|
20.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Frar 2019
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg
(BĊE/2019/6)
(2019/C 67/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banque centrale du Luxembourg, Deloitte Audit sarl, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2018. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2019. |
|
(3) |
Il-Banque centrale du Luxembourg għażel lil Ernst & Young S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023. |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Ernst & Young S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banque centrale du Luxembourg għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Frar 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI