Official Journal L 202 , 26/07/1978 P. 0008 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0066
Greek special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0066
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0219
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 14 P. 0219
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1740/78 tal-25 ta’ Lulju 1978 li jemenda Regolament (KEE) Nru 1579/74 dwar il-proċedura biex tkun ikkalkulata t-taxxa tar-rifużjoni fuq il-prodotti proċessati miċ-ċereali u mir-ross u għall-iffissar bil-quddiem ta’ din it-taxxa għal dawn il-prodotti u għall-oġġetti ta’ l-ikel imħallta magħmula miċ-ċereali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 t’Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1254/78 [2], u b’mod speċjali l-Artikolu 24 tiegħu, Billi minħabba l-bżonn li jkun hemm iżjed informazzjoni aġġornata disponibbli fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti, jeħtieġ li jingħata lok għal tagħrif iktar spiss mill-Istati Membri; billi Regolament (KEE) Nru 1579/74 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1974 [3] irid għalhekk jiġi emendat; Billi l-miżuri li jkopri dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1579/74, il-paragrafu li jmiss huwa hawnhekk miżjud: "Iżda, fil-każ tal-prodotti li jaqgħu taħt is-sottotitoli 07.06 A, 23.02 A I u 23.02 A II tat-Tariffa Komuni tad-Dwana, dawn id-dettalji jridu jkunu mgħoddija lill-Kummissjoni kuljum." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 1978. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 156, ta’ l-14.6.1978, p. 1. [3] ĠU L 168, tal-25.6.1974, p. 7. --------------------------------------------------