|
10.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/556
tal-25 ta' Awwissu 2017
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35356 (2013/C) (l-ex 2013/NN, l-ex 2012/N) implimentata mill-Polonja għal Autostrada Wielkopolska S.A.
(notifikata bid-dokument C(2017) 5818)
(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta' notifika elettronika tal-31 ta' Awwissu 2012, irreġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) Għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja lil Autostrada Wielkopolska S.A (“Autostrada Wielkopolska”). Il-miżura ġiet irreġistrata bħala każ numru SA.35356 dwar Għajnuna mill-Istat. |
|
(2) |
Permezz ta' ittra datata s-26 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar il-miżura nnotifikata. Il-Polonja pprovdiet l-informazzjoni mitluba permezz ta' ittra tat-28 ta' Novembru 2012. |
|
(3) |
Permezz ta' ittra datata d-29 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja li kienet ser tittrasferixxi l-każ fir-reġistru ta' każijiet mhux notifikati (każ NN), minħabba l-fatt li l-kumpens notifikat lill-Kummissjoni kien diġà ngħata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni. Il-Polonja pprovdiet l-informazzjoni mitluba permezz ta' ittri datati t-18 ta' Frar u s-16 ta' April 2013. |
|
(4) |
Fil-11 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni u l-Polonja kellhom laqgħa biex jiddiskutu l-miżura, li warajha permezz ta' ittra datata t-22 ta' Awwissu 2013 il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni. Il-Polonja pprovdiet l-informazzjoni mitluba permezz ta' ittra datata l-20 ta' Settembru 2013. |
|
(5) |
Permezz ta' ittra datata l-25 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżura notifikata. |
|
(6) |
Permezz ta' ittra datata l-5 ta' Settembru 2014, il-Polonja ppreżentat il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE. |
|
(7) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-20 ta' Settembru 2014 (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura. |
|
(8) |
Fis-7 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Autostrada Wielkopolska. Permezz ta' ittra datata s-26 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni għaddiet dawk il-kummenti lill-Polonja li ngħatat l-opportunità sabiex tirreaġixxi. |
|
(9) |
Permezz ta' ittra bid-data tal-5 ta' Diċembru 2014, il-Polonja talbet lill-Kummissjoni għal traduzzjoni tal-kummenti ta' Autostrada Wielkopolska bil-Pollakk. Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Polonja bit-traduzzjoni mitluba permezz ta' ittra bid-data tat-23 ta' Jannar 2015. |
|
(10) |
Il-Polonja ppreżentat il-kummenti tagħha permezz ta' ittra bid-data tat-23 ta' Frar 2015. |
|
(11) |
Permezz ta' ittri bid-dati tas-26 ta' Ġunju 2015 u l-20 ta' April 2016, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni. Il-Polonja wieġbet għal dawn it-talbiet permezz ta' ittri bid-dati tal-10 u s-17 ta' Lulju 2015 u t-18 ta' Mejju 2016. |
|
(12) |
Fis-7 ta' Diċembru 2016, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki kellhom telefonata konferenza. Permezz ta' ittra datata t-12 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni bagħtet l-abbozz tal-minuti tat-telefonata konferenza lill-Polonja. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Polonja. |
|
(13) |
Il-Polonja kkonfermat il-minuti mit-telefonata konferenza u pprovdiet informazzjoni addizzjonali permezz ta' ittra datata t-23 ta' Mejju 2017. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
2.1. Introduzzjoni
|
(14) |
Il-miżura tikkonsisti fl-għoti ta' kumpens finanzjarju mill-Polonja lil Autostrada Wielkopolska (3), il-konċessjonarju ta' parti mill-awtostrada A2 Pollakka, bejn Nowy Tomysl u Konin, minħabba tibdil leġiżlattiv li jeskludi lil vetturi tqal tal-merkanzija (minn hawn 'il quddiem: “HGVs”) mill-obbligu li jħallsu pedaġġ għall-użu tal-awtostrada fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Settembru 2005 u t-30 ta' Ġunju 2011. |
|
(15) |
Il-konċessjoni għall-bini u għall-operat ta' din il-parti tal-awtostrada A2 ingħatat lil Autostrada Wielkopolska fl-10 ta' Marzu 1997 wara offerta pubblika. Il-ftehim ta' konċessjoni (minn hawn 'il quddiem: “il-Ftehim ta' Konċessjoni” ġie ffirmat mill-Ministru rilevanti u minn Autostrada Wielkopolska fit-12 ta' Settembru 1997. Il-konċessjoni ngħatat għal perjodu ta' 40 sena, jiġifieri, sal-10 ta' Marzu 2037. |
|
(16) |
Skont il-Ftehim ta' Konċessjoni, Autostrada Wielkopolska impenjat ruħha li tikseb (għas-spejjeż u għar-riskju propju) finanzjament estern għall-bini, għall-operat u għall-manutenzjoni tal-parti tal-awtostrada A2 bejn Nowy Tomysl u Konin. Inkambju, Autostrada Wielkopolska rċeviet dritt temporanju biex topera l-parti mibnija tal-awtostrada, inkluż id-dritt li tiġbor u żżomm il-pedaġġi kollha mill-utenti kollha tagħha (4). |
|
(17) |
Ġew applikati ħames rati għall-utenti tal-awtostrada, skont il-kategorija tal-vettura definita mil-liġi Pollakka. Skont il-Ftehim ta' Konċessjoni, il-konċessjonarju seta' jżid ir-rati sabiex jimmassimizza d-dħul iżda ma setax jaqbeż ir-rati massimi speċifikati fit-Tabella 1 hawn taħt. Tabella 1 Rati massimi ta' pedaġġ skont l-Anness P tal-Ftehim ta' Konċessjoni (eskluża l-VAT (5) )
|
2.2. L-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens
|
(18) |
Mas-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea fl-2004, il-Polonja kellha l-obbligu li tittrasponi d-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) fil-liġi Pollakka. L-Artikolu 7, il-paragrafu 3 tad-Direttiva jipprovdi li: “[ħ]las għall-użu ta' triq u ħlasijiet fuq l-utent ma jistgħux jiġu imposti fl-istess ħin għall-użu ta' sezzjoni waħda tat-triq.” |
|
(19) |
Għalhekk, fl-2005, il-Parlament Pollakk adotta emenda għall-Att dwar l-Awtostradi bi Ħlas u l-Fond Nazzjonali tat-Toroq, (minn hawn 'il quddiem: “l-Att Emendatorju”) (7) li elimina l-imposti doppji għall-HGVs (8) għall-użu ta' sezzjoni unika tat-triq. Għaldaqstant, mill-1 ta' Settembru 2005, HGVs li jħallsu l-vinjetta (kard tal-pedaġġ) għall-użu tat-toroq nazzjonali fil-Polonja ġew eżentati minn pedaġġi fuq awtostradi koperti minn ftehimiet ta' konċessjoni. |
|
(20) |
L-Att Emendatorju stabbilixxa li d-diversi konċessjonarji għandhom jiġu kkumpensati għad-dħul mitluf mill-Fond Nazzjonali tat-Toroq (minn hawn 'il quddiem: “NRF”). |
|
(21) |
Il-metodu ta' kumpens (li l-prinċipji tiegħu ġew stabbiliti mill-Parlament) kien ibbażat fuq l-introduzzjoni ta' pedaġġ virtwali, jiġifieri ħlas kuntrattwali mill-Istat lill-konċessjonarji għal kull HGV li tuża awtostrada bil-pedaġġ. |
|
(22) |
Skont l-Att Emendatorju, il-konċessjonarji kienu intitolati għal rimborż ekwivalenti għal 70 % tal-ammont miksub mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' vjaġġi attwali ta' HGVs fuq l-awtostrada b'pedaġġ bil-pedaġġ virtwali nnegozjat mal-konċessjonarji għall-HGVs skont il-kategoriji tagħhom. It-tnaqqis għal 70 % fil-pedaġġ virtwali ġie introdott biex jagħmel tajjeb għaż-żieda mistennija iżda mhux magħrufa fit-traffiku ta' HGVs ladarba jkunu eżentati milli jħallsu l-pedaġġi. |
|
(23) |
Skont l-Att Emendatorju, il-metodu ta' kumpens u l-iskadenzi għar-rimborż tal-fondi kellhom jiġu speċifikati f'kull ftehim ta' konċessjoni. |
|
(24) |
Fil-każ ta' Autostrada Wielkopolska, wara n-negozjati l-metodu ta' kumpens u l-pedaġġ virtwali ġew stabbiliti fl-Anness 6 tal-Ftehim ta' Konċessjoni (minn hawn 'il quddiem: “l-Anness 6”), li ġie konkluż fl-14 ta' Ottubru 2005. |
2.3. Regoli bażiċi għall-kalkolu tal-kumpens
|
(25) |
Il-Polonja spjegat li l-metodu ta' kumpens deskritt fl-Anness 6, f'konformità mal-Att Emendatorju, kien ibbażat fuq il-prinċipju li l-qagħda finanzjarja mistennija tal-konċessjonarju ma għandhiex tinbidel. Dan ifisser li l-qagħda finanzjarja mistennija tal-konċessjonarju bil-kumpens la għandha tkun aħjar u lanqas agħar meta mqabbla mal-qagħda finanzjarja li seta' jistenna qabel it-tibdil leġiżlattiv (“kontrofattwali”). Skont il-Polonja, ġie miftiehem li dan l-objettiv jintlaħaq jekk ir-Rata ta' Redditu Interna mistennija (minn hawn 'il quddiem: IRR (9)) għall-investiment ta' Autostrada Wielkopolska fil-parti rilevanti tal-awtostrada A2 tibqa' fl-istess livell li kieku kienet tkun eżatt qabel it-tibdil leġiżlattiv (jiġifieri, mingħajr telf fid-dħul minħabba t-tibdil leġiżlattiv). |
|
(26) |
Il-partijiet qablu wkoll li l-kalkolu tal-kumpens lill-konċessjonarju jkun ir-riżultat ta' proċedura f'żewġ stadji li ssir abbażi ta' mudelli finanzjarji mħejjija minn espert indipendenti. Il-mudelli finanzjarji juru l-fluss tal-flus attwali aġġornat kif ukoll il-fluss tal-flus previst (jiġifieri l-ispejjeż imġarrba u li jridu jiġu koperti mill-konċessjonarju u d-dħul attwali u previst mill-pedaġġi) u jippermettu li tiġi kkalkulata l-IRR għall-investiment. Fl-ewwel stadju tal-proċedura r-rati tal-pedaġġ (virtwali) għall-HGVs li l-istat kellu jħallas lill-konċessjonarju kellhom jiġu nnegozjati u determinati (l-iffissar tar-rati tal-pedaġġ virtwali). Wara perjodu inizjali ta' validità, fit-tieni stadju, dawn ir-rati kellhom jiġu vverifikati u mibdula jekk meħtieġ (verifika tar-rati tal-pedaġġ virtwali). Dawn il-prinċipji bażiċi ġew applikati lill-konċessjonijiet awtostradali kollha. |
|
(27) |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Att Emendatorju, l-Anness 6 għamel distinzjoni bejn żewġ tipi ta' rati: 1. Rati Applikati : ir-rati applikabbli fid-data effettiva tal-Att Emendatorju (l-1 ta' Settembru 2005) għall-vetturi kollha li jużaw l-awtostrada. Dawn ir-rati ġew stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet oriġinali tal-Ftehim ta' Konċessjoni. 2. Rati AGRi (jew ir-rati tal-pedaġġ virtwali): ir-rati nnegozjati għal HGVs b'vinjetta fl-Anness 6 li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens li għandu jitħallas lill-konċessjonarju. |
|
(28) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Att Emendatorju, ir-Rati AGRi għal kull kategorija ta' vettura ma setgħux jaqbżu r-Rati Applikati għal din il-kategorija ta' vettura. Skont l-Att Emendatorju, Autostrada Wielkopolska kellha tirċievi 70 % tar-rata AGRi għal kull HGV b'vinjetta li tidħol fl-awtostrada operata kif diġà ssemma fil-premessa 22 hawn fuq. Fil-paragrafu 4(c), l-Anness 6 tal-Ftehim ta' Konċessjoni jispeċifika li r-rati AGRi huma rati netti u għandhom jiżdiedu bl-ekwivalenti tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) applikabbli. |
2.4. L-ewwel stadju — l-iffissar tar-Rati AGRi
|
(29) |
Fl-ewwel stadju tan-negozjati tal-kumpens, qabel l-introduzzjoni effettiva tal-pedaġġ virtwali, Autostrada Wielkopolska ppreżentat tliet mudelli finanzjarji li abbażi tagħhom iġġustifikat ir-rati AGRi li pproponiet. Il-mudelli ġew verifikati għall-korrettezza kontabilistika mill-konsulent finanzjarju tal-awtoritajiet Pollakki — Ernst & Young Corporate Finance Sp. z o.o. It-tliet mudelli wrew il-parametri finanzjarji tal-konċessjoni inkluża l-IRR fi tliet xenarji u punti fiż-żmien differenti:
|
|
(30) |
B'dawn il-mudelli Autostrada Wielkopolska wriet li anke bir-rati massimi permessi ta' pedaġġ virtwali l-IRR ta' […] % mill-mudell tal-Pedaġġ Reali ma tintlaħaqx. Għal din ir-raġuni l-konċessjonarju stabbilixxa r-Rati AGRi fil-livelli massimi permessi fil-Ftehim ta' Konċessjoni (ara n-nota f'qiegħ il-paġna 12) (15). Sussegwentement dawn il-livelli kienu soġġetti għal indiċjar skont it-termini previsti fl-Anness 6. |
|
(31) |
Mill-1 ta' Settembru 2005, l-HGVs li kienu ħallsu t-tariffa tal-vinjetta saru eżenti minn pedaġġi fuq l-awtostrada A2 u l-konċessjonarju beda jirċievi kumpens fix-xahar ikkalkulat abbażi tal-għadd ta' HGVs b'vinjetta li jidħlu fl-awtostrada u r-Rata AGRi miftiehma. |
2.5. It-tieni stadju — verifika tar-Rati AGRi
|
(32) |
Fl-Anness 6 tal-Ftehim ta' Konċessjoni, il-partijiet qablu li l-verifika tar-Rati AGRi ssir sat-30 ta' Novembru 2007. L-għan kien li jiġi ċċekkjat l-mod kif żviluppa t-traffiku tal-HGVs bħala riżultat tat-tneħħija tal-pagamenti tal-pedaġġ u l-aġġustament tar-rati AGRi skont dan sabiex jiġi evitat li l-konċessjonarju jitħallas iż-żejjed jew in-nieqes. Ir-reviżjoni tar-Rati AGRi kienet obbligatorja u setgħet twassal għal tnaqqis jew għal żieda fir-Rati AGRi u għalhekk għat-tnaqqis jew għaż-żieda fil-kumpens totali mħallas lill-konċessjonarju. |
|
(33) |
Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2007, il-konċessjonarju kellu jippreżenta mudell finanzjarju aġġornat (il-“mudell ta' Verifika”) lid-Direttorat Ġenerali għat-Toroq u l-Awtostradi Nazzjonali (Generalna Dyrekcja Dróg Krajowych i Autostrad; minn hawn 'il quddiem: “GDDKiA”), fejn jindika l-impatt tar-Rati AGRi fuq l-indikaturi finanzjarji bażiċi tal-Ftehim ta' Konċessjoni fosthom l-IRR (16). |
|
(34) |
F'każ li l-IRR fil-mudell ta' Verifika taqbeż l-IRR fil-Mudell tal-Pedaġġ Reali, ir-Rati AGRi kien ikollhom jitnaqqsu sabiex tiġi likwidata r-rata ta' redditu żejda. Bl-istess mod, f'każ li l-IRR fil-mudell ta' Verifika kienet inqas minn dik prevista fil-mudell ta' Pedaġġ Reali, ir-Rati AGRi kien ikollhom jiżdiedu. Il-konċessjonarju kellu jagħmel proposta lil GDDKiA għall-aġġustament tar-Rati AGRi. |
|
(35) |
Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru 2007, GDDKiA kellu jinnotifika lill-konċessjonarju dwar jekk kienx aċċetta r-Rati AGRi aġġustati proposti. F'każ li r-Rati AGRi aġġustati proposti ma kinux aċċettati sa din id-data, il-partijiet kienu meħtieġa jieħdu azzjoni biex jirrikonċiljaw il-pożizzjonijiet differenti. F'każ ta' nuqqas ta' ftehim sat-30 ta' Novembru 2007, l-ammont tal-kumpens li kellu jitħallas lill-konċessjonarju kellu jiġi kkalkulat abbażi tar-Rati AGRi li kienu japplikaw sa dakinhar. Kull parti kienet intitolata li tirreferi l-kwistjoni dwar l-aġġustament tar-Rati AGRi għal saldu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24.3 tal-Ftehim ta' Konċessjoni (jiġifieri, arbitraġġ). |
|
(36) |
Għalhekk, il-verifika tar-Rati AGRi suppost kellha tkun ibbażata fuq it-tqabbil tal-IRR mistennija fil-Mudell tal-Pedaġġ Reali mal-IRR mistennija fil-Mudell ta' Verifika. Fl-2007 Autostrada Wielkopolska pprovdiet il-mudell ta' Verifika. Dan il-mudell juri l-qagħda finanzjarja tal-konċessjonarju li kieku kienet tipprevali minn Diċembru 2006. Huwa mibni fuq data attwali kemm għal vetturi ħfief u għal HGVs kif ukoll il-kostijiet għall-perjodu mill-bidu tal-Konċessjoni sa Diċembru 2006 u l-projezzjonijiet tat-traffiku, tad-dħul u tal-kostijiet għall-perjodu sussegwenti sat-tmiem tal-Konċessjoni fl-2037. Il-mudell ta' Verifika jassumi li s-sistema ta' pedaġġ virtwali tkun fis-seħħ sal-aħħar tal-Konċessjoni. Jikkalkula l-IRR mistennija f'Ġunju 2006 ta' […] %. |
|
(37) |
Ir-rapport ta' verifika (17) relatat ippreżentat minn Autostrada Wielkopolska ssuġġerixxa li r-Rati AGRi għandhom jiżdiedu (u b'hekk jiżdied l-ammont tal-kumpens pagabbli lil Autostrada Wielkopolska). Il-konsulenti ta' GDDKiA ma esprimew l-ebda riżerva materjali dwar dak ir-rapport ta' verifika. |
|
(38) |
Madanakollu Autostrada Wielkopolska u GDDKiA naqsu milli jilħqu ftehim dwar ir-Rati AGRi aġġustati sat-30 ta' Novembru 2007. Permezz ta' ittra tat-28 ta' Novembru 2007, GDDKiA għarraf lil Autostrada Wielkopolska li fid-dawl tad-dubji rigward il-korrettezza tas-suppożizzjonijiet magħmula għall-finijiet tal-Anness 6 — li ma setgħux jiġi kkoreġuti bħala parti mir-rapport ta' verifika — GDDKiA ma aċċettax ir-Rati AGRi aġġustati proposti. |
|
(39) |
Dan ta bidu għal nuqqas ta' ftehim bejn il-partijiet dwar il-korrettezza tar-Rati AGRi u l-livell tal-ammont attwali ta' kumpens pagabbli lil Autostrada Wielkopolska. Madankollu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 6 tal-Ftehim ta' Konċessjoni, il-konċessjonarju xorta rċieva pagamenti ta' kumpens kull xahar ibbażati fuq il-pedaġġ virtwali. |
2.6. Tilwima dwar il-Mudell tal-Pedaġġ Reali
|
(40) |
Skont il-Polonja, Autostrada Wielkopolska kienet issopravalutat ir-rata ta' redditu mistennija fil-mudell tal-Pedaġġ Reali billi użat previżjonijiet skaduti dwar it-traffiku u d-dħul. Autostrada Wielkopolska kienet użat l-istudju dwar it-traffiku u d-dħul għall-awtostrada A2 li kien sar mill-kumpanija ta' konsulenza Wilbur Smith Associates (WSA) fl-1999 (18) (minn hawn 'il quddiem “l-istudju tad-WSA tal-1999”) minflok l-istudju aġġornat mid-WSA minn Ġunju 2004 (19) (minn hawn 'il quddiem “l-istudju tad-WSA tal-2004”) li kien disponibbli fiż-żmien tan-negozjati tal-Anness 6. L-istudju tad-WSA tal-2004 bassar traffiku u dħul li kienu ferm aktar baxxi mill-istudju tad-WSA tal-1999. Bħala konsegwenza ta' dan, l-IRR tal-mudell tal-Pedaġġ Reali kienet tkun aktar baxxa kieku ġiet ikkalkulata abbażi tad-data aġġornata tal-istudju mill-2004 minflok abbażi tal-istudju skadut mill-1999. Fi kliem ieħor, skont il-Polonja, Autostrada Wielkopolska kienet ippreżentat il-qagħda finanzjarja tagħha immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att Emendatorju b'mod diżonest, li wassal għal kumpens f'ammonti li jaqbżu d-dħul li Autostrada Wielkopolska kienet tkun kapaċi tiġġenera kieku intuża l-istudju tal-2004. |
|
(41) |
Skont rapport (20) li nkiseb minn GDDKiA u l-Ministeru tal-Infrastruttura, imħejji minn PricewaterhouseCoopers (minn hawn 'il quddiem: “ir-rapport ta' PwC”), li uża s-suppożizzjonijiet tat-traffiku u tad-dħul mill-istudju tad-WSA tal-2004 minflok mill-istudju tad-WSA tal-1999 (flimkien ma' korrezzjonijiet metodoloġiċi u fiskali żgħar) inaqqas l-IRR tal-mudell tal-Pedaġġ Reali minn […] % għal […] %. |
|
(42) |
Fit-13 ta' Novembru 2008, il-Ministru għall-Infrastruttura għamel stqarrija ta' evitar (21) tal-Anness 6 fil-forma ta' ittra indirizzata lill-AWSA, fejn sostna, fost oħrajn, li l-Ministru għall-Infrastruttura kien żbaljat meta kkonkluda dak il-ftehim, billi ma kienx jaf li Autostrada Wielkopolska kienet naqset milli tqis il-previżjonijiet tat-traffiku u tad-dħul, għall-parti tal-awtostrada A2 bejn Nowy Tomysl u Konin, li tħejjew fl-2004, u għalhekk aktar aġġornati mill-previżjonijiet imħejjija f'dan l-kamp ta' applikazzjoni fl-1999, li ntużaw waqt in-negozjati dwar l-Anness 6. Fl-opinjoni tal-Ministru, il-fatt li Autostrada Wielkopolska ma użatx l-aktar data aġġornata dwar il-livelli tat-traffiku u tad-dħul fid-data tal-iffirmar tal-Anness 6 ġiegħel lil dan l-anness jirrifletti b'mod żbaljat il-qagħda finanzjarja ta' Autostrada Wielkopolska qabel l-Att Emendatorju introduċa s-sistema ta' pedaġġ virtwali u l-obbligu assoċjat ta' kumpens lill-konċessjonarju. |
|
(43) |
Skont il-Ministru għall-Infrastruttura, appoġġat aktar tard mir-rapport ta' PwC, Autostrada Wielkopolska irċeviet kumpens eċċessiv. Il-ħlas żejjed għall-perjodu bejn l-1 ta' Settembru 2005 u t-30 ta' Ġunju 2011 laħħaq PLN 894 956 889 gross (22) (madwar EUR 224 miljun) (minn hawn 'il quddiem: il-“Kumpens Żejjed”). |
|
(44) |
Minħabba li Autostrada Wielkopolska rrifjutat li tħallas lura l-Kumpens Żejjed, il-Ministru u l-GDDKiA, f'ittra datata t-8 ta' Novembru 2010, għamlu talba lill- Kunsill Ġenerali tat-Teżor (Prokuratoria Generalna Skarbu Państwa) sabiex, għan-nom tat-Teżor tal-Istat, jinbdew proċedimenti ġudizzjarji u jingħataw rappreżentanza legali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-irkupru ta' ammonti mħallsa indebitament lil Autostrada Wielkopolska bħala kumpens. |
|
(45) |
Fl-istess ħin, Autostrada Wielkopolska kkontestat ir-ripudju tal-Anness 6 billi ressqet il-każ quddiem tribunal tal-arbitraġġ. |
|
(46) |
F'Marzu 2013, it-Tribunal tal-Arbitraġġ iddeċieda favur il-konċessjonarju, fejn iddikjara li l-Anness 6 huwa validu u għandu jiġi rrispettat mill-Istat. F'Ġunju 2013, l-awtoritajiet Pollakki ddeċidew li jikkontestaw id-deċiżjoni arbitrali billi ppreżentaw rikors għal annullament quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti. Il-każ huwa pendenti. |
2.7. Tmiem tal-mekkaniżmu ta' kumpens
|
(47) |
Il-ħtieġa għal kumpens ta' pedaġġ virtwali skadiet fit-30 ta' Ġunju 2011, li huwa meta l-Polonja introduċiet sistema elettronika għall-ġbir tal-pedaġġ imsejħa “via TOLL” li ssostitwiet il-vinjetti. Is-sistema “via TOLL” hija obbligatorja għall-HGVs kollha u tippermetti lill-utenti tagħha jħallsu b'mod elettroniku għall-użu ta' netwerks ta' toroq b'pedaġġ abbażi tal-kilometri u abbażi ta' kategorija ta' triq. |
|
(48) |
Is-sistema “via TOLL” tkopri biss toroq magħżula u mhux in-netwerk kollu tat-toroq fil-Polonja (kif kienu jagħmlu l-vinjetti), u b'hekk eliminat il-possibbiltà ta' ħlas doppju. Għalhekk, mill-1 ta' Lulju 2011, il-konċessjonarji setgħu jerġgħu jibdew jimponu ħlas fuq l-HGVs kollha li jidħlu fl-awtostradi b'pedaġġ skont ir-regoli stabbiliti fil-ftehimiet ta' konċessjoni. |
2.8. Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura
|
(49) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern. B'mod partikolari, enfasizzat il-mistoqsijiet li ġejjin:
|
3. KUMMENTI MILL-POLONJA
3.1. Vantaġġ ekonomiku
3.1.1. Id-dritt ta' Autostrada Wielkopolska għal kumpens
|
(50) |
Il-Polonja hija tal-opinjoni li Autostrada Wielkopolska kellha dritt għal kumpens. L-ewwel nett, il-Polonja tirrileva li l-Att Emendatorju ġie infurzat minħabba li l-Kummissjoni talbet lill-Polonja biex telimina pagamenti doppji minn HGVs li jużaw awtostradi b'pedaġġ. Fl-interess tal-implimentazzjoni korretta tad-Direttiva 1999/62/KE applikabbli, l-Att Emendatorju kellu jinkludi mekkaniżmu ta' kumpens sabiex l-operaturi tal-awtostradi jiġu rimborsati għad-dħul mitluf minħabba tibdil fil-liġi. |
|
(51) |
Flimkien mal-Att Emendatorju, anke l-Ftehim ta' Konċessjoni, fl-Artikolu 12.6, ta lil Autostrada Wielkopolska d-dritt li tiġi kkumpensata. Dan l-artikolu jistabbilixxi li: “Il-Konċessjonarju għandu jkun intitolat għal kumpens mit-Teżor tal-Istat għal kwalunkwe telf ta' Dħul mill-Operat imġarrab mill-Konċessjonarju jekk minħabba xi Tibdil fir-Rekwiżiti jew b'xi mod ieħor il-Konċessjonarju jiġi mwaqqaf permezz ta' azzjoni tal-Awtorità Pubblika milli jibdel u jaġġusta r-Rati tal-Pedaġġ kif previst fl-Artikolu 12.6.” [Traduzzjoni mhux uffiċjali] F'termini ta' tibdil u ta' aġġustament tar-Rati tal-Pedaġġ, l-Artikolu 12.6. jagħti lill-konċessjonarju d-dritt li jżid u jnaqqas ir-rati tal-pedaġġ skont kif jidhirlu fil-limiti tar-regolamenti msemmija hemmhekk (23). Il-Polonja targumenta li l-Att Emendatorju, li ma kienx prevedibbli fil-ħin tal-iffirmar tal-Ftehim ta' Konċessjoni, jaffettwa lill-konċessjonarju u, bħala tali, jikkostitwixxi Tibdil fir-Rekwiżiti. |
|
(52) |
Il-Polonja targumenta li d-dritt ta' Autostrada Wielkopolska għal kumpens huwa sostnut ukoll mid-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju tal-Ftehim ta' Konċessjoni li jassenja r-riskju tat-traffiku u tad-dħul mill-pedaġġi lill-konċessjonarju. Min-naħa tiegħu, il-konċessjonarju jingħata d-dritt li jiġbor pedaġġi. Billi l-Att Emendatorju ċaħħad lil Autostrada Wielkopolska mid-dritt tagħha li tiġbor pedaġġi relatati ma' HGVs, kien hemm il-ħtieġa ta' mekkaniżmu ta' kumpens biex jerġa' jiġi stabbilit il-bilanċ ekonomiku tal-Ftehim ta' Konċessjoni. |
|
(53) |
Il-Polonja tikkonkludi billi tfakkar li fid-deċiżjoni ta' Diċembru 2013 dwar il-Kawża SA. 29584, il-Kummissjoni assumiet li l-konċessjonarju tal-awtostrada A4 kellu dritt għal kumpens simili li kien ikkawżat minn u kkalkulat skont l-istess Att Emendatorju. |
3.1.2. Traffiku ta' vetturi ħfief
|
(54) |
Dwar it-trasferiment tar-riskju tat-traffiku ta' vetturi ħfief bejn l-2005 u l-verifika fl-2007, ippreżentati fil-premessi 65–75 tad-deċiżjoni dwar il-ftuħ ta' proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Polonja tiddikjara li l-mekkaniżmu li ntuża għall-kalkolu u għall-verifika tal-pedaġġ virtwali għall-konċessjonarju tal-awtostrada A2 kien differenti minn dak aċċettat mill-Kummissjoni fil-kawża SA.29584 għall-konċessjonarju tal-awtostrada A4. |
|
(55) |
Filwaqt li għall-awtostrada A4, wara l-perjodu li matulu kien ġie vverifikat il-livell ta' pedaġġ virtwali, fil-mudell finanzjarju applikabbli ġiet aġġornata biss id-data li tikkonċerna l-HGVs u d-data l-oħra kollha (inkluża dik dwar vetturi ħfief) baqgħet l-istess, għall-awtostrada A2 wara l-perjodu tat-test tal-pedaġġ virtwali ġiet aġġornata d-data kollha (inkluża dik relatata ma' vetturi ħfief). |
|
(56) |
Il-Polonja tqis li fil-każ tal-awtostrada A2 l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens tista' potenzjalment titqies bħala li qed tassumi r-riskju tat-traffiku u tad-dħul minn vetturi ħfief matul il-perjodu ta' bejn Settembru 2005 u l-31 ta' Diċembru 2006 iżda skont il-Polonja kienet meħtieġa minħabba li l-metodoloġija adottata, li suppost kellha tippreserva s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Autostrada Wielkopolska, kienet teħtieġ li l-mudell finanzjarju jkopri l-proġett b'mod kumplessiv (jiġifieri anke vetturi ħfief). Skont il-Polonja, kien impossibbli li tiġi kkalkulata l-IRR għall-proġett billi titqies biss id-data dwar l-HGVs. |
3.1.3. Studji dwar it-Traffiku — Rata ta' Redditu Interna
|
(57) |
Fir-rigward tal-premessi 76 sa 81 tad-deċiżjoni dwar il-ftuħ ta' proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Polonja tiddikjara li l-mekkaniżmu ta' kalkolu tal-kumpens, previst fl-Att Emendatorju u stabbilit mill-Polonja, huwa korrett. Madankollu, il-konċessjonarju kien ingħata kumpens żejjed minħabba l-użu ta' data inkorretta mdaħħla. |
|
(58) |
Il-Polonja tispjega li biex tiġi kkalkulata l-IRR, intuża l-istudju dwar it-traffiku u d-dħul mill-1999 għalkemm kienet teżisti verżjoni aktar aġġornata ta' dak l-istudju mill-31 ta' Diċembru 2004. Meta jintuża l-istudju tal-2004, l-IRR ikkalkulata hija ferm aktar baxxa — […] % minflok ta' […] % jekk tiġi kkalkulata bl-istudju tal-1999. Il-Polonja targumenta li minħabba dan, “il-konċessjonarju treġġa' lura għall-qagħda finanzjarja tiegħu li kienet teżisti fl-2000 minflok dik li kienet teżisti qabel id-data effettiva tal-Att Emendatorju u d-data tal-Anness 6 (2005)” u b'hekk ir-riskju kummerċjali tal-operazzjonijiet bejn l-2000 u l-2005 ġie ttrasferit lill-Istat. Madankollu, il-Polonja ma kinitx iggarantiet li kienet ser tintlaħaq xi IRR speċifika mal-konklużjoni tal-Ftehim ta' Konċessjoni. |
|
(59) |
Il-Polonja targumenta li l-kwistjoni ta' hawn fuq kienet ġiet analizzata fid-dettall minn Scott Wilson Sp. z o.o. (minn hawn 'il quddiem: “Scott Wilson”), li, meta analizza l-previżjonijiet dwar it-traffiku u d-dħul ippreżentat minn Autostrada Wielkopolska fil-perjodu ta' bejn l-1998 u l-2004, wasal għall-konklużjoni li l-użu tal-istudju mill-1999 ma kienx adatt minħabba li kien jeżisti studju aktar aġġornat mill-2004, billi wassal għal IRR ferm ogħla meta mqabbel mal-użu tal-istudju mill-2004. |
