|
25.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/31 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1035
tat-23 ta’ Ġunju 2021
li temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/648/UE u 2013/650/UE fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li jiġu prodotti minn ċertu qamħirrum ġenetikament modifikat
(notifikata bid-dokument C(2021) 4317)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(It-test bin-Netherladiż biss hu awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bayer Agriculture BVBA, ibbażata fil-Belġju, hija r-rappreżentant fl-Unjoni ta’ Monsanto Company, ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka, fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat awtorizzati bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/648/UE (2) u 2013/650/UE (3). Dow AgroSciences LLC, ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka, hija d-detentur l-ieħor tal-awtorizzazzjoni għall-qamħirrum ġenetikament modifikat awtorizzat b’dawn id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni. Dow AgroSciences LLC hija rrappreżentata minn Dow AgroSciences Distribution S.A.S., ibbażata fi Franza. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra tat-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA, ibbażata fil-Belġju, informat lill-Kummissjoni li mill-1 ta’ Awwissu 2020, Monsanto Company, bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka, se tikkonverti l-forma ġuridika tagħha u se tbiddel isimha għal Bayer CropScience LP. |
|
(3) |
Permezz tal-ittra tat-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA informat lill-Kummissjoni li mill-1 ta’ Awwissu 2020 se tbiddel isimha għal Bayer Agriculture BV, ibbażata fil-Belġju. |
|
(4) |
Permezz tal-ittra tas-17 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ġiet informata li mill-1 ta’ Jannar 2021, Dow AgroSciences LLC biddlet isimha għal Corteva Agriscience LLC, ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(5) |
Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience LLC informat lill-Kummissjoni li mit-22 ta’ Marzu 2021, ir-rappreżentant tagħha fl-Unjoni hija Corteva Agriscience Belgium B.V.. |
|
(6) |
Il-bidliet mitluba huma purament amministrattivi fin-natura tagħhom u għalhekk ma jeħtiġux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/648/UE u 2013/650/UE jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/648/UE
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/648/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:
|
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata minn Corteva Agriscience Belgium B.V., Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju, kif ukoll
rappreżentata minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju”. |
Artikolu 2
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/650/UE
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/650/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:
|
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata minn Corteva Agriscience Belgium B.V., Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju kif ukoll
rappreżentata minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.” |
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
(a) |
Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti tal-Amerka, rappreżentata minn Corteva Agriscience Belgium B.V., Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju; kif ukoll |
|
(b) |
Bayer CropScience LP, 800 N. Lindbergh Boulevard, St Louis, Missouri, 63167, l-Istati Uniti tal-Amerka, rappreżentata minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju. |
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/648/UE tas-6 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034 × 1507 × NK603 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 38).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/650/UE tas-6 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) MON 89034 × 1507 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), erba’ qamħirrum ĠM relatati li jagħqdu tliet eventi singli differenti ĠM (MON89034 × 1507 × MON88017 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON89034 × 1507 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × DAS-59122-7), MON89034 × MON88017 × 59122 (MON-89Ø34-3 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON 88017 × 59122 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)) u erba’ qamħirrum ĠM relatati li jgħaqqdu żewġ eventi ĠM singli differenti (MON89034 × 1507 (MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1), MON89034 × 59122 (MON-89Ø34-3 × DAS-59122-7), 1507 × MON88017 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-88Ø17-3), MON 88017 × 59122 (MON-88Ø17-3 × DAS-59122-7)) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 47).