<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑213/11</NO.CASE><NO.CASE>C‑214/11</NO.CASE><NO.CASE>C‑217/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0213</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:495">EU:C:2012:495</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20120719">19.7.2012</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-213/11, C-214/11 U C-217/11</P><P>FORTUNA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 98/34/KE</KEYWORD><KEYWORD>Standards u regolamenti tekniċi</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi</KEYWORD><KEYWORD>Slot machines b’rebħ limitat</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ emenda, tiġdid u ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għall-operat</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-213/11, C-214/11 u C-217/11,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku (il-Polonja), b’deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20101116">16 ta’ Novembru 2010</DATE>, li waslu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fid-9 u fil-<DATE ISO="20110511">11 ta’ Mejju 2011</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fortuna sp. z o.o.</HT> (C-213/11),</P><P><HT TYPE="BOLD">Grand sp. z o.o.</HT> (C-214/11),</P><P><HT TYPE="BOLD">Forta sp. z o.o.</HT> (C-217/11)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Celnej w Gdyni,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, J. Malenovský, R. Silva de Lapuerta, G. Arestis (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Fortuna sp. z o.o., Grand sp. z o.o. u Forta sp. z o.o., minn K. Budnik, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u B. Majczyna kif ukoll minn D. Lutostańska, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck u M. Jacobs, bħala aġenti, assistiti minn P. Vlaemminck u R. Verbeke, avukati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u A. P. Barros, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Zavvos u K. Herrmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19980622">22 ta’ Ġunju 1998</DATE>, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="709" NO.OJ="352M" DATE.PUB="2006">ĠU L 352M, p. 709</REF.DOC.OJ>), iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 98/34<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn, minn naħa, Fortuna sp. z o.o. (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Fortuna<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), Grand sp. z o.o. (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Grand<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u Forta sp. z o.o. (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Forta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u, min-naħa l-oħra, id-Dyrektor Izby Celnej w Gdyni (direttur tal-uffiċċju doganali ta’ Gdynia, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>DICG<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) rigward ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jemenda, iġedded jew joħroġ, skont il-każ, awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni u għall-operat ta’ attività ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-punti 1 sa 5 u 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw it-tifsriet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>, kull prodott fabbrikat b’mod industrijali u kull prodott agrikolu, inklużi prodotti mill-ħut;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>servizz<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>: kull servizz tas-soċjetà ta’ l-Informatika, jiġifieri kull servizz normalment ipprovdut għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta’ riċevitur ta’ servizzi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>, speċifikazzjoni li tinsab f’dokument li jistabbilixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott bħalma huma l-livelli ta’ kwalità, ir-riżultat tal-ħidma, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, inklużi l-ħtiġiet li japplikaw għall-prodott rigward l-isem li bih il-prodott jinbiegħ, it-terminoloġija, is-simboli, l-eżaminazzjoni u l-metodi ta’ l-eżaminazzjoni, l-imballaġġ, l-immarkar jew l-ittikkettjar u l-proċeduri ta’ stima tal-konformità.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ħtiġiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, ħtieġa, għajr speċifikazzjoni teknika, imposta fuq prodott bil-għan li tipproteġi, b’mod partikolari, il-konsumatur jew l-ambjent, u li taffettwa ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu wara li jkun inħareġ fis-suq, bħalma huma l-kondizzjonijiet dwar l-użu, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-rimi, fejn dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kompożizzjoni jew in-natura tal-prodott jew il-bejgħ tiegħu fis-suq;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>regola dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, ħtieġa ta’ natura ġenerali li għandha x’taqsam mal-bidu u l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ servizzi fit-tifsira tal-punt 2, b’mod partikolari id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fornitur tas-servizz, is-servizzi u r-riċevitur tas-servizzi, għajr kull regola li mhijiex speċifikament immirata lejn is-servizzi definiti f’dak il-punt.