|
(60) |
Minħabba li Autostrada Wielkopolska ġiet ikkumpensata biex tikseb l-IRR mistennija fl-2000 u mhux l-IRR li Autostrada Wielkopolska setgħet realistikament tistenna li tikseb eżatt qabel daħal fis-seħħ tal-Att Emendatorju, Autostrada Wielkopolska tpoġġiet f'qagħda aħjar milli kienet tkun mingħajr it-tibdil fil-liġi u dan jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku. |
|
(61) |
Barra minn hekk, il-Polonja tirrileva li fl-Artikolu 25.9 il-Ftehim ta' Konċessjoni jillimita l-kumpens lil Autostrada Wielkopolska għal dak li kienet tikseb mingħajr it-tibdil leġiżlattiv. |
3.2. Valutazzjoni tal-Kompatibbiltà
|
(62) |
Skont il-Polonja, ma teżisti ebda raġuni sabiex l-għajnuna inkwistjoni titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
4. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(63) |
Il-Kummissjoni irċeviet kummenti mingħand Autostrada Wielkopolska bħala parti interessata. |
|
(64) |
Fl-introduzzjoni, Autostrada Wielkopolska tiddikjara li n-notifika tal-Polonja tal-kumpens bħala għajnuna inkompatibbli mill-Istat hija sempliċiment mossa f'tilwima kummerċjali wara li l-Polonja tilfet il-proċedimenti quddiem it-Tribunal tal-Arbitraġġ u issa qed tipprova tannulla l-għotja. […]. Autostrada Wielkopolska tqis in-notifika lill-Kummissjoni bħala għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni min-naħa tal-Polonja li ma għandhiex tkun appoġġjata għaliex dan imur kontra l-ispirtu u l-għan tal-politika tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Autostrada Wielkopolska tqis li jekk l-Istati Membri jitħallew jabbużaw mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jannullaw ftehimiet li jkunu daħlu fihom f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta f'ambjenti kummerċjali dan imur kontra l-interess pubbliku. |
4.1. Vantaġġ ekonomiku
4.1.1. Id-dritt ta' Autostrada Wielkopolska għal kumpens
|
(65) |
Autostrada Wielkopolska tqis li skont il-Ftehim ta' Konċessjoni, kienet intitolata tfittex kumpens wara li ġiet imċaħħda mid-dritt li tiġbor pedaġġi minn HGVs u għalhekk ġiet imċaħħda minn dak is-sors ta' dħul. |
|
(66) |
Barra minn hekk, Autostrada Wielkopolska tenfasizza li qatt ma kien ikkontestat li Autostrada Wielkopolska kellha dritt għal kumpens u lanqas ma kien ikkontestat li l-kumpens ikun fil-forma ta' pedaġġ virtwali. |
4.1.2. Traffiku ta' vetturi ħfief
|
(67) |
Skont Autostrada Wielkopolska, l-inklużjoni ta' traffiku ta' vetturi ħfief fil-metodu ta' verifika tal-pedaġġ virtwali kienet neċessarja sabiex issir valutazzjoni korretta tal-ammont tal-kumpens u għalhekk ma toħloqx vantaġġ għal Autostrada Wielkopolska |
|
(68) |
L-ewwel nett, il-kumpanija tispjega li s-sitwazzjoni tagħha għandha tiġi kkuntrastata ma' dik tal-konċessjonarju tal-awtostrada A4. L-awtostradi A4 u A2 jvarjaw minħabba li l-A4 hija prinċipalment triq li tintuża għal vjaġġi bejn id-dar u l-post tax-xogħol fejn 20 % biss tat-traffiku huwa magħmul minn HGVs (li skont l-istimi ta' Autostrada Wielkopolska dan jirrappreżenta madwar 30 % tad-dħul). Fil-każ tal-awtostrada A2, minħabba li hija kuritur tal-esportazzjoni, sehem akbar, jiġifieri […] % tal-vetturi kienu HGVs (li jirrappreżentaw […] % tad-dħul kollu). Kien ċar għall-partijiet kollha involuti li l-abolizzjoni ta' ħlas ta' pedaġġ reali twassal għal żieda sinifikanti fit-traffiku tal-HGVs. Bħala konsegwenza, f'xenarju ta' pedaġġ virtwali l-attraenza tal-awtostrada tonqos (żieda fil-konġestjoni, ħtiġijiet ogħla ta' manutenzjoni li jwasslu għal aktar xogħolijiet u tnaqqis fil-veloċità tat-traffiku), li twassal għall-għażla ta' rotot differenti u tnaqqis konsiderevoli fil-flussi ta' vetturi ħfief fuq l-awtostrada. Dawn il-fatturi għandhom impatt sinifikament ogħla fuq awtostrada f'kuritur ta' esportazzjoni milli fuq triq li tintuża għal vjaġġi bejn id-dar u l-post tax-xogħol. Għalhekk, fil-każ tal-awtostrada A2 l-għadd ta' vetturi ħfief kellu jiġi aġġornat. |
|
(69) |
It-tieni nett, Autostrada Wielkopolska tispjega li hija kienet obbligata twettaq xogħlijiet ta' kostruzzjoni minħabba li kienu ser jinqabżu ċerti limiti tat-traffiku (eż. it-tielet korsija fuq il-bypass ta' Poznan) li wasslu għal infiq kapitali sostanzjali. Verifika tal-HGVs biss kienet tinjora l-implikazzjonijiet tal-introduzzjoni ta' pedaġġ virtwali fuq traffiku ieħor u l-istadji importanti għal xogħol ta' kostruzzjoni addizzjonali skont il-Ftehim ta' Konċessjoni. |
4.1.3. Studji dwar it-Traffiku — Rata ta' Redditu Interna
|
(70) |
L-ewwel nett, Autostrada Wielkopolska tissottolinja li meta, fl-2005, daħlet fin-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim ta' Konċessjoni fil-mira tagħha kellha livell ta' kumpens li jippermetti stima tal-IRR simili għal dik fl-għeluq finanzjarju fl-2000, li skont AW S.A kienet ta' […] %. |
|
(71) |
Filwaqt li l-partijiet kienu qablu li r-Rata AGRi, wara l-verifika tal-2007, kienet ser tiġi stabbilita biex timmira lejn IRR ta' […] %, skont Autostrada Wielkopolska huwa ta' importanza kritika li anke r-Rata AGRi tkun soġġetta għal limitu assolut fuq ir-rati tal-pedaġġ. |
|
(72) |
Fl-2005 Autostrada Wielkopolska stmat ex ante li skont il-mekkaniżmu ta' pedaġġ virtwali l-limitu massimu assolut fuq ir-rati tal-pedaġġ fl-Anness 6 illimita l-IRR mistennija ta' Autostrada Wielkopolska għal […] % (jiġifieri ferm taħt […] %). Fl-2007, ir-Rapport ta' Verifika żied ir-Rata AGRi imposta matul il-perjodu interim sal-limitu massimu. Bħala riżultat, wara l-verifika tal-2007, l-IRR mistennija ta' Autostrada Wielkopolska kienet ta' […] %. |
4.1.3.1.
|
(73) |
Autostrada Wielkopolska tiddikjara li l-Ftehim ta' Konċessjoni huwa kuntratt fit-tul u partikolarment kumpless minħabba li jinvolvi l-bini u l-operat ta' awtostrada. Sabiex jiġi determinat jekk tibdil f'tali ftehim kumpless bejn Stat u parti privata jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, għandhom jiġu applikati l-prinċipji stabbiliti mill-Kummissjoni fil-kawża dwar il-Metro ta' Londra (24). Skont dawk il-prinċipji, tibdil ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jekk:
|
|
(74) |
Autostrada Wielkopolska tispjega li billi l-Konċessjoni ngħatat wara offerta miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, il-Ftehim ta' Konċessjoni jibbenefika mill-preżunzjoni li kien ġie konkluż skont it-termini tas-suq u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Skont AW S.A, fil-każ inkwistjoni, l-IRR reali u mistennija wara t-taxxa fuq il-kapital azzjonarju (ekwità u dejn subordinat) bħala riżultat tal-Ftehim ta' Konċessjoni inizjali kienet ta' […] % fiż-żmien tal-għeluq finanzjarju. Billi din kienet ir-rata ta' redditu mistennija impliċita fil-ftehim oriġinali, dan ir-redditu għandu jitqies bħala konformi mas-suq. |
|
(75) |
Autostrada Wielkopolska tqabbel l-IRR ta' […] % mistennija wara l-konklużjoni tal-Anness 6 mal-IRR li tirriżulta mill-offerta inizjali ta' […] %. Autostrada Wielkopolska tispjega li ż-żieda ta' […] % hija r-riżultat ta' kunsiderazzjonijiet finanzjarji esterni, jiġifieri s-sostituzzjoni ta' previżjonijiet baġitarji b'riżultati finanzjarji attwali u l-aġġornar tal-previżjonijiet dwar l-inflazzjoni u r-rati tal-kambju. Skont AW S.A, iż-żieda kienet għalhekk kompletament ġustifikata. Barra minn hekk, ma kien hemm ebda titjib materjali fil-pożizzjoni ta' Autostrada Wielkopolska purament bħala konsegwenza tat-tibdil minn pedaġġi reali għal pedaġġi virtwali (irrispettivament minn kwalunkwe tibdil fl-IRR). B'mod partikolari, it-tibdil ma naqqasx l-esponiment ta' Autostrada Wielkopolska għar-riskji tat-traffiku. |
|
(76) |
Autostrada Wielkopolska tkompli targumenta li anki jekk it-tibdil segwit minn Autostrada Wielkopolska jista' jitqies bħala “materjali” fis-sens tal-Metro ta' Londra (li Autostrada Wielkopolska ma tikkonċedix), xorta kien se jwassal għal rata ta' redditu mistennija għal Autostrada Wielkopolska li bl-ebda mod ma hija ogħla mir-rati tas-suq. AW S.A tinnota li fil-kawża N 462/2009, il-Polonja indikat u l-Kummissjoni aċċettat li r-redditu tas-suq għal proġetti ta' awtostrada fil-Polonja kien ta' madwar […] % (25). |
|
(77) |
Barra minn hekk, Autostrada Wielkopolska targumenta li l-IRR ta' […] %, li l-Polonja tgħid kellha tkun il-valur referenzjarju għall-kalkolu tal-pedaġġ virtwali, mhijiex rata tas-suq billi ebda investitur privat razzjonali ma kien jaqbel mal-Ftehim ta' Konċessjoni fl-2005 kieku r-rata ta' redditu mistennija kienet f'livell daqshekk baxx ta' […] %. |
|
(78) |
Skont Autostrada Wielkopolska, il-Polonja hija tal-fehma li sabiex ikun konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kwalunkwe kumpens, skont il-liġi, għandu bilfors jirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika fil-mument eżatt qabel l-avveniment li skatta l-kumpens. Skont Autostrada Wielkopolska dak l-approċċ iċaħħad lill-parti privata milli tikseb miri fit-tul u jista' jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jerġgħu jinnegozjaw il-PPPs meta l-previżjonijiet tan-negozju juru tendenzi negattivi. |
|
(79) |
Barra minn hekk, Autostrada Wielkopolska tenfasizza li fil-passat, il-Kummissjoni kienet ivvalutat jekk ftehim bejn Stat u parti privata kienx meħtieġ u proporzjonat. Autostrada Wielkopolska tiddikjara li l-miżuri miftiehma bejn il-Polonja u Autostrada Wielkopolska kienu proporzjonati, speċjalment billi l-Ftehim ta' Konċessjoni kien fih mekkaniżmi ta' salvagwardja biex jiġi evitat li Autostrada Wielkopolska tingħata kumpens żejjed. Dawn il-miżuri ġew stabbiliti fl-Anness 6 kif ukoll fil-Ftehim ta' Konċessjoni oriġinali. Fl-Anness 6, il-partijiet qablu li jekk il-Mudell ta' Verifika juri li l-IRR proġettata hija ogħla minn dik ikkalkulata fil-Mudell tal-Pedaġġ Reali, ir-rata AGRi tiġi aġġustata 'l isfel. L-Anness 6 ipprovda wkoll għal limitu massimu assolut fuq ir-rati tal-pedaġġ virtwali. |
|
(80) |
Dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim ta' Konċessjoni, li ma nbidlux mill-Anness 6, speċifikaw li […] |
4.1.3.2.
|
(81) |
Barra minn hekk, Autostrada Wielkopolska targumenta li anke jekk l-Anness 6 jinvolvi titjib materjali xorta ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat minħabba li kien ġie nnegozjat bejn l-Istat Pollakk u Autostrada Wielkopolska fuq bażi kummerċjali u f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Barra minn hekk, il-Polonja qablet dwar termini li kienu jkunu aċċettabbli għal investitur privat, f'sitwazzjoni simili. |
|
(82) |
Autostrada Wielkopolska targumenta li s-sottomissjonijiet tal-Istat lill-Kummissjoni konsistentement iħawdu l-pożizzjoni tal-ftuħ ta' Autostrada Wielkopolska fin-negozjati tal-2005 (redditu mistenni ta' […] %) mal-eżitu attwali tagħhom (redditu mistenni ta' […] %). |
|
(83) |
Skont Autostrada Wielkopolska, l-Istat, kif kien intitolat jagħmel fil-kuntest ta' negozjar kummerċjali, ma aċċettax it-termini proposti ta' Autostrada Wielkopolska iżda saħaq dwar żewġ elementi importanti ħafna tal-mekkaniżmu ta' finanzjament: (a) verifika tal-pedaġġi virtwali wara sentejn u (b) limitu assolut fuq il-pedaġġi virtwali mingħajr ebda aġġustament għall-inflazzjoni jew għal varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju sal-aħħar tal-perjodu ta' konċessjoni. Fi kliem ieħor, il-partijiet qablu dwar metodoloġija ta' kalkolu li setgħet twassal għal IRR massima mistennija ta' […] % fiż-żmien tal-eżerċizzju ta' verifika fl-2007. Madankollu, minn perspettiva ex ante, il-limitu assolut fuq il-pedaġġ virtwali għamel dik il-mira waħda sempliċiment teoretika. Fil-fatt, fl-2005 l-IRR kienet ta' […] % u ta' […] % fl-2007. Għalhekk, ir-riżultat attwali tan-negozjati kien iqarreb aktar it-talba tal-Polonja milli dik ta' Autostrada Wielkopolska. |
|
(84) |
Barra minn hekk, Autostrada Wielkopolska tenfasizza li “l-eżitu ta' negozjati bejn żewġ partijiet b'punti ta' tluq differenti huwa tipikament x'imkien bejn iż-żewġ punti tat-tluq rispettivi.” Għalhekk, għandu jiġi vvalutat jekk l-eżitu tan-negozjati kienx f'“medda” ta' mġiba raġonevoli kompatibbli mal-kondotta ta' investitur privat ipotetiku. Autostrada Wielkopolska tgħid li jekk l-imġieba ta' Stat ma tkunx ċarament barra minn dik il-medda, allura skont is-Sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-256/97 (26), jista' jkun mistenni li investitur privat ipotetiku kien iġib ruħu bl-istess mod. |
|
(85) |
Autostrada Wielkopolska tiddikjara li ittra minn Ernst & Young lil GDDKiA tal-14 ta' Ottubru 2005, li ġiet ippreżenta lit-Tribunal tal-Arbitraġġ, turi li waqt in-negozjati l-Istat kellu jqis ir-riskju li Autostrada Wielkopolska ma taqbilx mal-Anness 6, li kieku kien iwassal għat-terminazzjoni tal-ftehim u fit-tħarrik għad-danni. Dan kien speċjalment minnu, billi IRR ta' […] % ma kinitx biżżejjed biex jitħallas lura s-self tal-BEI dovut fl-2018. Autostrada Wielkopolska ssostni li operatur privat raġonevoli kien jiżen il-periklu li jkollu jsib investitur ġdid bi prezz tas-suq ferm ogħla. Meta jitqies dan kollu, il-qbil dwar l-Anness 6 u l-IRR innegozjati huwa fil-medda ta' mġiba raġonevoli ta' investitur privat ipotetiku. |
4.1.3.3.
