltd.

C295

Wangdu Junrong Foundry Co., Limited

C296

Weifang Nuolong Machinery Co., Ltd.

C297

Weifang Weikai Casting Co., Ltd.

C299

Wen Shui Hengli Nature of the Company

C300

Wuhan RedStar Agro-Livestock Machinery Co. Ltd

C301

Zibo Joy’s Metal Co., Ltd.

C302


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/770/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)