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, speċifikazzjonijiet tekniċi u ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi, inklużi d-dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti, li l-osservanza tagħhom hija obbligatorja, de jure jew de facto, fil-każ tat-tqegħid fis-suq, il-forniment ta’ servizz, l-istabbiliment ta’ operatur tas-servizz jew l-użu fi Stat Membru jew f’parti l-kbira minnu, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri, għajr dawk ipprovduti fl-Artikolu 10, li jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott, jew li jipprojbixxu l-forniment jew l-użu ta’ servizz, jew l-istabbiliment ta’ fornitur tas-servizz.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Soġġetti għall-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku, għajr fejn dan sempliċiment jittrasponi t-test ta’ standard internazzjonali jew Ewropew, f’liema każ l-informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-istandard relevanti tkun biżżejjed; għandhom ukoll iħallu lill-Kummissjoni tagħmel dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet li jagħmlu meħtieġa l-leġislazzjoni ta’ dan ir-regolament tekniku, fejn dawn ma jkunux diġà ġew magħmula ċari fl-abbozz.</P><P>[…]</P><P>L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-abbozz mill-ġdid skond il-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq jekk jagħmlu tibdil lill-abbozz li jkollu l-effett li jibdel b’mod sinifikanti l-iskop tiegħu, iqassru l-iskeda imfassla oriġinarjament għall-implimentazzjoni, iżidu l-ispeċifikazzjonijiet jew il-ħtiġiet jew jagħmlu lil dawn ta’ l-aħħar iktar stretti.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Sal-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, l-organizzazzjoni u l-eżerċizzju ta’ attivitajiet fil-qasam tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat kienu rregolati bil-liġi dwar il-logħob u l-imħatri (ustawa o grach i zakĺadach wzajemnych) tad-<DATE ISO="19920729">29 ta’ Lulju 1992</DATE> (Dz. U. tal-2004, Nru 4, Titolu 27), kif emendata (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Liġi dwar il-logħob u l-imħatri<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2b) ta’ din il-liġi kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-magni tal-logħob b’rebħ limitat huma l-logħob fuq tagħmir mekkaniku, elettromekkaniku jew elettroniku, li jippermetti rebħ fi flus jew in natura li l-valur unitarju tiegħu ma jistax jaqbeż l-ekwivalenti ta’ [EUR] 15 u li l-ammont massimu li kull persuna tista’ tilgħab ma jistax jaqbeż l-[EUR] 0.07.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija liġi, is-sidien ta’ tali tagħmir kellhom, sabiex ikunu jistgħu joperaw dawn il-magni tal-logħob, jiksbu awtorizzazzjonijiet mill-awtorità fiskali li hija kompetenti fit-territorju. Dawn kellhom jinħarġu lis-sidien ta’ dan it-tagħmir għal perijodu ta’ sitt snin u setgħu, fuq talba ta’ dak li għandu l-awtorizzazzjoni, jiġġeddu għal perijodu ta’ sitt snin addizzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1a) ta’ din l-istess liġi kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-organizzazzjoni tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat hija awtorizzata biss fil-postijiet tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-Liġi dwar il-logħob u l-imħatri kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-postijiet tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat jistgħu jinsabu fi stabbilimenti tal-ikel, tal-kummerċ jew tas-servizzi li jinsabu mill-inqas 100 metru ’l bogħod mill-iskejjel, mill-istabbilimenti ta’ taħriġ u ta’ edukazzjoni, mill-istabbilimenti ta’ kura u mill-postijiet ta’ qima reliġjuża.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard (Ustawa o grach hazardowich) tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE> (Dz. U. 201 Titolu 1540, iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Liġi dwar il-logħob tal-ażżard<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), li tissostitwixxi l-Liġi dwar il-logħob u l-imħatri, daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-organizzazzjoni tal-logħob tar-roulette, tal-logħob tal-karti, tal-logħob bid-dadi u tal-magni tal-logħob hija rriżervata għall-casinos tal-logħob.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 129 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="129.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-attivitajiet kollha ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat jew ta’ magni tal-logħob organizzati fi swali tal-magni tal-logħob eżerċitati abbażi ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet preċedenti sal-iskadenza ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet mill-entitajiet li għalihom inħarġu, ħlief jekk din il-liġi tipprovdi mod ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="129.