|
(86) |
Autostrada Wielkopolska tikkritika l-approċċ tal-Polonja sabiex jintuża l-istudju tal-2004 bħala bażi għall-kalkoli tal-Anness 6. Autostrada Wielkopolska tgħid li ma hemmx dubju li l-konsulenti finanzjarji tal-Istat kellhom aċċess għall-istudju tal-2004 (u għad-data l-oħra kollha rilevanti) u kienu konxji sew li l-projezzjoni finanzjarja li wasslet għal IRR ta' […] % kienet ibbażata fuq l-istudju tal-1999. Dan ġie kkonfermat mit-Tribunal tal-Arbitraġġ. |
|
(87) |
Barra minn hekk, Autostrada Wielkopolska targumenta li l-Istat kellu għad-dispożizzjoni tiegħu għadd ta' studji dwar it-traffiku, jiġifieri l-istudji tal-konsulent tat-traffiku WSA ta' Autostrada Wielkopolska mill-1999 u mill-2004, l-istudju tal-konsulent tat-traffiku SDG tal-banek mill-2005 u l-istudju tal-konsulent tat-traffiku Faber Maunsell tal-Istat innifsu mill-2005. Barra minn hekk, l-Istat kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-għadd attwali tat-traffiku tal-2005. Skont Autostrada Wielkopolska l-fatt li kien hemm studji u għadd tat-traffiku aktar riċenti għandu jkun ta' rilevanza meta l-argument tal-Istat huwa prinċipalment ibbażat fuq id-dikjarazzjoni li l-istudju tad-WSA tal-2004 huwa l-aktar studju riċenti disponibbli. |
|
(88) |
Autostrada Wielkopolska ssostni wkoll li l-istudju tad-WSA tal-2004 kien tħejja prinċipalment bħala parti mix-xogħlijiet preparatorji tat-tieni segment tal-awtostrada A2 (Swiecko — Nowy Tomysl) u bil-għan li jintlaħaq l-għeluq finanzjarju għal dik is-sezzjoni. Meta abbozzat l-istudju bejn Diċembru 2003 u l-verżjoni preliminari f'April 2004, WSA setgħet tikkalkula ċ-ċifri attwali tal-fluss tat-traffiku biss fuq iż-żewġ sezzjonijiet tal-awtostrada li kienu nbnew u kienu qed joperaw dak iż-żmien, jiġifieri Krzesiny — Wrzesnia, Wrzesnia — Konin kif ukoll il-Bypass ta' Poznan. Is-sezzjoni Nowy Tomysl — Komorniki nfetħet għat-traffiku biss f'Ottubru 2004. Dan kellu impatt ovvju fuq il-perċezzjoni tal-utilità tal-istudju skont il-partijiet u l-mutwanti fl-aħħar tal-2005. Barra minn hekk, Autostrada Wielkopolska tirrileva li normalment il-previżjonijiet tat-traffiku jiġu interpretati għal perjodu ta' ħames snin u mhux għal 30 sena bħal fl-istudju tad-WSA tal-2004. |
4.2. Valutazzjoni tal-Kompatibbiltà
|
(89) |
Autostrada Wielkopolska tiddikjara li jekk il-Kummissjoni, kuntrarjament għall-argumenti ta' Autostrada Wielkopolska, issib li l-kumpens huwa għajnuna mill-Istat, huwa kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE. |
|
(90) |
Autostrada Wielkopolska tfakkar li fil-kawża N 462/2009 (27), il-Kummissjoni sabet li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Autostrada Wielkopolska għall-bini u għall-operat tas-sezzjoni Swiecko–Nowy Tomysl tal-Awtostrada A2 (jiġifieri l-parti maġenb l-awtostrada A2) hija kompatibbli mas-suq intern. Skont Autostrada Wielkopolska, għalhekk l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Anness 6 għandha tkun kompatibbli wkoll, għal raġunijiet simili. |
|
(91) |
Barra minn hekk, Autostrada Wielkopolska tgħid li billi l-awtostrada A2 tinsab f'reġjun kopert mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE, skont dan l-artikolu l-għajnuna tista' tinstab ukoll li hija kompatibbli mas-suq intern. Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali tal-Kummissjoni jippermettu li għajnuna operatorja tingħata f'reġjun kopert mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE sakemm ikunu sodisfatti żewġ kriterji: (i) hija ġustifikata f'termini tal-kontribut tagħha għall-iżvilupp reġjonali u n-natura tiegħu u (ii) hija proporzjonali. Autostrada Wielkopolska ssostni li l-kontributi tal-awtostrada għall-iżvilupp reġjonali huma multipli (pereż. l-iżvilupp tal-kumpaniji loġistiċi madwar Poznan u Konin, aktar impjiegi, eċċ.). |
|
(92) |
Dwar il-kriterju ta' proporzjonalità, AW S.A tispjega li […]. |
|
(93) |
Autostrada Wielkopolska tiddeskrivi li f'każ ta' deċiżjoni negattiva, is-self mill-BEI ma jkunx jista' jiġi ffinanzjat mill-ġdid u l-BEI jinvoka l-garanzija tal-gvern. Billi l-Istat imbagħad jitlob l-ammont mingħand Autostrada Wielkopolska, li ma tkunx tista' tħallas, Autostrada Wielkopolska tiġi sfurzata tiddikjara falliment u l-investituri tagħha ma jkollhom ebda profitt affattu. Għalhekk, skont Autostrada Wielkopolska, il-Kummissjoni ma kinitx korretta fis-suppożizzjoni tagħha li l-investituri kienu qed jibbenefikaw mill-pagamenti ta' kumpens — pjuttost il-flus intefqu kollha fuq l-awtostrada. |
5. KUMMENTI MILL-POLONJA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(94) |
Il-Polonja tinforma li ma taqbilx mal-kummenti li saru minn Autostrada Wielkopolska u li dan in-nuqqas ta' qbil jirrigwarda kemm il-fatti kif ukoll il-valutazzjoni legali. |
5.1. Dwar ir-Rilevanza tad-Deċiżjoni Arbitrali
|
(95) |
Il-Polonja tosserva li d-Deċiżjoni Arbitrali mhijiex rilevanti għall-proċedimenti dwar l-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni Ewropea għaliex: (i) tittratta biss il-validità tal-Anness 6, (ii) il-Kummissjoni Ewropea biss hija awtorizzata tivvaluta jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jew le. |
5.2. Dwar il-vantaġġ ekonomiku
5.2.1. Dwar id-dritt ta' Autostrada Wielkopolska għal kumpens
|
(96) |
Il-Polonja tirrepeti li Autostrada Wielkopolska kellha d-dritt li tfittex kumpens għat-telf imġarrab minħabba l-emenda leġiżlattiva li teħles lill-HGVs milli jħallsu pedaġġi. Madankollu, il-kumpens ma setax ipoġġi lill-Konċessjonarju f'pożizzjoni aħjar milli kien ikun mingħajr l-Att Emendatorju. |
5.2.2. Dwar it-traffiku ta' vetturi ħfief
|
(97) |
Bi tweġiba għall-argument ta' Autostrada Wielkopolska li t-traffiku ta' vetturi ħfief kellu jiġi aġġornat minħabba li jiddependi fuq it-traffiku tal-HGVs liema żieda kienet diffiċli tbassar meta ġie introdott il-pedaġġ virtwali fl-2005, il-Polonja targumenta li d-data reali ma kkonfermatx li din id-dipendenza kienet tabilħaqq teżisti (jiġifieri filwaqt li kienet osservata żieda qawwija fit-traffiku ta' HGVs, it-traffiku tal-vetturi ħfief kien stabbli matul l-istess perjodu). |
|
(98) |
Madankollu, il-Polonja ssostni l-pożizzjoni tagħha li l-inklużjoni tat-traffiku tal-vetturi ħfief kienet neċessarja għaliex “il-metodoloġija adottata kienet teħtieġ li l-mudell finanzjarju jkopri l-proġett b'mod kumplessiv”. Skont il-Polonja, ma kienx possibbli li tiġi kkalkulata l-IRR għall-proġett billi jitqies biss it-traffiku ta' HGVs. |
|
(99) |
Bi tweġiba għall-argument ta' Autostrada Wielkopolska li l-aġġornament tat-traffiku għal vetturi oħra apparti HGVs kien meħtieġ minħabba li l-konċessjonarju kien obbligat iwettaq xogħlijiet minħabba li kienu ser jinqabżu l-limiti tat-traffiku (eż. it-tielet korsija fuq il-bypass ta' Poznan), il-Polonja targumenta li dan huwa irrelevanti minħabba li ż-żieda fil-kostijiet mistennija kienu diġà tqiesu fis-suppożizzjonijiet tal-mudell finanzjarju tal-vinjetta mal-iffirmar tal-Anness Nru. 6 u ma għandhom l-ebda impatt fuq l-għadd tat-traffiku ta' vetturi ħfief. |
5.2.3. Dwar l-istudji dwar it-traffiku — Rata ta' Redditu Interna
|
(100) |
Il-Polonja ma taqbilx mal-opinjoni ta' Autostrada Wielkopolska li l-ammont tal-kumpens innegozjat f'Settembru 2005 kellu jiġi ddeterminat sabiex jippermetti lil Autostrada Wielkopolska tikseb l-IRR preżunta fl-2000. Il-Polonja tindika li l-ewwel nett, l-IRR mistennija fiż-żmien tal-għeluq finanzjarju, kif speċifikat minn Autostrada Wielkopolska, kienet ibbażata fuq l-istimi tal-konċessjonarju u, it-tieni nett, skont il-Ftehim ta' Konċessjoni, il-Polonja ma kinitx iggarantiet li l-parti mhux pubblika kienet ser tilħaq xi rata ta' redditu. It-tieni nett, matul in-negozjati li saru qabel il-konklużjoni tal-Anness 6, Autostrada Wielkopolska ma esponiet ebda aspettattiva dwar il-kisba tar-rata ta' redditu li kienet mistennija fid-data tal-għeluq finanzjarju fl-2000. |
|
(101) |
Il-Polonja hija tal-fehma li s-sitwazzjoni ekonomika ta' Autostrada Wielkopolska li kienet teżisti eżatt qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att Emendatorju għandha tittieħed bħala valur referenzjarju għad-determinazzjoni tal-ammont ta' danni pagabbli lil Autostrada Wielkopolska |
|
(102) |
Skont il-Polonja, Autostrada Wielkopolska mhijiex konsistenti għaliex min-naħa waħda targumenta li kienet intitolata tfittex kumpens sabiex tassigura l-IRR fiż-żmien tal-għeluq finanzjarju ([…] %), filwaqt li min-naħa l-oħra aċċettat b'mod volontarju l-kumpens sabiex tassigura l-IRR (fl-2005) fil-livell ta' “sempliċiment” […] % u finalment (wara r-Rapport ta' Verifika tal-2007) fil-livell ta' […] %. Għall-Polonja, huwa interessanti li: Autostrada Wielkopolska qatt ma ppreżentat ebda talba għal kumpens għal telf ta' Dħul mill-Operat relatat mad-differenza bejn il-livell tal-IRR ikkumpensat ([…] %) u l-allegat livell garantit ta' IRR ta' […] %. Skont il-Polonja: “Dan għandu jiġi spjegat mill-fatt li fl-2005 ir-rata ta' redditu mistennija kkalkulata abbażi tad-data disponibbli dak iż-żmien kienet fil-livell ta' […] %, li kienet konsiderevolment aktar baxxa mil-livell tal-IRR ta' […] % li tirriżulta mill-ħlasijiet ta' kumpens”. |
5.2.3.1.
|
(103) |
Bi tweġiba għall-argumenti dwar il-Metro ta' Londra, il-Polonja taqbel li l-Ftehim ta' Konċessjoni oriġinali huwa ħieles minn għajnuna mill-Istat. Madankollu, il-Polonja toġġezzjona għall-argument ta' Autostrada Wielkopolska li titjib fis-sitwazzjoni kummerċjali ta' Autostrada Wielkopolska, minħabba l-kumpens, jista' jidher biss fil-[…] % (jiġifieri d-differenza bejn […] % — l-IRR mistennija fl-għeluq finanzjarju fl-2000 u […] % — l-IRR inkluża fl-Anness 6), billi, skont il-Polonja, it-titjib jinsab fid-differenza bejn is-sitwazzjoni attwali ta' Autostrada Wielkopolska (IRR ta' […] %) fl-2004 u l-IRR miftiehma fl-Anness 6 ([…] %). Skont il-Polonja din iż-żieda mhijiex marġinali. Barra minn hekk il-Polonja ma taqbilx li IRR ta' […] % hija r-rata tas-suq għal proġetti awtostradali fil-Polonja billi l-Kummissjoni darba approvat […] % bħala r-rata tas-suq. Il-Polonja targumenta li r-rata tas-suq hija “dak li fil-fatt jiġri” u għandha tiġi determinata għal “kull każ b'mod individwali”. Għalhekk ir-rata tas-suq għal Autostrada Wielkopolska għandha tkun ta' […] %. |
|
(104) |
Il-Polonja ssostni l-argument tagħha li Autostrada Wielkopolska gawdiet titjib materjali meta mqabbel mal-qagħda finanzjarja tagħha kemm qabel kif ukoll wara l-perjodu ta' applikazzjoni tal-pedaġġ virtwali billi pprovdiet tliet graffs. Dawn il-graffs juru li l-applikazzjoni tal-pedaġġ virtwali wasslet għal dħul għal Autostrada Wielkopolska konsiderevolment ogħla mid-dħul oriġinarjament ipproġettat u, barra minn hekk, li d-dħul ta' Autostrada Wielkopolska reġa' lura għal-livell oriġinarjament ipproġettat wara t-tmiem tal-pedaġġ virtwali. |
5.2.3.2.
|
(105) |
Il-Polonja tgħid li kieku investitur privat iħallas biss id-danni li huwa legalment obbligat iħallas. Id-danni f'dan ix-xenarju huma l-ammont li Autostrada Wielkopolska kien għad jonqosha biex tikseb l-IRR li kieku kienet tikseb mingħajr l-Att Emendatorju. Skont il-Polonja, investitur privat kien ikun jaf li Autostrada Wielkopolska setgħet titlob biss danni sal-ammont meħtieġ biex jagħmel tajjeb għat-telf (li f'dan il-każ ikun kumpens biex tinkiseb IRR ta' […] %) u ma kienx jidħol f'saldu b'danni ogħla għall-kontroparti. |
|
(106) |
Il-Polonja tirrifjuta bil-qawwa l-argument ta' Autostrada Wielkopolska li waqt in-negozjati l-Polonja kienet taħt pressjoni minħabba r-riskju li l-Istat kien ikollu jissostitwixxi lil Autostrada Wielkopolska. Skont il-Polonja, kieku ntemm il-kuntratt ma' Autostrada Wielkopolska, it-Teżor tal-Istat kien jimmaniġġja l-awtostrada huwa stess jew kien ifittex sostituzzjoni iżda b'kost ħafna aktar baxx. |
5.2.3.3.
