|
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1282/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 409/2009 li jistabbilixxi l-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità u l-kodiċijiet ta’ preżentazzjoni użati sabiex jikkonvertu l-piż tal-ħut ipproċessat f’piż tal-ħut ħaj
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 409/2009 (2), jistabbilixxi l-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità u l-kodiċijiet ta’ preżentazzjoni għall-istati tal-ipproċċessar “frisk” u “mmellaħ frisk”. |
|
(2) |
L-ispeċijiet li huma suġġetti għall-kwoti tas-sajd jidħlu primarjament fl-istati tal-ipproċessar “frisk”, “immellaħ frisk” u “iffriżat”. B’konsegwenza ta’ dan hemm bżonn li r-Regolament (KE) Nru 409/2009 bil-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità għall-ħut iffriżat jiġi kumplimentat, sabiex il-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità jkunu disponibbli għall-istati tal-ipproċessar rilevanti kollha. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 (3) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-reġistrazzjoni u t-trażmissjoni elettronika tad-dejta tal-ġurnal ta’ abbord, id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 409/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 409/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-punt (g) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità stipulati fl-Annessi II, III u IV għandhom japplikaw sabiex jiġi konvertit il-piż tal-ħut ipproċessat f’piż ta’ ħut ħaj.” |
|
(3) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “(1) Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 4 fil-ġurnal ta’ abbord, kif jissemma fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 (*1), sabiex:
|
|
(4) |
L-Anness I jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
|
(5) |
It-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness IV. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 261, 20.10.1993, p 1.
ANNESS I
“ANNESS I
IL-KODIĊIJIET 3-ALPHA TAL-PREŻENTAZZJONI
|
Kodiċi 3-Alpha tal-preżentazzjoni |
Preżentazzjoni |
Deskrizzjoni |
|
FIL |
Fletti |
It-tneħħija tar-ras, tal-organi, tal-għadam u tal-ġwienaħ. Minn kull ħuta toħroġ żewġ fletti mhux magħquda mill-ebda parti |
|
FIS |
Fletti mqaxxra |
It-tneħħija tar-ras, tal-organi, tal-għadam, tal-ġwienaħ u tal-qoxra. Minn kull ħuta toħroġ żewġ fletti mhux magħquda mill-ebda parti |
|
FSB |
Fletti bil-qoxra u bl-għadam |
Fletti bil-qoxra u bl-għadam fihom |
|
FSP |
Fletti mqaxxra bix-xewk (pinbone) fihom |
Fletti bil-qoxra mneħħija u bix-xewk (pinbone) fihom |
|
GHT |
Imnaddaf u mingħajr ir-ras u d-denb |
Bl-organi, ir-ras u d-denb imneħħija |
|
GUG |
Imnaddaf u bil-garġi mneħħija |
Bl-organi u l-garġi mneħħija |
|
GUH |
Imnaddaf u mingħajr ir-ras |
Bl-organi u r-ras imneħħija |
|
GUL |
Imnaddaf imma bil-fwied |
Bl-organi mneħħija minbarra l-fwied |
|
GUS |
Imnaddaf, mingħajr ir-ras u mqaxxar |
Bl-organi, ir-ras u l-qoxra mneħħija |
|
GUT |
Imnaddaf |
Bl-organi kollha mneħħija |
|
HEA |
Mingħajr ir-ras |
Bir-ras imneħħija |
|
JAT |
Qatà Ġappuniża mingħajr denb |
Qatà Ġappuniża bid-denb imneħħi |
|
LVR |
Fwied |
Fwied biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva* uża l-kodiċi LVR-C |
|
OTH |
Oħrajn |
Kwalunkwe preżentazzjoni oħra |
|
ROE |
Bajd(a) |
Bajd(a) biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva* uża l-kodiċi ROE-C |
|
CBF |
Miftuħa ktieb |
Mingħajr ir-ras, bil-qoxra, bl-ispina dorsali u bid-denb |
|
SUR |
Surimi |
Surimi |
|
SGT |
Imnaddaf u mmellaħ |
Bl-organi mneħħija u l-ħut immellaħ |
|
TAL |
Denb |
Dnieb biss |
|
TNG |
Ilsien |
Ilsien biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva* uża l-kodiċi TNG-C |
|
WHL |
Sħiħ |
Mingħajr ipproċessar |
|
WNG |
Ġwienaħ |
Ġwienaħ biss” |
ANNESS II
“ANNESS IV
IL-FATTURI TA’ KONVERŻJONI TAL-KOMUNITÀ GĦALL-ĦUT IFFRIŻAT
|
Speċi: Alonga/tonn sekond Thunnus alalunga |
ALB |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,23 |
|
Speċi: Alfonsinos Beryx spp. |
ALF |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Inċova Engraulis encrasicholus |
ANE |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Petriċi Lophiidae |
ANF |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,22 |
|
GUH |
3,04 |
|
TAL |
3,00 |
|
FIS |
5,60 |
|
Speċi: Ħuta Makkarel tas-silġ Champsocephalus gunnari |
ANI |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Greater silver smelt Argentina silus |
ARU |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Tonn ta’ għajnu kbira Thunnus obesus |
BET |
|
WHL |
1,00 |
|
GUH |
1,29 |
|
HEA |
1,25 |
|
Speċi: Linarda Molva dypterygia |
BLI |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,17 |
|
GUH |
1,40 |
|
Speċi: Partun Scophthalmus rhombus |
BLL |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Ċinturin iswed Aphanopus carbo |
BSF |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,48 |
|
Speċi: Marlin blu Makaira nigricans |
BUM |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Capelin Mallotus villosus |
CAP |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Merluzz Gadus morhua |
COD |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,17 |
|
GUH |
1,70 |
|
FIL |
2,60 |
|
FIS |
2,60 |
|
FSP |
2,95 |
|
CBF |
1,63 |