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċeduri mibdija u mhux konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi intiżi għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat jew ta’ magni tal-logħob organizzati fi swali tal-magni tal-logħob għandhom jintemmu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="129.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Magni tal-logħob b’rebħ limitat ifissru l-logħob fuq tagħmir mekkaniku, elettromekkaniku u elettroniku b’rebħ fi flus jew in natura, li l-valur unitarju tiegħu ma jaqbiżx PLN 60 u li l-ammont massimu li kull persuna tista’ tilgħab ma jistax jaqbeż PLN 0.50.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 135 tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="135.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 129(1) jistgħu jiġu emendati, skont il-prinċipji ddefiniti fil-liġi rigward l-emendi ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-entitajiet li jeżerċitaw attività koperta mill-Artikolu 6(1) sa (3), mill-awtorità kompetenti fil-qasam tal-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, bir-riżerva tal-paragrafi 2 u 3. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 56 u 57 japplikaw b’analoġija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="135.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-emenda ta’ awtorizzazzjoni ma tistax twassal għal bidla tal-postijiet ta’ organizzazzjoni tal-logħob, ħlief jekk huwa biex jitnaqqsu n-numru ta’ postijiet tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) ta’ din il-liġi, l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 129(1) tal-imsemmija liġi ma jistgħux jiġġeddu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma kumpanniji li għandhom bħala attività ekonomika, fost l-oħrajn, l-organizzazzjoni u l-operat ta’ magni tal-logħob. Għal dan il-għan, Fortuna, Grand u Forta jixtru tagħmir tal-logħob fis-suq tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fortuna għandha l-awtorizzazzjoni legali meħtieġa għal tali attività, li nħarġitilha fl-<DATE ISO="20031101">1 ta’ Novembru 2003</DATE> għal perijodu ta’ sitt snin, u mbagħad iġġedded b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090914">14 ta’ Settembru 2009</DATE>. Din l-awtorizzazzjoni tikkonċerna numru kbir ta’ postijiet tal-logħob. Fortuna ressqet talba għal bidla fl-awtorizzazzjoni tagħha fir-rigward tal-iffissar ta’ wieħed mill-postijiet ta’ operat tal-logħob. B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100203">3 ta’ Frar 2010</DATE>, ikkonfermata b’deċiżjoni ulterjuri tal-<DATE ISO="20100414">14 ta’ April 2010</DATE>, id-DICG ma laqax din it-talba, billi invoka l-Artikolu 135(2) tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard, li jipprojbixxi kull bidla tal-postijiet ta’ organizzazzjoni tal-logħob b’emenda tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni, ħlief jekk huwa biex jitnaqqsu n-numru ta’ postijiet tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Grand kellha l-awtorizzazzjoni legali meħtieġa għall-organizzazzjoni u l-operat ta’ magni tal-logħob, maħruġa fis-<DATE ISO="20040806">6 ta’ Awwissu 2004</DATE>, għal perijodu ta’ sitt snin. L-awtorizzazzjoni kienet tirrigwarda wkoll numru kbir ta’ postijiet tal-logħob. Grand ressqet talba għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tagħha, għal perijodu ġdid ta’ sitt snin. B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100224">24 ta’ Frar 2010</DATE>, ikkonfermata b’deċiżjoni ulterjuri tat-<DATE ISO="20100518">18 ta’ Mejju 2010</DATE>, id-DICG ma laqax din it-talba, billi invoka l-Artikolu 138(1) tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard, li jipprojbixxi t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20081210">10 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Forta ressqet talba għal awtorizzazzjoni sabiex torganizza u topera magni tal-logħob b’rebħ limitat fit-territorju tar-reġjun ta’ Pomorskie. Din it-talba, li inizjalment kienet tirrigwarda 112-il post ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat, finalment tikkonċerna 80 post. B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100212">12 ta’ Frar 2010</DATE>, ikkonfermata b’deċiżjoni ulterjuri tad-<DATE ISO="20100419">19 ta’ April 2010</DATE>, id-DICG ikkonstata, skont l-Artikolu 129(2) tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard, li ma kienx għad hemm lok li titkompla l-proċedura inkwistjoni. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni titlob li jintemmu proċeduri mibdija u li baqgħu mhux konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi l-ġdida li jikkonċernaw it-talbiet ta’ awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat jew magni tal-logħob organizzati fi swali tal-magni tal-logħob ippreżentati skont il-liġi dwar il-logħob u l-imħatri.