|
(107) |
Il-Polonja tisħaq li, kuntrarjament għad-dikjarazzjoni ta' Autostrada Wielkopolska, ma kinitx għażlet wieħed mill-istudji disponibbli dwar it-traffiku u d-dħul b'mod arbitrarju, u lanqas ma naqset intenzjonalment milli tgħarraf lill-Kummissjoni dwar allegati studji oħra alternattivi. Il-Polonja tfakkar li kienet ippreżentat l-opinjoni tal-konsulent tat-traffiku Scott Wilson, li kienet qieset l-istudji kollha disponibbli dwar it-traffiku u d-dħul u indikat li għandu jintuża l-istudju tad-WSA tal-2004. |
|
(108) |
Skont il-Polonja, fl-2005 kellu jintuża l-istudju tad-WSA tal-2004 għaliex kien l-aktar studju aġġornat. L-istudju kien tħejja fuq talba ta' Autostrada Wielkopolska u kien verżjoni aġġornata tal-istudju mill-1999, li ntuża bħala l-bażi għall-istima tal-IRR applikabbli għall-proġett fid-data tal-għeluq finanzjarju. |
|
(109) |
Il-Polonja ma taċċettax l-argument ta' Autostrada Wielkopolska li l-istudju tad-WSA tal-2004 ma kellux jintuża minħabba li ġeneralment il-previżjonijiet huma fformulati fil-perspettiva ta' ħames snin aktar milli ta' 30 sena. Il-Polonja tinnota li filwaqt li l-istudju tad-WSA tal-2004 ikopri perjodu ta' 30 sena, l-istudju mill-1999, li Autostrada Wielkopolska ħadet bħala bażi għall-kalkolu tal-IRR, ikopri orizzont ta' 35 sena. |
|
(110) |
Il-Polonja tinnota wkoll li għalkemm fil-ħin li tħejja l-istudju tal-2004 kien hemm disponibbli biss data dwar il-flussi attwali tat-traffiku għal parti mill-awtostrada, fiż-żmien li fih tħejja l-istudju tal-1999, l-ebda sezzjoni tal-awtostrada ma kienet qed tintuża. Għalhekk, skont il-Polonja, kien aktar xieraq li jintuża l-istudju mill-2004 milli dak mill-1999. |
5.3. Valutazzjoni tal-kompatibbiltà
|
(111) |
Bi tweġiba għall-argumenti ta' AW S.A li fil-każ inkwistjoni l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà kienet tkun ġeneralment l-istess bħal dik tal-kawża — N 462/09 (ivvalutata b'mod pożittiv mill-Kummissjoni fil-passat), il-Polonja tinnota li f'dak il-każ l-għajnuna kienet ingħatat biex jiġi ffaċilitat il-bini tal-infrastruttura tat-toroq waqt li f'dan il-każ l-awtostrada kienet diġà nbniet u miftuħa fl-2004, jiġifieri qabel l-adozzjoni tal-Att Emendatorju fl-2005. Għalhekk, il-Polonja targumenta, l-effett ta' inċentiv huwa nieqes. |
|
(112) |
Barra minn hekk, l-għajnuna mill-Istat li nkisbet minn Autostrada Wielkopolska affettwat biss il-profittabilità tal-proġett u ma kellha ebda effett fuq il-promozzjoni ta' xi attività ekonomika jew qasam ekonomiku. Għalhekk, l-Artikolu 107(3)(c) TFUE ma japplikax għal dan il-każ. Skont il-Polonja billi l-għajnuna ma kkontribwietx għal żvilupp reġjonali, ma tistax tiġi ddikjarata wkoll bħala għajnuna kompatibbli mill-Istat skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali. |
6. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA
|
(113) |
F'dan il-każ il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija limitata għall-kumpens mogħti mill-Polonja lil Autostrada Wielkopolska skont l-Anness 6 tal-Ftehim ta' Konċessjoni għall-esklużjoni ta' vetturi tqal tal-merkanzija mill-obbligu li jħallsu pedaġġ għall-użu tal-awtostrada A2 bejn Nowy Tomysl u Konin mill-1 ta' Settembru 2005 sat-30 ta' Ġunju 2011. |
6.1. Eżistenza ta' għajnuna mill-Istat
|
(114) |
Skont l-Artikolu 107(1) TFUE “kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni, billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sakemm tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
|
(115) |
Il-kriterji previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi determinat jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, għandhom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. Jiġifieri, l-appoġġ finanzjarju għandu:
|
6.1.1. Attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża
|
(116) |
Skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistabbilixxi jekk Autostrada Wielkopolska hijiex intrapriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-kunċett ta' impriża jkopri lil kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata (28). L-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika (29). |
|
(117) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-awtostrada A2 bejn Nowy Tomysl u Konin hija operata fuq bażi kummerċjali billi kull vettura li tista' tivvjaġġa fuq l-awtostradi tista' tuża l-awtostrada A2 bi ħlas fil-forma ta' pedaġġ li huwa dħul għall-konċessjonarju. Minn dan isegwi li Autostrada Wielkopolska qed toffri servizzi fis-suq u tikkostitwixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE (30). |
6.1.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
|
(118) |
Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn xi korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu (31). |
|
(119) |
F'dan il-każ, il-kumpens tħallas lil Autostrada Wielkopolska mill-Fond Nazzjonali tat-Toroq (NRF). L-NRF huwa fond tal-istat stabbilit fil-Bank Gospodarstwa Krajowego (minn hawn 'il quddiem: “BGK”) — il-Bank ta' Żvilupp tal-Istat tal-Polonja. Is-sors ewlieni tal-finanzjament tal-NRF huwa d-dħul mit-tariffa fuq il-fjuwil (taxxa parafiskali (32)) imposta fuq il-karburanti u l-gass li ġiet introdotta fis-suq Pollakk (imħallsa mill-produtturi u mill-importaturi tal-karburanti) u mill-pedaġġ tal-awtostradi li jinġabar direttament minn GDDKiA — l-awtorità tal-amministrazzjoni ċentrali responsabbli għas-sistema tat-toroq nazzjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-pagamenti ta' kumpens lil Autostrada Wielkopolska ġew iffinanzjati mir-riżorsi tal-Istat. |
|
(120) |
L-NRF ġie ddeżinjat bħala s-sors ta' pagamenti ta' kumpens mill-Parlament Pollakk fl-Att Emendatorju. Barra minn hekk, l-Att Emendatorju speċifika li l-pagamenti ta' kumpens mill-NRF lil Autostrada Wielkopolska kellhom isiru fuq talba tad-Direttur Ġenerali tat-Toroq u l-Awtostradi Nazzjonali (33). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-pagamenti ta' kumpens lil Autostrada Wielkopolska huma imputabbli lill-Istat. |
6.1.3. Vantaġġ ekonomiku
|
(121) |
F'din it-taqsima, il-Kummissjoni l-ewwel teżamina u tistabbilixxi d-dritt tal-konċessjonarju għal kumpens minħabba t-tibdil leġiżlattiv. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-eċċess biss għal dak il-kumpens jagħti vantaġġ indebitu lill-konċessjonarju. It-tieni nett, il-Kummissjoni tiddiskuti l-mudelli pprovduti mill-partijiet fil-proċess tan-negozjati. It-tielet nett, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-użu tal-istudju antikwat dwar it-traffiku wassal għal kumpens żejjed. Ir-raba' nett, il-Kummissjoni teżamina u tapprova l-proċess tal-verifika tar-rati AGRi li sar fl-2007. Il-ħames nett, l-ammont ta' kumpens żejjed huwa stabbilit abbażi ta' rapport tal-PwC. Barra minn hekk, huma indirizzati xi kummenti mqajma mill-konċessjonarju. Fl-aħħar nett, tiġi konkluża l-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku. |
6.1.3.1.
|
(122) |
Il-Kummissjoni tinnota mill-bidu nett li l-pedaġġi kienu s-sors ewlieni ta' dħul għall-konċessjonarju. Il-konċessjonarju kien liberu jiffissa r-rati tal-pedaġġ kif jidhirlu skont il-limiti stabbiliti mill-Ftehim ta' Konċessjoni. |
|
(123) |
Kemm il-Polonja kif ukoll Autostrada Wielkopolska jindikaw li l-Ftehim ta' Konċessjoni ta lill-konċessjonarju d-dritt li jiġi kkumpensat għad-danni minħabba t-tibdil leġiżlattiv inkwistjoni. Il-Ftehim ta' Konċessjoni jiddikjara b'mod ċar li l-Istat għandu jikkumpensa lill-konċessjonarju f'każ li minħabba azzjonijiet mill-Istat jitwaqqaf milli jibdel jew jaġġusta r-rati tal-pedaġġ (ara l-Artikolu 12.6 tal-Ftehim ta' Konċessjoni imsemmi fil-premessa 51 hawn fuq). L-Att Emendatorju ċċaħħad lill-konċessjonarju mhux biss mill-possibbiltà li jaġġusta r-rati tal-pedaġġ għall-HVGs (fi ħdan ċerti limiti), iżda mid-dritt stess li jimponi pedaġġ fuq l-HGVs għall-użu tal-awtostrada. |
|
(124) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dan il-każ (fost oħrajn, il-fatt li l-konċessjoni kienet is-suġġett ta' sejħa għall-offerti), il-konċessjonarju kellu dritt li jiġi kkumpensat għat-tibdil fil-liġi li ċaħħdu mid-dritt tiegħu li jimponi pedaġġ b'mod drastiku. |
|
(125) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li kumpens li sempliċiment jreġġa' lura l-effetti tat-tibdil leġiżlattiv bħala tali ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Madankollu l-Kummissjoni tqis li kumpens li jaqbeż dak li normalment huwa dovut biex jitreġġgħu lura l-effetti tat-tibdil leġiżlattiv jagħti vantaġġ selettiv lill-impriża. |
|
(126) |
Fil-każ attwali d-dritt għal kumpens minħabba l-effetti tat-tibdil leġiżlattiv ifisser id-dritt tal-konċessjonarju li jirċievi mill-Istat kumpens li jreġġa' lura s-sitwazzjoni finanzjarja mistennija tiegħu eżatt qabel it-tibdil leġiżlattiv. Madankollu, jekk il-kumpens previst tejjeb il-qagħda finanzjarja mistennija tal-konċessjonarju billi mar lil hinn minn kumpens marbut mal-effetti diretti tat-tibdil leġiżlattiv, huwa jkun irċieva vantaġġ indebitu li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (34). |
6.1.3.2.
|
(127) |
Biex tivvaluta l-kwistjoni dwar jekk il-livell ta' kumpens li tħallas lil Autostrada Wielkopolska kienx jinkludi vantaġġ indebitu, billi ttejjeb il-qagħda sitwazzjoni finanzjarja tagħha meta mqabbel mas-sitwazzjoni li kienet teżisti mingħajr it-tibdil leġiżlattiv rilevanti, il-Kummissjoni eżaminat fid-dettall il-proċess li permezz tiegħu ġew determinati l-pagamenti ta' kumpens kif ukoll il-mudelli finanzjarji użati għal dak il-għan. Din l-analiżi hija ppreżentata hawn taħt. |
|
(128) |
Indikatur possibbli tal-qagħda finanzjarja tal-konċessjonarju huwa r-rata ta' redditu interna (IRR) tal-flussi tal-flus li l-konċessjonarju kien jistenna eżatt qabel it-tibdil leġiżlattiv. Fost l-indikaturi fattibbli tal-IRR, fl-Anness 6 tal-Ftehim ta' Konċessjoni l-Istat Pollakk u Autostrada Wielkopolska qablu li jintuża t-total reali annwali tar-redditu fuq l-ekwità u tad-dejn subordinat tal-azzjonisti espress f'EUR (35). Metodoloġija standard aċċettata b'mod wiesa' sabiex jiġi determinat ir-redditu fuq l-investimenti hija li tiġi kkalkulata l-IRR (36). Għalhekk il-Kummissjoni tqis l-użu ta' dan l-indikatur bħala raġonevoli u, għalhekk, ma toġġezzjonax għalih. |
|
(129) |
Matul in-negozjati tar-rati tal-pedaġġ virtwali bejn il-konċessjonarju u l-awtoritajiet Pollakki, Autostrada Wielkopolska ppreżentat tliet mudelli finanzjarji (37). Dawn huma l-mudell Bażi, il-mudell tal-Pedaġġ Reali u l-mudell tal-Vinjetta ppreżentati fil-premessa 29 hawn fuq. |
|
(130) |
Il-mudell Bażi jippreżenta l-qagħda finanzjarja tal-konċessjonarju b'IRR ta' […] % fl-Għeluq Finanzjarju fl-2000 kif deskritt fil-premessa 29(a) hawn fuq. Il-Kummissjoni tqis madankollu li l-IRR li tista' tkun mistennija mill-konċessjonarju fil-bidu tal-konċessjoni mhijiex rilevanti fil-każ attwali, minħabba li l-Ftehim ta' Konċessjoni ma jiggarantixxi ebda livell ta' IRR matul it-terminu tal-konċessjoni, iżda pjuttost jittrasferixxi r-riskji tas-suq u dawk finanzjarji kif ukoll l-opportunitajiet lill-konċessjonarju. Għalhekk l-IRR mistennija tista' tkun differenti f'kull mument fiż-żmien tad-durata tal-konċessjoni skont ir-realizzazzjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet. Għal dik ir-raġuni l-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ l-IRR rilevanti tista' tkun biss dik li l-konċessjonarju jista' jistenna eżatt qabel it-tibdil leġiżlattiv u l-introduzzjoni relatata tal-mekkaniżmu ta' pedaġġ virtwali fl-2005. Dan ir-redditu jista' jkun ogħla jew inqas minn dak li jista' jkun mistenni fil-bidu tal-konċessjoni. |
|
(131) |
Il-mudell tal-Pedaġġ Reali (38) kif deskritt fil-premessa 29(b) hawn fuq (għal aktar dettalji ara l-mudell 1 fit-Tabella 2 hawn taħt) juża l-previżjonijiet dwar it-traffiku u d-dħul mill-istudju tad-WSA tal-1999 (39) għall-perjodu ta' previżjoni (mill-2005 sat-tmiem tal-konċessjoni fl-2037). Jirrappreżenta l-qagħda finanzjarja tal-konċessjonarju mill-31 ta' Diċembru 2004 fis-sitwazzjoni kontrofattwali mingħajr it-tibdil leġiżlattiv, jiġifieri x-xenarju li fih il-konċessjonarju jiġbor pedaġġi mill-vetturi kollha li jużaw l-awtostrada A2 sal-aħħar tal-konċessjoni. Skont dan il-mudell l-IRR mistennija kienet ta' […] %. |
|
(132) |
Il-mudell tal-Vinjetta (40) deskritt fil-premessa 29(c) hawn fuq (għal aktar dettalji ara l-mudell 2 fit-Tabella 2 hawn taħt) jirrappreżenta l-qagħda finanzjarja tal-konċessjonarju bit-tibdil leġiżlattiv, jiġifieri xenarju li fih l-HGVs jużaw l-awtostrada A2 bla ħlas u l-Istat iħallas 70 % tar-rati massimi permessi tal-pedaġġ bħala kumpens ta' pedaġġ virtwali. F'dan il-mudell Autostrada Wielkopolska użat is-suppożizzjonijiet tat-traffiku propji li jirriflettu l-użu tal-awtostrada A2 mingħajr ħlas minn HGVs b'vinjetta valida. L-awtoritajiet Pollakki jsostnu li dak iż-żmien ma kienx sar ftehim bejn il-partijiet dwar dawn is-suppożizzjonijiet tat-traffiku (41). Skont dan il-mudell l-IRR mistennija hija ta' […] %. B'dan il-mudell Autostrada Wielkopolska wriet li anke bir-rati massimi permessi ta' pedaġġ virtwali ma kinitx ser tilħaq l-IRR ta' […] % li setgħet tistenna li tikseb eżatt qabel it-tibdil leġiżlattiv. |
|
(133) |
Il-mudell ta' Verifika (42) ppreżentat fil-premessa 36 hawn fuq (ara wkoll il-mudell 5 fit-Tabella 2) ingħata minn Autostrada Wielkopolska fl-2007. Intuża għall-verifika tal-pedaġġi virtwali fl-2007. F'dan il-mudell, Autostrada Wielkopolska użat l-istudju tad-WSA tal-2006 (43) għall-perjodu ta' projezzjoni (44). Il-mudell ta' Verifika assuma li s-sistema ta' pedaġġ virtwali kienet ser tkun fis-seħħ sal-aħħar tal-Konċessjoni. Ikkalkula l-IRR mistennija fl-2007 ta' […] %. Għalhekk skont Autostrada Wielkopolska, il-mudell ta' Verifika wera li l-IRR ta' […] % qabel it-tibdil leġiżlattiv (ara l-mudell tal-Pedaġġ Reali) ma ntlaħqitx. |
|
(134) |
It-Tabella 2 hawn taħt turi l-mudelli finanzjarji kollha użati mill-partijiet fin-negozjati bil-karatteristiċi tagħhom kif ukoll il-verżjonijiet tal-mudelli aġġustati minn PwC u użati fir-rapport tagħhom biex tingħata stima tal-kumpens żejjed (ara l-punt 6.1.3.5 hawn taħt): Tabella 2 Mudelli finanzjarji użati mill-partijiet
|
6.1.3.3.