|
Speċi: Dab Komuni Limanda limanda |
DAB |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Mazzol griż Squalus acanthias |
DGS |
|
WHL |
1,00 |
|
GUS |
2,52 |
|
Speċi: Barbun Platichthys flesus |
FLE |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Lipp abjad Phycis blennoides |
GFB |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,12 |
|
GUH |
1,40 |
|
Speċi: Ħalibatt ta’ Greenland Reinhardtius hippoglossoides |
GHL |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,08 |
|
GUH |
1,39 |
|
Speċi: Haddock Melanogrammus aeglefinus |
HAD |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,17 |
|
GUH |
1,46 |
|
FIL |
2,60 |
|
FIS |
2,60 |
|
FSB |
2,70 |
|
FSP |
3,00 |
|
Speċi: Ħalibatt tal-Atlantiku Hippoglossus hippoglossus |
HAL |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Aringa Clupea harengus |
HER |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Marlozz Merluccius merluccius |
HKE |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,34 |
|
GUH |
1,67 |
|
Speċi: Marlozz abjad Urophycis tenuis |
HKW |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Sawrell Trachurus spp |
JAX |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,08 |
|
Speċi: Krill tal-Antartiku Euphausia superba |
KRI |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Lingwata Microstomus kitt |
LEM |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,05 |
|
Speċi: Megrims Lepidorhombus spp |
LEZ |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,06 |
|
Speċi: Ħuta tas-silġ unicorn Channichthys rhinoceratus |
LIC |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Lipp Molva molva |
LIN |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,14 |
|
GUH |
1,33 |
|
FIL |
2,80 |
|
FSP |
2,30 |
|
Speċi: Pizzintun Scomber scombrus |
MAC |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,11 |
|
Speċi: Ksampu Nephrops norvegicus |
NEP |
|
WHL |
1,00 |
|
TAL |
3,00 |
|
Speċi: Humped rockcod Notothenia gibberifrons |
NOG |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Norway pout Trisopterus esmarkii |
NOP |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Marbled rockcod Notothenia rossii |
NOR |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Orange roughy Hoplostethus atlanticus |
ORY |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Pacific snow crab Chionoecetes spp |
PCR |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Gamblu Penaeus Penaeus spp |
PEN |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Barbun tat-tbajja’ Pleuronectes platessa |
PLE |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,07 |
|
Speċi: Pollakkju saithe Pollachius virens |
POK |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,19 |
|
GUH |
1,44 |
|
FIS |
2,78 |
|
FSB |
2,12 |
|
FSP |
2,43 |
|
Speċi: Pollakkju Pollachius pollachius |
POL |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,17 |
|
Speċi: Gamblu tat-Tramuntana Pandalus borealis |
PRA |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Redfish tal-Atlantiku Sebastes spp |
RED |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,19 |
|
GUH |
1,78 |
|
FIS |
3,37 |
|
FSP |
3,00 |
|
JAT |
1,90 |
|
Speċi: Rough-head grenadier Macrourus berglax |
RHG |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Roundnose grenadier Coryphaenoides rupestris |
RNG |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,11 |
|
GUH |
1,92 |
|
Speċi: Ċiċċirell Ammodytes spp |
SAN |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Bażuga Pagellus bogaraveo |
SBR |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,11 |
|
Speċi: Rough longnose dogfish Deania histricosa |
SDH |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Arrowhead dogfish Deania profundorum |
SDU |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: South Georgia icefish Pseudochaenichthys georgianus |
SGI |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Lingwata komuni Solea solea |
SOL |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
SPR |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Klamar tal-ġwienaħ qosra Illex illecebrosus |
SQI |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Klamar Martialia hyadesi |
SQS |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Rebekkin Rajidae |
SRX |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,13 |
|
WNG |
2,09 |
|
Speċi: Pixxispad Xiphias gladius |
SWO |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,12 |
|
GUH |
1,31 |
|
HEA |
1,33 |
|
GHT |
1,33 |
|
Speċi: Patagonian toothfish Dissostichus eleginoides |
TOP |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Barbun imperjali Psetta maxima |
TUR |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,09 |
|
Speċi: Tusk Brosme brosme |
USK |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Stokkafixx Micromesistius poutassou |
WHB |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,15 |
|
FIS |
2,65 |
|
SUR |
2,97 |
|
Speċi: Merlangu Merlangius merlangus |
WHG |
|
WHL |
1,00 |
|
GUT |
1,18 |
|
Speċi: Marlin abjad tal-Atlantiku Tetrapturus albidus |
WHM |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Witch flounder Glyptocephalus cynoglossus |
WIT |
|
WHL |
1,00 |
|
Speċi: Barbun denbu isfar Limanda ferruginea |
YEL |
|
WHL |
1,00 ” |