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali ppreżentaw, kull waħda minnhom, rikors quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku (qorti amministrattiva tar-reġjun ta’ Gdańsku) kontra d-deċiżjonijiet li jikkonċernawhom, billi sostnew li d-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-logħob tal-ażżard ma jistgħux jiġu invokati mill-amministrazzjoni insostenn tad-deċiżjonijiet tagħha, peress li din il-liġi ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni, minkejja li hija tinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>regolamenti tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tad-Direttiva 98/34. Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jsostnu wkoll li r-restrizzjonijiet f’dak li jikkonċerna l-operat tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat li jirriżultaw minn din il-liġi jwasslu għal restrizzjoni kbira għall-kummerċ ta’ dan it-tagħmir fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, il-projbizzjoni li jiġu emendati jew imġedda awtorizzazzjonijiet preċedenti, kif ukoll il-projbizzjoni li jinħarġu awtorizzazzjonijiet ġodda għall-operat ta’ dan it-tagħmir prattikament ineħħu kull skop ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward il-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi f’dak li jikkonċerna l-logħob tal-ażżard tippermettilha tevalwa b’mod awtonomu l-kompatibbiltà tal-iskema li tirriżulta mil-liġi dwar il-logħob tal-ażżard ma’ dawn il-libertajiet. Min-naħa l-oħra, din il-qorti tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi jistgħux jiġu invokati kontra individwu, meta ma ġewx innotifikati lill-Kummissjoni, b’mod konformi mal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P>Fil-Kawża C-213/11:</P><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva [98/34] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li l-abbozz tiegħu għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva jkopri dispożizzjoni legali li tipprojbixxi l-emenda ta’ awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ magni tal-logħob [...] b’rebħ limitat sa fejn tikkonċerna l-post fejn ikunu installati dawn il-magni?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></P><P>Fil-Kawża C-214/11:</P><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva [98/34] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li l-abbozz tiegħu għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1) tad Direttiva jkopri dispożizzjoni legali li tipprojbixxi l-estensjoni [t-tiġdid] ta’ awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ magni tal-logħob [...] b’rebħ limitat?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></P><P>Fil-Kawża C-217/11:</P><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva [98/34] għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni ta’ liġi li tipprojbixxi l-ħruġ ta’ awtorizzazzjonjiet relatati mal-attivitajiet ta’ [magni tal-logħob b’rebħ limitat] taqa’ taħt <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>regolamenti tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> li l-abbozzi tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-Kawżi C-213/11, C-214/11 u C-217/11 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 għandux jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjonijiet nazzjonali, bħalma huma dawk tal-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, li jista’ jkollhom bħala effett li jillimitaw, jew saħansitra jirrendu progressivament impossibbli, l-operat tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat f’postijiet oħra għajr il-casinos u s-swali tal-logħob, jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>regolamenti tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-abbozzi tagħhom għandhom jiġu kkomunikati skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li miżuri li jipprojbixxu l-użu tal-logħob elettriku, elettromekkaniku u elettroniku kollu, fil-postijiet pubbliċi u privati kollha, bl-eċċezzjoni tal-casinos, għandhom jiġu kklassifikati bħala regolamenti tekniċi fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 (sentenza tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-65/05" PAGE.ECR="I-10341" YEAR="2006">C-65/05, Ġabra p. I-10341</REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, miżura, bħalma huwa l-Artikolu 14(1) tal-Liġi dwar il-logħob tal-ażżard, li tirriżerva l-organizzazzjoni ta’ magni tal-logħob biss għall-casinos, għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-preċiżjoni preliminari, għandu jitfakkar li hija ġurisprudenza stabbilita li d-Direttiva 98/34 għandha bħala għan li tħares il-moviment liberu tal-merkanzija, li huwa wieħed mis-sisien tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ kontroll preventiv, u dan il-kontroll huwa utli inkwantu regolamenti tekniċi li jaqgħu taħt din id-direttiva jistgħu jikkostitwixxu ostakoli għall-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri, minħabba li dawn l-ostakoli ma jistgħux jiġu ammessi ħlief jekk<?PAGE NO="7"?> meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti kundizzjonijiet essenzjali biex jintlaħaq għan ta’ interess ġenerali (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19960430">30 ta’ April 1996</DATE>, CIA Security International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-194/94" PAGE.ECR="I-2201" YEAR="1996">C-194/94, Ġabra p. I-2201</REF.DOC.ECR>, punti 40 u 48; tat-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>, Lidl Italia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/04" PAGE.ECR="I-7865" YEAR="2005">C-303/04, Ġabra p. I-7865</REF.DOC.ECR>, punt 22, kif ukoll tad-<DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Intercommunale Intermosane u Fédération de l’industrie et du gaz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-361/10" PAGE.ECR="I-5079" YEAR="2011">C-361/10, Ġabra p. I-5079</REF.DOC.ECR>, punt 10).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ikopri — minbarra l-kategorija tar-regolamenti rigward is-servizzi tas-soċjetà tal-informatika, fis-sens tal-punti 2 u 5 ta’ dan l-Artikolu 1, li madankollu ma hijiex ikkonċernata fil-kawżi prinċipali peress li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jirrigwardaw tagħmir ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-imsemmi punt 1 tal-Artikolu 1 — tliet kategoriji, jiġifieri, fl-ewwel lok, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>ispeċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, fit-tieni lok, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ħtiġiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> kif iddefiniti fil-punt 4 tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, u fit-tielet lok, il-projbizzjoni tal-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott prevista fil-punt 11 tal-Artikolu 1 tal-istess direttiva (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20050421">21 ta’ April 2005</DATE>, Lindberg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-267/03" PAGE.ECR="I-3247" YEAR="2005">C-267/03, Ġabra p. I-3247</REF.DOC.ECR>, punt 54; tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, Schwibbert, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-20/05" PAGE.ECR="I-9447" YEAR="2007">C-20/05, Ġabra p. I-9447</REF.DOC.ECR>, punt 34, kif ukoll Intercommunale Intermosane u Fédération de l’industrie et du gaz, iċċitata iktar ’il fuq, punt 11).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi speċifikat, qabel kollox, li, sabiex miżura nazzjonali taqa’ taħt l-ewwel kategorija ta’ regolamenti tekniċi msemmija fil-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34, jiġifieri taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, din il-miżura għandha tirreferi neċessarjament għall-prodott jew għall-imballaġġ tiegħu inkwantu tali u għaldaqstant tistabbilixxi waħda mill-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott (ara s-sentenza Intercommunale Intermosane u Fédération de l’industrie et du gaz, iċċitata iktar ’il fuq, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Biżżejjed jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-liġi dwar il-logħob tal-ażżard jirrigwardaw l-awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attività ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat. Huma ma jirreferux għat-tagħmir ta’ logħob b’rebħ limitat jew għall-imballaġġ tagħhom inkwantu tali, u ma jistabbilixxux, għaldaqstant, il-karatteristiċi ta’ dawn.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jinkludux speċifikazzjonijiet tekniċi fis-sens tad-Direttiva 98/34.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Imbagħad, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-tielet kategorija ta’ regolamenti tekniċi msemmija fil-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34, rigward projbizzjoni b’mod partikolari tal-użu, tippresupponi li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni għandhom portata li tmur biċ-ċar lil ’hinn minn limitazzjoni ta’ ċerti forom ta’ użu possibbli tal-prodott inkwistjoni u ma humiex limitati biss għal sempliċi restrizzjoni tal-użu tal-imsemmi prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tielet kategorija tirreferi b’mod iktar partikolari għal miżuri nazzjonali li ma jippermettu l-ebda użu ħlief wieħed purament marġinali li jista’ b’mod raġonevoli jkun mistenni mill-prodott ikkonċernat (is-sentenza Lindberg, iċċitata iktar ’il fuq, punt 77).