|
(135) |
Il-Kummissjoni tinnota li, kif issemma hawn fuq, il-mudell tal-Pedaġġ Reali juża l-previżjoni tat-traffiku u tad-dħul tal-istudju tad-WSA tal-1999 fir-rigward tal-perjodu bejn l-2005 u l-2037 (45). Madankollu, billi dan il-mudell kien preżunt li jirrappreżenta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-konċessjonarju fiż-żmien eżatt qabel it-tibdil leġiżlattiv fl-2005 u, bħala tali, il-punt ta' riferiment għat-twaqqif tal-pedaġġ virtwali, kellu juża previżjoni kontemporanja tat-traffiku u tad-dħul. Il-Kummissjoni, għalhekk, hija tal-fehma li minflok Autostrada Wielkopolska kellha tuża l-previżjoni aġġornata disponibbli dwar it-traffiku u d-dħul tal-istudju tad-WSA tal-2004 (46). |
|
(136) |
L-istudju tad-WSA tal-2004 huwa verżjoni aġġornata tal-istudju tad-WSA tal-1999. L-istudju tad-WSA tal-1999 ifforma l-bażi għat-tħejjija tal-mudell finanzjarju li ta stima tal-IRR applikabbli għall-proġett fiż-żmien tal-għeluq finanzjarju lura fl-2000. Il-Kummissjoni taqbel mal-Polonja li sabiex jinkiseb livell aġġornat tal-IRR mistennija fiż-żmien tat-tibdil leġiżlattiv, huwa xieraq li jintuża aġġornament tal-istudju dwar it-traffiku u d-dħul. L-istudju tad-WSA tal-2004 jipprovdi dan l-aġġornament. Huwa bbażat fuq l-esperjenza tal-iżvilupp attwali tat-traffiku u tad-dħul fuq il-parti inizjali tal-awtostrada kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku tal-Polonja sa dak il-mument. Għalhekk, jirrifletti b'mod aktar preċiż ir-realtà tas-suq fiż-żmien tat-tibdil leġiżlattiv. Għal dik ir-raġuni, skont il-Kummissjoni, l-istudju tad-WSA tal-2004 jirrappreżenta previżjoni aktar preċiża dwar it-traffiku u d-dħul għall-mument tat-tibdil leġiżlattiv minn dik riflessa fl-istudju tad-WSA tal-1999. |
|
(137) |
Meta mqabbel mal-istudju tad-WSA tal-1999, l-istudju tad-WSA tal-2004 juri għadd ta' traffiku kemmxejn ogħla għal vetturi tal-kategorija 1 u għadd ferm aktar baxx ta' traffiku għall-vetturi tal-kategoriji 2 u 3. Ir-rati ottimali previsti tal-pedaġġ reali għall-kategoriji 2, 3 u 4 fl-istudju tad-WSA tal-2004 huma ferm aktar baxxi mir-rati ottimali previsti tal-pedaġġ reali għal dawn il-kategoriji fl-istudju tad-WSA tal-1999. Fil-fatt id-dħul ottimali minn HGVs previst fl-istudju tad-WSA tal-2004 huwa sinifikament aktar baxx mid-dħul ottimali minn HGVs previst fl-istudju tad-WSA tal-1999. Għalhekk l-użu tal-istudju tad-WSA tal-1999 bħala bażi għall-mudell tal-Pedaġġ Reali jwassal għal IRR ogħla mill-IRR li kienet tinkiseb kieku minflok intuża l-istudju tad-WSA tal-2004. |
|
(138) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li ż-żewġ studji tal-2005 imsemmija minn Autostrada Wielkopolska ma setgħux jintużaw minflok l-istudju tad-WSA tal-2004. L-ewwel nett, l-istudju tal-SDG tal-2005 (ara l-premessa 87 hawn fuq) kien tħejja għax-xenarju tal-pedaġġ virtwali (vinjetta) (jiġifieri, ix-xenarju li fih il-konċessjonarju jirċievi ħlasijiet ta' pedaġġ virtwali għall-HGVs) filwaqt li l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konċessjonarju eżatt qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att Emendatorju kienet teħtieġ l-użu ta' studju għax-xenarju tal-pedaġġ reali (jiġifieri, ix-xenarju li fih il-konċessjonarju jiġbor ħlasijiet reali mill-utenti kollha tal-awtostrada A2 sal-aħħar tal-perjodu tal-konċessjoni). Barra minn hekk, il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li l-istudju ta' Faber Maunsell tal-2005, li Autostrada Wielkopolska semmiet fil-kummenti tagħha (ara l-premessa 87 hawn fuq), iffoka biss fuq projezzjonijiet tat-traffiku u mhux fuq projezzjonijiet tad-dħul (jiġifieri, ma qiesx l-ottimizzazzjoni tar-rata biex jiġi massimizzat id-dħul). Għalhekk ma setax jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-IRR tal-proġett. |
|
(139) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-invokar tal-mudell tal-Pedaġġ Reali bbażat fuq l-istudju antik tad-WSA tal-1999 wassal għal IRR ogħla milli setgħet tkun raġonevolment mistennija fiż-żmien tat-tibdil leġiżlattiv. Dan wassal għal kumpens żejjed fil-forma ta' pagamenti ogħla ta' pedaġġ virtwali. |
6.1.3.4.
|
(140) |
Matul in-negozjati tar-rati tal-pedaġġ virtwali fl-2005, l-awtoritajiet Pollakki qablu ma' Autostrada Wielkopolska sabiex fl-2007 tiġi vverifikata l-IRR u jiġu emendati r-rati tal-pedaġġ virtwali f'każ li ma tinkisibx l-IRR fil-mira kif spjegat fil-punt 2.5 hawn fuq. Il-Kummissjoni tinnota li l-verifika ġiet miftiehma minħabba l-inċertezza dwar l-iżvilupp tat-traffiku wara l-ftuħ tal-awtostrada A2 bla ħlas għal HGVs b'vinjetta valida. |
|
(141) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens kinitx wasslet sabiex, tal-anqas fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Settembru 2005 u l-31 ta' Diċembru 2006, il-Polonja assumiet ir-riskji marbuta mat-traffiku u mad-dħul, iżda sempliċiment fir-rigward ta' vetturi ħfief. Il-Kummissjoni tinnota li, permezz tal-verifika, l-Istat Pollakk effettivament assuma r-riskju tal-iżvilupp tat-traffiku (u tad-dħul) għall-perjodu mill-introduzzjoni tas-sistema ta' pedaġġ virtwali sal-verifika (perjodu ta' madwar 16-il xahar). Il-Kummissjoni tinnota li, billi għamel dan, l-Istat Pollakk jista' jitqies li ddevja min-natura tal-kuntratt ta' konċessjoni inizjali li ma kien iggarantixxa ebda livell ta' redditu lill-konċessjonarju. |
|
(142) |
Madankollu, il-Kummissjoni taċċetta l-verifika tar-rati tal-pedaġġ virtwali minħabba li ppermettiet lill-Istat jerġa' jistabbilixxi r-rati tal-pedaġġ virtwali f'tali livell sabiex jiġi evitat li l-konċessjonarju jitħallas żejjed għall-HGVs. Barra minn hekk, il-verifika saret wara perjodu ta' żmien limitat ħafna (madwar 16-il xahar — minn Settembru 2005 sa Diċembru 2006) li ppermetta lill-partijiet jiġbru data reali dwar it-traffiku għal vetturi tqal kif ukoll għal vetturi ħfief, jagħmlu previżjonijiet dwar it-traffiku fuq dik il-bażi u jistabbilixxu r-rati tal-pedaġġ virtwali skont dan. Meta mqabbel mat-tul kollu tal-Ftehim ta' Konċessjoni ta' 40 sena, dan huwa perjodu ta' żmien limitat li fil-fatt kien raġonevoli fis-sens li ppermetta biss li l-partijiet jiġbru d-data meħtieġa dwar it-traffiku u fuq dik il-bażi jibnu previżjonijiet affidabbli dwar it-traffiku għall-futur. |
|
(143) |
F'dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi mfakkar li l-livell inizjali tal-pedaġġ virtwali kien ġie stabbilit abbażi tas-suppożizzjonijiet tal-konċessjonarju dwar l-iżviluppi futuri tat-traffiku (użati fil-mudell tal-Vinjetta). Il-Kummissjoni tinnota li f'dak l-ewwel mument ma kien hemm ebda data attwali dwar it-traffiku għall-HGVs li jużaw l-awtostrada bla ħlas. Għal dik ir-raġuni ma kienx possibbli li ssir valutazzjoni preċiża tal-impatt tat-tibdil leġiżlattiv fuq it-traffiku, u għalhekk biex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tas-suppożizzjonijiet tal-konċessjonarju li saru dwar żviluppi futuri tat-traffiku. |
|
(144) |
Il-Kummissjoni tinnota li ma kien hemm l-ebda verifika ulterjuri tal-pedaġġ virtwali prevista sal-aħħar tal-konċessjoni jew sal-aħħar tar-reġim tal-pedaġġ virtwali. Għal dik ir-raġuni billi r-rati tal-pedaġġ virtwali kellhom jiġu stabbiliti fil-livell finali tagħhom wara l-verifika fl-2007 ir-redditu tal-konċessjonarju reġa' ġie espost għar-riskji dwar l-iżviluppi tat-traffiku b'mod simili għall-kuntratt ta' konċessjoni inizjali. |
|
(145) |
Il-Kummissjoni tinnota li fil-każ tal-awtostrada A2 is-sehem tat-traffiku ta' HGVs huwa akbar mis-sehem tat-traffiku ta' HGVs fuq l-awtostrada A4. Is-sehem tat-traffiku ta' HGVs fuq l-A2 kien stmat li jlaħħaq […] % (47) filwaqt li s-sehem tat-traffiku ta' HGVs fuq l-A2 kien biss ta' […] %. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li minħabba l-proporzjon ogħla ta' HGVs fuq l-A2 l-interdipendenza bejn iż-żewġ tipi ta' traffiku tista' tkun akbar milli fil-każ tal-awtostrada A4. Filwaqt li t-tibdil leġiżlattiv kien japplika biss għall-HGVs, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dan il-każ il-Kummissjoni madankollu taċċetta li l-verifika ma tkoprix biss l-HGVs iżda anke t-traffiku ta' vetturi ħfief. |
6.1.3.5.
|
(146) |
Bħala parti min-notifika tagħhom, l-awtoritajiet Pollakki ppreżentaw ir-rapport ta' PwC (ara l-premessa 41). F'dan ir-rapport PwC taġġorna l-mudell tal-Pedaġġ Reali ta' Autostrada Wielkopolska bil-previżjonijiet tat-traffiku u tad-dħul tal-istudju tad-WSA tal-2004. Tintroduċi wkoll xi korrezzjonijiet żgħar (aritmetiċi, loġiċi u fiskali) għall-mudell. Bħala riżultat ta' dan it-tibdil l-IRR li setgħet tkun mistennija fiż-żmien tat-tibdil leġiżlattiv taqa' minn […] % għal […] % (48) (ara l-mudell tal-Pedaġġ Reali ta' PwC fit-tabella 2). |
|
(147) |
Il-Kummissjoni tqis li s-sostituzzjoni tal-previżjoni tat-traffiku u tad-dħul introdotta minn PwC fil-mudell tal-Pedaġġ Reali hija raġonevoli, billi tirrappreżenta sew il-previżjonijiet aġġornati fiż-żmien tat-tibdil leġiżlattiv rilevanti. Għalhekk il-Kummissjoni taqbel li l-livell tal-IRR ta' […] % jista' jitqies bħala l-IRR li l-konċessjonarju seta' jistenna eżatt qabel it-tibdil leġiżlattiv. |
|
(148) |
Meta mqabbla ma' […] %, l-IRR ta' […] % iddikjarata minn Autostrada Wielkopolska u effettivament użata fin-negozjar tal-pagamenti ta' kumpens hija eċċessiva. L-IRR tal-mudell tal-Vinjetta ta' […] % hija wkoll ogħla minn […] %. |
|
(149) |
Biex tistabbilixxi l-ammont ta' kumpens żejjed għall-perjodu sal-verifika, PwC tuża l-mudell tal-Vinjetta biex terġa' tikkalkula r-Rati AGRi li kellhom jiġu applikati mill-bidu nett minn Settembru 2005 sabiex tinkiseb l-IRR aktar baxxa mistennija ta' […] % minflok l-IRR ta' […] % fil-mudell tal-Vinjetta ppreżentat minn Autostrada Wielkopolska fl-2005 (ara l-mudell tal-Vinjetta ta' PwC fit-Tabella 2). Fir-rapport tagħha PwC tissostitwixxi l-IRR ta' […] % tal-mudell tal-Vinjetta bi […] % u tistma r-Rati AGRi li jkunu biżżejjed biex tintlaħaq din l-IRR aktar baxxa. L-ammont tal-kumpens dovut lil Autostrada Wielkopolska għall-perjodu bejn Settembru 2005 u Ottubru 2007 abbażi tar-Rati AGRi kkalkulati mill-ġdid kien determinat li kien ta' PLN […] gross (49). Dan l-ammont tqabbel mal-pagamenti effettivi li saru lil Autostrada Wielkopolska għal dan il-perjodu, li laħħqu PLN […] gross (50). Il-kalkoli juru li fil-perjodu ta' bejn Settembru 2005 u Ottubru 2007 il-pagamenti żejda stmati kienu jlaħħqu PLN […] gross (51), li jirrappreżenta madwar […] % tal-pagamenti totali li saru lil Autostrada Wielkopolska f'dan il-perjodu. |
|
(150) |
Għall-perjodu wara l-verifika (minn Novembru 2007 sa Ġunju 2011) PwC tuża l-mudell ta' Verifika biex tagħti stima tal-kumpens żejjed li ngħata lil Autostrada Wielkopolska (52). Għal dan il-għan PwC reġgħet ikkalkulat ir-rati tal-pedaġġ virtwali sabiex tinkiseb IRR ta' […] % minflok ta' […] % fil-mudell ta' Verifika (ara l-mudell ta' Verifika (53) ta' PwC fit-Tabella 2). L-ammont tal-kumpens żejjed jikkorrispondi għad-differenza bejn ir-rati tal-pedaġġ virtwali li reġgħu ġew ikkalkulati minn PwC u r-rati tal-pedaġġ virtwali effettivament imħallsa lil Autostrada Wielkopolska għal kull vettura matul il-perjodu rilevanti. L-ammont tal-kumpens dovut lil Autostrada Wielkopolska għall-perjodu bejn Novembru 2007 u Ġunju 2011 abbażi tar-rati tal-pedaġġ virtwali kkalkulati mill-ġdid kien determinat li kien ta' PLN […] gross (54). Dan l-ammont tqabbel mal-pagamenti effettivi li saru lil Autostrada Wielkopolska għal dan il-perjodu, li laħħqu PLN […] gross (55). Il-kalkoli juru li fil-perjodu ta' bejn Novembru 2007 u Ġunju 2011, il-pagamenti żejda stmati kienu jlaħħqu PLN […] gross (56), li jirrappreżenta madwar […] % tal-pagamenti. |
6.1.3.6.
|
(151) |
Autostrada Wielkopolska argumentat li, anki jekk il-kumpens inkwistjoni kien jinvolvi titjib materjali, kien ġie nnegozjat bejn il-Polonja u Autostrada Wielkopolska fuq bażi kummerċjali u f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Għalhekk, f'dan il-każ il-Prinċipju ta' Operatur f'Ekonomija tas-Suq (MEOP) ikun applikabbli u sodisfatt. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Att Emendatorju u l-Ftehim ta' Konċessjoni imponew fuq il-Polonja obbligu li tikkumpensa lill-konċessjonarju biss sal-ammont ugwali għat-telf stmat fid-dħul minħabba t-tibdil leġiżlattiv rilevanti. Ma jistax jiġi argumentat li ħlas ogħla minn dak mitlub mil-liġi u mill-Ftehim ta' Konċessjoni jkun aċċettabbli għal operatur privat u razzjonali ipotetiku. Barra minn hekk, huwa ferm dubjuż li operatur razzjonali privat kien jaqbel li l-kumpens jiġi kkalkulat bl-użu tal-istudju tad-WSA tal-1999 dwar it-traffiku u d-dħul u mhux fuq l-aktar studju aġġornat tad-WSA tal-2004. Għalhekk, il-Kummissjoni ma taqbilx li l-MEOP ġie sodisfatt f'dan il-każ partikolari. |
|
(153) |
Barra minn hekk, Autostrada Wielkopolska rreferiet għall-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat tal-2002 tal-Metro ta' Londra li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet li tibdil f'kuntratt fit-tul ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jekk: (i) il-kuntratt oriġinali ma kienx jinvolvi għajnuna mill-Istat u (ii) it-tibdil jew ma jwassalx għal titjib materjali għall-konċessjonarju jew it-titjib huwa b'rata tas-suq (57). |
|
(154) |
Filwaqt li l-Kummissjoni ma għandha ebda informazzjoni li tissuġġerixxi li l-kuntratt inizjali kien jinvolvi għajnuna mill-Istat, l-analiżi tal-mudelli finanzjarji ppreżentati hawn fuq turi li l-pagamenti tal-pedaġġ virtwali wasslu għal titjib materjali għall-konċessjonarju minħabba li kienu bbażati fuq redditi mistennija ogħla minn dawk li setgħu jkunu mistennija qabel it-tibdil leġiżlattiv. Il-Kummissjoni tqis li l-prezz tas-suq għall-konċessjoni miżmuma minn Autostrada Wielkopolska ġie stabbilit fl-1997 bħala riżultat tal-proċedura ta' offerta miftuħa. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Konċessjoni l-IRR tal-proġett ma kinitx ġiet iggarantita lill-konċessjonarju. Filwaqt li l-IRR tintuża fil-metodu ta' kumpens, din tintuża biss bħala valur referenzjarju sabiex ikun jista' jsir il-kalkolu tal-kumpens korrett, jiġifieri, il-kumpens li jreġġa' lura s-sitwazzjoni finanzjarja li fiha kien ikun il-konċessjonarju mingħajr l-Att Emendatorju. L-IRR hija biss indikatur tal-qagħda finanzjarja tal-konċessjonarju eżatt qabel it-tibdil leġiżlattiv u mhux prezz li l-Istat ħallas lil Autostrada Wielkopolska biex taċċetta l-Anness 6 u għalhekk ma tistax tintuża għat-tqabbil tal-prezzijiet. |
|
(155) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li għall-valutazzjoni tagħha dwar l-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku għall-konċessjonarju, mhuwiex rilevanti jekk dan il-vantaġġ kienx ingħata b'mod intenzjonat jew mhux intenzjonat mill-Istat Membru. |
|
(156) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-proċedimenti u d-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Arbitraġġ ma jindirizzawx l-aspett tal-għajnuna mill-Istat tal-każ (58). Fi kwalunkwe każ huwa f'idejn il-Kummissjoni biex tivvaluta l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat u l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern. |
6.1.3.7.
