IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.4.2022
COM(2022) 181 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS)
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS)
1.Introduzzjoni
Ir-Regolament (UE) 2017/2391 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) allinja s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7a biex temenda l-Anness II tiegħu (l-Artikolu 3(4)) u l-lista ta’ LAU fl-Anness III tiegħu (l-Artikolu 4(1)) abbażi tal-bidliet fl-unitajiet amministrattivi li jkunu ġew ikkomunikati lilha mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 5(1). Barrra minn hekk, l-Artikolu 5(4) jagħti s-setgħa liIl-Kummissjoni li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7a sabiex temenda l-klassifikazzjoni NUTS (l-Anness I) imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) abbażi tal-bidliet fl-unitajiet territorjali li jkunu ġew ikkomunikati lilha mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 5(1).
2.Bażi Ġuridika
Skont l-Artikolu 7a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata għal perjodu ta’ ħames (5) snin mit-18 ta’ Jannar 2018. Din is-setgħa jeħtieġ tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ ħames snin, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx. L-istess paragrafu jirrikjedi li l-Kummissjoni tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ (9) xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames (5) snin.
Dan ir-rapport jissodisfa dak l-obbligu.
3.Eżerċizzju tad-delega
Minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2017/2391, il-Kummissjoni adottat biss ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755
.
Dak l-att emenda l-klassifikazzjoni NUTS abbażi tal-bidliet fl-unitajiet territorjali u amministrattivi li ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni mill-Belġju, l-Estonja, Franza, il-Kroazja, l-Italja u r-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament.
Meta kienet qed tħejji r-Regolament Delegat, il-Kummissjoni kkonsultat bil-miktub lid-diretturi tal-istatistika u l-kontijiet settorjali u ambjentali f’Marzu 2019 u l-Grupp ta’ Esperti “Istituti Nazzjonali tal-Istatistika tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika” f’Ġunju 2019. Infurmat lill-Parlament u lill-Kunsill dwar kull konsultazzjoni tal-grupp ta’ esperti u bagħtitilhom id-dokumenti kollha rilevanti minnufih u b’format xieraq.
Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat fit-8 ta’ Awwissu 2019 u nnotifikat lill-Parlament u lill-Kunsill, li fil‑perjodu ta’ xahrejn (2) ħadd minnhom ma oġġezzjona. Ir-Regolament Delegat 2019/1755 daħal fis-seħħ fl-L-Erbgħa, 13 ta’ Novembru 2019.
4.Konklużjoni
Il-Kummissjoni eżerċitat sew is-setgħat delegati lilha u tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.
Il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jibqa’ jkollha s-setgħat delegati skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, peress li jista’ jkollha bżonn tadotta atti delegati fil-futur biex temenda l-annessi tar-Regolament abbażi tal-bidliet fl-unitajiet territorjali u amministrattivi kkomunikati lilha mill-Istati Membri.