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja li d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-liġi dwar il-logħob tal-ażżard inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jinvolvu ċertament projbizzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-ħruġ, it-tiġdid u l-emenda tal-awtorizzazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 129(1) ta’ din il-liġi, l-attivitajiet kollha tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat eżerċitati abbażi ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija liġi jitwettqu, mill-entitajiet li għalihom huma nħarġu, skont id-dispożizzjonijiet preċedenti sakemm jiskadu dawn l-awtorizzazzjonijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>B’dan il-mod, tali dispożizzjoni tippermetti t-tkomplija tal-eżerċizzju tal-attività ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat u, għaldaqstant, l-użu tat-tagħmir ta’ tali logħob, wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar il-logħob tal-ażżard. Għandu jiġi kkonstatat li, f’kuntest bħal dan, id-dispożizzjonijiet tranżitorji ta’ din il-liġi ma jistgħux jitqiesu bħala miżuri nazzjonali li ma jippermettu l-ebda użu ħlief wieħed purament marġinali tat-tagħmir ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex ikunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ħtiġiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34, il-miżuri nazzjonali kkonċernati għandhom jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> li jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinjifikattiv il-kompożizzjoni, in-natura jew it-tqegħid fis-suq tal-prodott ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Lindberg, punt 72, kif ukoll Intercommunale Intermosane u Fédération de l’industrie et du gaz, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-liġi dwar il-logħob tal-ażżard jimponu kundizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw it-tqegħid fis-suq tat-tagħmir ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat. Fil-fatt, il-projbizzjoni tal-ħruġ, tat-tiġdid jew tal-emenda tal-awtorizzazzjonijiet relatati mal-attivitajiet ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat barra mill-casinos hija tali li taffettwa direttament il-kummerċ tat-tagħmir ta’ logħob b’rebħ limitat.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk tali projbizzjonijiet, li l-osservanza tagħhom hija obbligatorja <HT TYPE="ITALIC">de jure</HT> għall-użu tat-tagħmir ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat, jistgħux jinfluwenzaw b’mod sinjifikattiv in-natura jew it-tqegħid fis-suq ta’ dan it-tagħmir (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Lindberg, iċċitata iktar ’il fuq, punt 78).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Waqt il-verifiki li għandhom għaldaqstant jitwettqu mill-qorti tar-rinviju, din għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-fatt li t-tnaqqis tal-postijiet awtorizzati ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat huwa akkumpanjat b’limitazzjoni tan-numru massimu ta’ casinos kif ukoll tat-tagħmir ta’ logħob li jista’ jintuża fihom.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika jekk it-tagħmir ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat jistax jiġi pprogrammat jew ipprogrammat mill-ġdid sabiex jintuża f’casinos inkwantu tagħmir ta’ logħob tal-ażżard li jippermetti rebħ ta’ valur ogħla u għaldaqstant jinvolvi riskju ikbar ta’ dipendenza tal-persuna li tuża l-logħob.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34 għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjonijiet nazzjonali, bħalma huma dawk tal-liġi dwar il-logħob tal-ażżard, li jista’ jkollhom bħala effett li jillimitaw, jew saħansitra jirrendu progressivament impossibbli, l-operat tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat f’postijiet oħra għajr il-casinos u s-swali tal-logħob, jistgħu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>regolamenti tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-abbozzi tagħhom għandhom jiġu kkomunikati bil-mod previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva, sakemm jiġi stabbilit li l-imsemmija dispożizzjonijiet jikkostitwixxu kundizzjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinjifikattiv in-natura jew it-tqegħid fis-suq tal-prodott ikkonċernat, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19980622">22 ta’ Ġunju 1998</DATE>, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjonijiet nazzjonali, bħalma huma dawk tal-liġi dwar il-logħob tal-ażżard (ustawa o grach hazardowich), tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, li jista’ jkollhom bħala effett li jillimitaw, jew saħansitra jirrendu progressivament impossibbli, l-operat tal-magni tal-logħob b’rebħ limitat f’postijiet oħra għajr il-casinos u s-swali tal-logħob, jistgħu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>regolamenti tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-abbozzi tagħhom għandhom jiġu kkomunikati bil-mod previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva, sakemm jiġi stabbilit li l-imsemmija dispożizzjonijiet jikkostitwixxu kundizzjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinjifikattiv in-natura jew it-tqegħid fis-suq tal-prodott ikkonċernat, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>