|
(157) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-konċessjonarju rċieva vantaġġ ekonomiku fil-forma ta' kumpens żejjed għall-HGVs għall-perjodu ta' bejn Settembru 2005 u Ġunju 2011, id-data li fiha ntemm il-pedaġġ virtwali. Il-Kummissjoni taqbel mal-metodu tal-istima tal-kumpens żejjed użat minn PwC. |
6.1.4. Selettività
|
(158) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kumpens għal kull konċessjonarju ngħata wara negozjati individwali bejn il-konċessjonarju u l-Istat. Għalhekk wassal għal miżuri intrinsikament speċifiċi magħmula apposta għal kull konċessjonarju. Għalhekk, safejn dawn il-miżuri jagħtu vantaġġ lill-konċessjonarju, huma selettivi. |
|
(159) |
Kif intwera hawn fuq li l-kumpens li ngħata mill-Polonja jagħti vantaġġ lil Autostrada Wielkopolska, dik il-miżura għandha titqies bħala selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
6.1.5. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(160) |
Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fis-suq intern, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna (59). Huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma' impriżi oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni (60). |
|
(161) |
Il-vantaġġ ekonomiku mogħti mill-miżura attwali lil Autostrada Wielkopolska jsaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tagħha, billi jżid id-dħul tal-kumpanija. Barra minn hekk, is-suq għall-bini u għall-operat ta' awtostradi fil-Polonja huwa miftuħ għal kwalunkwe operatur ekonomiku attiv fl-UE. Għalhekk, il-vantaġġ lil Autostrada Wielkopolska għandu l-potenzjal li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.1.6. Konklużjoni
|
(162) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens imħallas lil Autostrada Wielkopolska għat-tibdil leġiżlattiv li jeskludi lill-HGVs mill-obbligu li jħallsu pedaġġ għall-użu tal-awtostrada A2 bejn Nowy Tomysl u Konin fil-perjodu mill-1 ta' Settembru 2005 sat-30 ta' Ġunju 2011 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE safejn dan ikkumpensa żżejjed lil dik il-kumpanija għat-telf fid-dħul bħala riżultat tal-Att Emendatorju. |
6.2. Legalità tal-għajnuna
|
(163) |
Billi l-kumpens kien diġà tpoġġa għad-dispożizzjoni ta' Autostrada Wielkopolska qabel in-notifika, il-Kummissjoni tqis li l-Polonja ma rrispettatx il-projbizzjoni tal-Artikolu 108(3) TFUE (61). Għalhekk l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Polonja hija illegali. |
6.3. Kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(164) |
Skont il-każistika stabbilita tal-Qorti (62), huwa kompitu tal-Istat Membru li jinvoka raġunijiet possibbli għall-kompatibbiltà tal-għajnuna, u li juri li l-kundizzjonijiet għal tali kompatibbiltà huma sodisfatti. Il-Kummissjoni tinnota li l-Polonja ma ppreżentat ebda raġuni għall-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni. Għall-kuntrarju, il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li fl-opinjoni tagħha l-għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq intern. |
|
(165) |
Madankollu l-Kummissjoni eżaminat jekk l-għajnuna inkwistjoni tistax titqies kompatibbli mas-suq intern. L-Artikolu 107(3) TFUE jipprovdi għal ċerti eżenzjonijiet għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern. |
|
(166) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni vvalutat l-għajnuna inkwistjoni fid-dawl tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE. L-Artikolu 107(3)(c) TFUE jistabbilixxi li “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”, tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ebda waħda mil-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat ma tapplika direttament għal infrastruttura ta' awtostrada u l-operat tagħha. |
|
(167) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna tista' tvarja skont il-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna għall-investiment jew operatorja. |
|
(168) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna inkwistjoni, il-parti kollha tal-awtostrada A2 operata minn Autostrada Wielkopolska kienet ilha miftuħa kważi sena. Għalhekk, kuntrarjament għar-referenza ta' AW S.A għad-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni dwar il-bini u l-operat tas-sezzjoni biswit Swiecko–Nowy Tomysl tal-Awtostrada A2 (kawża N 462/09), f'dan il-każ ma jistax jiġi konkluż li kienet għajnuna għall-investiment biex tiffaċilita l-bini tal-infrastruttura tat-triq. L-għajnuna mill-Istat fil-kawża N 462/09 kienet tħallset lill-benefiċjarju qabel bdew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u kellhom effett ta' inċentiv għall-benefiċjarju biex iwettaq il-proġett ta' investiment rilevanti. B'kuntrast, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda effett ta' inċentiv f'dan il-każ, billi l-bini tal-awtostrada kien diġà lest. La l-Polonja u lanqas Autostrada Wielkopolska ma indikaw xi proġett ieħor ta' investiment li għalih setgħet tikkontribwixxi l-għajnuna inkwistjoni. |
|
(169) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, kuntrarjament għall-għajnuna għall-investiment, f'dan il-każ l-għajnuna ma kinitx marbuta mal-ispejjeż ta' xi proġett ta' investiment iżda kienet tiddependi fuq l-ammont ta' vetturi li jużaw l-awtostrada u kellha karattru rikorrenti. Bħala tali, ma kkontribwietx għall-finanzjament ta' proġett ta' investiment, iżda għall-ispejjeż operattivi rikorrenti tal-benefiċjarju. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna operatorja. Skont il-każistika tal-Qorti, (63) tali għajnuna operatorja hija fil-prinċipju inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(170) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-awtostrada A2 bejn Nowy Tomysl u Konin tinsab f'reġjun żvantaġġat kopert mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni vvalutat jekk l-għajnuna operatorja kkonċernata tistax titqies bħala kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali (minn hawn 'il quddiem “RAG”). |
|
(171) |
Il-Kummissjoni qieset li għandha tivvaluta l-għajnuna inkwistjoni skont il-Linji Gwida validi fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni biex tingħata l-għajnuna kkonċernata bl-iffirmar tal-Anness 6 tal-Ftehim ta' Konċessjoni, jiġifieri fl-2005. Fir-rigward ta' għajnuna mogħtija dak iż-żmien, japplikaw il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali adottati mill-Kummissjoni fl-1998 (minn hawn 'il quddiem ir-“RAG tal-1998”) (64). |
|
(172) |
Skont il-paragrafu 4.15 tar-RAG tal-1998, għajnuna operatorja li normalment hija pprojbita tista' tingħata b'mod eċċezzjonali f'reġjuni eliġibbli skont id-deroga fl-Artikolu 92(3)(a) (issa — l-Artikolu 107(3)(a)) sakemm (i) hija ġġustifikata f'termini tal-kontribut tagħha għall-iżvilupp reġjonali u n-natura tiegħu u (ii) il-livell tagħha huwa proporzjonali għall-iżvantaġġi li qed tfittex li ttaffi. Huwa f'idejn l-Istat Membru li juri l-eżistenza ta' kwalunkwe żvantaġġ u jiddetermina l-importanza tiegħu. |
|
(173) |
F'dan il-kuntest il-Kummissjoni tinnota li l-Polonja ma wrietx l-eżistenza ta' xi żvantaġġ li l-għajnuna inkwistjoni setgħet ittaffi. Għall-kuntrarju, il-Polonja hija tal-fehma li l-għajnuna ma kkontribwietx għall-iżvilupp reġjonali. |
|
(174) |
Il-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ l-għajnuna operatorja wasslet esklussivament għal żieda fl-IRR tal-proġett għall-investituri u, bħala tali, ma tikkontribwixxix għall-iżvilupp reġjonali tar-reġjuni fejn tinsab l-awtostrada b'pedaġġ. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4.15 tar-RAG mhumiex sodisfatti. |
|
(175) |
Barra minn hekk, għall-fini tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni huwa irrelevanti li l-kumpens lil AW S.A ma ntużax u mhuwiex ser jintuża għat-tqassim tal-profitti (dividendi) lill-azzjonisti, iżda minflok biex jitħallas lura s-self tal-BEI. Fil-fatt il-ħlas lura tas-self tal-BEI huwa obbligu tal-konċessjonarju li ġej mill-arranġamenti finanzjarji li l-konċessjonarju kellu jagħmel biex jissodisfa l-Ftehim ta' Konċessjoni. Jekk il-kumpens imħallas lil Autostrada Wielkopolska kien tali li ppermetta lill-kumpanija tħallas lura s-self tagħha qabel previst (jiġifieri, fil-każ mingħajr it-tibdil fil-liġi u l-ħtieġa ta' kumpens), allura l-kumpens ipprovda vantaġġ lill-kumpanija billi għamel riżorsi disponibbli għal skopijiet oħra bħal pereżempju t-tqassim ta' dividendi li kieku ma setgħux jitħallsu. Tali tqassim ta' dividendi madankollu ma kellu ebda kontribut għall-iżvilupp tar-reġjun li fih tinsab l-awtostrada. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kriterji ta' kompatibbiltà għall-għajnuna operatorja inklużi fil-paragrafu 76 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali għall-perjodu 2007–2011 (65) (minn hawn 'il quddiem ir-“RAG tal-2007”), li kienu japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007, huma l-istess. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà għall-għajnuna inkwistjoni hija l-istess skont ir-RAG tal-2007. |
6.3.1. Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà
|
(177) |
Il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda dispożizzjoni oħra rigward il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern li tista' tipprovdi bażi sabiex l-għajnuna inkwistjoni titqies kompatibbli mat-Trattat. Barra minn hekk lanqas il-Polonja ma invokat ebda dispożizzjoni dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern jew ipprovdiet xi argument li jippermetti lill-Kummissjoni tqis l-għajnuna inkwistjoni kompatibbli. Bl-istess mod, il-kummenti ppreżentati mill-parti terza ma jippermettux lill-Kummissjoni tqis l-għajnuna inkwistjoni kompatibbli. |
|
(178) |
Bħala konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat li l-Polonja tat lil AW S.A hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-Polonja implimentat illegalment l-għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. |
7. IRKUPRU
|
(179) |
Skont it-Trattat u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat għandux jabolixxi jew jibdel l-għajnuna meta tkun sabet li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (66). Il-Qorti sostniet ukoll b'mod konsistenti li l-obbligu ta' Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna li l-Kummissjoni tqisha inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (67). |
|
(180) |
F'dan il-kuntest, il-Qorti stabbiliet li dan l-objettiv jintlaħaq ladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet restawrata s-sitwazzjoni ta' qabel il-ħlas tal-għajnuna (68). |
|
(181) |
Skont il-każistika, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (69) jgħid li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]”. |
|
(182) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Polonja kienet tat kumpens żejjed lil AW SA. għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Settembru 2005 u t-30 ta' Ġunju 2011. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li dan il-kumpens żejjed jikkostitwixxi għajnuna illegali li hija inkompatibbli mas-suq intern. Bħala riżultat, l-għajnuna trid tiġi rkuprata sabiex terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ingħatat. |
|
(183) |
Kif intqal fil-premessi minn 146 sa 150 hawn fuq (ara wkoll l-Anness ta' din id-deċiżjoni), il-Kummissjoni tikkonkludi li għall-perjodu mill-1 ta' Settembru 2005 sat-30 ta' Ġunju 2011 l-għajnuna totali tlaħħaq PLN 894 956 888,88 (70) gross (71). L-irkupru għandu jkopri ż-żmien minn meta l-vantaġġ beda jakkumula għall-benefiċjarju, jiġifieri d-data li fiha l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv. Bħala konsegwenza ta' dan, l-ammont totali ta' għajnuna li għandu jiġi rkuprat għandu jġorr l-imgħax mill-mument ta' kull żborż mensili msemmi fil-premessi minn 146 sa 150 u fl-Anness tad-deċiżjoni sal-mument tar-rimborż tiegħu. |
|
(184) |
Sal-punt li Autostrada Wielkopolska ħallset it-taxxa fuq l-għajnuna li rċeviet, il-Polonja tista', skont ir-regoli fiskali nazzjonali tagħha, tqis il-ħlas preċedenti tat-taxxa billi tirkupra biss l-ammont nett li rċeviet mingħand Autostrada Wielkopolska (72). Madankollu, f'dak il-każ, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw li Autostrada Wielkopolska ma tkunx tista' tgawdi minn tnaqqis ieħor billi tiddikjara li r-rimborż naqqas id-dħul taxxabbli tagħha, billi dan ikun ifisser li l-ammont nett tal-irkupru kien aktar baxx mill-ammont nett inizjalment riċevut. |
|
(185) |
Il-Polonja għandha perjodu ta' xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni li matulu għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'evidenza ta' kwalunkwe taxxa mħallsa fuq l-għajnuna riċevuta u d-data li fiha saru l-pagamenti msemmija fil-premessi minn 146 sa 150 u fl-Anness tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni tqis li minn dawk id-dati, il-benefiċjarju kellu l-għajnuna għad-dispożizzjoni tiegħu. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Il-kumpens żejjed għall-perjodu bejn l-1 ta' Settembru 2005 u t-30 ta' Ġunju 2011 li jammonta għal PLN 894 956 888,88, li ngħata mill-Polonja lil Autostrada Wielkopolska S. A. abbażi tal-Att Emendatorju jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
Artikolu 2
L-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1 hija illegali għaliex ingħatat bi ksur tan-notifika u l-obbligi ta' sospensjoni li joħorġu mill-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
Artikolu 3
L-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1 hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 4
1. Il-Polonja għandha tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarju.
2. Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandhom iġorru l-imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv tagħhom.
Artikolu 5
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Il-Polonja għandha tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Polonja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
l-ammont totali (il-prinċipal u l-imgħaxijiet fuq l-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati biex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna. |
2. Il-Polonja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Għandha tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħaxijiet fuq l-irkupru diġà irkuprati mingħand il-benefiċjarju.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 328, 20.9.2014, p. 12.
(2) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(3) Autostrada Wielkopolska hija kumpanija privata li l-attività esklussiva tagħha hija l-bini u l-operat tal-parti tal-awtostrada A2 bejn Nowy Tomysl u Konin. L-azzjonist prinċipali tal-kumpanija huwa AWSA Holland I B.V., li għandu 98.85 % tal-kapital azzjonarju ta' Autostrada Wielkopolska. L-uniku azzjonist ta' AWSA Holland I B.V. huwa AWSA Holland II B.V., li l-azzjonisti prinċipali tiegħu huma Kulczyk Holding S.A. (reġistrat f'Varsavja, 24,10 % tal-kapital azzjonarju), Meridiam Infrastructure S.a.r.l (il-Lussemburgu, 20.12 %), PGE S.A. (Varsavja, 20,00 %), Strabag AG (Spittal/Drau, 10,12 %), KWM Investment (Vjenna, 9,32 %), Bank Zachodni WBK S.A. (Wroclaw, 5,44 %), u TUiR “Warta” S.A. (Varsavja, 4,81 %).
(4) Skont il-Ftehim ta' Konċessjoni, il-konċessjonarju l-ewwel immodernizza s-subsezzjoni eżistenti ta' 47,7 km tal-awtostrada (subsezzjoni I: bejn Konin u Wrzesnia) u mbagħad bena żewġ subsezzjonijiet: bejn Poznan u Wrzesnia (subsezzjoni II — 37,5 km) u bejn Nowy Tomysl u Komorniki (subsezzjoni III — 50,4 km).
(5) Dawn ir-rati huma bbażati fuq valuri minn Lulju 1999. Huma soġġetti għal żieda fir-rata tal-inflazzjoni bejn Lulju 1999 u d-dati rispettivi tal-bidu tal-operat tal-punti individwali tal-ġbir tal-pedaġġ. Barra minn hekk, wara li jibda l-ġbir tal-pedaġġ, ir-rati massimi tal-pedaġġ jiġu aġġustati kull sena skont l-indiċi tal-inflazzjoni (indiċi annwali tal-prezzijiet għall-konsumatur) u skont l-indiċi tad-differenza fir-rata tal-kambju (bejn il-EUR u l-PLN).
(*1) Kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali.
(6) Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, ĠU L 187 tal-20.7.1999, p. 42.
(7) L-Att tat-28 ta' Lulju 2005 li jemenda l-Att dwar l-Awtostradi bi Ħlas u l-Fond Nazzjonali tat-Toroq, u l-Att dwar it-Trasport bit-Triq (Ġurnal tal-Liġijiet Nru 155, punt 1297).
(8) Jiġifieri vetturi fil-kategoriji 1-5 b'piż li jaqbeż it-3,5 tunnellati; fil-prattika, is-sehem ta' HGVs fil-kategorija 1 kien negliġibbli.
(9) L-IRR imsemmija fit-test ta' din id-deċiżjoni tirreferi għar-redditu totali mistenni fuq il-kapital azzjonarju (ekwità u dejn) reali, annwali, wara t-taxxa, abbażi tal-flussi tal-flus f'EUR, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
(10) Dan huwa l-mument meta l-ftehimiet finanzjarji meħtieġa għat-twettiq tal-proġett kienu diġà fis-seħħ.
(11) Kif deskritt fir-rapport ta' PwC “Estimation of the adjusted AGRi rate and overpaid compensation on the basis of the 2004 WSA Traffic and Revenue Study” (Stima tar-rata AGRi aġġustata u l-kumpens imħallas żejjed abbażi tal-Istudju dwar it-Traffiku u d-Dħul tad-WSA tal-2004), il-paġna 36.
(12) Kif deskritt fir-rapport ta' PwC “Estimation of the adjusted AGRi rate and overpaid compensation on the basis of the 2004 WSA Traffic and Revenue Study” (Stima tar-rata AGRi aġġustata u l-kumpens imħallas żejjed abbażi tal-Istudju dwar it-Traffiku u d-Dħul tad-WSA tal-2004), il-paġna 61.
(13) Rati tal-pedaġġ għall-vetturi tal-kat. II — IV: PLN: […],[…],[…] b'VAT ta' 22 % u li minn dan il-konċessjonarju rċieva 70 % (jiġifieri PLN […],[…] u […]).
(14) Fis-sottomissjonijiet tagħha lill-Kummissjoni Autostrada Wielkopolska tirreferi għal IRR ta' […] % mill-mudell tal-Vinjetta. Madankollu l-mudell tal-Vinjetta li l-Polonja ppreżentat lill-Kummissjoni turi IRR ta' […] %. Il-Polonja tikkonferma li r-rata ta' […] % tirreferi għall-kalkoli li saru minn konsulent għal Autostrada Wielkopolska iżda ma tafx kif ġiet ikkalkulata. Għalhekk l-IRR tal-mudell tal-Vinjetta użata fit-test li ġej hija ta' […] %. Il-konklużjonijiet magħmula fit-test jibqgħu validi indipendentement minn liema waħda minn dawn iċ-ċifri tal-IRR tintuża.
(15) Fl-antiċipazzjoni ta' dan qabel id-data effettiva tal-Att Emendatorju l-konċessjonarju żied ir-Rati Applikati miġbura mis-sewwieqa ta' vetturi tal-kategoriji kollha ta' vetturi għar-rati massimi permessi dak iż-żmien mill-Ftehim ta' Konċessjoni. Madankollu, fil-prattika, ir-rati tal-pedaġġ li kellhom jitħallsu baqgħu aktar baxxi minħabba li, b'mod parallel, Autostrada Wielkopolska introduċiet ribassi applikabbli għall-kategoriji kollha ta' vetturi.
(16) Minbarra l-IRR, ġie analizzat il-proporzjon tal-kopertura tas-servizz tad-dejn, il-proporzjon tal-kopertura tal-ħajja tas-self, u r-rata minima ta' kopertura għad-dejn garantit mill-istat.
(17) Rapport ta' Verifika mit-8 ta' Ġunju 2007, imħejji minn […] għal Autostrada Wielkopolska
(18) Poland A2 Toll Motorway Project Traffic and Revenue Update Study (L-Istudju ta' Aġġornament dwar it-Traffiku u d-Dħul tal-Proġett tal-Awtostrada b'Pedaġġ A2 tal-Polonja), Novembru 1999, imħejji minn Wilbur Smith Associates għal […].
(19) A2 Toll Motorway Project Phase VI Final Traffic and Revenue Study (Studju Finali dwar it-Traffiku u d-Dħul tal-Fażi VI tal-Proġett tal-Awtostrada b'Pedaġġ A2), Ġunju 2004, imħejji minn Wilbur Smith Associates għal Autostrada Wielkopolska S.A.
(20) Kif deskritt fir-rapport ta' PwC “Estimation of the adjusted AGRi rate and overpaid compensation on the basis of the 2004 WSA Traffic and Revenue Study” (Stima tar-rata AGRi aġġustata u l-kumpens imħallas żejjed abbażi tal-Istudju dwar it-Traffiku u d-Dħul tad-WSA tal-2004), il-paġna 61.
(21) Ara l-Artikoli 84 u 88 tal-Kodiċi Ċivili Pollakka.
(22) Ammonti gross jinkludu l-ekwivalenti tal-VAT applikabbli.
(23) Id-dritt għal kumpens kif deskritt hawnhekk huwa previst fl-Anness 2 tal-Ftehim ta' Konċessjoni.
(24) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 264/2002: Sħubija Pubblika Privata għall-Metro ta' Londra.
(25) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2009 fil-kawża N 462/2009: Għajnuna fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport — il-bini u l-operat tas-sezzjoni Swiecko–Nowy Tomysl tal-awtostrada A2, nota ta' qiegħ il-paġna 6.
(26) Kawża C 256/97 — DM Transport [1999] Ġabra I-3913.
(27) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2009 fil-kawża N 462/2009 — Għajnuna fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport — il-bini u l-operat tas-sezzjoni Swiecko — Nowy Tomysl tal-awtostrada A4. Ta' min jinnota li fil-fatt f'dak il-każ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet dwar in-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat.
(28) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-35/96, ECLI:ECLI:EU:C:1998:303; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' April 1991, Höfner u Elser vs Macrotron, C-41/90, ECLI:EU:C:1991:161; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 1995, FFSA et vs Ministère de l'Agriculture and de la Pêche, C-244/94, ECLI:EU:C:1995:392; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Diċembru 1997, Job Centre, C-55/96, ECLI:EU:C:1997:603.
(29) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-118/85, ECLI:EU:C:1987:283; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-35/96, ECLI:EU:C:1998:30.
(30) Fir-rigward ta' konċessjonarji ta' awtostradi, il-Kummissjoni ppreżentat l-istess konklużjoni pereżempju fid-deċiżjoni tas-27 ta' Ottubru 2014 fil-kawża SA.39224 — Greece — Reset of Greek Motorway concession projects (Negozjar mill-ġdid ta' proġetti ta' konċessjoni ta' Awtostrada Griega) — Moreas Motorway (ĠU C 460, 19.12.2014, p. 1).
(31) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem: “Stardust Marine”), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294.
(32) It-tariffa fuq il-fjuwil ġiet introdotta mill-Parlament Pollakk bl-Att tas-27 ta' Awwissu 2004 li jemenda l-Att dwar l-Awtostradi bi Ħlas u l-Fond Nazzjonali tat-Toroq.
(33) Id-Direttur Ġenerali tat-Toroq u l-Awtostradi Nazzjonali huwa l-awtorità tal-amministrazzjoni ċentrali għal kwistjonijiet relatati mas-sistema tat-toroq nazzjonali. Id-Direttur Ġenerali jwettaq il-kompiti tiegħu bl-appoġġ ta' GDDKIA.
(34) Bl-istess mod, fid-deċiżjoni tagħha tal-4 ta' Diċembru 2013 fil-kawża SA.29584 — Shadow toll compensation to Stalexport Autostrada Małopolska S.A. (SAM S.A.) — A4 motorway (Katowice – Krakow) (Kumpens ta' pedaġġ virtwali lil Stalexport Autostrada Małopolska S.A. (SAM S.A.) — l-awtostrada A4), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpens lill-konċessjonarju ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat minħabba li, skont il-ftehim ta' konċessjoni għall-parti speċifika tal-awtostrada A4, ir-responsabbiltà għar-riskju relatat mat-tibdil fil-liġi li jaffettwa direttament jew indirettament lill-konċessjonarju hija tal-Istat u l-kumpens kien limitat għat-telf imġarrab mill-konċessjonarju (ĠU C 172, 6.6.2014, p. 2).
(35) Ara l-Anness 6, il-paġna 9.
(36) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Kunċett ta' Għajnuna mill-Istat (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1), il-paragrafu 102.
(37) Dawn it-tliet mudelli finanzjarji ġew ippreżentati u vverifikati minn Ernst & Young f'rapport mid-19 ta' Settembru 2005.
(38) L-isem tal-fajl: 050518 A2-CB-2004-12 V1.51.123
(39) L-istudju tad-WSA tal-1999 huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-vetturi kollha jħallsu pedaġġi reali għall-użu tal-awtostrada. Ara l-istudju tad-WSA tal-1999, il-paġna 17, il-punti 3 u 4.
(40) L-isem tal-fajl: 050915 A2-COMPENSATION V.3.71 (awsa)_EY.123.
(41) Il-Kummissjoni tinnota wkoll li dawn is-suppożizzjonijiet dwar it-traffiku ma kinux ibbażati fuq data reali dwar it-traffiku fil-każ ta' awtostrada mingħajr pedaġġ u ma kinux ibbażati fuq studju xieraq dwar it-traffiku u d-dħul.
(42) L-isem tal-fajl: Ref 071023-Combined Phase I & II — Poland A2.xls.
(43) Studju ta' Aġġornament dwar it-Traffiku u d-Dħul għall-Awtostrada b'Pedaġġ A2, Novembru 2006.
(44) L-istudju tad-WSA tal-2006 huwa bbażat fuq data reali inizjali dwar it-traffiku u jassumi sistema ta' pedaġġ virtwali għall-perjodu sħiħ (użu mingħajr ħlas tal-A2 għall-HGVs).
(45) L-istudji dwar it-traffiku u d-dħul tad-WSA jinkludu previżjoni għat-traffiku fuq l-A2 abbażi ta' skeda ottimali ta' pedaġġi reali valida fiż-żmien li fih saret kull previżjoni.
(46) L-istudju tad-WSA tal-2004 huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-vetturi kollha jħallsu pedaġġi reali għall-użu tal-awtostrada. Ara l-istudju tad-WSA tal-2004, il-paġna 5-10, il-punt 4.
(47) Kif stmat minn Autostrada Wielkopolska abbażi tal-medji għall-perjodu 2005–2011.
(48) L-akbar porzjon tat-tnaqqis (324 punt bażi) huwa dovut għall-aġġornament tal-previżjonijiet tat-traffiku u 11-il punt bażi biss huma dovuti għall-korrezzjonijiet iżgħar l-oħra.
(49) Dan l-ammont jikkorrispondi għal EUR […] gross (b'rata tal-kambju ta' PLN/EUR = 4).
(50) Dan l-ammont jikkorrispondi għal EUR […] gross (b'rata tal-kambju ta' PLN/EUR = 4).
(51) Dan l-ammont jikkorrispondi għal EUR […] gross (b'rata tal-kambju ta' PLN/EUR = 4).
(52) Dan sar fir-rapport ta' PwC tal-2010 għall-perjodu sa Awwissu 2010 u f'rapport addizzjonali ta' PwC tal-2011 għall-perjodu bejn Settembru 2010 u Ġunju 2011.
(53) L-isem tal-fajl: […].
(54) Dan l-ammont jikkorrispondi għal EUR […] gross (b'rata tal-kambju ta' PLN/EUR = 4).
(55) Dan l-ammont jikkorrispondi għal EUR […] gross (b'rata tal-kambju ta' PLN/EUR = 4).
(56) Dan l-ammont jikkorrispondi għal EUR […] gross (b'rata tal-kambju ta' PLN/EUR = 4).
(57) Kawża N 264/2002 Sħubija Pubblika Privata għall-Metro ta' Londra, il-paragrafu 79.
(58) Fil-punt 4.25, id-Deċiżjoni Arbitrali tgħid: […].
(59) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Settembru 1980, Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-730/79, ECLI:EU:C:1980:209, il-paragrafu 11; Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' April 1998, Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, T-214/95, ECLI:EU:T:1998:77, il-paragrafu 50.
(60) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Marzu 1991, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-303/88, ECLI:EU:C:1991:136; Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' April 1998, Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, T-214/95, ECLI:EU:T:1998:77, il-paragrafu 49.
(61) Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Jannar 2004 Fleuren Compost BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, T-109/01, ECLI:EU:T:2004:4.
(62) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' April 1993, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-364/90, ECLI:EU:C:1993:157.
(63) Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ġunju 1995, Siemens SA vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, T-459/93, ECLI:EU:T:1995:100, Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Settembru 2000, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Kawża C-156/98, ECLI:ECLI:EU:C:2000:467, il-punt 30.
(64) ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.
(65) ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.
(66) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 1973, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, C-70/72, ECLI:EU:C:1973:87, il-paragrafu 13.
(67) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Settembru 1994, ir-Renju ta' Spanja vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Każijiet Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92, ECLI:EU:C:1994:325, il-paragrafu 75.
(68) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tas-17 ta' Ġunju 1999, ir-Renju tal-Belġju vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-paragrafi 64 u 65.
(69) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(70) Dan l-ammont jikkorrispondi għas-somma tal-ammont imsemmi fil-premessa 148 — PLN […] u l-ammont imsemmi fil-premessa 150 — PLN […] li huma grossi u jikkorrispondu għal total ta' madwar EUR 223,74 miljun (b'rata tal-kambju ta' PLN/EUR = 4).
(71) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna21.
(72) Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ġunju 1995, Siemens SA vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, T-459/93, ECLI:EU:T:1995:100, il-paragrafu 83. Jekk jogħġbok ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Diċembru 2005, Unicredito Italiano SpA vs Agenzia delle Entrate, Ufficio Genova 1, C-148/04, ECLI:EU:C:2005:774, il-paragrafu 117-120.
(73) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(74) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).
ANNESS
KUMPENS ŻEJJED IMĦALLAS LILL-AUTOSTRADA WIELKOPOLSKA
|
Il-perjodu tal-kumpens |
Kumpens żejjed (gross) f'PLN |
|
Il-perjodu tal-kumpens |
Kumpens żejjed (gross) f'PLN |
|
Settembru 2005 |
[…] |
|
Awwissu 2008 |
[…] |
|
Ottubru 2005 |
[…] |
|
Settembru 2008 |
[…] |
|
Novembru 2005 |
[…] |
|
Ottubru 2008 |
[…] |
|
Diċembru 2005 |
[…] |
|
Novembru 2008 |
[…] |
|
Jannar 2006 |
[…] |
|
Diċembru 2008 |
[…] |
|
Frar 2006 |
[…] |
|
Jannar 2009 |
[…] |
|
Marzu 2006 |
[…] |
|
Frar 2009 |
[…] |
|
April 2006 |
[…] |
|
Marzu 2009 |
[…] |
|
Mejju 2006 |
[…] |
|
April 2009 |
[…] |
|
Ġunju 2006 |
[…] |
|
Mejju 2009 |
[…] |
|
Lulju 2006 |
[…] |
|
Ġunju 2009 |
[…] |
|
Awwissu 2006 |
[…] |
|
Lulju 2009 |
[…] |
|
Settembru 2006 |
[…] |
|
Awwissu 2009 |
[…] |
|
Ottubru 2006 |
[…] |
|
Settembru 2009 |
[…] |
|
Novembru 2006 |
[…] |
|
Ottubru 2009 |
[…] |
|
Diċembru 2006 |
[…] |
|
Novembru 2009 |
[…] |
|
Jannar 2007 |
[…] |
|
Diċembru 2009 |
[…] |
|
Frar 2007 |
[…] |
|
Jannar 2010 |
[…] |
|
Marzu 2007 |
[…] |
|
Frar 2010 |
[…] |
|
April 2007 |
[…] |
|
Marzu 2010 |
[…] |
|
Mejju 2007 |
[…] |
|
April 2010 |
[…] |
|
Ġunju 2007 |
[…] |
|
Mejju 2010 |
[…] |
|
Lulju 2007 |
[…] |
|
Ġunju 2010 |
[…] |
|
Awwissu 2007 |
[…] |
|
Lulju 2010 |
[…] |
|
Settembru 2007 |
[…] |
|
Awwissu 2010 |
[…] |
|
Ottubru 2007 |
[…] |
|
Settembru 2010 |
[…] |
|
Novembru 2007 |
[…] |
|
Ottubru 2010 |
[…] |
|
Diċembru 2007 |
[…] |
|
Novembru 2010 |
[…] |
|
Jannar 2008 |
[…] |
|
Diċembru 2010 |
[…] |
|
Frar 2008 |
[…] |
|
Jannar 2011 |
[…] |
|
Marzu 2008 |
[…] |
|
Frar 2011 |
[…] |
|
April 2008 |
[…] |
|
Marzu 2011 |
[…] |
|
Mejju 2008 |
[…] |
|
April 2011 |
[…] |
|
Ġunju 2008 |
[…] |
|
Mejju 2011 |
[…] |
|
Lulju 2008 |
[…] |
|
Ġunju 2011 |
[…] |
|
|
|
|
Total |
894 956 888,88 |